IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.10.2022
COM(2022) 525 final
2022/0325(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 fir-rigward tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (“ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS”) ifittex li jiżgura li r-riżorsi ħajjin tal-baħar jiġu sfruttati b’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-iffissar annwali tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolamenti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd iridu jillimitaw il-ħsad tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli konsistenti mal-objettivi kumplessivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.
F’konformità mal-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran, din il-proposta tipproponi li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kkonċernati (Spanja, Franza u l-Italja), mogħtija f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli.
Din il-proposta tipproponi wkoll li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd skont il-ftehimiet li ntlaħqu fil-qafas tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), li hija organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-Unjoni Ewropea hija membru tal-GFCM flimkien mal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja. Il-miżuri adottati fil-qafas tal-GFCM huma vinkolanti fuq il-membri tagħha.
Fl-aħħar nett, din il-proposta tipproponi li tiġi ffissata kwota awtonoma għal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed sabiex ma jiżdiedx il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd. Tipproponi wkoll li fid-dritt tal-Unjoni jiġu implimentati l-qabdiet totali permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-barbun imperjali, kif stabbiliti mill-GFCM.
L-objettiv aħħari tal-proposta huwa li jintlaħqu u jinżammu l-livelli tal-istokkijiet li jkunu jistgħu jwasslu għar-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran huwa maħsub biex jikseb mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 meta possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-miżuri proposti huma mfasslin f’konformità mal-objettivi u r-regoli tal-PKS.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta hija fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex il-PKS hija politika komuni ħalli kull baċir tal-baħar reġjonali tal-UE (eż. il-Baltiku, il-Mediterran) ikun is-suġġett ta’ Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd u b’hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-implimentazzjoni tal-PKS. L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jirrikjedi li l-Kunsill jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
Il-proposta tipproponi li jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Bażiku tal-PKS, l-Istati Membri huma ħielsa li jallokaw dawn l-opportunitajiet fost il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont kif jidhrilhom li jkun xieraq. Għaldaqstant, għandhom diskrezzjoni wiesgħa dwar deċiżjonijiet fir-rigward tal-isfruttament tal-opportunitajiet f’konformità mal-mudelli soċjali u ekonomiċi tagħhom.
Il-proposta ma jkollha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri.
•Għażla tal-istrument
L-istrument propost huwa Regolament tal-Kunsill.
Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2023.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-valutazzjoni tal-istat tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed hija bbażata fuq l-iktar ħidma riċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM dwar is-Sajd.
•Valutazzjoni tal-impatt
L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd.
Il-pjan pluriennali għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran introduċa reġim tal-isforz tas-sajd biex tiġi indirizzata l-problema tas-sajd żejjed fis-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran. Barra minn hekk, l-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan pluriennali jipprevedi l-possibbiltà li t-tnaqqis fl-isforz tas-sajd jista’ jiġi ssupplimentat bi kwalunkwe miżura teknika jew ta’ konservazzjoni oħra adottata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, sabiex jinkiseb il-valur tal-mortalità mis-sajd stmata, li b’xejra tas-sajd partikolari u bil-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, jipprovdi rendiment massimu fit-tul (Fmsy) sal-1 ta’ Jannar 2025. Abbażi tal-parir xjentifiku, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022) introduċa reġim tal-isforz għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u limiti ta’ qbid għall-gambli.
Fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-GFCM fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, din il-proposta tipproponi l-implimentazzjoni tal-miżuri miftehma fuq livell internazzjonali. Kull element li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti possibbli li l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jkollhom, jiġi ttrattat fil-fażi ta’ tħejjija u twettiq tan-negozjati internazzjonali li matulhom ikun se jintlaħaq qbil mal-pajjiżi terzi dwar l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni.
Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qarib, iżda wkoll approċċ iktar fit-tul, li permezz tiegħu l-isforz tas-sajd jiġi adattat bil-mod il-mod għal livelli li jkunu sostenibbli fit-tul.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Din il-proposta se tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament Bażiku dwar il-PKS. Il-monitoraġġ u l-konformità se jiġu żgurati f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tipproponi l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 għal ċerti stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, b’mod partikolari:
A.
Implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-punent tal-Mediterran
Skont il-pjan pluriennali għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran, il-Kunsill jeħtieġ jistabbilixxi sforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran, għal kull grupp tal-isforz tas-sajd, skont l-Istat Membru u għall-gruppi tal-istokkijiet fl-Anness I tal-pjan.
Fl-2021, il-parir xjentifiku kemm mill-STECF kif ukoll mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM irrakkomanda li sabiex jinkiseb l-MSY għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran, jeħtieġ tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jiġi adottat tnaqqis reali fil-mortalità mis-sajd. L-istokkijiet tal-merluzz u tal-gambli tal-ilma fond tant ġew sfruttati żżejjed li l-STECF qieshom b’mod prekawzjonarju f’livell taħt Blim, li huwa l-punt ta’ referenza ta’ limitu, espress bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u previst fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b’mod partikolari mill-STECF, jew minn korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew dak internazzjonali, li taħtu jista’ jkun hemm kapaċità riproduttiva mnaqqsa.
L-STECF (STECF-21-13 u PLEN-21-03) ta l-parir li kien meħtieġ approċċ olistiku, li jgħaqqad il-miżuri tal-isforz kemm għall-bastimenti tat-tkarkir kif ukoll għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u l-limiti ta’ qbid tal-gambli tal-ilma fond, biex b’mod urġenti titnaqqas il-mortalità mis-sajd, b’mod partikolari għall-istokkijiet tal-merluzz u tal-gambli tal-ilma fond. Dan l-approċċ ġie implimentat permezz tar-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022, u l-Kummissjoni tipproponi li tkompli timplimenta tali approċċ fl-2023.
Din il-proposta tinkludi sensiela ta’ “pro memoria” (pm) għal-livell tal-isforz tas-sajd, kif ukoll il-livell ta’ qabdiet, u se titlesta fi stadju aktar tard meta l-parir tal-STECF ikun disponibbli.
Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss l-użu tas-selettività tal-irkapti u jiġu stabbiliti żoni ta’ għeluq effiċjenti ħalli jiġu protetti il-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022 stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kumpens rigward ir-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir, u l-Kummissjoni tipproponi li tkompli l-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu fl-2023.
Abbażi tal-esperjenza tal-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat kif il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiġi implimentat b’mod retroattiv għall-2022. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li jiġi allokat pm% tal-jiem tas-sajd f’konformità mal-parir xjentifiku għall-2023.
B.
Miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Baħar Mediterran, inkluż:
- Limiti ta’ ħsad tas-sajd u limiti fuq l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs 1 sa 27).
- Limiti fuq l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal-lampuki fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs 1 sa 27).
- Miżuri għal stokkijiet pelaġiċi żgħar skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-GFCM għal speċijiet pelaġiċi żgħar adottati fl-2021 fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18).
Il-Kummissjoni tipproponi li fl-2023 tkompli l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak il-pjan, li jsegwi approċċ f’żewġ stadji, b’perjodu tranżizzjonali u miżuri fit-tul.
L-2023 hija t-tieni sena tal-perjodu tranżizzjonali u l-Kummissjoni tipproponi li tkompli l-implimentazzjoni tal-limiti ta’ qbid bis-sehem intern tranżizzjonali bejn l-Italja u l-Kroazja u r-riżerva tranżizzjonali għas-Slovenja, kif ukoll il-limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u l-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira l-istokkijiet pelaġiċi żgħar.
Dan il-limitu massimu tal-kapaċità jenħtieġ li jkun l-istess bħal fir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022 u bbażat fuq il-kapaċità rrapportata lill-GFCM fl-2014.
- Miżuri għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ skont il-MAP fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18):
Fil-45 sessjoni annwali tagħha f’Novembru 2022, il-GFCM jenħtieġ li tadotta rakkomandazzjoni ġdida li għall-2023 jitnaqqas l-isforz tas-sajd għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB) u għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu (TBB). Il-proposta se tiġi aġġornata permezz ta’ dokument informali bil-livelli tat-tnaqqis, wara s-sessjoni annwali tal-GFCM.
Il-kapaċità massima tal-flotta mir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022 jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ għall-2023.
Il-proposta tinkludi sensiela ta’ spazji riżervati għall-istokkijiet fejn il-miżuri tranżizzjonali tal-GFCM se jiskadu fi tmiem l-2022 u li għalihom il-GFCM jenħtieġ li tadotta miżuri ġodda fil-45 sessjoni annwali tagħha f’Novembru 2022.
- Miżuri għall-ġestjoni tal-gamblu aħmar kbir u l-gamblu aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12 sa 16), il-Baħar Jonju (GSAs 19 sa 21) u l-Baħar Levant (GSAs 24 sa 27).
- Miżuri għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (GSAs 1 sa 3).
C.
Miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Baħar l-Iswed, inkluż:
- Kwota awtonoma għal-laċċa kaħla, ibbażata fuq parir xjentifiku.
- TAC u allokazzjoni tal-kwota għall-barbun imperjali skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-GFCM għas-sajd tal-barbun imperjali, li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 (GSA 29).
Rigward il-livelli tat-TAC u l-kwoti għall-barbun imperjali, il-proposta tal-Kummissjoni se tiġi aġġornata wara l-45 sessjoni annwali tal-GFCM f’Novembru 2022.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM sal-2017 ġew implimentati fid-dritt tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 (kif emendat) u l-Kummissjoni adottat proposta biex timplimenta r-Rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM fl-2018 u fl-2019 (COM/2021/434 final).
Il-miżuri marbutin mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali, bħall-għeluq fiż-żmien riproduttiv, huma parti minn din il-proposta peress li mingħajr dawn il-perjodi ta’ għeluq (bħal dak għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed), l-opportunitajiet tas-sajd ma setgħux jiġu stabbiliti fl-istess livell. Kemm idum il-perjodu ta’ għeluq jista’ jvarja skont l-istat tal-istokk kif ivvalutat mill-parir xjentifiku.
2022/0325 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 fir-rigward tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll il-pariri mogħtija minn kunsilli konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza u r-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti li jsiru mill-Istati Membri.
(2) Il-Kunsill se jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew żona tas-sajd.
(3)L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) huwa li meta possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. L-objettiv tal-perjodu tranżitorju sal-2020 kien li tiġi bbilanċjata l-kisba tal-MSY għall-istokkijiet kollha bl-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjali tal-aġġustamenti possibbli tal-opportunitajiet tas-sajd relatati.
(4)Għalhekk, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
(5)L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd jeħtieġ ikunu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet.
(6)Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Baħar Mediterran ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019 (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jinkiseb u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.
(7)F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 meta possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu espressi bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u ffissati f’konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tal-pjan kif ukoll il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fl-ilmijiet fondi stabbiliti f’konformità mal-parir xjentifiku.
(8)[spazju riżervat għall-ispjegazzjoni tal-parir xjentifiku] Abbażi ta’ dan il-parir, għall-2023, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir fil-punent tal-Baħar Mediterran, f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan, għalhekk jenħtieġ li jitnaqqas b’pm % meta mqabbel mal-linja bażi bejn l-2015 u l-2017, li jeħtieġ jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2022 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110.
(9)Fl-2021, l-STECF ta parir li sabiex jintlaħqu l-miri tal-MSY għall-istokkijiet tal-ħut tal-punent tal-Mediterran, kienu meħtieġa aktar azzjonijiet urġenti, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-mortalità mis-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ. Abbażi ta’ dan il-parir, l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 stabbilixxa l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tas-sajd bil-konz f’konformità mal-Artikolu 7(5) tal-pjan, abbażi tal-isforz tas-sajd espress bħala l-għadd ta’ jiem tas-sajd bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2017.
(10) [spazju riżervat għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli]. Għalhekk, abbażi ta’ dan il-parir, jenħtieġ li għall-2023, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tas-sajd bil-konz jitnaqqas b’pm % meta mqabbel mal-linja bażi bejn l-2015 u l-2017, li jeħtieġ jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2022 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110. Dan l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz jenħtieġ li ma jippreġudikax l-isforz tas-sajd massimu permissibbli li jeħtieġ jiġi stabbilit għall-2024.
(11)Fl-2021, l-STECF ta l-parir li l-mortalità mis-sajd tal-gamblu aħmar fis-Subżoni Ġeografiċi (GSAs) 1-5-6-7 u fil-GSAs 8-9-10-11 jeħtieġ tonqos b’mod sinifikanti biex jinkiseb l-MSY sa mhux aktar tard mill-2025. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv dwar is-Sajd (SAC) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) ta parir simili għall-mortalità mis-sajd tal-gamblu aħmar fil-GSA 2. Barra minn hekk, l-STECF stima li l-bijomassa tal-gamblu aħmar kienet qed tonqos. Abbażi ta’ dan il-parir, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 stabbilixxa l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar fis-Subżoni Ġeografiċi (GSAs) 1-5-6-7 u l-GSAs 8-9-10-11 għall-2022 .
(12) [spazju riżervat għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli] Għalhekk għall-2023, jenħtieġ li l-limitu massimu ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 1-2-5-6-7 jkun pm% u l-limitu massimu ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8-9-10-11 jenħtieġ li jkun pm%.
(13)Fl-2021, l-STECF avża li l-bijomassa tal-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8-9-10-11 kienet qed tonqos. Abbażi ta’ dan il-parir, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 stabbilixxa l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir għall-2022 fil-GSAs 8-9-10-11.
(14)[spazju riżervat għall-parir finali pendenti tal-STECF] Għalhekk għall-2023, il-limitu massimu ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8-9-10-11 jenħtieġ li jkun pm%.
(15)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim ta’ sforz tas-sajd u limitu massimu għall-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(16)Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/1 dwar l-istabbiliment ta’ reġim ta’ sforz tas-sajd għall-istokkijiet ewlenin tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet massimu ta’ jiem ta’ sajd permissibbli, skont it-tip ta’ tkarkir u s-segment tal-flotta, għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(17)Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet livell massimu ta’ qabdiet u limitu massimu għall-kapaċità tal-flotta relatat għal bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża u bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar, b’deroga għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u/jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku attivi fis-sajd għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(18)Filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, jixraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal allokazzjoni minima tal-isforz għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.
(19)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd mogħti b’għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, u limiti tal-ħsad għall-qroll aħmar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(20)Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/11 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-użu ta’ rkaptu ankrat biex jinġema’ l-ħut fis-sajd għal-lampuki fil-Baħar Mediterran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/1 (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM). Ir-rakkomandazzjoni tal-2019 introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd mogħti f’għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-lampuki li għandhom fil-mira l-lampuki u r-rakkomandazzjoni tal-2021 estendiet dawk il-miżuri sa tmiem l-2023. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(21) [spazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-gambli tal-ilma fond fil-Fliegu ta’ Sqallija]
(22)[spazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-gambli tal-ilma fond fil-Baħar Jonju]
(23)[spazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-gambli tal-ilma fond fil-Baħar Levant]
(24)[spazju riżervat għall-miżuri ġodda għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran]
Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Ir-rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 introduċiet it-TAC reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perjodu ta’ għeluq ta’ xahrejn għas-sajd u limitazzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Dawn il-miżuri ulterjuri huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ, jenħtieġ li l-livell tat-TAC għall-barbun imperjali jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.
(26)[spazju riżervat għad-deċiżjoni ta’ riportament dwar il-kwota tal-barbun imperjali]
(27)[spazju riżervat għad-deċiżjoni ta’ trasferiment dwar il-kwota tal-barbun imperjali]
(28)Abbażi tal-parir xjentifiku mogħti mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Baħar l-Iswed tal-GFCM, il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd jenħtieġ li jinżamm biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk jixraq li jitkompla l-istabbiliment ta’ kwota awtonoma għal dak l-istokk.
(29)L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd kif ukoll in-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni rigward ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.
(30)Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2023. Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni mill-iktar fis tiegħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-ewwel wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
(31)Sabiex jiġi promoss l-użu tas-selettività tal-irkapti u jiġu stabbiliti żoni ta’ għeluq effiċjenti għall-protezzjoni tal-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kumpens rigward ir-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir. Peress li l-parir xjentifiku għadu jirrakkomanda aktar titjib tas-selettività u taż-żoni tal-għeluq effiċjenti biex jiġu protetti l-frieħ tal-ħut, dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jitkompla fl-2023. Abbażi tal-esperjenza mill-ewwel sena tal-applikazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza bis-sħiħ tas-sistema ta’ kumpens, il-Kummissjoni tqis meħtieġ li tikkjarifika kif jenħtieġ li l-mekkaniżmu jiġi implimentat b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2022, meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2022/110. Abbażi tal-parir xjentifiku għall-2023, jeħtieġ li jiġi allokat pm% tal-jiem tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 2022/110 jiġi rettifikat skont dan.
(32)L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jintużaw f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut disponibbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2023.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:
(a)il-qroll aħmar (Corallium rubrun) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran, kif definit fl-Artikolu 4(b);
(b)il-gamblu aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-punent tal-Baħar Mediterran, kif definit fl-Artikolu 4(c);
(c)l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif definit fl-Artikolu 4(d);
(d)il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif definit fl-Artikolu 4(d);
(e)il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija kif definit fl-Artikolu 4(e), fil-Baħar Jonju kif definit fl-Artikolu 4(f) u fil-Baħar Levant kif definit fl-Artikolu 4(g);
(f)il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, kif definit fl-Artikolu 4(h);
(g)il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed, kif definit fl-Artikolu 4(i).
2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għal attivitajiet tas-sajd oħrajn tal-Unjoni, inkluż is-sajd rikreattiv, fejn huma msemmijin b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
(1)Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(2) “ilmijiet internazzjonali” tfisser l-ilmijiet barra mis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat;
(3) “sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;
(4) “qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:
(5)fis-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità tal-ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;
(6)fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk tul il-perjodu ta’ sena;
(7) “kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;
(8)“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu ta’ qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ TAC maqbula;
(9)“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha hemm disponibbli valutazzjoni analitika;
(10)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq id-data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li rieżami xjentifiku indika li hija ta’ kwalità biżżejjed biex tipprovdi parir xjentifiku dwar l-għażliet għall-qabdiet futuri.
(11)“irkaptu biex jinġema’ l-ħut” jew “FAD” tfisser kwalunkwe tagħmir ankrat fuq wiċċ il-baħar bl-objettiv li jattira l-ħut”.
Artikolu 4
Żoni tas-sajd
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni ġeografiċi li ġejjin:
(1)“subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(2)“Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(3)“punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(4)“Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(5)“Fliegu ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(6)“Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(7)“Baħar Levant” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(8)“Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet fiż-żoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
(9)“Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet fiż-żona ġeografika 29 tal-GFCM, kif definita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.
TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
KAPITOLU I
Baħar Mediterran
Artikolu 5
Qroll aħmar
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaħsdu l-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri sajd immirat u rikreattiv fil-Baħar Mediterran.
2.Għas-sajd immirat, l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi tal-istokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet tal-ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.
3.It-trażbord tal-qroll aħmar fil-baħar għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni soġġetti għall-paragrafu 2.
4.Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.
Artikolu 6
Lampuka
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu biex jinġema’ l-ħut għall-qbid tal-lampuki (Coryphaena hippurus), fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.
2.L-għadd massimu ta’ bastimenti awtorizzati biex jistadu għal-lampuki huwa stabbilit fl-Anness II.
KAPITOLU II
Punent tal-Baħar Mediterran
Artikolu 7
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022, fil-punent tal-Baħar Mediterran.
2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u l-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u l-Artikoli 26 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3.L-allokazzjoni tal-limiti massimi ta’ qbid fost l-Istati Membri għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-punent tal-Baħar Mediterran hija wkoll stabbilita fl-Anness III.
4.
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri kif stabbilit f’dan l-Artikolu u
fl-Anness III, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) għandhom ikunu f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament
(UE) Nru 1380/2013; u
(b) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal:
(i)skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(ii)tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;
(iii)ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(iv)kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(v)tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 8
Mekkaniżmu ta’ kumpens
1.Għas-segment tal-flotta kkonċernata, Stat Membru jista’ jipprovdi lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd f’pm % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir ta’ dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness III.
2.L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati minn tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll bl-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
3.Il-pm % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-isforz massimu permissibbli tas-segment tal-flotta kkonċernata tal-Istat Membru kkonċernat, mill-1 ta’ Jannar 2023.
4.Stat Membru jista’ jipprovdi l-allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1, dment li:
(a)dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 45 mm sabiex jitnaqqsu mill-inqas b’25 % il-qabdiet tal-frieħ tal-ħut tal-merluzz; jew
(b)dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 50 mm għas-sajd tal-qiegħ sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % il-qabdiet tal-gamblu aħmar b’tul tal-karapaċi (CL) inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11, u biex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % il-qabdiet tal-gamblu aħmar kbir b’CL inqas minn 35 mm fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; jew
(c)dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % ta’ frieħ tal-ħut jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew
(d)l-Istat Membru kkonċernat adotta żoni ta’ għeluq temporanji sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % il-qabdiet tal-frieħ tal-ħut tal-istokkijiet tal-qiegħ jew b’mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.
5.Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll b’mod separat lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ minn din il-kwota addizzjonali, billi juża kodiċijiet tar-rapportar speċifiċi għal din l-allokazzjoni addizzjonali.
6.Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d).
Artikolu 9
Reġistrazzjoni u trażmissjoni tad-data
1.
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrażmettu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.
2.
Meta tintbagħat id-data dwar l-isforz lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-grupp tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.
KAPITOLU III
Baħar Adrijatiku
Artikolu 10
Stokkijiet pelaġiċi żgħar
1.
Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.
2.
il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness IV.
3.
Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’kW, GT u għadd, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati għall-istokkijiet tal-ħut pelaġiċi żgħar, hija stabbilita fl-Anness IV.
Artikolu 11
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.
2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-istokk tal-ħut tal-qiegħ u l-kapaċità massima tal-flotta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.
3.Stat Membru jista’ jemenda l-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd tiegħu kif stabbilit fl-Anness IV billi jittrasferixxi l-jiem tas-sajd fost il-gruppi tal-isforz tas-sajd tal-istess żona ġeografika u/jew irkaptu, dment li japplika fattur tal-konverżjoni nazzjonali appoġġat mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli.
4.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 12
Trażmissjoni tad-data
Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness IV.
KAPITOLU IV
Fliegu ta’ Sqallija, Baħar Jonju u Baħar Levant
Artikolu 13
[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda]
KAPITOLU V
Baħar Alboran
Artikolu 14
[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda]
KAPITOLU VI
Baħar l-Iswed
Artikolu 15
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.
2.Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta’ tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.
Artikolu 16
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali
1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.
2.It-TAC tal-Unjoni għall-barbun imperjali applikabbli fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni ta’ tali TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.
Artikolu 17
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-barbun imperjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul kumplessiv tal-bastiment.
Artikolu 18
Perjodu ta’ għeluq għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kwalunkwe attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed
1.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 15 u 16 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a)skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(b)tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u
(c)tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 20
Trażmissjoni tad-data
Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u l-barbun imperjali maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness VII.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110
L-Anness III tar-Regolament (KE) 2022/110 huwa emendat f’konformità mal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, l-Artikolu 21 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.10.2022
COM(2022) 525 final
ANNESSI
tal-Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed għall-2023 u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2022
ANNESS I
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku
|
Kodiċi alfa-3
|
Isem komuni
|
|
Corallium rubrum
|
COL
|
Qroll aħmar
|
Tabella 1. Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
Stati Membri
|
Qroll aħmar
COL
|
|
Il-Greċja
|
12
|
|
Spanja
|
0 ()
|
|
Franza
|
32
|
|
Il-Kroazja
|
28
|
|
L-Italja
|
40
|
Tabella 2. Livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi:
|
Qroll aħmar
|
Żona:
|
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran - GSA 1-27
|
|
|
Corallium rubrum
|
COL/GF1-27
|
|
Il-Greċja
|
1,844
|
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
|
|
Spanja
|
0 (2)
|
|
|
Franza
|
1,400
|
|
|
Il-Kroazja
|
1,226
|
|
|
L-Italja
|
1,378
|
|
|
L-Unjoni
|
5,848
|
|
|
TAC
|
Mhux rilevanti
/Mhux maqbula
|
|
ANNESS II
SFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKI FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi n-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għal-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku
|
Kodiċi alfa-3
|
Isem komuni
|
|
Coryphaena hippurus
|
DOL
|
Lampuka
|
Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali(*)
|
Stat Membru
|
Lampuka DOL
|
|
L-Italja
|
797
|
|
Malta
|
130
|
(*) Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss bejn il-15 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.
ANNESS III
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi ta’ qbid u t-tul globali tat-tipi kollha ta’ bastimenti tat-tkarkir u l-bastimenti bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.
L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku
|
Kodiċi alfa-3
|
Isem komuni
|
|
Aristaeomorpha foliacea
|
ARS
|
Gamblu aħmar kbir
|
|
Aristeus antennatus
|
ARA
|
Gamblu aħmar
|
|
Merluccius merluccius
|
HKE
|
Merluzz
|
|
Mullus barbatus
|
MUT
|
Trilja tal-ħama
|
|
Nephrops norvegicus
|
NEP
|
Skampu
|
|
Parapenaeus longirostris
|
DPS
|
Gamblu abjad
|
Tabella 1.
Sforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd
|
(a)
|
Bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali
|
|
It-trilja tal-ħama fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; Il-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; Il-gamblu abjad fil-GSAs 1, 5 u 6; L-iskampu fil-GSAs 5 u 6.
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_TR1
|
EFF1/MED1_TR1_AA
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_TR2
|
EFF1/MED1_TR2_AA
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_TR3
|
EFF1/MED1_TR3_AA
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_TR4
|
EFF1/MED1_TR4_AA
|
|
|
|
|
|
|
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali
|
|
Il-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7.
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED1_TR1
|
EFF2/MED1_TR1_AA
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED1_TR2
|
EFF2/MED1_TR2_AA
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED1_TR3
|
EFF2/MED1_TR3_AA
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED1_TR4
|
EFF2/MED1_TR4_AA
|
|
|
(b)
|
Bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8-9-10-11)
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali
|
|
It-trilja tal-ħama fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; Il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; Il-gamblu abjad fil-GSAs 9, 10 u 11; L-iskampu fil-GSAs 9 u 10.
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_TR1
|
EFF1/MED2_TR1_AA
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_TR2
|
EFF1/MED2_TR2_AA
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_TR3
|
EFF1/MED2_TR3_AA
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_TR4
|
EFF1/MED2_TR4_AA
|
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali
|
|
Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11.
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED2_TR1
|
EFF2/MED2_TR1_AA
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED2_TR2
|
EFF2/MED2_TR2_AA
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED2_TR3
|
EFF2/MED2_TR3_AA
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF2/MED2_TR4
|
EFF2/MED2_TR4_AA
|
|
|
(c)
|
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
|
Il-merluzz fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_LL1
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_LL2
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_LL3
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED1_LL4
|
|
|
(d)
|
(d) Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8-9-10-11)
|
Grupp ta’ stokkijiet
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Spanja
|
Franza
|
L-Italja
|
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd
|
|
Il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11
|
< 12 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_LL1
|
|
|
≥ 12 m u < 18 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_LL2
|
|
|
≥ 18 m u < 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_LL3
|
|
|
≥ 24 m
|
pm
|
pm
|
pm
|
EFF1/MED2_LL4
|
|
Tabella 2.
Limitu massimu ta’ qbid
|
(e)
|
Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1-2-5-6-7) mogħtija bħala livell massimu ta’ qbid f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi:
|
Gamblu aħmar
Aristeus antennatus
|
Żona:
|
GSAs 1-2-5-6-7
(ARA/GF1-7)
|
|
Spanja
|
pm
|
|
|
|
Franza
|
pm
|
|
|
|
L-Italja
|
pm
|
|
|
|
L-Unjoni
|
pm
|
|
|
|
TAC
|
Mhux rilevanti
|
|
Livell massimu ta’ qbid
|
|
|
(f)
|
Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8-9-10-11) mogħtija bħala livell massimu ta’ qbid f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi:
|
Gamblu aħmar
(Aristeus antennatus)
|
Żona:
|
GSAs 8-9-10-11
(ARA/GF8-11)
|
|
Spanja
|
pm
|
|
|
|
Franza
|
pm
|
|
|
|
L-Italja
|
pm
|
|
|
|
L-Unjoni
|
pm
|
|
|
|
TAC
|
Mhux rilevanti
|
|
Livell massimu ta’ qbid
|
|
|
|
|
Speċi:
|
Gamblu aħmar kbir
(Aristaeomorpha foliacea)
|
Żona:
|
GSAs 8-9-10-11
(ARS/GF8-11)
|
|
Spanja
|
pm
|
|
|
|
Franza
|
pm
|
|
|
|
L-Italja
|
pm
|
|
|
|
L-Unjoni
|
pm
|
|
|
|
TAC
|
Mhux rilevanti
|
|
Livell massimu ta’ qbid
|
|
ANNESS IV
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU
It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq, inkluż l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-pelaġiċi żgħar.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku
|
Kodiċi alfa-3
|
Isem komuni
|
|
Engraulis encrasicolus
|
ANE
|
Inċova
|
|
Merluccius merluccius
|
HKE
|
Merluzz
|
|
Mullus barbatus
|
MUT
|
Trilja tal-ħama
|
|
Nephrops norvegicus
|
NEP
|
Skampu
|
|
Parapenaeus longirostris
|
DPS
|
Gamblu abjad
|
|
Sardina pilchardus
|
PIL
|
Sardina
|
|
Solea solea
|
SOL
|
Lingwata komuni
|
1. Stokkijiet pelaġiċi żgħar – GSAs 17 u 18
Livell massimu ta’ qbid mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi:
|
Speċijiet pelaġiċi żgħar (inċova u sardin)
Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus
|
Żona:
|
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 17 u 18 tal-GFCM
(SP1/GF1718)
|
|
L-Italja
|
32941
|
(*)
|
Livell massimu ta’ qbid
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
|
|
Il-Kroazja
|
51735
|
|
|
|
TAC
|
Mhux rilevanti
|
|
(*) Għas-Slovenja, il-kwantitajiet huma bbażati fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u jenħtieġ li ma jaqbżux it-300 tunnellata.
Il-kapaċità massima tal-flotta ta’ bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b’mod attiv għal pelaġiċi żgħar
|
Stat Membru
|
Irkaptu
|
Għadd ta’ bastimenti
|
kW
|
GT
|
|
Il-Kroazja
|
PS
|
249
|
77 145,52
|
18 537,72
|
|
L-Italja
|
PTM-OTS-PS
|
685
|
134 556,7
|
25 852
|
|
Is-Slovenja
(*)
|
PS
|
4
|
433,7
|
38,5
|
(*) Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 28 ta’ GFCM/44/2021/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn għaxar bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u/jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f’dak tal-GFCM għall-2014. F’dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta’ bastimenti u f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u kW.
2. Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ – GSAs 17 u 18
L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-GSAs 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).
|
|
|
|
|
|
Jiem tas-sajd 2022
|
|
Tip ta’ rkaptu
|
Żona ġeografika
|
Stokkijiet ikkonċernati
|
Tul totali tal-bastimenti
|
Kodiċi tal-grupp tal-isforz
|
L-ITALJA
|
IL-KROAZJA
|
IS-SLOVENJA
(*)
|
|
Xbieki tat-tkarkir (OTB)
|
Is-subżoni 17-18 tal-GFCM
|
Trilja tal-ħama; Merluzz; Gamblu abjad, u skampu
|
< 12 m
|
EFF/MED3_OTB_TR1
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
|
≥ 12 m u < 24 m
|
EFF/MED3_OTB_TR2
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
|
≥ 24 m
|
EFF/MED3_OTB_TR3
|
pm
|
pm
|
|
|
Xbieki tat-tkarkir bit-travu (TBB)
|
Is-subżona 17 tal-GFCM
|
Lingwata komuni
|
< 12 m
|
EFF/MED3_TBB_TR1
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
|
≥ 12 m u < 24 m
|
EFF/MED3_TBB_TR2
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
|
≥ 24 m
|
EFF/MED3_TBB_TR3
|
pm
|
pm
|
|
(*) Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena f’konformità mal-paragrafu 13 ta’ GFCM/43/2019/5.
Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bit-travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.
|
Stat Membru
|
Irkaptu
|
Għadd ta’ bastimenti
|
kW
|
GT
|
|
Il-Kroazja
|
OTB
|
495
|
79 867,99
|
13 267,99
|
|
L-Italja
|
OTB-TBB
|
1 363
|
260 618,37
|
47 148
|
|
Is-Slovenja (*)
|
OTB
|
11
|
1 813,00
|
168,67
|
(*) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta’ GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bl-OTB u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 9(c). Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bl-OTB ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 50 % fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza.
ANNESS V
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU, FIL-BAĦAR LEVANT U FIL-FLIEGU TA’ SQALLIJA
[spazju riżervat għal miżuri ġodda]
ANNESS VI
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN
[spazju riżervat għal miżuri ġodda]
ANNESS VII
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku
|
Kodiċi alfa-3
|
Isem komuni
|
|
Sprattus sprattus
|
SPR
|
Laċċa kaħla
|
|
Scophthalmus maximus
|
TUR
|
Barbun imperjali
|
|
Speċi:
|
Laċċa kaħla
Sprattus sprattus
|
Żona:
|
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29
(SPR/F3742C)
|
|
Il-Bulgarija
|
8 032,50
|
|
Kwota analitika
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
|
|
Ir-Rumanija
|
3 442,50
|
|
|
|
L-Unjoni
|
11 475
|
|
|
|
TAC
|
Mhix rilevanti/M’hemmx qbil dwarha
|
|
|
Speċi:
|
Barbun imperjali
Scophthalmus maximus
|
Żona:
|
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29
(TUR/F3742C)
|
|
Il-Bulgarija
|
pm
|
|
TAC analitika
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.
|
|
Ir-Rumanija
|
pm
|
|
|
|
L-Unjoni
|
pm
|
(*1)
|
|
|
TAC
|
pm
|
|
|
(*1)
Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2022 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.
ANNESS VIII
LI JEMENDA L-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) 2022/110
L-Anness III tar-Regolament (KE) 2022/110 huwa emendat kif ġej:
(1)
fit-tabella relatata mal-bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1-2-5-6-7) fil-punt (a), in-nota f’qiegħ il-paġna 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
“(2)
Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd fi 2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għat-taqsima tal-flotta kkonċernata, dment li.
(a) dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz; jew
(b) dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 50 mm għas-sajd fl-ilmijiet fondi sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor b’CL ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor ġganti fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 inqas minn 35 mm CL; jew
(c) dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % ta’ frieħ tal-ħut jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew
(d) l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni tal-għeluq temporanji sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet tal-frieħ tal-ħut tal-ispeċijiet tal-qiegħ jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati b’tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll l-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ minn din l-allokazzjoni addizzjonali, bl-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tar-rappurtar għal din l-allokazzjoni addizzjonali (EFF1/MED1_TR1_AA, EFF1/MED1_TR2_AA, EFF1/MED1_TR3_AA, EFF1/MED1_TR4_AA and EFF2/MED1_TR1_AA, EFF2/MED1_TR2_AA, EFF2/MED1_TR3_AA, EFF2/MED1_TR4_AA).
L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata disponibbli mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti a), b), c) jew d), sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru.
It-2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz massimu permessa tas-segment tal-flotta kkonċernata tal-Istat Membru kkonċernat, mill-1 ta’ Jannar 2022.
(1)Fit-tabella relatata mal-bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8-9-10-11) fil-punt (b), in-nota f’qiegħ il-paġna 4 hija sostitwita b’dan li ġej:
“(3)
Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd fi 2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għat-taqsima tal-flotta kkonċernata.
Stat Membru jista’ jagħmel dan, dment li:
(a) dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz;
jew
(b) dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka bid-daqs tal-malji kwadri ta’ 50 mm għas-sajd fl-ilmijiet fondi sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor b’CL ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor ġganti fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 inqas minn 35 mm CL;
jew
c) dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % ta’ frieħ tal-ħut jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020;
jew
d) l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni tal-għeluq temporanji sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet tal-frieħ tal-ħut tal-ispeċijiet tal-qiegħ jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati b’tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll l-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ minn din l-allokazzjoni addizzjonali, bl-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tar-rappurtar għal din l-allokazzjoni addizzjonali (EFF1/MED2_TR1_AA, EFF1/MED2_TR2_AA, EFF1/MED2_TR3_AA, EFF1/MED2_TR4_AA and EFF2/MED2_TR1_AA, EFF2/MED2_TR2_AA, EFF2/MED2_TR3_AA, EFF2/MED2_TR4_AA).
L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti a), b), c) jew d), sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru.
It-2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz massimu permessa tas-segment tal-flotta kkonċernata tal-Istat Membru kkonċernat, mill-1 ta’ Jannar 2022.