Brussell, 28.9.2022

COM(2022) 505 final

2022/0310(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

   

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (“ir-Regolament SURE”) jistabbilixxi l-qafas legali għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri, li qegħdin jesperjenzaw tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew li huma mhedda serjament minn tali tfixkil. L-appoġġ fl-ambitu ta’ SURE jservi għall-finanzjament, primarjament, ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili mmirati biex jipproteġu lill-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u b’hekk inaqqsu l-inċidenza tal-qgħad u t-telf tal-introjtu, kif ukoll għall-finanzjament, b’mod anċillari, ta’ xi miżuri relatati mas-saħħa, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol.

Fil-11 ta’ Awwissu 2020, il-Portugall talab assistenza finanzjarja mill-Unjoni u fil-25 ta’ Settembru 2020, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 tiegħu, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Portugall bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Portugall talab lill-Unjoni biex testendi l-lista ta’ miżuri fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. B’segwitu għal din it-talba, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/99 tal-25 ta’ Jannar 2022.

Fis-17 ta’ Settembru 2022, il-Portugall reġa’ talab assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament SURE.

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament SURE, il-Kummissjoni kkonsultat lill-awtoritajiet Portugiżi biex tivverifika ż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa effettiva u ppjanata relatata direttament ma’ miżuri tas-suq tax-xogħol tal-Portugall u miżuri relatati mas-saħħa, kaġun il-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, dan jirrigwarda l-miżuri eżistenti msemmija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354:

(a)miżura li tappoġġa tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali stabbilit fil-Kodiċi tax-Xogħol tal-Portugall. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom. Din il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi kienet soġġetta għal limitu inferjuri ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf sinifikanti fid-dħul. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża, inkluż permezz taż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom.

(b)appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali. Din il-miżura kienet simili għall-miżura msemmija fil-punt (a) iżda kellha proċeduri simplifikati biex jingħata lok għal aċċess aktar rapidu għall-fondi. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex 70 % tal-kumpens tal-impjegati jiġi kopert, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom, kif ukoll l-eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur. Din il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi kienet soġġetta għal limitu aktar baxx ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż permezz taż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom f’ċirkostanzi speċifiċi.

(c)meta d-ditti kienu qegħdin jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b), u kellhom programm ta’ taħriġ approvat mis-servizzi pubbliċi nazzjonali tal-impjiegi u t-taħriġ (“Instituto do Emprego de Formação Profissional”, IEFP), fl-ambitu tal-programmi vokazzjonali speċjali, setgħu jingħataw allowances għat-taħriġ biex ikopru s-sostituzzjoni tal-introjtu, kif ukoll il-kostijiet relatati għat-taħriġ, li għandu jsir matul il-ħinijiet tax-xogħol, bħala alternattiva għall-ħin tax-xogħol ridott tal-impjegati.

(d)appoġġ speċjali ġdid għad-ditti biex l-attivitajiet tan-negozju tagħhom jissoktaw. Inizjalment, sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lura għax-xogħol u jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, id-ditti li l-impjegati tagħhom ibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) setgħu jirċievu benefiċċju ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali għal kull impjegat rilevanti mħallas fi ħlas uniku, jew inkella għal darbtejn is-salarju minimu nazzjonali għal kull tali impjegat imħallas b’mod gradwali fuq perjodu ta’ sitt xhur. Meta l-appoġġ ingħata b’mod gradwali, id-ditti kellhom ukoll jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali ta’ 50 % fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur rispettiv b’referenza għall-impjegati rilevanti. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi l-mikrointrapriżi li l-impjegati tagħhom kienu bbenefikaw mill-miżura msemmija fil-punt (f) ġew miżjuda bħala ditti eliġibbli, li mbagħad setgħu jirċievu benefiċċju ekwivalenti għal darbtejn is-salarju minimu nazzjonali għal kull tali impjegat imħallas b’mod gradwali fuq perjodu ta’ sitt xhur.

(e)suppliment ġdid għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) matul mill-inqas xahar (aktar tard speċifikat bħala 30 jum konsekuttiv) fil-perjodu minn April sa Ġunju 2020. L-impjegati eliġibbli kienu dawk li, b’referenza għal Frar 2020, is-salarju gross tagħhom ma kienx jaqbeż darbtejn is-salarju minimu nazzjonali. L-impjegati kienu intitolati jirċievu benefiċċju ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju gross ta’ Frar 2020 u dak tal-perjodu li fih l-impjegati kienu koperti minn xi waħda miż-żewġ miżuri msemmija hawn fuq, b’livell inferjuri ta’ EUR 100 u limitu massimu ta’ EUR 351.

(f)appoġġ speċjali ġdid u progressiv għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-ħin tax-xogħol normali ridott temporanjament. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju għall-impriżi eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati għas-sigħat mhux maħduma, b’dak il-kumpens ikun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għal sigħat mhux maħduma f’Awwissu u Settembru 2020, jew għal erbgħa minn kull ħamsa tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għal sigħat mhux maħduma f’Ottubru sa Diċembru 2020. Is-salarju gross kumplessiv tal-impjegati li rriżulta kien soġġett għal limitu inferjuri ugwali għall-paga minima nazzjonali. Il-miżura kienet tipprevedi wkoll l-eżenzjoni totali jew parzjali mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur rispettiv, ikkalibrata skont id-ditti eliġibbli li jkunu intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, jew intrapriżi kbar. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Ir-riduzzjoni temporanja massima tal-ħin tax-xogħol normali ġiet ikkalibrata biex tiżdied skont il-portata tat-telf fid-dħul tad-ditti eliġibbli. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi d-ditti li esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 25 % saru eliġibbli, ir-rikalibrar tar-riduzzjoni temporanja massima tal-ħin tax-xogħol normali skont il-portata tat-telf fid-dħul tad-ditti eliġibbli, iż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għas-sigħat mhux maħduma, u l-introduzzjoni tal-eliminazzjoni gradwali tal-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur.

(g)appoġġ speċjali ġdid għall-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema informali u l-maniġers. Inizjalment, il-miżura pprovdiet benefiċċju kull xahar ekwivalenti għall-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2020). Il-persuni eliġibbli kienu l-individwi li ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi l-persuni li esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ saru eliġibbli, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena preċedenti jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu, u rrikalibrata sabiex il-benefiċċju ta’ kull xahar ikun ekwivalenti għall-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, meta l-introjtu rreġistrat tal-individwi kien inqas minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, jew għal żewġ terzi tal-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali, meta l-introjtu rreġistrat tal-individwi kien ekwivalenti jew akbar minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, u ġie iffissat limitu inferjuri ekwivalenti għal 50 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall.

(h)benefiċċju tal-familja għall-impjegati li kienu preklużi milli jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jieħdu ħsieb uliedhom jew dipendenti oħra taħt l-età ta’ 12-il sena, jew, irrispettivament mill-età, b’diżabbiltà jew b’mard kroniku. Il-miżuri pprovdiet benefiċċju li jikkorrispondi għal żewġ terzi tas-salarju gross normali, imħallas f’partijiet indaqs mill-impjegatur u mis-sigurtà soċjali, b’limitu inferjuri ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali.

(i)appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali. L-appoġġ pubbliku kien jikkonsisti f’benefiċċju li jkopri s-salarju ta’ min iħarreġ, minkejja li t-taħriġ vokazzjonali ma sarx.

(j)benefiċċju tal-mard wara infezzjoni bil-COVID-19. Meta mqabbel mal-iskema standard tal-Portugall tal-benefiċċju tal-mard, l-għoti tal-benefiċċju tal-mard tal-COVID-19 ma kienx soġġett għal perjodu ta’ stennija. L-appoġġ pubbliku kien jikkonsisti f’benefiċċju ekwivalenti għas-salarju gross.

(k)benefiċċju għall-impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom li għal żmien temporanju ma tħallewx jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom minħabba li kienu jinsabu f’iżolament profilattiku. L-għoti tal-benefiċċju ma kienx soġġett għal perjodu ta’ stennija. Il-persuni li jaħdmu għal rashom jew l-impjegati li bbenefikaw kienu intitolati għal benefiċċju ekwivalenti għas-salarju gross normali tagħhom.

(l)għadd ta’ miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores. Il-miżuri speċifiċi kienu maħsuba biex jippreżervaw l-impjiegi fl-Azores matul it-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża żieda reġjonali supplimentari apparti l-iskemi nazzjonali, jiġifieri dwar xogħol b’ħinijiet iqsar, kif ukoll appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-miżuri kien jiddependi fuq l-ippreżervar tal-kuntratti ta’ xogħol mid-ditti u t-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

(m)għadd ta’ miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira. Il-miżuri speċifiċi kienu maħsuba biex jippreżervaw l-impjiegi f’Madeira matul it-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża żieda reġjonali supplimentari apparti l-iskemi nazzjonali, jiġifieri dwar xogħol b’ħinijiet iqsar, kif ukoll appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-miżuri kien jiddependi fuq l-ippreżervar tal-kuntratti ta’ xogħol mid-ditti u t-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

(n)skema ta’ appoġġ straordinarju għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, għall-ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, u għall-maniġers li l-introjtu tagħhom kien partikolarment affettwat mill-pandemija tal-COVID-19. Fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-miżura pprovdiet benefiċċju ekwivalenti għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu ta’ kull xahar tal-ħaddiema, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Il-ħaddiema eliġibbli li jaħdmu għal rashom kienu dawk li esperjenzaw tnaqqis fl-introjtu ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu minn Marzu sa Diċembru 2020, meta mqabbel mal-2019. Fil-każ ta’ ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, il-miżura pprevediet: (i) għall-impjegati, benefiċċju ekwivalenti għad-differenza bejn il-valur ta’ referenza ta’ kull xahar ta’ EUR 501,16 u l-paga medja fix-xahar għal kull adult fl-unità domestika rispettiva; jew, (ii) għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, benefiċċju ekwivalenti għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar tal-ħaddiema, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Fil-każ tal-maniġers, il-miżura pprovdiet benefiċċju ekwivalenti għall-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom meta dan kien inqas minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2021), jew inkella għal żewġ terzi tal-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom, meta dan kien ekwivalenti għall-indiċi msemmi qabel jew ogħla minnu. Il-maniġers eliġibbli kienu dawk li l-attivitajiet kummerċjali tagħhom kienu ġew temporanjament sospiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, jew li kienu qegħdin jesperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum ta’ qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Fil-każijiet kollha, il-benefiċċju kellu limitu inferjuri ekwivalenti għal EUR 50, miżjud għal 50 % tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar osservat meta dan tal-aħħar waqa’ bejn 50 % u 100 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, jew 50 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall meta t-tnaqqis fl-introjtu qabeż l-indiċi msemmi qabel.

(o)skema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti. Il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju ta’ kull xahar ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2021).

(p)ix-xiri ta’ tagħmir protettiv personali biex jintuża fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fi sptarijiet pubbliċi, fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira.

(q)kampanja ta’ iġjene fl-iskejjel bl-għan li jiġi żgurat ir-ritorn sikur għax-xogħol tal-lekċerers, ta’ membri oħra tal-persunal u tal-istudenti.

(r)l-ittestjar għall-infezzjoni bil-COVID-19 tal-pazjenti fl-isptar u l-ħaddiema ta’ sptarijiet pubbliċi, kif ukoll tal-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal.

(s)kumpens speċjali ġdid għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19. Il-miżura pprevediet bonus għall-prestazzjoni, li jitħallas darba biss, korrispondenti għal ammont ekwivalenti għal 50 % tas-salarju gross normali tal-impjegat.

(t)ir-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija.

Il-Portugall ipprovda l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni.

Wara li qieset l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill biex jadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex tingħata assistenza finanzjarja lill-Portugall skont ir-Regolament SURE b’appoġġ għall-miżuri ta’ hawn fuq.

Il-miżuri relatati mas-saħħa, kif mitlub mill-Portugall, inkluż fis-17 ta’ Settembru 2022, jammontaw għal EUR 1 382 230 075.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija kompletament konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672, li skontu qiegħda ssir il-proposta.

Din il-proposta qiegħda ssir apparti strument ieħor tal-liġi tal-Unjoni biex jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri f’każ ta’ emerġenza, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) (“ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002”). Ir-Regolament (UE) 2020/461 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda dak l-istrument biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex ikopri emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri u biex jiddefinixxi operazzjonijiet speċifiċi eliġibbli għall-finanzjament, ġie adottat fit-30 ta’ Marzu 2020.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija parti minn sensiela ta’ miżuri żviluppati b’reazzjoni għall-pandemija attwali tal-COVID-19 bħall-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus”, u tikkomplementa strumenti oħra li jappoġġjaw l-impjiegi bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)/InvestEU. Billi tagħmel użu mill-għoti u t-teħid b’self f’dan il-każ partikolari tat-tifqigħa tal-COVID-19 għall-appoġġ tal-Istati Membri, din il-proposta taġixxi bħala t-tieni linja ta’ difiża biex jiġu ffinanzjati skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, biex jiġu protetti l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom mir-riskju tal-qgħad.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal dan l-istrument hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija b’segwitu għal talba minn Stat Membru u turi solidarjetà Ewropea billi tipprovdi assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ self temporanju lil Stat Membru affettwat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Bħala t-tieni linja ta’ difiża, tali assistenza finanzjarja tappoġġa n-nefqa pubblika akbar tal-gvern fuq bażi temporanja fir-rigward tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili biex tkun ta’ għajnuna sabiex jiġu protetti l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju ta’ qgħad u t-telf ta’ introjtu.

Tali appoġġ se jgħin lill-popolazzjoni affettwata u jgħin biex itaffi l-impatt dirett fuq is-soċjetà u fuq l-ekonomija kkawżat mill-kriżi attwali tal-COVID-19.

Proporzjonalità

Il-proposta tosserva l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta u biex tkun tista’ tiġi adottata f’ħin tempestiv mill-Kunsill, ma setgħetx issir konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tikkuntratta self fis-swieq finanzjarji bl-iskop li tisilfu lill-Istat Membru li jkun qiegħed jitlob assistenza finanzjarja fl-ambitu tal-istrument SURE.

Minbarra l-garanziji mogħtija mill-Istati Membri, hemm salvagwardji oħra fil-qafas sabiex tiġi żgurata s-solidità finanzjarja tal-iskema:

·Approċċ rigoruż u konservattiv għall-ġestjoni finanzjarja;

·Portafoll ta’ self kostruwit b’tali mod li jillimita r-riskju ta’ konċentrazzjoni, l-iskopertura annwali u l-iskopertura eċċessiva għal Stati Membri individwali, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jingħataw riżorsi suffiċjenti lill-Istati Membri l-aktar fil-bżonn; u

·Possibbiltajiet ta’ riportament tad-dejn.

2022/0310 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)B’segwitu għal talba mill-Portugall fil-11 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 2 , ta assistenza finanzjarja lill-Portugall fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR  5 934 462 488 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, u b’perjodu ta’ disponibbiltà ta’ 18-il xahar, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Portugall biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

(2)Is-self kellu jintuża mill-Portugall biex jiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354.

(3)B’segwitu għat-tieni talba mill-Portugall fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/99 3 , estenda l-lista tal-miżuri li għalihom diġà kienet ingħatat assistenza finanzjarja permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354, bil-ħsieb li jiġu kkomplementati l-isforzi nazzjonali tal-Portugall biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

(4)It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Portugall. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija xorta waħda fin-nefqa pubblika fil-Portugall fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354.

(5)It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Portugall fl-2020, l-2021 u l-2022 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku u l-impatt marbut mas-saħħa tagħha kellhom, u għad għandhom, impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Fl-2020, il-Portugall kellu defiċit u dejn tal-gvern estiż ta’ 5,8% u 135,2% tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament, li niżlu għal 2,8 % u 127,4 % rispettivament fi tmiem l-2021. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2022 tal-Kummissjoni, il-Portugall huwa previst li jkollu defiċit u dejn tal-gvern estiż ta’ 1,9 % u 119,9% tal-PDG, rispettivament, sa tmiem l-2022. Skont il-previżjoni interim tar-rebbiegħa 2022 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Portugall huwa projettat li jiżdied b’6,5% fl-2022.

(6)Fis-17 ta’ Settembru 2022, il-Portugall talab assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni li tammonta għal EUR 300 000 000 bil-ħsieb li jkompli jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020, l-2021 u l-2022 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari, il-Portugall estenda u/jew emenda ulterjorment l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili stabbiliti fil-premessi (7) sa (21).

(7)L-Artikoli 298 sa 308 tal-“Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar” 4 , kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikolu 142 tal-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” 5 , introduċew miżura li tappoġġa ż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali stabbilit fil-Kodiċi tax-Xogħol tal-Portugall. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom. Din il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi kienet soġġetta għal limitu inferjuri ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf sinifikanti fid-dħul. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża, inkluż permezz taż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom.

(8)“Id-Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu” 6 , kif emendat permezz tad-“Dikjarazzjoni ta’ Rettifika Nru 14/2020 tat-28 ta’ Marzu” 7 , l-Artikolu 4 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 14-F/2020 tat-13 ta’ April” 8 , l-Artikolu 3 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 20/2020 tal-1 ta’ Mejju” 9 , l-Artikolu 6 tad-“Digriet Amministrattiv 20-H/2020 tal-14 ta’ Mejju” 10 , l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju” 11 , u l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 6-C/2021 tal-15 ta’ Jannar” 12 , u kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikolu 142 tal-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” 13 , introduċa l-appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Din il-miżura kienet simili għall-miżura msemmija fil-premessa (7) iżda kellha proċeduri simplifikati biex jingħata lok għal aċċess aktar rapidu għall-fondi. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex 70 % tal-kumpens tal-impjegati jiġi kopert, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom, kif ukoll l-eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur. Din il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi kienet soġġetta għal limitu inferjuri ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż permezz taż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom f’ċirkostanzi speċifiċi. Ġaladarba l-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tikkostitwixxi dħul mitluf għall-gvern estiż, għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2020/672, tista’ titqies li hija ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(9)L-Artikoli 5(2) u 7 sa 9 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu” 14 stabbilew li, meta d-ditti kienu qegħdin jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-premessi (7) jew (8), u kellhom programm ta’ taħriġ approvat mis-servizzi pubbliċi nazzjonali tal-impjiegi u t-taħriġ (“Instituto do Emprego de Formação Profissional”, IEFP), fl-ambitu tal-programmi vokazzjonali speċjali, setgħu jingħataw allowances għat-taħriġ biex ikopru s-sostituzzjoni tal-introjtu, kif ukoll il-kostijiet relatati għat-taħriġ, li għandu jsir matul il-ħinijiet tax-xogħol, bħala alternattiva għall-ħin tax-xogħol ridott tal-impjegati. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354.

(10)L-Artikoli 4 u 5 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju” 15 u l-Artikolu 14-A tad-“Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju” 16 , kif emendat permezz tal-Artikolu 4 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 6-C/2021 tal-15 ta’ Jannar” 17 , l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 23-A/2021 tal-24 ta’ Marzu” 18 , u l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 32/2021 tat-12 ta’ Mejju” 19 , u kif speċifikat fl-“Ordni tal-Gvern Nru 102-A/2021 tal-14 ta’ Mejju” 20 , introduċew appoġġ speċjali ġdid għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Inizjalment, sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lura għax-xogħol u jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, id-ditti li l-impjegati tagħhom ibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-premessi (7) jew (8) setgħu jirċievu benefiċċju ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali għal kull impjegat rilevanti mħallas fi ħlas uniku, jew inkella għal darbtejn is-salarju minimu nazzjonali għal kull tali impjegat imħallas b’mod gradwali fuq perjodu ta’ sitt xhur. Meta l-appoġġ ingħata b’mod gradwali, id-ditti kellhom ukoll jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali ta’ 50 % fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur rispettiv b’referenza għall-impjegati rilevanti. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi l-mikrointrapriżi li l-impjegati tagħhom kienu bbenefikaw mill-miżura msemmija fil-premessa (12) ġew miżjuda bħala ditti eliġibbli, li mbagħad setgħu jirċievu benefiċċju ekwivalenti għal darbtejn is-salarju minimu nazzjonali għal kull tali impjegat imħallas b’mod gradwali fuq perjodu ta’ sitt xhur.

(11)L-Artikolu 3 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju” 21 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 58-A/2020 tal-14 ta’ Awwissu” 22 , introduċa suppliment ġdid għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-premessi (7) jew (8) matul mill-inqas xahar (aktar tard speċifikat bħala 30 jum konsekuttiv) fil-perjodu minn April sa Ġunju 2020. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(e) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. L-impjegati eliġibbli kienu dawk li, b’referenza għal Frar 2020, is-salarju gross tagħhom ma kienx jaqbeż darbtejn is-salarju minimu nazzjonali. L-impjegati kienu intitolati jirċievu benefiċċju ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju gross ta’ Frar 2020 u dak tal-perjodu li fih l-impjegati kienu koperti minn xi waħda miż-żewġ miżuri msemmija hawn fuq, b’livell inferjuri ta’ EUR 100 u limitu massimu ta’ EUR 351.

(12)L-Artikolu 4 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju” 23 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 90/2020 tad-19 ta’ Ottubru” 24 , l-Artikolu 142 tal-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” 25 , l-Artikolu 3 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 6-C/2021 tal-15 ta’ Jannar” 26 , l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 23-A/2021 tal-24 ta’ Marzu” 27 , u l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 71-A/2021 tat-13 ta’ Awwissu” 28 , introduċew appoġġ speċjali ġdid u progressiv għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-ħin tax-xogħol normali ridott temporanjament. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(f) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Inizjalment, il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju għall-impriżi eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati għas-sigħat mhux maħduma, b’dak il-kumpens ikun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għal sigħat mhux maħduma f’Awwissu u Settembru 2020, jew għal erbgħa minn kull ħamsa tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għal sigħat mhux maħduma f’Ottubru sa Diċembru 2020. Is-salarju gross kumplessiv tal-impjegati li rriżulta kien soġġett għal limitu inferjuri ugwali għall-paga minima nazzjonali. Il-miżura kienet tipprevedi wkoll l-eżenzjoni totali jew parzjali mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur rispettiv, ikkalibrata skont id-ditti eliġibbli li jkunu intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, jew intrapriżi kbar. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jew ikunu esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Ir-riduzzjoni temporanja massima tal-ħin tax-xogħol normali ġiet ikkalibrata biex tiżdied skont il-portata tat-telf fid-dħul tad-ditti eliġibbli. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi d-ditti li kienu esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 25 % saru eliġibbli, ir-rikalibrar tar-riduzzjoni temporanja massima tal-ħin tax-xogħol normali skont il-portata tat-telf fid-dħul tad-ditti eliġibbli, iż-żieda temporanja tal-kumpens tal-impjegati għal 100 % tas-salarju gross normali tagħhom li jikkorrispondi għas-sigħat mhux maħduma, u l-introduzzjoni tal-eliminazzjoni gradwali tal-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur. Ġaladarba l-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tikkostitwixxi dħul mitluf għall-gvern estiż, għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2020/672, tista’ titqies li hija ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(13)L-Artikolu 26 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 29 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 12-A/2020 tas-6 ta’ April” 30 , l-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 14-F/2020 tat-13 ta’ April” 31 , l-Artikolu 4 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 20-C/2020 tas-7 ta’ Mejju” 32 , l-Artikolu 9 tal-“Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju” 33 , u l-Artikolu 2 tal-“Liġi Nru 31/2020 tal-11 ta’ Awwissu” 34 , kif ukoll l-Artikolu 325-G tal-“Liġi Nru 2/220 tal-31 ta’ Marzu” 35 , kif miżjud permezz tal-Artikolu 3 tal-“Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju” 36 , introduċa appoġġ speċjali ġdid għall-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema informali u l-maniġers. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(g) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Inizjalment, il-miżura pprovdiet benefiċċju kull xahar ekwivalenti għall-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2020). Il-persuni eliġibbli kienu l-individwi li ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Sussegwentement, il-miżura ġiet estiża kemm-il darba, inkluż billi l-persuni li esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ saru eliġibbli, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena preċedenti jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu, irrikalibrata sabiex il-benefiċċju ta’ kull xahar ikun ekwivalenti għall-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, meta l-introjtu rreġistrat tal-individwi kien inqas minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, jew għal żewġ terzi tal-introjtu rreġistrat tal-individwi, b’limitu massimu ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali, meta l-introjtu rreġistrat tal-individwi kien ekwivalenti jew akbar minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, u ġie iffissat limitu inferjuri ekwivalenti għal 50 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall.

(14)L-Artikolu 23 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 37 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 12-A/2020 tas-6 ta’ April” 38 , u l-Artikolu 3 tal-“Liġi Nru 16/2021 tas-7 ta’ April” 39 , introduċew benefiċċju tal-familja għall-impjegati li kienu preklużi milli jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jieħdu ħsieb uliedhom jew dipendenti oħra taħt l-età ta’ 12-il sena, jew, irrispettivament mill-età, b’diżabbiltà jew b’mard kroniku. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(h) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Il-miżuri pprovdiet benefiċċju li jikkorrispondi għal żewġ terzi tas-salarju gross normali, imħallas f’partijiet indaqs mill-impjegatur u mis-sigurtà soċjali, b’limitu inferjuri ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Din il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, billi tipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati li jgħin biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tħaris tat-tfal meta l-iskejjel ikunu magħluqin u b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu u r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom ma titpoġġiex f’riskju.

(15)L-“Ordni tal-Gvern Nru 3485-C/2020 tas-19 ta’ Marzu” 40 , l-“Ordni tal-Gvern Nru 4395/2020 tal-10 ta’ April” 41 u l-“Ordni tal-Gvern Nru 5897-B/2020 tat-28 ta’ Mejju” 42 , introduċew appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(i) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. L-appoġġ pubbliku kien jikkonsisti f’benefiċċju li jkopri s-salarju ta’ min iħarreġ, minkejja li t-taħriġ vokazzjonali ma sarx.

(16)L-“Ordni tal-Ministri għax-Xogħol, għas-Solidarjetà u għas-Sigurtà Soċjali, u għas-Saħħa Nru 2875-A/2020 tat-3 ta’ Marzu” 43 , l-Artikolu 20 tad-“Digriet Amministrattiv 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 44 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 62-A/2020 tat-3 ta’ Settembru” 45 , u l-Artikolu 325-F tal-“Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu” 46 , kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-“Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju” 47 , introduċew benefiċċju tal-mard wara infezzjoni bil-COVID-19. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(m) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Meta mqabbel mal-iskema standard tal-Portugall tal-benefiċċju tal-mard, l-għoti tal-benefiċċju tal-mard tal-COVID-19 ma kienx soġġett għal perjodu ta’ stennija. L-appoġġ pubbliku kien jikkonsisti f’benefiċċju ekwivalenti għas-salarju gross normali tal-benefiċjarji.

(17)L-Artikolu 19 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 48 , kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 62-A/2020 tat-3 ta’ Settembru” 49 , u l-Artikolu 325-F tal-“Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu” 50 , kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-“Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju” 51 , introduċew benefiċċju għall-impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom li għal żmien temporanju ma tħallewx jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom minħabba li kienu jinsabu f’iżolament profilattiku. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(l) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. L-għoti tal-benefiċċju ma kienx soġġett għal perjodu ta’ stennija. Il-persuni li jaħdmu għal rashom jew l-impjegati li bbenefikaw kienu intitolati għal benefiċċju ekwivalenti għas-salarju gross normali tagħhom.

(18)Ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 97/2020 tat-8 ta’ April” 52 , ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 120/2020 tat-28 ta’ April” 53 , ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 128/2020 tal-5 ta’ Mejju” 54 , ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 129/2020 tal-5 ta’ Mejju” 55 , ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 195/2020 tal-15 ta’ Lulju” 56 , ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 196/2020 tal-15 ta’ Lulju” 57 u r-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 200/2020 tas-17 ta’ Lulju” 58 , introduċew għadd ta’ miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores. Il-miżuri ġew deskritti fl-Artikolu 3(j) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Il-miżuri speċifiċi kienu maħsuba biex jippreżervaw l-impjiegi fl-Azores matul it-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża żieda reġjonali supplimentari apparti l-iskemi nazzjonali, jiġifieri dwar xogħol b’ħinijiet iqsar, kif ukoll appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-miżuri kien jiddependi fuq l-ippreżervar tal-kuntratti ta’ xogħol mid-ditti u t-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

(19)Ir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira Nru 101/2020 tat-13 ta’ Marzu” 59 u l-“Ordinanza Nru 133-B/2020 tal-Viċi Presidenza tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira u tas-Segretarjat Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali u ċ-Ċittadinanza tat-22 ta’ April” 60 introduċew għadd ta’ miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira. Il-miżuri ġew deskritti fl-Artikolu 3(k) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Il-miżuri speċifiċi kienu maħsuba biex jippreżervaw l-impjiegi f’Madeira matul it-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża żieda reġjonali supplimentari apparti l-iskemi nazzjonali, jiġifieri dwar xogħol b’ħinijiet iqsar, kif ukoll appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-miżuri kien jiddependi fuq l-ippreżervar tal-kuntratti ta’ xogħol mid-ditti u t-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali.

(20)L-Artikolu 156 tal-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” 61 , u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2)(c) sa (f) tiegħu, kif speċifikat ulterjorment fl-“Ordinanza tal-Gvern Nru 19-A/2021 tal-25 ta’ Jannar” 62 , u kif estiż permezz tal-Artikolu 12 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 104/2021 tas-27 ta’ Novembru” 63 , introduċew skema ta’ appoġġ straordinarju għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, għall-ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, u għall-maniġers li l-introjtu tagħhom kien partikolarment affettwat mill-pandemija tal-COVID-19. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(r) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-miżura pprovdiet benefiċċju ekwivalenti għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu ta’ kull xahar tal-ħaddiema, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Il-ħaddiema eliġibbli li jaħdmu għal rashom kienu dawk li esperjenzaw tnaqqis fl-introjtu ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu minn Marzu sa Diċembru 2020, meta mqabbel mal-2019. Fil-każ ta’ ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, il-miżura pprevediet: (i) għall-impjegati, benefiċċju ekwivalenti għad-differenza bejn il-valur ta’ referenza ta’ kull xahar ta’ EUR 501,16 u l-paga medja fix-xahar għal kull adult fl-unità domestika rispettiva; jew, (ii) għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, benefiċċju ekwivalenti għal żewġ terzi tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar tal-ħaddiema, b’limitu massimu ta’ EUR 501,16. Fil-każ tal-maniġers, il-miżura pprovdiet benefiċċju ekwivalenti għall-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom meta dan kien inqas minn 1,5 darba l-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2021), jew inkella għal żewġ terzi tal-introjtu medju fix-xahar ta’ referenza tagħhom, meta dan kien ekwivalenti għall-indiċi msemmi qabel jew ogħla minnu. Il-maniġers eliġibbli kienu dawk li l-attivitajiet kummerċjali tagħhom kienu ġew temporanjament sospiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, jew li kienu qegħdin jesperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perjodu ta’ 30 jum ta’ qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn ta’ qabel dak il-perjodu. Fil-każijiet kollha, il-benefiċċju kellu limitu inferjuri ekwivalenti għal EUR 50, miżjud għal 50 % tat-tnaqqis fl-introjtu fix-xahar osservat meta dan tal-aħħar waqa’ bejn 50 % u 100 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall, jew 50 % tal-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall meta t-tnaqqis fl-introjtu qabeż l-indiċi msemmi qabel.

(21)Il-punt 2.5.1 tal-“Anness għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 41/2020 tas-6 ta’ Ġunju” 64 , kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikoli 10 sa 12 tal-“Ordinanza tal-Gvern Nru 180/2020 tat-3 ta’ Awwissu” 65 , u estiż permezz tal-Artikoli 5 sa 7 tal-“Anness għall-Ordinanza tal-Gvern Nru 37-A/2021 tal-15 ta’ Frar” 66 , introduċa skema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(s) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Il-miżura kienet tipprevedi benefiċċju ta’ kull xahar ekwivalenti għall-indiċi tal-appoġġ soċjali tal-Portugall (“Indexante dos Apoios Sociais”, IAS, ta’ EUR 438,81 fl-2021).

(22)Il-Portugall estenda u/jew emenda ulterjorment sensiela ta’ miżuri relatati mas-saħħa biex jindirizza t-tifqigħa tal-COVID-19. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (23) sa (27).

(23)In-“Norma Nru 012/2020 tas-6 ta’ Mejju” 67 , kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u n-“Norma Nru 013/2020 tal-10 ta’ Lulju” 68 , kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġa mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa, kif ukoll id-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 69 , taw lok għax-xiri ta’ tagħmir protettiv personali biex jintuża fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fi sptarijiet pubbliċi, fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(n) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354.

(24)Id-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 70 introduċa kampanja ta’ iġjene fl-iskejjel bl-għan li jiġi żgurat ir-ritorn sikur għax-xogħol tal-lekċerers, ta’ membri oħra tal-persunal u tal-istudenti. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(o) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354.

(25)In-“Norma Nru 012/2020 tas-6 ta’ Mejju” 71 , kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u n-“Norma Nru 013/2020 tal-10 ta’ Lulju” 72 , kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġa mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa, taw lok għall-ittestjar għall-infezzjoni bil-COVID-19 tal-pazjenti fl-isptar u l-ħaddiema ta’ sptarijiet pubbliċi, kif ukoll tal-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(p) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354.

(26)L-Artikolu 42-A tal-“Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu” 73 , kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-“Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju” 74 , u l-Artikolu 291 tal-“Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru” 75 , introduċew kumpens speċjali ġdid għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(q) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354. Il-miżura pprevediet bonus għall-prestazzjoni, li jitħallas darba biss, korrispondenti għal ammont ekwivalenti għal 50 % tas-salarju gross normali tal-impjegat.

(27)L-Artikolu 6 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu” 76 , u l-Artikoli 4 sa 8 tad-“Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2021 tat-2 ta’ Frar” 77 , taw lok għar-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija. Il-miżura ġiet deskritta fl-Artikolu 3(t) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354.

(28)Il-Portugall jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Portugall ipprovda lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 6 920 192 416 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata wkoll ma’ estensjoni jew emenda ta’ miżuri nazzjonali eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Portugall Il-Portugall beħsiebu jiffinanzja EUR 386 417 324 miż-żieda fl-ammont tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni mill-baġit tal-UE u EUR 299 312 604 permezz tal-finanzjament proprju.

(29)Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Portugall u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, kif imsemmija fit-talba tas-17 ta’ Settembru 2022, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(30)Il-miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmija fit-talba tal-Portugall tas-17 ta’ Settembru 2022 u fil-premessi (23) sa (27), jammontaw għal EUR 1 382 230 075.

(31)Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bl-għan li l-Portugall jiġi megħjun jindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-portata u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tas-segmenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(32)Ġaladarba l-perjodu ta’ disponibbiltà indikat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 skada, huwa meħtieġ perjodu ta’ disponibbiltà ġdid għall-assistenza finanzjarja addizzjonali. Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja ta’ 18-il xahar mogħti permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 jenħtieġ li jiġi estiż b’21 xahar u bħala konsegwenza l-perjodu ta’ disponibbiltà totali jenħtieġ li jkun ta’ 39 xahar mill-ewwel jum wara li ssir effettiva d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354.

(33)Jenħtieġ li l-Portugall u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim tas-self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

(34)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ tinbeda, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma tissovrapponix ir-rekwiżit li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni istanzi ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(35)Jenħtieġ li l-Portugall jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari bl-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Portugall jkun implimenta din in-nefqa.

(36)Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Portugall, kif ukoll tat-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħrajn, filwaqt li ġew applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1354 hija emendata kif ġej:

(1)    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Portugall self li jammonta għal massimu ta’ EUR 6 234 462 488. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.”;

(b)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 39 xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni tkun saret effettiva.”

(c)    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. Kwalunkwe ħlas parzjali ulterjuri għandu jiġi rilaxxat f’konformità mat-termini ta’ dak il-ftehim tas-self jew, fejn rilevanti, ikun soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ addendum għal dan, jew ta’ ftehim tas-self emendat konkluż bejn il-Portugall u l-Kummissjoni li jissostitwixxi l-ftehim tas-self oriġinali.”;

(2)    L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-Portugall jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)l-appoġġ għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli 298 sa 308 tal-‘Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar’, kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikolu 142 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(b)l-appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’, kif emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, u kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikolu 142 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(c)il-programmi vokazzjonali speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli 5(2) u 7 sa 9 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G72020 tas-26 ta’ Marzu’;

(d)l-appoġġ speċjali ġdid għad-ditti biex jissoktaw bl-attivitajiet kummerċjali tagħhom, kif previst fl-Artikoli 4 u 5 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’ u fl-Artikolu 14-A tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju’, kif emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 32/2021 tat-12 ta’ Mejju’, u kif speċifikat fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 102-A/2021 tal-14 ta’ Mejju’;

(e)is-suppliment ġdid għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) għaż-żamma tal-kuntratti tax-xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew ta’ riduzzjoni tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikolu 3 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 58-A/2020 tal-14 ta’ Awwissu’;

(f)l-appoġġ speċjali ġdid u progressiv għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-ħin tax-xogħol normali ridott temporanjament, kif previst fl-Artikolu 4 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tat-30 ta’ Lulju’, kif emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 71-A/2021 tal-13 ta’ Awwissu’;

(g)l-appoġġ speċjali ġdid għall-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema informali u l-maniġers, kif previst fl-Artikolu 26 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, kif emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 2 tal-‘Liġi Nru 31/2020 tal-11 ta’ Awwissu’, kif ukoll fl-Artikolu 325-G tal-‘Liġi Nru 2/220 tal-31 ta’ Marzu’, kif miżjud permezz tal-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 24-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(h)il-benefiċċju tal-familja għall-impjegati li kienu preklużi milli jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jieħdu ħsieb uliedhom jew dipendenti oħra taħt l-età ta’ 12-il sena, jew, irrispettivament mill-età, b’diżabbiltà jew b’mard kroniku, kif previst fl-Artikolu 23 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, kif emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 16/2021 tas-7 ta’ April’;

(i)l-appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali, kif previst fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 3485-C/2020 tad-19 ta’ Marzu’, fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 4395/2020 tal-10 ta’ April’, u fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 5897-B/2020 tat-28 ta’ Mejju’;

(j)il-miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 97/2020 tat-8 ta’ April’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 120/2020 tat-28 ta’ April’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 128/2020 tal-5 ta’ Mejju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 129/2020 tal-5 ta’ Mejju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 195/2020 tal-15 ta’ Lulju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 196/2020 tal-15 ta’ Lulju’ u r-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 200/2020 tas-17 ta’ Lulju’;

(k)il-miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira, kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira Nru 101/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-‘Ordinanza Nru 133-B/2020 tal-Viċi Presidenza tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira u tas-Segretarjat Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali u ċ-Ċittadinanza tat-22 ta’ April’;

(l) il-benefiċċju ġdid għall-impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom li għal żmien temporanju ma tħallewx jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom minħabba li kienu jinsabu f’iżolament profilattiku, kif previst fl-Artikolu 19 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 62-A/2020 tat-3 ta’ Settembru’, u fl-Artikolu 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’, kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(m)il-benefiċċju ġdid tal-mard wara infezzjoni bil-COVID-19, kif previst fl-‘Ordni tal-Ministri għax-Xogħol, għas-Solidarjetà u għas-Sigurtà Soċjali, u għas-Saħħa Nru 2875-A/2020 tat-3 ta’ Marzu’, fl-Artikolu 20 tad-‘Digriet Amministrattiv 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, kif emendat permezz tal-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 62-A/2020 tat-3 ta’ Settembru’, u fl-Artikolu 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’, kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(n)ix-xiri ta’ tagħmir protettiv personali biex jintuża fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fi sptarijiet pubbliċi, fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira, kif previst fin-‘Norma Nru 012/2020 tas-6 ta’ Mejju’, kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u fin-‘Norma Nru 013/2020 tal-10 ta’ Lulju’, kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġa mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa, kif ukoll id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(o)il-kampanja ta’ iġjene fl-iskejjel bl-għan li jiġi żgurat ir-ritorn sikur għax-xogħol tal-lekċerers, ta’ membri oħra tal-persunal u tal-istudenti, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(p)għall-ittestjar għall-infezzjoni bil-COVID-19 tal-pazjenti fl-isptar u l-ħaddiema ta’ sptarijiet pubbliċi, kif ukoll tal-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, kif previst fin-‘Norma Nru 012/2020 tas-6 ta’ Mejju’, kif emendata fl-14 ta’ Mejju 2020, u fin-‘Norma Nru 013/2020 tal-10 ta’ Lulju’, kif emendata fit-23 ta’ Ġunju 2020, it-tnejn li huma maħruġa mid-Direttorat Ġenerali Portugiż għas-Saħħa;

(q)il-kumpens speċjali ġdid għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 42-A tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’, kif emendat permezz tal-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’, u fl-Artikolu 291 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’;

(r)l-iskema ta’ appoġġ straordinarju għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, għall-ħaddiema mingħajr aċċess għal mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni soċjali, u għall-maniġers li l-introjtu tagħhom kien partikolarment affettwat mill-pandemija tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 156 tal-‘Liġi Nru 75-B/2020 tal-31 ta’ Diċembru’, u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2)(c) sa (f) tiegħu, kif speċifikat ulterjorment fl-‘Ordinanza tal-Gvern Nru 19-A/2021 tal-25 ta’ Jannar’, u kif estiż permezz tal-Artikolu 12 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 104/2021 tas-27 ta’ Novembru’;

(s)l-iskema ta’ appoġġ soċjali għall-artisti, l-awturi, it-tekniċi u professjonisti oħrajn tal-arti, kif previst fil-punt 2.5.1 tal-‘Anness għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 41/2020 tas-6 ta’ Ġunju’, kif speċifikat ulterjorment permezz tal-Artikoli 10 sa 12 tal-‘Ordinanza tal-Gvern Nru 180/2020 tat-3 ta’ Awwissu’, u estiż permezz tal-Artikoli 5 sa 7 tal-‘Anness għall-Ordinanza tal-Gvern Nru 37-A/2021 tal-15 ta’ Frar’;

(t)ir-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa addizzjonali u s-sahra fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa biex jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati mal-pandemija, kif previst fl-Artikolu 6 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, u fl-Artikoli 4 sa 8 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2021 tat-2 ta’ Frar’.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ĠU L 314, 29.9.2020, p. 49–54.
(3)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/99 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ĠU L 17, 26.1.2022, p. 47–51.
(4)    Diário da República n.º 30/2009, Série I de 2009-02-12”, p. 926–1029.
(5)    Diário da República n.º 253/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-12-31”, p. 2–288.
(6)    Diário da República n.º 61/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-26”, p. 7–14.
(7)    Diário da República n.º 62-A/2020, Série I de 2020-03-28”, p. 6–7.
(8)    Diário da República n.º 72/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-04-13”, p. 6–8.
(9)    Diário da República n.º 85-A/2020, Série I de 2020-05-01”, p. 2–10.
(10)    Diário da República n.º 94/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-05-14”, p. 2–7.
(11)    Diário da República n.º 118/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-06-19”, p. 4–9.
(12)    Diário da República n.º 10/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-01-15”, p. 5–22.
(13)    Diário da República n.º 253/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-12-31”, p. 2–288.
(14)    Diário da República n.º 61/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-26”, p. 7–14.
(15)    Diário da República n.º 118/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-06-19”, p. 4–9.
(16)    Diário da República n.º 147/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-30”, p. 2–10.
(17)    Diário da República n.º 10/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-01-15”, p. 5–22.
(18)    Diário da República n.º 58/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-03-24”, p. 2–8.
(19)    Diário da República n.º 92/2021, Série I de 2021-05-12”, p. 3–5.
(20)    Diário da República n.º 94/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-05-14”, p. 2–11.
(21)    Diário da República n.º 118/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-06-19”, p. 4–9.
(22)    Diário da República n.º 158/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-08-14”, p. 2–3.
(23)    Diário da República n.º 147/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-30”, p. 2–10.
(24)    Diário da República n.º 203/2020, Série I de 2020-10-19”, p. 2–7.
(25)    Diário da República n.º 253/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-12-31”, p. 2–288.
(26)    Diário da República n.º 10/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-01-15”, p. 5–22.
(27)    Diário da República n.º 58/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-03-24”, p. 2–8.
(28)    Diário da República n.º 157/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-08-13”, p. 2–4.
(29)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(30)    Diário da República n.º 68/2020, 3º Suplemento, Série I de 2020-04-06”, p. 20–24.
(31)    Diário da República n.º 72/2020, 2º Suplemento, Série I de 2020-04-13”, p. 6–8.
(32)    Diário da República n.º 89/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-05-07”, p. 2–6.
(33)    Diário da República n.º 143/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-24”, p. 2–92.
(34)    Diário da República n.º 155/2020, Série I de 2020-08-11”, p. 2–4.
(35)    Diário da República n.º 64/2020, Série I de 2020-03-31”, p. 2–336.
(36)    Diário da República n.º 143/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-24”, p. 2–92.
(37)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(38)    Diário da República n.º 68/2020, 3º Suplemento, Série I de 2020-04-06”, p. 20–24.
(39)    Diário da República n.º 67/2021, Série I de 2021-04-07”, p. 5–8.
(40)    Diário da República n.º 56/2020, 1º Suplemento, Série II de 2020-03-19”, p. 5–7.
(41)    Diário da República n.º 71-A/2020, Série II de 2020-04-10”, p. 2–3.
(42)    Diário da República n.º 104/2020, 2º Suplemento, Série II de 2020-05-28”, p. 3–4.
(43)    Diário da República n.º 44/2020, 1º Suplemento, Série II de 2020-03-023”, p. 2–3.
(44)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13, p. 2–13.
(45)    Diário da República n.º 172/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-09-03”, p. 2–5.
(46)    Diário da República n.º 64/2020, Série I de 2020-03-31”, p. 2–336.
(47)    Diário da República n.º 143/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-24”, p. 2–92.
(48)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(49)    Diário da República n.º 172/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-09-03”, p. 2–5.
(50)    Diário da República n.º 64/2020, Série I de 2020-03-31”, p. 2–336.
(51)    Diário da República n.º 143/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-24”, p. 2–92.
(52)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série, Número 54, 8 de abril de 2020”.
(53)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série, Número 65, 28 de abril de 2020”.
(54)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série, Número 68, 5 de maio de 2020”.
(55)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série - Número 68, 5 de maio de 2020”.
(56)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série - Número 104, 15 de julho de 2020”.
(57)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série - Número 104, 15 de julho de 2020”.
(58)    Jornal Oficial – Região Autónoma dos Açores – I Série - Número 106, 17 de julho de 2020”.
(59)    Jornal Oficial – Região Autónoma da Madeira – I Série, Número 46, 13 de março de 2020”.
(60)    Jornal Oficial – Região Autónoma da Madeira – 3º Suplemento, I Série, Número 74, 22 de abril de 2020”.
(61)    Diário da República n.º 253/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-12-31”, p. 2–288.
(62)    Diário da República n.º 16/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-01-25”, p. 2–8.
(63)    Diário da República n.º 230-A/2021, Série I de 2021-11-27”, p. 2–21.
(64)    Diário da República n.º 110-A/2020, Série I de 2020-06-06”, p. 2–37.
(65)    Diário da República n.º 149/2020, Série I de 2020-08-03”, p. 19–25.
(66)    Diário da República n.º 31/2021, 1º Suplemento, Série I de 2021-02-15”, p. 2–11.
(67)     https://www.dgs.pt/directrizes-da-dgs/normas-e-circulares-normativas/norma-n-0122020-de-06052020-pdf.aspx .
(68)     https://www.dgs.pt/directrizes-da-dgs/normas-e-circulares-normativas/norma-n-0132020-de-10062020-pdf.aspx .
(69)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(70)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(71)     https://www.dgs.pt/directrizes-da-dgs/normas-e-circulares-normativas/norma-n-0122020-de-06052020-pdf.aspx .
(72)     https://www.dgs.pt/directrizes-da-dgs/normas-e-circulares-normativas/norma-n-0132020-de-10062020-pdf.aspx .
(73)    Diário da República n.º 64/2020, Série I de 2020-03-31”, p. 2–336.
(74)    Diário da República n.º 143/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-07-24”, p. 2–92.
(75)    Diário da República n.º 253/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-12-31”, p. 2–288.
(76)    Diário da República n.º 52/2020, 1º Suplemento, Série I de 2020-03-13”, p. 2–13.
(77)    Diário da República n.º 22/2021, 2º Suplemento, Série I de 2021-02-02”, p. 15–19.