Brussell, 19.9.2022

COM(2022) 459 final

2022/0278(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi strument għas-Suq Uniku f’emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2022) 323 final} - {SWD(2022) 288 final} - {SWD(2022) 289 final} - {SWD(2022) 290 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Is-Suq Uniku huwa wieħed mill-akbar assi tal-UE u jipprovdi s-sinsla għat-tkabbir ekonomiku u għall-benesseri tal-UE. Kriżijiet reċenti, bħall-pandemija tal-COVID-19 jew l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, urew xi vulnerabbiltà tas-Suq Uniku u tal-ktajjen tal-provvista tiegħu f’każ ta’ interruzzjonijiet mhux previsti u, fl-istess ħin, kemm l-ekonomija Ewropea kif ukoll il-partijiet ikkonċernati kollha tagħha jiddependu minn Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb. Fil-futur, minbarra l-instabbiltà ġeopolitika, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali li jirriżultaw, it-telfien tal-bijodiversità, u l-instabbiltà ekonomika globali jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ġodda oħrajn. Għal din ir-raġuni, il-funzjonament tas-Suq Uniku jeħtieġ li jiġi ggarantit fi żminijiet ta’ emerġenza.

L-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku jista’ jkun doppju. Minn naħa waħda, kriżi tista’ twassal biex jitfaċċaw ostakli għall-moviment liberu fi ħdan is-Suq Uniku, u b’hekk tfixkel il-funzjonament tiegħu. Min-naħa l-oħra, kriżi tista’ tamplifika n-nuqqasijiet ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet jekk is-Suq Uniku jkun frammentat u ma jkunx qiegħed jiffunzjona. B’riżultat ta’ dan, il-ktajjen tal-provvista jistgħu jiġu interrotti malajr, il-kumpaniji jiffaċċjaw diffikultajiet fl-akkwist, fil-provvista jew fil-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi. L-aċċess tal-konsumatur għal prodotti u servizzi ewlenin jiġi mfixkel. In-nuqqas ta’ informazzjoni u ċarezza legali jkompli jaggrava l-impatt ta’ dan it-tfixkil. Minbarra r-riskji diretti tas-soċjetà kkawżati mill-kriżi, iċ-ċittadini, u b’mod partikolari l-gruppi vulnerabbli, qegħdin jiffaċċjaw impatti ekonomiċi negattivi qawwija. Għalhekk, il-proposta għandha l-għan li tindirizza żewġ problemi separati iżda relatati ma’ xulxin: l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi u ta’ nuqqasijiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet.

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kollha u ma’ strumenti eżistenti oħrajn tal-UE għall-kriżijiet, l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza (SMEI) se jipprovdi struttura ta’ governanza flessibbli b’saħħitha kif ukoll sett ta’ għodod immirat biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku fi kwalunkwe tip ta’ kriżi futura. X’aktarx li mhux l-għodod kollha inklużi f’din il-proposta se jkunu meħtieġa simultanjament. L-għan huwa pjuttost li l-UE tħejji ruħha għall-futur u tiġi mgħammra b’dak li jista’ jirriżulta li jkun neċessarju f’sitwazzjoni ta’ kriżi partikolari li taffettwa b’mod serju s-Suq Uniku.

Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020 1 , il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE se tieħu t-tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u se tindirizza l-frammentazzjoni, l-ostakli u d-dgħufijiet li jifdal tas-Suq Uniku meta tiffaċċja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Fl-Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Industrijali 2 , il-Kummissjoni ħabbret strument biex tiżgura l-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi, kif ukoll trasparenza u koordinazzjoni akbar fi żminijiet ta’ kriżi. L-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2022 3 . Il-Parlament Ewropew laqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tippreżenta Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza u talab lill-Kummissjoni biex tiżviluppah bħala għodda strutturali legalment vinkolanti biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi f’każ ta’ kriżijiet futuri 4 .

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Għadd ta’ strumenti legali tal-UE jistabbilixxu dispożizzjonijiet li huma rilevanti għall-immaniġġar tal-kriżijiet b’mod ġenerali. Min-naħa l-oħra, ċerti oqfsa tal-UE u proposti tal-Kummissjoni adottati reċentement jistabbilixxu miżuri aktar immirati li jiffukaw fuq ċerti aspetti tal-immaniġġar tal-kriżijiet jew li huma rilevanti għal setturi speċifiċi. L-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza se japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imressqa minn dawn l-istrumenti mmirati għall-immaniġġar tal-kriżijiet, li għandhom jitqiesu bħala lex specialis. Is-servizzi finanzjarji, il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħrajn u l-prodotti tas-sikurezza tal-ikel b’mod partikolari huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva minħabba l-eżistenza ta’ qafas iddedikat rilevanti għall-kriżijiet f’dawn l-oqsma.

Interazzjoni ma’ mekkaniżmi orizzontali ta’ rispons għall-kriżijiet

L-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (IPCR) 5 huma fost il-mekkaniżmi orizzontali ta’ rispons għall-kriżijiet 6 . Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tuża l-IPCR biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni politika fost l-Istati Membri fir-rispons għal kriżijiet kumplessi. L-IPCR skrutinizza għall-ewwel darba f’Ottubru 2015 il-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni u kien strumentali fil-monitoraġġ u fl-appoġġ għar-rispons tal-kriżi, filwaqt li jirrapporta lill-Coreper, lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew. L-IPCR opera r-rispons tal-Unjoni għall-kriżijiet maġġuri kkawżati minn attakki ċibernetiċi, diżastri naturali, jew theddid ibridu. Aktar reċentement, l-IPCR opera wkoll wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-aggressjoni brutali Russa fuq l-Ukrajna.

Mekkaniżmu ieħor tal-UE għar-rispons ġenerali għall-kriżijiet huwa l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) tiegħu 7 . L-ERCC huwa hub operazzjonali ċentrali tal-Kummissjoni miftuħ 24 siegħa kuljum għall-ewwel rispons ta’ emerġenza, l-istabbiliment ta’ ħażniet strateġiċi fil-livell tal-UE għal rispons ta’ emerġenza (“rescEU”), valutazzjonijiet tar-riskju ta’ diżastri, il-bini ta’ xenarji, l-għanijiet ta’ reżiljenza għad-diżastri, ħarsa ġenerali madwar l-UE lejn ir-riskji ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, miżuri oħrajn ta’ prevenzjoni u tħejjija, bħat-taħriġ u l-eżerċizzji.

Interazzjoni ma’ mekkaniżmi orizzontali tas-Suq Uniku

Meta jkun xieraq u neċessarju, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza u l-attivitajiet tat-Task Force għall-Infurzar fis-Suq Uniku (SMET). B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tirreferi l-ostakli nnotifikati li jfixklu b’mod sinifikanti l-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi strateġiċi lit-Task Force għall-Infurzar fis-Suq Uniku (SMET) għad-diskussjoni/għar-rieżami.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Interazzjoni ma’ miżuri mmirati lejn aspetti speċifiċi tal-immaniġġar tal-kriżijiet

Il-mekkaniżmi orizzontali ta’ rispons għall-kriżijiet imsemmija hawn fuq huma ssupplimentati minn miżuri oħrajn aktar immirati, li jiffukaw fuq aspetti speċifiċi tas-Suq Uniku bħall-moviment liberu tal-oġġetti, u r-regoli komuni dwar l-esportazzjonijiet jew l-akkwist pubbliku.

Tali qafas huwa r-Regolament (KE) Nru 2679/98 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rispons biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti attribwibbli għal Stat Membru li jwasslu għal tfixkil serju u li jirrikjedu azzjoni immedjata (“Ir-Regolament dwar il-Frawli”) 8 . Dan ir-Regolament jipprevedi mekkaniżmu ta’ notifika kif ukoll sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. (Ara t-taqsimiet 8.1 u 8.2 għal aktar dettalji.)

Ir-Regolament dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjonijiet 9 jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel ċerti kategoriji ta’ prodotti soġġetti għal sorveljanza tal-esportazzjoni barra mill-UE jew għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni barra mill-UE. Il-Kummissjoni kienet qiegħda tagħmel ċerti vaċċini u sustanzi attivi użati għall-manifattura ta’ tali vaċċini soġġetti għas-sorveljanza tal-esportazzjoni 10 fuq din il-bażi.

Miżuri ekonomiċi oħrajn jinkludu l-proċedura nnegozjata u l-akkwist konġunt okkażjonali mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri 11 .

Interazzjoni ma’ miżuri ta’ kriżi speċifiċi għas-settur

Ċerti oqfsa tal-UE jistabbilixxu miżuri aktar immirati li jiffukaw biss fuq ċerti aspetti speċifiċi tal-immaniġġar tal-kriżijiet jew li jikkonċernaw biss ċerti setturi speċifiċi.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ kontinġenza biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari” 12 tislet tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19 u kriżijiet preċedenti bl-objettiv li żżid il-koordinazzjoni u l-immaniġġar tal-kriżijiet inkluża t-tħejjija. Għal dan il-għan, il-pjan ta’ kontinġenza jressaq prinċipji ewlenin li għandhom jiġu segwiti biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari fil-każ ta’ kriżijiet futuri. Biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza u l-prinċipji ewlenin fih, il-Kummissjoni b’mod parallel stabbiliet il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (EFSCM), grupp magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi mhux tal-UE kif ukoll minn partijiet ikkonċernati fil-katina tal-provvista tal-ikel ippresedut mill-Kummissjoni biex jissaħħu l-koordinazzjoni, l-iskambju tad-data u l-prattiki. L-EFSCM tlaqqa’ għall-ewwel darba f’Marzu 2022 biex jiġu diskussi l-impatti taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-input u l-konsegwenzi tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja għas-sigurtà u l-provvista tal-ikel. L-osservatorji tas-suq u l-gruppi ta’ djalogu ċivili huma fora oħrajn li jiżguraw it-trasparenza u l-fluss ta’ informazzjoni fis-settur tal-ikel.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ kontinġenza għat-trasport” 13 għandha l-objettiv li tiżgura t-tħejjija għall-kriżijiet u l-kontinwità tan-negozju fis-settur tat-trasport. Il-pjan jistabbilixxi “manwal għall-kriżijiet” li fih sett ta’ għodod li jikkonsisti minn għaxar azzjonijiet bil-għan li jimmitigaw kwalunkwe impatt negattiv fuq is-settur tat-trasport, fuq il-passiġġieri u fuq is-suq intern jekk tinqala’ xi kriżi. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, miżuri li jagħmlu l-liġijiet tal-UE dwar it-trasport adatti għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi, l-iżgurar ta’ appoġġ adegwat għas-settur tat-trasport, l-iżgurar tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trasport, l-ittestjar tal-kontinġenza tat-trasport f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali eċċ 14 .

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli 15 (ir-Regolament dwar l-OKS) kif ukoll ir-Regolament relatat dwar l-OKS għas-sajd 16 jipprovdu l-bażi legali għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri biex tittejjeb it-trasparenza tas-suq 17 .

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1139 1308/2013 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura 18 (ir-Regolament FEMSA) jipprovdi l-bażi legali għall-appoġġ tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura f’każ ta’ avvenimenti eċċezzjonali li jikkawżaw tfixkil sinifikanti fis-swieq.

Ir-Regolament (UE) 2021/953 li jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE 19 jistabbilixxi qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli għat-tilqim, għall-ittestjar jew għaċ-ċertifikati tal-fejqan tal-COVID-19 sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familja tagħhom matul il-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, abbażi tal-proposti tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar l-approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 20 . Fir-rapport tal-2020 dwar iċ-ċittadinanza, il-Kummissjoni ħabbret ukoll 21 li beħsiebha tirrieżamina l-linji gwida tal-2009 dwar il-moviment liberu sabiex ittejjeb iċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, u li tiżgura applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-moviment liberu madwar l-UE. Il-linji gwida rieżaminati jenħtieġ li jindirizzaw fost l-oħrajn l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi dwar il-moviment liberu, speċifikament dawk li huma dovuti għal tħassib dwar is-saħħa pubblika.

Ir-Regolament (UE) 2022/123 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija u l-immaniġġar tal-kriżijiet għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi jipprovdi qafas għall-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tan-nuqqasijiet potenzjali u reali ta’ prodotti mediċinali awtorizzati ċentralment u nazzjonalment għall-użu mill-bniedem ikkunsidrati bħala kritiċi biex tiġi indirizzata “emerġenza tas-saħħa pubblika” jew “avveniment maġġuri” partikolari 22 .

Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 stabbiliet l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa 23 għal azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni biex tirrispondi għal emerġenzi tas-saħħa, inklużi l-monitoraġġ tal-ħtiġijiet, l-iżvilupp rapidu, il-manifattura, l-akkwist u d-distribuzzjoni ekwa tal-kontromiżuri mediċi.

Interazzjoni ma’ inizjattivi li għaddejjin

B’mod parallel, għadd ta’ inizjattivi, li dan l-aħħar ġew proposti u li bħalissa qegħdin jiġu diskussi, jikkonċernaw aspetti rilevanti għar-rispons għall-kriżijiet u t-tħejjija għalihom. Madankollu, dawn l-inizjattivi għandhom kamp ta’ applikazzjoni limitat li jkopri tipi speċifiċi ta’ xenarji ta’ kriżi u ma humiex maħsuba biex jistabbilixxu qafas orizzontali ġenerali għall-immaniġġar tal-kriżijiet. Sa fejn dawn l-inizjattivi jinkludu qafas settorjali ta’ rispons u tħejjija għall-kriżijiet, dak il-qafas se jieħu preċedenza fuq l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza bħala lex specialis.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa, li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (id-“Deċiżjoni dwar it-Theddid Transkonfinali għas-Saħħa”) 24 għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas tal-UE għas-sigurtà tas-saħħa, u ssaħħaħ ir-rwol tat-tħejjija għall-kriżijiet u r-rispons għalihom tal-aġenziji ewlenin tal-UE fir-rigward ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa 25 . Meta tiġi adottata, se ssaħħaħ l-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons u se ssaħħaħ is-sorveljanza u l-monitoraġġ epidemjoloġiċi, ittejjeb ir-rapportar tad-data, filwaqt li ssaħħaħ l-interventi tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 stabbiliet Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard 26 .

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni 27 tipprevedi għodod ta’ rispons għall-kriżijiet bħall-akkwist konġunt, talbiet obbligatorji ta’ informazzjoni għan-negozji dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom, u l-adattament mill-ġdid tal-linji ta’ produzzjoni f’każ ta’ kriżijiet tas-saħħa pubblika ladarba tiġi ddikjarata emerġenza tas-saħħa pubblika. Id-dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-UE twassal għal aktar koordinazzjoni u tippermetti l-iżvilupp, il-ħażna u l-akkwist ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet. Il-proposta tkopri kontromiżuri mediċi definiti bħala prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, apparat mediku u oġġetti jew servizzi oħrajn li huma neċessarji għall-fini ta’ tħejjija u rispons għal theddid transfruntier serju għas-saħħa.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep 28 għandha l-għan li ssaħħaħ l-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi. Pilastru importanti ta’ din l-istrateġija huwa li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-monitoraġġ ikkoordinat u r-rispons għan-nuqqasijiet fil-provvista tas-semikondutturi, bil-għan li jiġi antiċipat u jkun hemm rispons rapidu għal kwalunkwe tfixkil futur fil-katina tal-provvista, permezz ta’ sett ta’ għodod ta’ emerġenza apposta, flimkien mal-Istati Membri u s-sħab internazzjonali. Il-mekkaniżmu ppjanat huwa speċifiku għal kriżi possibbli tas-semikondutturi u se japplika b’mod esklużiv jekk tiġi attivata l-modalità ta’ kriżi.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar id-Data 29 se tippermetti lill-korpi tas-settur pubbliku jaċċessaw id-data miżmuma mis-settur privat li hija neċessarja għal ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari biex jimplimentaw mandat legali jekk id-data ma tkunx disponibbli b’mod ieħor jew f’każ ta’ emerġenza pubblika (jiġifieri sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod negattiv il-popolazzjoni tal-Unjoni, Stat Membru jew parti minnu, b’riskju ta’ riperkussjonijiet serji u dejjiema fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien jew l-istabbiltà ekonomika, jew id-degradazzjoni sostanzjali tal-assi ekonomiċi fl-Unjoni jew fl-Istat(i) Membru/i rilevanti).

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen 30 għandha l-għan li tipprovdi rispons komuni fil-fruntieri interni f’sitwazzjonijiet ta’ theddid li jaffettwa l-maġġoranza tal-Istati Membri. L-emenda proposta se tistabbilixxi wkoll salvagwardji proċedurali fil-każ ta’ introduzzjonijiet mill-ġdid unilaterali ta’ kontrolli fil-fruntieri interni u tipprevedi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u salvagwardji speċifiċi għar-reġjuni transfruntiera f’każijiet li fihom il-kontrolli fil-fruntieri interni jiġu introdotti mill-ġdid. Tali kontrolli jaffettwaw b’mod partikolari lill-persuni li jaqsmu l-fruntiera għall-ħajja ta’ kuljum tagħhom (xogħol, edukazzjoni, kura tas-saħħa, żjarat tal-familja) kif intwera matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-proposta tippromwovi użu akbar ta’ miżuri alternattivi effettivi biex jiġi indirizzat it-theddid identifikat għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika minflok il-kontrolli fil-fruntieri interni, pereżempju aktar kontrolli mill-pulizija jew minn awtoritajiet oħrajn fir-reġjuni tal-fruntiera, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Il-proposta tinkludi wkoll il-possibbiltà li l-Kunsill jadotta malajr regoli vinkolanti li jistabbilixxu restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni f’każ ta’ theddida għas-saħħa pubblika. Din tiċċara wkoll liema miżuri jistgħu jieħdu l-Istati Membri biex jimmaniġġaw il-fruntieri esterni tal-UE b’mod effettiv f’sitwazzjoni li fihom il-migranti jiġu strumentalizzati minn pajjiżi terzi għal finijiet politiċi.

Il-proposta għal Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020 31 għandha l-objettiv li ttejjeb ir-reżiljenza tal-entitajiet li jipprovdu servizzi li huma essenzjali għaż-żamma tal-funzjonijiet tas-soċjetà vitali jew attivitajiet ekonomiċi importanti tal-UE. B’din l-inizjattiva, l-għan huwa li jinħoloq qafas komprensiv biex jappoġġa lill-Istati Membri fl-iżgurar li l-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali jkunu jistgħu jipprevjenu inċidenti ta’ tfixkil sinifikanti bħal perikli naturali, aċċidenti jew terroriżmu, jipproteġuna minnhom, jirrispondu għalihom, jirreżistuhom, jimmitigawhom, jassorbuhom, jadattaw għalihom u jirkupraw minnhom. Id-Direttiva se tkopri ħdax-il settur ewlieni, inklużi l-enerġija, it-trasport, is-settur bankarju u s-saħħa.

Il-Komunikazzjoni konġunta tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur, identifikat diversi kwistjonijiet inkluża l-kapaċità tal-Bażi Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża tal-UE (kif ukoll il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Globali) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ akkwist li jmiss fil-qasam tad-difiża tal-Istati Membri, u t-tressiq ta’ diversi miżuri.

Fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, il-Kummissjoni beħsiebha teżamina l-mistoqsijiet jekk u sa liema punt, jew b’liema modalitajiet, il-kwistjonijiet tal-produzzjoni li huma indirizzati mir-regoli Omnibus fir-rigward tal-oġġetti koperti minn diversi reġimi armonizzati jistgħu jiġu indirizzati fil-kuntest distint ta’ oġġetti mhux armonizzati.

Konsistenza mal-azzjoni esterna tal-UE

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna se jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fil-funzjoni tiegħu/tagħha, bħala Viċi President tal-Kummissjoni, biex jikkoordina l-azzjoni esterna tal-Unjoni fi ħdan il-Kummissjoni. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli se jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom bħala rappreżentanti esterni tal-Unjoni u se jassistu, kif rilevanti, fid-djalogi esterni.

Interazzjoni ma’ strumenti oħrajn

Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ riformi biex jantiċipaw l-impatti ta’ kriżijiet naturali jew ikkawżati mill-bniedem fuq is-Suq Uniku permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) 32 , u jħejju u jirrispondu għalihom.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 114, 21 u 45 tat-TFUE.

Fil-kuntest ta’ kriżi, is-Suq Uniku jista’ jiġi affettwat kemm mill-ħolqien tal-interruzzjonijiet u n-nuqqasijiet speċifiċi inerenti għall-kriżi msemmija, kif ukoll mir-restrizzjonijiet possibbli intra-UE għall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, li jistgħu jirriżultaw f’tentattiv biex tiġi indirizzata l-kriżi msemmija. L-objettiv ġenerali tal-inizjattiva huwa li tistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-proċeduri, li jippermettu t-tħejjija u l-indirizzar ta’ kriżijiet u tfixkil potenzjali għall-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku. Tali miżuri huma mmirati wkoll biex jimminimizzaw l-ostakli intra-UE għall-moviment liberu fi żminijiet ta’ kriżi. Filwaqt li l-miżuri dwar il-moviment liberu tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi huma koperti mill-bażi legali tas-suq intern, id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-persuni jirrikjedi li r-Regolament jibbaża wkoll fuq l-Artikoli 21 u 45 tat-TFUE. Fil-każ ta’ kriżi li taffettwa l-ktajjen tal-provvista tas-Suq Uniku, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat u biex tiġi ssalvagwardjata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi kritiċi għall-kriżijiet madwar l-UE kollha.

Għadd ta’ miżuri f’din il-proposta jidderogaw mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-armonizzazzjoni jew jikkomplementawha, abbażi tal-bażi legali ġenerali tas-suq intern. Miżuri bħall-iffaċilitar taż-żieda tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni għal attivitajiet ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, il-prijoritizzazzjoni tal-ordnijiet u l-bini u d-distribuzzjoni tar-riżervi strateġiċi huma ta’ natura eċċezzjonali u għandhom l-għan li jiżguraw rispons koerenti għall-kriżijiet futuri u li jevitaw il-frammentazzjoni tas-Suq Uniku. F’każijiet li fihom ikun hemm riskji sostanzjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku jew f’każijiet ta’ nuqqasijiet kbar jew ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika, miżuri fil-livell tal-UE mmirati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, bħal riżervi strateġiċi jew ordnijiet klassifikati ta’ prijorità, jistgħu juru li huma indispensabbli biex is-Suq Uniku jerġa’ lura għall-funzjonament normali tiegħu. Tali miżuri għandhom approċċ gradwali u pass b’pass, fejn ir-rikors għall-miżuri aktar vinkolanti jsegwi n-nuqqas ta’ azzjoni tal-operaturi ekonomiċi biex jindirizzaw il-kriżi inkwistjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-attivitajiet ekonomiċi fis-Suq Uniku kollu huma integrati sew. L-interazzjoni bejn il-kumpaniji, il-fornituri tas-servizzi, il-klijenti, il-konsumaturi u l-ħaddiema li jinsabu fi Stati Membri differenti li jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, qiegħda ssir dejjem aktar komuni. L-esperjenza tal-kriżijiet tal-passat uriet li ta’ spiss id-distribuzzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni madwar l-UE ma tkunx uniformi. B’mod parallel, fil-każ ta’ kriżi, id-domanda għal oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet madwar it-territorju tal-UE tista’ wkoll tkun irregolari peress li xi reġjuni tal-UE huma vulnerabbli b’mod sproporzjonat u esposti għal interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista, b’mod partikolari, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 33 li jinsabu eluf ta’ kilometri ’l bogħod mill-Ewropa kontinentali. L-objettiv li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u mingħajr tfixkil tas-Suq Uniku ma jistax jintlaħaq permezz ta’ miżuri nazzjonali unilaterali. Barra minn hekk, anke jekk il-miżuri adottati mill-Istati Membri individwalment jaf ikunu jistgħu jindirizzaw sa ċertu punt id-defiċjenzi li jirriżultaw minn kriżi fil-livell nazzjonali, fil-fatt huma aktar probabbli li jkomplu jaggravaw il-kriżi msemmija madwar l-UE billi jżidu aktar ostakli għall-moviment liberu u/jew pressjoni addizzjonali fuq prodotti li diġà huma affettwati min-nuqqasijiet.

L-introduzzjoni ta’ regoli li jirregolaw il-funzjonament tas-Suq Uniku hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. Diġà hemm għadd sinifikanti ta’ oqfsa tal-UE li jirregolaw diversi aspetti u dawn jikkontribwixxu għall-operat bla xkiel tas-Suq Uniku billi jistabbilixxu settijiet koerenti ta’ regoli li japplikaw fit-territorji kollha tal-Istati Membri. Madankollu, l-oqfsa eżistenti tal-UE ġeneralment jistabbilixxu regoli dwar il-funzjonament ta’ kuljum tas-Suq Uniku, barra minn kwalunkwe xenarju speċifiku ta’ kriżi. Bħalissa ma hemm l-ebda sett orizzontali ta’ regoli u mekkaniżmi li jindirizzaw aspetti bħall-ippjanar ta’ kontinġenza, l-antiċipazzjoni u l-monitoraġġ tal-kriżijiet u l-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet, li japplikaw b’mod koerenti fis-setturi ekonomiċi u fis-Suq Uniku kollu.

L-istrument ta’ emerġenza għandu l-objettiv li jiżgura approċċ koordinat għall-antiċipazzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet li għandhom effetti importanti bejn il-fruntieri jew speċifikament f’reġjuni tal-fruntieri jew it-tnejn li huma u li jheddu l-funzjonament tas-Suq Uniku, u fejn ma jeżisti diġà l-ebda strument tal-UE jew fejn l-istrumenti eżistenti ma jistabbilixxux dispożizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet. L-istabbiliment ta’ miżuri ta’ kontinġenza u ta’ viġilanza fis-Suq Uniku kollu jista’ jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ rispons f’każ ta’ kriżi. Barra minn hekk, tali miżuri jistgħu jiġu kkomplementati minn koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi u effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-kriżi sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-aktar miżuri xierqa biex tiġi indirizzata l-kriżi.

L-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza ma huwiex maħsub biex jistabbilixxi sett dettaljat ta’ dispożizzjonijiet fil-livell tal-UE li jenħtieġ li jiġu invokati esklużivament fil-każ ta’ kriżi. Minflok, l-istrument huwa maħsub biex jistabbilixxi u jiżgura l-applikazzjoni koerenti ta’ kombinazzjonijiet possibbli bejn id-dispożizzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE flimkien mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-miżuri li jistgħu jittieħdu fil-livell tal-UE abbażi tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza jkunu kkoordinati u jikkomplementaw il-miżuri ta’ rispons adottati mill-Istati Membri. Sabiex jippermetti tali koordinazzjoni u komplementarjetà, l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza jistabbilixxi miżuri speċifiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jimponu ladarba tkun ġiet attivata emerġenza tas-Suq Uniku fil-livell tal-UE.

F’dan il-kuntest, il-valur miżjud tal-UE ta’ dan l-istrument ikun li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi għal mod ta’ komunikazzjoni rapidu u strutturat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni meta s-Suq Uniku jitqiegħed taħt pressjoni, u biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji b’mod trasparenti u inklużiv – l-aċċellerazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti kif ukoll iż-żieda ta’ għodod ġodda, immirati għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Dan jiżgura wkoll trasparenza fis-suq intern kollu, filwaqt li jiżgura li n-negozji u ċ-ċittadini li jiddependu fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni xierqa dwar il-miżuri applikabbli fl-Istati Membri kollha. Dan se jżid iċ-ċertezza legali li tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Vantaġġ ulterjuri ta’ azzjoni f’dan il-qasam ikun li l-UE tiġi mgħammra bl-għodod ta’ reżiljenza meħtieġa biex tiġi sostnuta l-kompetittività tal-industrija tal-UE f’kuntest ġeopolitiku li fih is-sħab u l-kompetituri internazzjonali tagħna diġà jistgħu jibbażaw fuq strumenti legali li jippermettu monitoraġġ strutturat tat-tfixkil fil-katina tal-provvista u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rispons possibbli bħar-riżervi strateġiċi.

Proporzjonalità

Il-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma mfassla bir-reqqa apposta sabiex jiġi żgurat li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-objettiv tiegħu li jiżgura l-funzjonament bla xkiel u mingħajr tfixkil tas-Suq Uniku. Il-miżuri jikkomplementaw l-azzjoni tal-Istati Membri fejn l-għanijiet tar-Regolament ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ azzjoni unilaterali mill-Istati Membri. Dawn iqisu l-ħtieġa li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jimmaniġġaw ir-riskji kummerċjali normali, li jkollhom il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom stess u li joħolqu inizjattivi biex isolvu l-kwistjonijiet relatati mal-katina tal-provvista. Dan huwa indirizzat b’mod partikolari permezz tal-obbligi tal-Kummissjoni li tikkonsulta lill-operaturi ekonomiċi qabel ma tirrikorri għal miżuri obbligatorji ta’ emerġenza tas-Suq Uniku bħal talbiet obbligatorji ta’ informazzjoni u ordnijiet klassifikati bħala prijorità.

Għażla tal-istrument

L-inizjattiva tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza tieħu l-forma ta’ Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Meta wieħed iqis li fil-każ tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’Regolament, ma hemmx bżonn li l-Istati Membri jittrasponuhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom, dan l-istrument legali speċifiku jippermetti li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet jiġu applikati b’mod konsistenti.

Ir-Regolament propost se jintroduċi proċeduri li huma komplementari għad-Direttiva dwar it-Trasparenza fis-Suq Uniku jew għad-Direttiva dwar is-Servizzi u li għandhom jiġu applikati fil-modalità ta’ emerġenza. Ir-Regolament jiċċara r-relazzjoni bejn l-oqfsa legali rilevanti iżda mingħajr ma jemenda l-oqfsa legali rispettivi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rispons biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti attribwibbli għal Stat Membru li jwasslu għal tfixkil serju u li jirrikjedu azzjoni immedjata (“Ir-Regolament dwar il-Frawli”) se jitħassar. Skont l-evalwazzjoni tiegħu finalizzata f’Ottubru 2019 u appoġġata minn studju estern, dan il-mekkaniżmu rarament jintuża u s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tiegħu ma hijiex suffiċjenti peress li hija bil-mod wisq u skaduta 34 .

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Kif deskritt fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ma’ din il-proposta, bejn Ottubru 2021 u Mejju 2022 saru attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kienu jinkludu: sejħa għal evidenza ppubblikata fuq il-portal “Semma’ Leħnek” u miftuħa mit-13 ta’ April sal-11 ta’ Mejju 2022, konsultazzjoni pubblika mwettqa permezz ta’ kwestjonarju ppubblikat fuq l-istess portal fl-istess perjodu, workshop tal-partijiet ikkonċernati fis-6 ta’ Mejju 2022, stħarriġ tal-Istati Membri f’Mejju 2022 u konsultazzjonijiet immirati mwettqa permezz ta’ laqgħat mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati speċifiċi.

Il-partijiet ikkonċernati jaqblu fil-biċċa l-kbira mal-ħtieġa li jiġi żgurat il-moviment liberu kif ukoll li jkun hemm trasparenza u koordinazzjoni akbar fi żminijiet ta’ kriżi. Il-biċċa l-kbira tal-esperjenzi deskritti mill-partijiet ikkonċernati ġew mill-kriżi tal-COVID-19. Fir-rigward tal-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, l-Istati Membri esprimew appoġġ għal miżuri bħall-koordinazzjoni tal-akkwist pubbliku, il-valutazzjoni tal-konformità rapida u s-sorveljanza mtejba tas-suq. Għadd ta’ Stati Membri esprimew tħassib dwar l-inklużjoni ta’ miżuri wesgħin ta’ tħejjija għall-kriżijiet meta ma tkun qiegħda tiġi antiċipata l-ebda kriżi, mingħajr ma jiġu speċifikati ktajjen tal-provvista mmirati. Filwaqt li xi partijiet ikkonċernati tan-negozju esprimew tħassib dwar miżuri obbligatorji mmirati lejn l-operaturi ekonomiċi, oħrajn esprimew appoġġ għal koordinazzjoni u trasparenza akbar, miżuri li jiżguraw il-moviment liberu tal-ħaddiema, notifiki rapidi tal-miżuri nazzjonali, proċeduri rapidi għall-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ standards Ewropej, punti uniċi ta’ informazzjoni tal-UE u nazzjonali, simulazzjonijiet ta’ emerġenza għall-esperti.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-evidenza u d-data li ntużaw għall-iżvilupp tal-Valutazzjoni tal-Impatt kienu jinkludu:

“L-impatt tal-COVID-19 fuq is-Suq Intern”, studju fuq talba tal-Kumitat IMCO tal-PE;

L-evalwazzjoni tar-“Regolament dwar il-Frawli” (KE) Nru 2679/98 u l-istudju estern ta’ appoġġ tiegħu;

Evalwazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid;

Informazzjoni u/jew evidenza rilevanti miġbura fil-kuntest tat-tħejjija ta’ inizjattivi u mekkaniżmi eżistenti jew proposti tal-UE għar-rispons għall-kriżijiet, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni jew studji tal-valutazzjoni tal-impatt (eż. l-Att dwar id-Data, l-Għodda ta’ Informazzjoni għas-Suq Uniku (SMIT), il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-Pjan ta’ kontinġenza għall-iżgurar tal-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel, l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (IPCR), il-Pjan ta’ kontinġenza għat-trasport, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 u l-adattamenti tiegħu);

Studji akkademiċi u letteratura dwar l-effett tal-kriżijiet preċedenti fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku, kif ukoll dokumenti ta’ pożizzjoni eżistenti u dokumenti oħrajn imfassla mill-partijiet ikkonċernati rilevanti;

Artikli tal-gazzetti u materjali tal-istampa.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ibbażat ulterjorment fuq l-informazzjoni li waslet mill-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kif spjegat fir-rapport fil-qosor li jinsab fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Il-bażi tal-evidenza tar-rapport hija limitata ħafna minħabba l-għadd relattivament baxx ta’ tweġibiet għas-sejħa għal evidenza u l-konsultazzjoni pubblika, u n-nuqqas ta’ studju ta’ appoġġ. Sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni, fis-6 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni wettqet workshop tal-partijiet ikkonċernati li għalih attendew għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati u wettqet sensiela ta’ konsultazzjonijiet immirati, speċjalment mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.

Il-valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt 35 . Il-Valutazzjoni tal-Impatt evalwat tliet għażliet ta’ politika li jistabbilixxu korp ta’ governanza u qafas għall-modalitajiet tal-ippjanar ta’ kontinġenza, ta’ viġilanza u ta’ emerġenza. Kemm il-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku kif ukoll il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku jiġu attivati skont kriterji speċifiċi u mekkaniżmi li jiskattaw. Ċerti miżuri fis-sett ta’ għodod ikunu jeħtieġu attivazzjoni addizzjonali.

Abbażi tal-analiżi tal-fatturi ewlenin tal-problemi u tal-lakuni fil-leġiżlazzjoni rilevanti speċifika għas-settur, ġew definiti tmien elementi kostitwenti tal-miżuri billi l-miżuri ġew raggruppati f’elementi li japplikaw fi żminijiet differenti (f’kull ħin, fil-modalità ta’ viġilanza u fil-modalità ta’ emerġenza). Għal kull element kostitwenti, ġew analizzati tliet approċċi ta’ politika li jvarjaw minn miżuri mhux leġiżlattivi (approċċ 1) għal approċċ ibridu (approċċ 2) għal qafas leġiżlattiv aktar komprensiv (approċċ 3). Abbażi ta’ din l-analiżi, xi wħud mill-approċċi jew l-approċċi kollha nżammu għal kull element kostitwenti u ġew ikkombinati fi tliet għażliet ta’ politika realistiċi li jirriflettu livelli differenti ta’ ambizzjoni politika u appoġġ għall-partijiet ikkonċernati:

Modalità

Elementi kostitwenti

Għażla ta’ Politika 1

TRASPARENZA

Għażla ta’ Politika 2

KOOPERAZZJONI

Għażla ta’ Politika 3

SOLIDARJETÀ

Il-ħin kollu

1. il-governanza, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni

Approċċ 2

Grupp Konsultattiv Formali bħala l-forum fil-livell tekniku u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkondividu l-informazzjoni fi ħdan il-grupp b’antiċipazzjoni u matul il-kriżi

Il-ħin kollu

2. l-ippjanar ta’ kontinġenza għall-kriżijiet

Approċċ 2

Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ u l-eżerċizzji u l-kompendju ta’ miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet

Approċċ 3

- Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tar-riskju u l-kompendju ta’ miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet u

- Obbligu tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni

- Obbligu li l-Istati Membri li jħarrġu l-persunal rilevanti tagħhom għall-immaniġġar tal-kriżijiet b’mod regolari

Viġilanza

3. il-viġilanza tas-Suq Uniku

Approċċ 2

- Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar il-ġbir ta’ informazzjoni rigward il-ktajjen tal-provvista strateġiċi identifikati

- Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għall-bini ta’ riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika

Approċċ 3

- Obbligu li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista strateġiċi identifikati

- Obbligu li l-Kummissjoni tfassal u taġġorna regolarment lista b’miri għar-riżervi strateġiċi

- Obbligi li l-Istati Membri 36  jibnu riżervi strateġiċi għall-oġġetti magħżula ta’ importanza strateġika jekk ir-riżervi strateġiċi tal-Istati Membri ma jilħqux il-miri b’mod sinifikanti

Emerġenza

4. prinċipji ewlenin u miżuri ta’ appoġġ għall-iffaċilitar tal-moviment liberu matul emerġenza

Approċċ 2

It-tisħiħ tal-prinċipji ewlenin tal-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet f’regoli vinkolanti fejn xieraq għall-immaniġġar effettiv tal-kriżijiet

Emerġenza

5. it-trasparenza u l-assistenza amministrattiva matul l-emerġenza

Approċċ 3

Mekkaniżmu vinkolanti ta’ notifika rapida, rieżami rapidu bejn il-pari u l-possibbiltà li l-miżuri notifikati jiġu ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; il-punti ta’ kuntatt u l-pjattaforma elettronika

Emerġenza

6. it-tħaffif tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet matul emerġenza

Approċċ 2

Emendi mmirati tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-armonizzazzjoni tas-Suq Uniku: tqegħid aktar rapidu fis-suq ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet; Il-Kummissjoni tista’ tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi; L-Istati Membri jipprijoritizzaw is-sorveljanza tas-suq għal prodotti rilevanti għall-kriżijiet

Emerġenza

7. l-akkwist pubbliku matul emerġenza

Approċċ 2

Dispożizzjoni ġdida dwar l-akkwist konġunt/ix-xiri komuni mill-Kummissjoni għal xi wħud mill-Istati Membri jew għall-Istati Membri kollha

Emerġenza

8. miżuri li jħallu impatt fuq il-ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet matul il-modalità ta’ emerġenza

Approċċ 1

Gwida dwar iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni; it-tħaffif tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi; l-aċċettazzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta’ ordnijiet ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet

Rakkomandazzjonijiet lin-negozji biex jikkondividu informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet

Approċċ 2

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għad-distribuzzjoni ta’ prodotti maħżuna; it-tħaffif tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi; l-inkoraġġiment lill-operaturi ekonomiċi biex jaċċettaw u jipprijoritizzaw l-ordnijiet

L-għoti tas-setgħa lill-Istati Membri 37 biex jobbligaw lill-operaturi ekonomiċi jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni u biex jindirizzaw talbiet għal informazzjoni vinkolanti lill-operaturi ekonomiċi

Approċċ 3

Obbligi tal-Istati Membri 38 biex jiddistribwixxu l-prodotti li qabel kienu maħżuna; it-tħaffif tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi,

L-obbligi tan-negozji li jaċċettaw u jipprijoritizzaw l-ordnijiet; it-tisħiħ tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ma ppreżentatx għażla ppreferuta, minflok ħalliet l-għażla tal-alternattivi għad-deċiżjoni politika. Il-miżuri magħżula fil-proposta legali jikkorrispondu għall-Għażla ta’ Politika 3 għall-elementi kostitwenti kollha bl-eċċezzjoni tal-element kostitwenti 8. Għall-element kostitwenti 8, intgħażlet taħlita ta’ Għażla ta’ Politika 1 (għaż-żieda tal-produzzjoni), Għażla ta’ Politika 2 (għad-distribuzzjoni ta’ prodotti maħżuna u għat-tħaffif tal-proċeduri ta’ għoti ta’ permessi), u Għażla ta’ Politika 3 (għall-obbligi tan-negozji li jaċċettaw u jipprijoritizzaw l-ordnijiet u li jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet).

Fil-15 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ssottomettiet il-Valutazzjoni tal-Impatt lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB). L-RSB ta opinjoni negattiva, filwaqt li nnota b’mod partikolari (1) il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni ċara u dettaljata relatata mal-emerġenza prevista tas-Suq Uniku inkluż definizzjoni, il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ deċiżjoni għall-istabbiliment u t-terminazzjoni tagħha u l-miżuri li jiġu implimentati matulha; (2) il-ħtieġa li tiġi pprovduta valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti tal-għażliet ta’ politika; u (3) l-ħtieġa li jiġu ppreżentati taħlitiet alternattivi ta’ għażliet ta’ politika rilevanti, minbarra l-approċċi ta’ politika, u li t-tqabbil jintrabat mal-analiżi tal-impatti. Sabiex tindirizza dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni pprovdiet definizzjoni ċara ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, speċifikat il-kriterji u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, spjegat it-tliet modalitajiet ta’ funzjonament tal-SMEI u speċifikat liema element kostitwenti tal-SMEI jiġi attivat taħt liema modalità. Elaborat ulterjorment il-valutazzjoni tal-impatti biex tkopri aktar tipi ta’ impatti, jiġifieri l-impatti ekonomiċi għall-partijiet ikkonċernati ewlenin (in-negozji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni), l-impatti fuq l-SMEs, l-impatti fuq il-kompetittività, il-kompetizzjoni, il-kummerċ internazzjonali, u għamlet distinzjoni bejn liema impatt iseħħ bl-effetti immedjati u li jista’ jkun mistenni taħt il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza. Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt iddefiniet tliet għażliet ta’ politika alternattivi bbażati fuq taħlita ta’ approċċi differenti għal xi wħud mill-elementi kostitwenti, ipprovdiet valutazzjoni tal-impatti ta’ dawn l-għażliet u estendiet it-tqabbil tal-għażliet biex tkopri l-proporzjonalità u s-sussidjarjetà.

Fid-29 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat il-Valutazzjoni tal-Impatt riveduta lill-RSB. L-RSB ta opinjoni pożittiva bil-kummenti. Dawn il-kummenti kienu relatati mal-ħtieġa li jiġu esplorati ulterjorment it-tipi differenti ta’ kriżijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku, biex tiġi stabbilita b’mod aktar ċar l-interazzjoni ma’ miżuri possibbli meħuda abbażi tal-Artikolu 4(2) tat-TFUE u biex jiġu ġġustifikati biżżejjed xi wħud mill-miżuri proposti mill-perspettiva tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kummenti, żdiedu indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-kriżijiet futuri potenzjali, l-interazzjoni ma’ miżuri potenzjali skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE ġiet spjegata aħjar u żdiedu aktar dettalji dwar il-miżuri obbligatorji previsti taħt il-modalità ta’ emerġenza.

Aktar informazzjoni dwar kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-RSB huma riflessi fir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tista’ tinstab fl-Anness 1, il-punt 3, tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Skont il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni, l-inizjattivi kollha bl-objettiv li jbiddlu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE jenħtieġ li jkollhom l-għan li jissimplifikaw u jwasslu għall-objettivi ta’ politika ddikjarati b’mod aktar effiċjenti (jiġifieri li jitnaqqsu l-kostijiet regolatorji bla bżonn).

Il-proposta tipprovdi sett ta’ miżuri biex tiġi indirizzata l-emerġenza tas-Suq Uniku, li jikkonsisti f’sett ta’ miżuri applikabbli l-ħin kollu kif ukoll ċerti miżuri applikabbli biss fil-modalitajiet ta’ viġilanza jew ta’ emerġenza, li għandhom jiġu attivati separatament. Ma hemm l-ebda kost amministrattiv għan-negozji u għaċ-ċittadini li japplika b’effett immedjat u matul il-funzjonament normali tas-Suq Uniku.

Għall-miżuri li x’aktarx iwasslu għal impatti qawwija u kostijiet potenzjali għall-SMEs, b’mod partikolari miżuri bħal talbiet obbligatorji għal informazzjoni, talbiet biex tiżdied il-produzzjoni u biex jiġu aċċettati ordnijiet klassifikati bħala prijorità, matul l-attivazzjoni addizzjonali ta’ tali miżuri, il-Kummissjoni se twettaq l-analiżi u l-valutazzjoni speċifiċi fir-rigward tal-impatt u l-proporzjonalità tagħhom, b’mod partikolari l-impatt tagħhom fuq l-SMEs. Din il-valutazzjoni se tkun parti mill-proċess ta’ attivazzjoni addizzjonali ta’ dawn il-miżuri speċifiċi minn att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (minbarra l-attivazzjoni kumplessiva tal-modalità ta’ emerġenza). Skont in-natura tal-kriżi u l-ktajjen tal-provvista strateġiċi kkonċernati u l-prodotti rilevanti għall-kriżijiet, se jiġu pprovduti akkomodazzjonijiet speċifiċi għall-SMEs. Filwaqt li ma huwiex possibbli li l-mikrointrapriżi jiġu eżentati kompletament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżuri bħat-talbiet obbligatorji għall-informazzjoni, peress li dawn l-intrapriżi jista’ jkollhom għarfien jew privattivi uniċi speċifiċi ta’ importanza kritika fi kriżi, l-akkomodazzjonijiet speċifiċi se jinkludu disinji simplifikati tal-istħarriġ, rekwiżiti ta’ rapportar inqas onerużi, u skadenzi itwal għar-reazzjonijiet, sa fejn ikun possibbli fid-dawl tal-ħtieġa ta’ urġenza fil-kuntest ta’ kriżi speċifika.

Ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rispons biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti attribwibbli għal Stat Membru li jwasslu għal tfixkil serju u li jirrikjedu azzjoni immedjata (“ir-Regolament dwar il-Frawli”) se jitħassar. Dan se jwassal għas-simplifikazzjoni tal-qafas legali.

Drittijiet fundamentali

Dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità u l-miżuri li jiffaċilitaw l-adattament tal-linji ta’ produzzjoni għal skop differenti kif ukoll il-miżuri li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni jaffettwaw il-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tal-operaturi ekonomiċi attivi fis-Suq Uniku matul l-emerġenza tas-Suq Uniku. Tali restrizzjonijiet ġew imfassla bir-reqqa u huma bbilanċjati abbażi tal-interessi vitali tas-soċjetà. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità jipprevedu għadd ta’ salvagwardji għall-operaturi ekonomiċi soġġetti għal tali ordnijiet, sabiex tiġi bbilanċjata l-intensità tar-restrizzjoni.

It-talbiet obbligatorji għall-informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi jistgħu jaffettwaw ukoll il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni sensittiva oħra tal-operaturi ekonomiċi. Madankollu, ir-Regolament jipprevedi salvagwardji u garanziji li tali talbiet għall-informazzjoni jsiru biss f’każ li l-informazzjoni rilevanti tkun indispensabbli biex tiġi solvuta l-emerġenza tas-Suq Uniku u ma tkunx disponibbli fuq bażi volontarja jew minn sorsi aċċessibbli għall-pubbliku, u l-informazzjoni miksuba tiġi ttrattata bir-reqqa, filwaqt li jiġu żgurati s-segretezza u n-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju, u b’hekk tali restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u ġġustifikati.

Fl-aħħar nett, is-sanzjonijiet li huma previsti għal ksur tat-talbiet obbligatorji għall-informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi u l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità jikkostitwixxu restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Minħabba l-fatt li l-ammonti tal-multi ġew stabbiliti f’livelli dissważivi, iżda mhux eċċessivi, u l-perjodu tal-applikazzjoni tagħhom huwa limitat fiż-żmien, bil-possibbiltà li jiġu kkontestati quddiem il-QĠUE, dawn jammontaw għal restrizzjonijiet proporzjonati u ġustifikati tad-dritt għall-proprjetà.

Ir-Regolament jirrispetta d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u għal proċess ġust kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta. Dan itenni d-dritt tal-operaturi ekonomiċi soġġetti għal talbiet ta’ informazzjoni u ordnijiet klassifikati bħala prijorità biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom quddiem il-QĠUE u jipprevedi l-possibbiltajiet ta’ kontestazzjoni ta’ tali talbiet tal-Kummissjoni fi proċeduri amministrattivi quddiem dan.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti jkunu relatati ma’ tliet kategoriji ta’ nefqa. Il-kostijiet rikorrenti tal-persunal fi ħdan il-Kummissjoni fil-prinċipju jkunu koperti taħt l-intestatura “Nefqa amministrattiva” filwaqt li l-kostijiet għall-attivitajiet ta’ taħriġ previsti u l-estensjoni neċessarja tal-għodda tal-IT użata għas-sistema ta’ notifika jkunu koperti taħt il-Programm tas-Suq Uniku. Fl-istruttura attwali, il-kostijiet relatati mal-modalità ta’ emerġenza, jiġifieri l-bini ta’ riżervi strateġiċi, il-provvista sigura, bħal dawk relatati mal-akkwist ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, jew għal ordnijiet klassifikati bħala prijorità jiġġarrbu esklużivament mill-Istati Membri u ma jkun hemm l-ebda impatt fuq ir-riżorsi tal-Unjoni. Il-kostijiet ta’ ġestjoni addizzjonali fil-Kummissjoni li jirriżultaw mill-okkorrenza ta’ kriżi, li huma imprevedibbli min-natura tagħhom, ikunu koperti fil-prinċipju permezz ta’ riallokazzjoni interna tar-riżorsi tal-Unjoni taħt l-intestatura 1 “Suq Uniku, innovazzjoni u diġitali” u/jew l-intestatura 7 “Nefqa amministrattiva”.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tal-koerenza, tar-rilevanza u tal-valur miżjud tal-UE ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva u se tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif għandu jittejjeb l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jiġi kkonsultat għall-kuntratti u l-ftehimiet ta’ finanzjament kollha maħruġa abbażi ta’ dan ir-Regolament, biex jiġi żgurat li l-klawżoli kontra l-frodi jkunu integrati kif xieraq.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-SMEI għandu l-għan li jistabbilixxi arkitettura komprensiva ta’ tħejjija u ta’ rispons għall-kriżijiet magħmula mill-komponenti ewlenin li ġejjin:

grupp konsultattiv;

qafas għall-ippjanar ta’ kontinġenza;

qafas għall-viġilanza tas-Suq Uniku u

qafas għall-emerġenzi tas-Suq Uniku.

1.Il-grupp konsultattiv

Ir-rwol ta’ dan il-grupp se jkun li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa għall-prevenzjoni jew l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi fuq is-Suq Uniku. Dan jista’ jkun involut fl-attivazzjoni u fid-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u fl-analiżi tal-informazzjoni rilevanti miġbura b’mezzi volontarji jew obbligatorji, inkluż mill-operaturi ekonomiċi. Dan il-korp ċentrali se jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru b’għarfien espert fi kwistjonijiet relatati mas-Suq Uniku bħala membri permanenti, u osservaturi li jirrappreżentaw korpi rilevanti oħrajn għall-kriżijiet bħall-Grupp Integrat tal-Kunsill għal Rispons Politiku f’sitwazzjonijiet ta’ Kriżi, il-Bord għall-Kriżijiet tas-Saħħa, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-Bord Ewropew dwar is-Semikondutturi, il-Grupp ta’ Esperti dwar it-tħejjija u r-rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel, eċċ. Il-Kummissjoni se torganizza u tippresjedi l-laqgħat.

2.Il-qafas għall-ippjanar ta’ kontinġenza

Fi żminijiet normali fejn x’aktarx l-ebda avveniment f’daqqa ma huwa se jkollu jew diġà qiegħed ikollu effetti ta’ tfixkil serji fuq is-Suq Uniku, il-forzi tas-suq jiżguraw il-funzjonament tan-negozji u tas-Suq Uniku. Il-qafas tal-ippjanar ta’ kontinġenza ma jirrikjedix pass ta’ attivazzjoni u jikkonsisti minn:

(a)Arranġamenti għal protokolli ta’ kriżi u għal komunikazzjoni u taħriġ ta’ kriżi u simulazzjonijiet ta’ emerġenza bil-ħsieb li jiġu żgurati kooperazzjoni f’waqtha u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u l-organizzazzjoni ta’ taħriġ u provi dwar xenarji potenzjali ta’ emerġenzi tas-Suq Uniku.

(b)Twissijiet ad hoc għal sistema ta’ twissija bikrija għal kwalunkwe inċident li jfixkel b’mod sinifikanti/serju jew li għandu l-potenzjal li jfixkel b’mod sinifikanti/serju l-funzjonament tas-Suq Uniku u fil-ktajjen tal-provvista tiegħu ta’ oġġetti u servizzi. Fid-determinazzjoni tas-sinifikat jew tas-serjetà tat-tfixkil, se jitqiesu parametri ddeterminati minn qabel bħall-għadd ta’ operaturi ekonomiċi affettwati, iż-żona ġeografika jew id-durata tat-tfixkil.

3.Il-qafas għall-viġilanza tas-Suq Uniku

Dan se jkun il-qafas għall-impatti ta’ inċidenti sinifikanti li għadhom ma eskalawx f’emerġenza sħiħa tas-Suq Uniku. Dan jirrikjedi attivazzjoni meta inċident li jkun seħħ ikollu l-potenzjal li jfixkel b’mod sinifikanti l-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika li huma dipendenti fuq inputs mhux diversifikabbli u mhux sostitwibbli jew li jikkawża l-ewwel sinjali ta’ nuqqasijiet kbar ta’ tali oġġetti u servizzi. Dan il-qafas jinkludi sett ta’ miżuri bħal:

(a)Il-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika li ġew identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni msemmija fil-qafas għall-ippjanar ta’ kontinġenza u li l-provvista tagħhom tista’ tiġi mfixkla b’mod sinifikanti minħabba l-okkorrenza ta’ inċident. Tali monitoraġġ se jitwettaq mill-Istati Membri abbażi ta’ talbiet volontarji għal informazzjoni dwar fatturi li għandhom impatt fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi magħżula ta’ importanza strateġika (bħall-kapaċità tal-produzzjoni, l-istokkijiet, il-limitazzjonijiet tal-fornituri, il-possibbiltajiet ta’ diversifikazzjoni u sostituzzjoni, il-kundizzjonijiet tad-domanda, l-ostakli) lill-atturi kollha tul il-katina tal-provvista rilevanti ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn stabbiliti fit-territorju nazzjonali tal-Istati Membri.

(b)Il-bini ta’ riżervi strateġiċi, li hija miżura soġġetta għal attivazzjoni addizzjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tfassal listi ta’ miri individwali u mhux vinkolanti għar-riżervi strateġiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu. L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fi spirtu ta’ solidarjetà, għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jibnu riżervi strateġiċi tal-oġġetti identifikata bħala ta’ importanza strateġika. Il-Kummissjoni tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab minn 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa li jittieħdu aktar miżuri biex jinbnew riżervi strateġiċi ta’ tali oġġetti. Wara tali valutazzjoni appoġġata minn data oġġettiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tagħmel il-mira individwali għal Stat Membru wieħed jew aktar obbligatorja;

(c)Akkwist pubbliku: i) l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri u ii) l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika mill-Istati Membri

4.Il-qafas għall-emerġenzi tas-Suq Uniku

L-attivazzjoni tal-emerġenza tas-Suq Uniku se tattiva minnufih l-applikazzjoni ta’ għadd ta’ miżuri ta’ rispons għal emerġenza, li jinkludu:

(a)Miżuri biex tittejjeb it-trasparenza: L-obbligi tal-Istati Membri biex jinnotifikaw kwalunkwe abbozz ta’ miżuri relatati ma’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet u oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika kif ukoll restrizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet tal-moviment liberu tal-persuni, flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-miżuri;

(b)Azzjonijiet għall-istabbiliment mill-ġdid u l-iffaċilitar tal-moviment liberu: rekwiżiti ġenerali għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu matul emerġenza tas-Suq Uniku (lista ta’ prinċipji ewlenin) kif ukoll dispożizzjonijiet dwar restrizzjonijiet projbiti.

(c)Il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet għad-drittijiet tal-moviment liberu matul emerġenza tas-Suq Uniku li tirrikjedi li l-Istati Membri jżommu lura, pereżempju, milli jintroduċu projbizzjonijiet ta’ esportazzjoni intra-UE ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet u kwalunkwe restrizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti jew servizzi li

jxekklu l-moviment liberu tagħhom;

jfixklu l-ktajjen tal-provvista tagħhom u

joħolqu jew iżidu n-nuqqasijiet fis-Suq Uniku;

(d)Akkwist pubbliku: i) l-akkwist ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri u ii) l-akkwist ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet mill-Istati Membri

(e)Azzjonijiet biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet

l-iffaċilitar tal-espansjoni jew tal-għoti ta’ skop ġdid ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda għall-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet;

l-iffaċilitar tal-espansjoni ta’ kapaċitajiet eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda relatati mal-attivitajiet;

l-introduzzjoni ta’ miżuri li jiżguraw flessibbiltà regolatorja, inkluż dwar il-permessi, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet

(f)Distribuzzjoni mmirata u koordinata tar-riżervi strateġiċi

Il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiddistribwixxu r-riżervi strateġiċi tal-Unjoni u, fejn dawn ma jkunux disponibbli jew suffiċjenti, ir-riżervi strateġiċi tal-Istati Membri b’mod immirat, fejn ikun hemm evidenza konkreta u affidabbli ta’ tfixkil serju fil-katina tal-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet li jwassal għal nuqqasijiet kbar ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika, inkluż f’żoni ġeografiċi partikolarment vulnerabbli għal tali tfixkil bħar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE

(g)Miżuri ta’ emerġenza ta’ natura eċċezzjonali li jirrikjedu attivazzjoni addizzjonali:

talbiet għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun neċessarju f’każ ta’ nuqqasijiet kbar ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew theddida immedjata tagħhom u wara li tikkonsulta mal-Grupp Konsultattiv maħtur, titlob lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi jew, jekk ikun neċessarju, lill-operaturi ekonomiċi individwali fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet jipprovdu informazzjoni mmirata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom u t-tfixkil attwali fil-katina tal-provvista.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta informazzjoni aggregata bbażata fuq kwalunkwe talba għal informazzjoni mmirata lill-operaturi ekonomiċi jew lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi lill-Grupp Konsultattiv maħtur.

ordnijiet klassifikati bħala prijorità

Fl-ewwel stadju, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi jaċċettaw u jipprijoritizzaw ordni ta’ inputs għall-produzzjoni ta’ oġġetti jew ordnijiet rilevanti għall-kriżijiet għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet bħala prodotti finali.

Fit-tieni stadju, il-Kummissjoni tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab minn 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li wieħed jirrikorri għal ordnijiet klassifikati bħala prijorità ta’ tali oġġetti, filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u tal-partijiet affettwati potenzjali. Wara tali valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tindirizza att ta’ implimentazzjoni li jirrikjedi li operatur ekonomiku jaċċetta u jipprijoritizza ordnijiet ta’ inputs għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew ordnijiet ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet bħala prodotti finali. L-operaturi ekonomiċi jistgħu, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, jirrifjutaw li jaċċettaw tali obbligu, u jipprovdu spjegazzjoni ta’ raġunijiet debitament ġustifikati biex jagħmlu dan. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel tali spjegazzjoni motivata jew partijiet minnha disponibbli għall-pubbliku. L-obbligu, jekk jiġi aċċettat, għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni skont id-dritt privat jew pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, inklużi l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità. L-ordni kklassifikata bħala prijorità għandha titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli; emendi mmirati tal-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-prodotti

(b)Din il-miżura se tippermetti t-tqegħid fis-suq dejjem aktar mgħaġġel tal-oġġetti identifikati rilevanti għall-kriżijiet billi tintroduċi proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.

2022/0278 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi strument għas-Suq Uniku f’emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 21 u 45 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 39 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 40 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-kriżijiet tal-passat, speċjalment il-jiem bikrija tal-pandemija tal-COVID-19, urew li s-suq intern (imsejjaħ ukoll is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu jistgħu jiġu affettwati b’mod serju minn tali kriżijiet, u hemm nuqqas ta’ għodod u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa għall-immaniġġar tal-kriżijiet, ma jkoprux l-aspetti kollha tas-Suq Uniku jew ma jippermettux rispons f’waqtu għal tali impatti.

(2)L-Unjoni ma kinitx imħejjija biżżejjed biex tiżgura l-manifattura, l-akkwist u d-distribuzzjoni effiċjenti ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet bħat-tagħmir protettiv personali, speċjalment fil-fażi bikrija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ad hoc meħuda mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-funzjonament tas-Suq Uniku u biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet matul il-pandemija tal-COVID-19 kienu neċessarjament reattivi. Mill-pandemija ħarġet ukoll ħarsa ġenerali insuffiċjenti lejn il-kapaċitajiet tal-manifattura madwar l-Unjoni kif ukoll il-vulnerabbiltajiet relatati mal-ktajjen tal-provvista globali.

(3)L-azzjonijiet mill-Kummissjoni ddewmu b’diversi ġimgħat minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura ta’ ppjanar ta’ kontinġenza madwar l-Unjoni u ta’ ċarezza dwar liema parti mill-amministrazzjoni nazzjonali kellha tiġi kkuntattjata biex jinstabu soluzzjonijiet rapidi għall-impatt fuq is-Suq Uniku li kkawżat il-kriżi. Barra minn hekk, ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet restrittivi mhux ikkoordinati meħuda mill-Istati Membri jkomplu jaggravaw l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku. Irriżulta li hemm bżonn ta’ arranġamenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar ta’ kontinġenza, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tekniku u l-iskambju ta’ informazzjoni.

(4)L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi ssuġġerew li l-operaturi ekonomiċi ma kellhomx biżżejjed informazzjoni dwar il-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Istati Membri matul il-pandemiji, parzjalment minħabba li ma kinux jafu fejn għandhom jiksbu tali informazzjoni, parzjalment minħabba r-restrizzjonijiet lingwistiċi u l-piż amministrattiv implikat fit-twettiq ta’ inkjesti ripetuti fl-Istati Membri kollha, speċjalment f’ambjent regolatorju li qiegħed jinbidel b’mod kostanti. Dan waqqafhom milli jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali informati dwar sa liema punt jistgħu jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu jew ikomplu operazzjonijiet kummerċjali transfruntiera matul il-kriżi. Huwa neċessarju li tittejjeb id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni

(5)Dawn l-avvenimenti reċenti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li l-Unjoni tkun imħejjija aħjar għal kriżijiet futuri possibbli, speċjalment meta nikkunsidraw l-effetti kontinwi tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali li jirriżultaw kif ukoll l-instabbilitajiet ekonomiċi u ġeopolitiċi globali. Minħabba l-fatt li ma huwiex magħruf liema tip ta’ kriżijiet jistgħu jfeġġu fil-futur u jipproduċu impatti serji fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu fil-futur, huwa neċessarju li jiġi previst strument li jkun japplika fir-rigward tal-impatti fuq is-Suq Uniku ta’ firxa wiesgħa ta’ kriżijiet.

(6)L-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku jista’ jkun doppju. Minn naħa waħda, kriżi tista’ twassal għal ostakli għall-moviment liberu fi ħdan is-Suq Uniku, u b’hekk tfixkel il-funzjonament normali tiegħu. Min-naħa l-oħra, kriżi tista’ tamplifika n-nuqqasijiet ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku. Ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza ż-żewġ tipi ta’ impatti fuq is-Suq Uniku.

(7)Peress li kwalunkwe aspett speċifiku tal-kriżijiet futuri li jkollhom impatt fuq is-Suq Uniku u fuq il-ktajjen tal-provvista tiegħu huwa diffiċli li jiġi previst, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi qafas ġenerali li jantiċipa l-impatti negattivi li kwalunkwe kriżi tista’ tikkawża fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu, iħejji għalihom, jimmitigahom u jimminimizzahom. .

(8)Il-qafas ta’ miżuri stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża b’mod koerenti, trasparenti, effiċjenti, proporzjonat u f’waqtu, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà vitali, jiġifieri inklużi s-sigurtà pubblika, is-sikurezza, l-ordni pubblika, jew is-saħħa pubblika, b’rispett għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet essenzjali oħrajn tal-istat, inkluż li jiżguraw l-integrità territorjali tal-Istat u jżommu l-liġi u l-ordni.

(9)Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jipprovdi:

il-mezzi neċessarji biex jiġi żgurat il-funzjonament kontinwu tas-Suq Uniku, in-negozji li joperaw fis-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista strateġiċi tiegħu, inkluża ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi fiż-żmien ta’ kriżi;

forum għal koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju adegwati ta’ informazzjoni; u

l-mezzi għall-aċċessibbiltà f’waqtha u għad-disponibbiltà tal-informazzjoni li hija meħtieġa għal rispons immirat u għal imġiba adegwata tas-suq min-negozji u miċ-ċittadini matul kriżi.

(10)Fejn possibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-antiċipazzjoni ta’ avvenimenti u kriżijiet, filwaqt li jibni fuq analiżi kontinwa li tikkonċerna oqsma strateġikament importanti tal-ekonomija tas-Suq Uniku u l-ħidma kontinwa ta’ prospettiva tal-Unjoni.

(11)Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jidduplikax il-qafas eżistenti għall-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħrajn skont il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż ir-Regolament (UE) …/… dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa [ir-Regolament SCBH (COM/2020/727)], ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet [ir-Regolament dwar Qafas ta’ Emerġenza (COM/2021/577)], ir-Regolament (UE) …/… dwar il-mandat estiż tal-ECDC [ir-Regolament ECDC (COM/2020/726)] u r-Regolament (UE) 2022/123 dwar il-mandat estiż tal-EMA [ir-Regolament EMA]. Għalhekk, il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħra, meta jkunu tqiegħdu fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar Qafas ta’ Emerġenza, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-moviment liberu matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, u b’mod partikolari dawk imfassla biex jistabbilixxu mill-ġdid u jiffaċilitaw il-moviment liberu kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ notifika.

(12)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi operati mill-Kunsill skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 fir-rigward tal-ħidma tiegħu dwar l-impatti tas-Suq Uniku ta’ kriżijiet transsettorjali li jirrikjedu t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.

(13)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“UCPM”). Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f’komplementarjetà mal-UCPM u jenħtieġ li jappoġġah, fejn ikun neċessarju, fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ oġġetti kritiċi u l-moviment liberu tal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, inkluż it-tagħmir tagħhom, għal kriżijiet li jaqgħu taħt il-mandat ta’ dak il-mekkaniżmu.

(14)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 55 sa 57 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-pjan ġenerali dwar l-immaniġġar tal-kriżijiet fil-qasam tal-ikel u l-għalf, implimentat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300.

(15)Ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-Mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (EFSCM). Madankollu, il-prodotti tal-ikel jenħtieġ li jkunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk li jikkonċernaw il-mekkaniżmu ta’ notifika u dwar ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet tal-moviment liberu. Il-miżuri li jikkonċernaw il-prodotti tal-ikel notifikati skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu rieżaminati wkoll għall-konformità tagħhom ma’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tad-dritt tal-Unjoni.

(16)Sabiex titqies in-natura eċċezzjonali u l-konsegwenzi potenzjali fit-tul għall-operat fundamentali tas-Suq Uniku ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata setgħat ta’ implimentazzjoni b’mod eċċezzjonali għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont l-Artikolu 281(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(17)L-Artikolu 21 tat-TFUE jistabbilixxi d-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqalqu minn post għal ieħor u li joqogħdu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġetti għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati sabiex dan jitwettaq. Il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet dettaljati huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għal dawn il-limitazzjonijiet u r-raġunijiet li jistgħu jintużaw biex jiġġustifikaw tali miżuri. Dawn ir-raġunijiet huma l-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. F’dan il-kuntest, ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-moviment jistgħu jiġu ġġustifikati jekk ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. Dan ir-Regolament ma huwiex maħsub biex jipprevedi raġunijiet addizzjonali għal-limitazzjoni tad-dritt għall-moviment liberu tal-persuni lil hinn minn dawk previsti fil-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE.

(18)Fir-rigward tal-miżuri għall-istabbiliment mill-ġdid u l-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni u kwalunkwe miżura oħra li taffettwa l-moviment liberu tal-persuni prevista skont dan ir-Regolament, dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 21 tat-TFUE u jikkomplementaw id-Direttiva 2004/38/KE mingħajr ma jaffettwaw l-applikazzjoni tagħha fiż-żmien tal-emerġenzi tas-Suq Uniku. Tali miżuri jenħtieġ li ma jirriżultawx fl-awtorizzazzjoni jew fil-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet għall-moviment liberu li jmorru kontra t-Trattati jew dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni.

(19)L-Artikolu 45 tat-TFUE jistabbilixxi d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex dawn jingħataw effett. Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet li jikkomplementaw il-miżuri eżistenti sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni, tiżdied it-trasparenza u tiġi pprovduta assistenza amministrattiva matul l-emerġenzi tas-Suq Uniku. Tali miżuri jinkludu l-istabbiliment u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-punti uniċi ta’ kuntatt għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont dan ir-regolament.

(20)Jekk l-Istati Membri jadottaw miżuri li jaffettwaw il-moviment liberu tal-oġġetti jew tal-persuni, jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bi tħejjija għal emerġenzi tas-Suq Uniku, u matulhom, jenħtieġ li dawn jillimitaw tali miżuri għal dak li huwa neċessarju u jneħħuhom malli s-sitwazzjoni tippermetti dan. Tali miżuri jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jqisu s-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni tal-fruntiera.

(21)L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku jenħtieġ li tiskatta obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu rilevanti għall-kriżijiet.

(22)Meta teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz notifikat jew miżuri adottati mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ta’ kriżi li qiegħda tevolvi u l-informazzjoni ta’ spiss limitata li hija għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri meta jfittxu li jnaqqsu r-riskji emerġenti fil-kuntest tal-kriżi. Fejn ikun iġġustifikat u neċessarju fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli, inkluża informazzjoni speċjalizzata jew xjentifika, il-merti tal-argumenti tal-Istati Membri li jibbażaw fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala raġuni għall-adozzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni. Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tiżgura li tali miżuri jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u ma joħolqux ostakli mhux ġustifikati għall-funzjonament tas-Suq Uniku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirreaġixxi għan-notifiki tal-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi tal-kriżi partikolari, u mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(23)Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri speċifiċi ta’ emerġenza tas-Suq Uniku previsti f’dan ir-Regolament jintużaw biss meta dan ikun indispensabbli għar-rispons għal emerġenza partikolari tas-Suq Uniku, tali miżuri jenħtieġ li jirrikjedu attivazzjoni individwali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li jindikaw ir-raġunijiet għal tali attivazzjoni u l-oġġetti jew is-servizzi rilevanti għall-kriżi li tali miżuri japplikaw għalihom.

(24)Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-atti ta’ implimentazzjoni u r-rispett dovut għar-rwol tal-operaturi ekonomiċi fl-immaniġġar tal-kriżijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikorri biss għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu soluzzjoni fuq bażi volontarja fi żmien raġonevoli. Ir-raġuni għaliex dan huwa l-każ jenħtieġ li tiġi indikata f’kull tali att, u fir-rigward tal-aspetti partikolari kollha ta’ kriżi.

(25)It-talbiet għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jintużaw mill-Kummissjoni biss meta l-informazzjoni li tkun neċessarja biex ikun hemm rispons adegwat għall-emerġenza tas-Suq Uniku, bħall-informazzjoni neċessarja għall-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jew l-istima tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-manifatturi ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet li l-ktajjen tal-provvista tagħhom ġew imfixkla, ma tkunx tista’ tinkiseb minn sorsi disponibbli għall-pubbliku jew bħala riżultat tal-informazzjoni pprovduta b’mod volontarju.

(26)L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn meħtieġ, jenħtieġ li tiskatta wkoll l-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet li jintroduċu aġġustamenti għar-regoli li jirregolaw id-disinn, il-manifattura, il-valutazzjoni tal-konformità u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti soġġetti għal regoli armonizzati tal-Unjoni. Dawn il-proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet jenħtieġ li jippermettu li l-prodotti, indikati bħala prodotti rilevanti għall-kriżijiet jitqiegħdu malajr fis-suq f’kuntest ta’ emerġenza. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-valutazzjoni tal-konformità ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet fuq kwalunkwe applikazzjoni oħra li tkun għaddejja għal prodotti oħrajn. Min-naħa l-oħra, f’każijiet, fejn ikun hemm dewmien żejjed fil-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, li ma jkunux għaddew mill-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jitqiegħdu fis-suq rispettiv tagħhom, dment li jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi biss fit-territorju tal-Istat Membru emittenti u limitati għad-durata tal-emerġenza tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata ż-żieda fil-provvista ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti flessibilitajiet fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ preżunzjoni ta’ konformità. Fil-kuntest ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-manifatturi ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu wkoll minn standards nazzjonali u internazzjonali, li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-istandards armonizzati Ewropej. F’każijiet li fihom dawn tal-aħħar ma jkunux jeżistu jew li fihom il-konformità magħhom issir eċċessivament diffiċli minħabba t-tfixkil fis-Suq Uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ toħroġ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ta’ applikazzjoni volontarja jew obbligatorja sabiex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lesti għall-użu lill-manifatturi.

(27)L-introduzzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti rilevanti għall-kriżijiet fir-regoli armonizzati settorjali rilevanti tal-Unjoni tirrikjedi aġġustamenti mmirati għad-19-il qafas settorjali li ġejjin: Id-Direttiva 2000/14/KE, id-Direttiva 2006/42/UE, id-Direttiva 2010/35/UE, id-Direttiva 2013/29/UE, id-Direttiva 2014/28/UE, id-Direttiva 2014/29/UE, id-Direttiva 2014/30/UE, id-Direttiva 2014/31/UE, id-Direttiva 2014/32/UE, id-Direttiva 2014/33/UE, id-Direttiva 2014/34/UE, id-Direttiva 2014/35/UE, id-Direttiva 2014/53/UE, id-Direttiva 2014/68/UE, ir-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) 305/2011. L-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza jenħtieġ li tkun soġġetta għall-attivazzjoni tal-emerġenza tas-Suq Uniku u jenħtieġ li tkun limitata għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżijiet.

(28)F’każijiet li fihom ikun hemm riskji sostanzjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku jew f’każijiet ta’ nuqqasijiet kbar jew ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika, miżuri fil-livell tal-Unjoni mmirati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, bħall-ordnijiet klassifikati bħala prijorità, jistgħu juru li huma indispensabbli għar-ritorn tal-funzjonament normali tas-Suq Uniku.

(29)Sabiex jiġu mmassimizzati l-kapaċità tal-akkwist u l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Kummissjoni matul il-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku u l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex twettaq akkwisti f’isimhom.

(30)Fejn ikun hemm nuqqas kbir ta’ prodotti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku matul emerġenza tas-Suq Uniku, u jkun ċar li l-operaturi ekonomiċi li joperaw fis-Suq Uniku ma jipproduċu l-ebda tali oġġett, iżda fil-prinċipju jistgħu jadattaw il-linja ta’ produzzjoni tagħhom għal skop differenti jew ikollhom kapaċità insuffiċjenti biex jipprovdu l-oġġetti jew is-servizzi meħtieġa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri bħala l-aħħar alternattiva biex jieħdu miżuri ħalli jiffaċilitaw jew jitolbu ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-manifatturi jew fil-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi biex jipprovdu servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew biex jadattawhom għal skop differenti. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar is-severità tan-nuqqas u t-tip ta’ prodotti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma meħtieġa u tipprovdi appoġġ u pariri fir-rigward tal-flessibilitajiet fl-acquis tal-UE għal tali finijiet.

(31)Il-miżuri li jiżguraw il-flessibbiltà regolatorja jippermettu lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jaċċelleraw il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi li jkunu neċessarji għat-titjib tal-kapaċità li jiġu prodotti oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew li jiġu pprovduti servizzi rilevanti għall-kriżijiet.

(32)Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-prodotti rilevanti għall-kriżi jkunu disponibbli matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi li joperaw fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet biex jagħtu prijorità lill-ordnijiet ta’ inputs neċessarji għall-produzzjoni tal-oġġetti finali li huma rilevanti għall-kriżijiet, jew l-ordnijiet ta’ tali oġġetti finali huma stess. Jekk operatur ekonomiku jirrifjuta li jaċċetta u jipprijoritizza tali ordnijiet, wara evidenza oġġettiva li d-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet hija indispensabbli, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tistieden lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet, li l-issodisfar tagħhom imbagħad jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ieħor tad-dritt privat jew pubbliku. F’każ ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni, l-operatur inkwistjoni jenħtieġ li jispjega r-raġunijiet leġittimi tiegħu talli rrifjuta t-talba. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel tali spjegazzjoni motivata jew partijiet minnha disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tqis kif xieraq il-kunfidenzjalità tan-negozju.

(33)Barra minn hekk, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda li l-Istati Membri jiddistribwixxu riżervi strateġiċi, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tas-solidarjetà, tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

(34)Meta l-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, tali pproċessar jenħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiġifieri r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 .

(35)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà li tadotta miżuri ta’ appoġġ għall-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni, għall-istabbiliment ta’ lista ta’ miri individwali (kwantitajiet u skadenzi) għal dawk ir-riżervi strateġiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza u l-miżuri ta’ viġilanza sabiex timmonitorja bir-reqqa l-ktajjen tal-provvista strateġiċi u tikkoordina l-bini ta’ riżervi strateġiċi għall-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-attivazzjoni ta’ miżuri speċifiċi ta’ rispons ta’ emerġenza fi żmien ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, biex tippermetti rispons rapidu u koordinat. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(36)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). B’mod partikolari, dan jirrispetta d-dritt għall-privatezza tal-operaturi ekonomiċi stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali, li huma protetti mill-Artikolu 16 tal-Karta, id-dritt għall-proprjetà, protett mill-Artikolu 17 tal-Karta, id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni protett mill-Artikolu 26 tal-Karta u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u għal proċess imparzjali kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta. Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-awtonomija tas-sħab soċjali kif rikonoxxuta mit-TFUE.

(37)L-Unjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ fir-rigward tas-solidarjetà internazzjonali u tappoġġa bis-sħiħ il-prinċipju li kwalunkwe miżura meqjusa neċessarja meħuda skont dan ir-Regolament, inklużi dawk neċessarji għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ nuqqasijiet kritiċi, tiġi implimentata b’mod li jkun immirat, trasparenti, proporzjonat, temporanju u konsistenti mal-obbligi tad-WTO.

(38)Il-qafas tal-Unjoni għandu jinkludi elementi interreġjonali biex jiġu stabbiliti miżuri koerenti, transsettorjali, transfruntiera ta’ viġilanza u ta’ rispons għal emerġenza tas-Suq Uniku, b’mod partikolari billi jitqiesu r-riżorsi, il-kapaċitajiet u l-vulnerabbiltajiet fir-reġjuni ġirien, b’mod speċifiku fir-reġjuni tal-fruntieri.

(39)Il-Kummissjoni għandha wkoll, fejn xieraq, tidħol f’konsultazzjonijiet jew f’kooperazzjoni, f’isem l-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi rilevanti, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet kooperattivi biex jiġi indirizzat it-tfixkil fil-katina tal-provvista, f’konformità mal-obbligi internazzjonali. Dan għandu jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f’fora internazzjonali rilevanti.

(40)Sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ protokolli ta’ kriżi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta l-qafas regolatorju stabbilit f’dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, l-iskambju sigur ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(41)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2679/98 li jipprevedi mekkaniżmu għal diskussjonijiet bilaterali dwar l-ostakli għall-funzjonament tas-Suq Uniku rari intuża u huwa skadut. L-evalwazzjoni tiegħu wriet li s-soluzzjonijiet ipprovduti minn dak ir-Regolament ma jistgħux jindirizzaw ir-realtajiet ta’ kriżijiet kumplessi, li ma humiex limitati għal inċidenti li jseħħu fil-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri ġirien. Għalhekk jenħtieġ li jitħassar.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Parti I
Dispożizzjonijiet Ġenerali

Titolu I
Kamp ta’ Applikazzjoni

Artikolu 1
Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex jiġi antiċipat, jitħejja u jingħata rispons għall-impatti tal-kriżijiet fuq is-Suq Uniku, bil-għan li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku.

2.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu:

(a)grupp konsultattiv biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa għall-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni jew ir-rispons għall-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku;

(b)miżuri għall-ksib, il-kondiviżjoni u l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti;

(c)miżuri ta’ kontinġenza mmirati lejn l-antiċipazzjoni u l-ippjanar;

(d)miżuri biex jiġu indirizzati l-impatti tas-Suq Uniku ta’ inċidenti sinifikanti li għadhom ma rriżultawx f’emerġenza tas-Suq Uniku (viġilanza tas-Suq Uniku), inkluż sett ta’ miżuri ta’ viġilanza u

(e)miżuri biex jiġu indirizzati emerġenzi tas-Suq Uniku, inkluż sett ta’ miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza.

3.L-Istati Membri għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bejniethom u mal-Kummissjoni.

4.Il-Kummissjoni tista’ tikseb kwalunkwe għarfien speċjalizzat u/jew xjentifiku rilevanti, li jkun neċessarju għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2
Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward tal-impatti sinifikanti ta’ kriżi fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu.

2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dan li ġej:

(a)prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 tad-Direttiva 2001/83/KE;

(b) apparati mediċi kif definiti fl-Artikolu 2(e), tar-Regolament (KE) Nru 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 ;

(c) kontromiżuri mediċi oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) …/… dwar Theddid Transkonfinali Serju għas-Saħħa [ir-Regolament SCBH]  44 u inklużi fil-lista stabbilita f’konformità mal-Artikolu 6(1) tal-proposta għal] ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi 45 ;

(d)semikondutturi kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep) 46 ;

(e)il-prodotti tal-enerġija kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tad-Direttiva 2003/96/KE 47 , l-elettriku kif definit fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 ta’ dik id-Direttiva u prodotti oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 ta’ dik id-Direttiva.

(f)servizzi finanzjarji, bħas-settur bankarju, il-kreditu, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-pensjonijiet okkupazzjonali jew personali, it-titoli, il-fondi ta’ investiment, il-pariri dwar il-pagamenti u l-investiment, inklużi s-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36, kif ukoll l-attivitajiet ta’ saldu u ta’ kklerjar u l-konsulenza, l-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħrajn.

3.B’deroga mill-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), l-Artikoli 16 sa 20 u l-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija f’dawk il-punti.

4.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit fid-Deċiżjoni 1313/13/UE u l-pjan ġenerali dwar l-immaniġġar tal-kriżijiet fil-qasam tal-ikel u l-għalf f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

5.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (l-Artikoli 101 sa 109 tat-TFUE u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni), inklużi r-regoli dwar l-antitrust, il-fużjoni u l-għajnuna mill-Istat.

6.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Kummissjoni:

(a)li tidħol f’konsultazzjonijiet jew f’kooperazzjoni, f’isem l-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi rilevanti, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet kooperattivi biex jiġi evitat tfixkil fil-katina tal-provvista, f’konformità mal-obbligi internazzjonali. Dan jista’ jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f’fora internazzjonali rilevanti; jew

(b)valutazzjoni ta’ jekk huwiex xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 .

7.Kwalunkwe azzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali

8.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet tal-Istat essenzjali, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“kriżi” tfisser avveniment eċċezzjonali mhux mistenni u f’daqqa, naturali jew magħmul mill-bniedem ta’ natura u skala straordinarja li jseħħ fl-Unjoni jew lil hinn minnha;

(2)“modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku” tfisser qafas għall-indirizzar ta’ theddida ta’ tfixkil sinifikanti fil-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u li għandha l-potenzjal li teskala f’emerġenza tas-Suq Uniku fis-sitt xhur li jmiss;

(3)“emerġenza tas-Suq Uniku” tfisser impatt wiesa’ ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku li jfixkel b’mod serju l-moviment liberu fis-Suq Uniku jew il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma tal-attivitajiet soċjali jew ekonomiċi vitali fis-Suq Uniku;

(4)“oqsma importanti mill-aspett strateġiku” tfisser dawk l-oqsma b’importanza kritika għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha, fis-sens li huma ta’ importanza sistemika u vitali għas-sigurtà pubblika, għas-sikurezza pubblika, għall-ordni pubblika jew għas-saħħa pubblika, u li t-tfixkil, il-falliment, it-telf jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku;

(5)“oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika” tfisser oġġetti u servizzi li huma indispensabbli biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-Suq Uniku f’oqsma importanti mill-aspett strateġiku u li ma jistgħux jiġu sostitwiti jew diversifikati;

(6)“oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi” tfisser oġġetti u servizzi li huma indispensabbli biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi jew biex jiġu indirizzati l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku matul emerġenza tas-Suq Uniku;

(7)“riżervi strateġiċi” tfisser stokk ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika li għalihom jista’ jkun neċessarju il-bini ta’ riżerva sabiex issir tħejjija għal emerġenza tas-Suq Uniku, taħt il-kontroll ta’ Stat Membru.

Titolu II
Governanza

Artikolu 4
Grupp konsultattiv

1.Huwa stabbilit grupp konsultattiv.

2.Il-grupp konsultattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina rappreżentant u rappreżentant sostitut.

3.Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-grupp konsultattiv u tiżgura s-segretarjat tiegħu. Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentant tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 49 , rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, sħab soċjali u esperti, biex jattendu l-laqgħat tal-grupp konsultattiv bħala osservaturi. Din għandha tistieden lir-rappreżentanti ta’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni bħala osservaturi għal-laqgħat rilevanti tal-grupp konsultattiv.

4.Għall-finijiet tal-ippjanar ta’ kontinġenza skont l-Artikoli 6 sa 8, il-grupp konsultattiv għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti li ġejjin:

(a)il-proponiment ta’ arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fiż-żmien tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku li jkunu inklużi fil-protokolli ta’ kriżi;

(b)il-valutazzjoni ta’ inċidenti sinifikanti li l-Istati Membri jkunu wissew lill-Kummissjoni dwarhom.

5.Għall-finijiet tal-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-grupp konsultattiv għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:

(a)l-istabbiliment ta’ jekk it-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2) hijiex preżenti, u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali theddida;

(b)il-ġbir ta’ previżjoni, analiżi tad-data u intelliġenza tas-suq;

(c)il-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs, u l-industrija biex tinġabar l-intelliġenza tas-suq;

(d)l-analiżi tad-data aggregata li tasal mingħand korpi rilevanti għall-kriżijiet oħrajn fil-livell tal-Unjoni u f’dak internazzjonali;

(e)l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi rilevanti oħrajn u korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, kif xieraq, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f)iż-żamma ta’ repożitorju ta’ miżuri ta’ kriżi nazzjonali u tal-Unjoni li ntużaw fi kriżijiet preċedenti li kellhom impatt fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu

6.Għall-finijiet tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-grupp konsultattiv għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:

(a)l-analiżi ta’ informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet miġbura mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni;

(b)l-istabbiliment ta’ jekk il-kriterji għall-attivazzjoni jew għad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza ġewx issodisfati;

(c)l-għoti ta’ pariri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri magħżula biex ikun hemm reazzjoni għall-emerġenza tas-Suq Uniku fil-livell tal-Unjoni;

(d)it-twettiq ta’ rieżami tal-miżuri nazzjonali ta’ kriżi;

(e)l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll, kif xieraq, ma’ pajjiżi terzi, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

7.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni tal-korpi kollha fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-kriżi rispettiva. Il-grupp konsultattiv għandu jikkoopera u jikkoordina mill-qrib, fejn xieraq, ma’ korpi rilevanti oħrajn relatati mal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mal-miżuri implimentati permezz ta’ mekkaniżmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) jew il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa. Il-grupp konsultattiv għandu jiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni maċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza fl-ambitu tal-UCPM.

8.Il-grupp konsultattiv għandu jiltaqa’ mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Fl-ewwel laqgħa tiegħu, fuq proposta tal-Kummissjoni u bi qbil magħha, il-grupp konsultattiv għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

9.Il-grupp konsultattiv jista’ jadotta opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew rapporti fil-kuntest tal-kompiti tiegħu stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 6.

Artikolu 5
Uffiċċji ċentrali ta’ kollegament

1.L-Istati Membri għandhom jaħtru uffiċċji ċentrali ta’ kollegament responsabbli għal kuntatti, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn u mal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Tali uffiċċji ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw u jiġbru l-inputs mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.

2.Il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għal kuntatti mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont dan ir-Regolament. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.

Parti II
Ippjanar ta’ kontinġenza tas-Suq Uniku

Artikolu 6
Protokolli ta’ kriżi

1.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-grupp konsultattiv u l-kontribut tal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, għandha s-setgħa, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, li tadotta att delegat biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’qafas li jistabbilixxi protokolli ta’ kriżi rigward il-kooperazzjoni f’każ ta’ kriżi, l-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-kriżijiet għall-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, b’mod partikolari:

(a)il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku fis-setturi kollha tas-Suq Uniku;

(b)il-modalitajiet ġenerali għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni;

(c)approċċ koordinat għall-komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi anke fir-rigward tal-pubbliku bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni;

(d)il-ġestjoni tal-qafas.

2.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi dettaljati biex jiżguraw kooperazzjoni f’waqtha u skambju sigur ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u l-Istati Membri dwar:

(a)inventarju tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura f’konformità mal-Artikolu 5 u tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 21, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet assenjati matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza ta’ dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali;

(b)il-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi u tas-sħab soċjali, inklużi l-SMEs, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet tagħhom biex jimmitigaw u jirrispondu għal tfixkil potenzjali fil-katina tal-provvista u jegħlbu n-nuqqas potenzjali ta’ oġġetti u servizzi fis-Suq Uniku;

(c)il-kooperazzjoni fil-livell tekniku fil-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza fis-setturi kollha tas-Suq Uniku;

(d)komunikazzjoni ta’ riskju u ta’ emerġenza, bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni, billi jitqiesu b’mod adegwat l-istrutturi diġà eżistenti;

3.Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ twettaq testijiet tal-istress, simulazzjonijiet u rieżamijiet tal-azzjoni u ta’ wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u tipproponi lill-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lill-Istati Membri sabiex jaġġornaw il-qafas kif neċessarju.

Artikolu 7
Taħriġ u
simulazzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha torganizza t-taħriġ dwar il-koordinazzjoni tal-kriżijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 għall-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura. Hija għandha torganizza simulazzjonijiet li jinvolvu l-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament mill-Istati Membri kollha abbażi ta’ xenarji potenzjali ta’ emerġenzi tas-Suq Uniku.

 

Artikolu 8
Allerti ad hoc għal twissija bikrija

1.L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe inċident li jfixkel b’mod sinifikanti jew li jkollu l-potenzjal li jfixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu (inċidenti sinifikanti).

2.L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament u kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, jittrattaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha, jipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, u jipproteġi s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

3.Sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tfixkil jew it-tfixkil potenzjali tal-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu ta’ oġġetti u servizzi humiex sinifikanti u jekk jenħtieġx li jkunu l-oġġett ta’ twissija, l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jqis dan li ġej:

(a)l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi affettwati mit-tfixkil jew it-tfixkil potenzjali;

(b)it-tul ta’ żmien jew it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ tfixkil jew ta’ tfixkil potenzjali;

(c)iż-żona ġeografika; il-proporzjon tas-Suq Uniku affettwat mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali; l-impatt fuq żoni ġeografiċi speċifiċi partikolarment vulnerabbli jew esposti għal interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE;

(d)l-effett tat-tfixkil jew tat-tfixkil potenzjali fuq l-inputs mhux diversifikabbli u mhux sostitwibbli.

Parti III
Viġilanza tas-Suq Uniku

Titolu I
Modalità ta’ viġilanza

Artikolu 9
Attivazzjoni

1.Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li hemm it-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2), hija għandha tattiva l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jkun fih dan li ġej:

(a)valutazzjoni tal-impatt potenzjali tal-kriżi;

(b)lista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika kkonċernati, u

(c) il-miżuri ta’ viġilanza li għandhom jittieħdu.

2.L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 10
Estensjoni u diżattivazzjoni

1.Il-Kummissjoni, jekk tqis li r-raġunijiet għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza skont l-Artikolu 9(1) jibqgħu validi, u filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tista’ testendi l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

2.Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, issib li t-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2) ma għadhiex preżenti, fir-rigward ta’ xi miżuri ta’ viġilanza jew il-miżuri kollha ta’ viġilanza jew għal xi wħud mill-oġġetti u servizzi jew għal kollha kemm huma, hija għandha tiddiżattiva l-modalità ta’ viġilanza bis-sħiħ jew parzjalment permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

3.L-atti ta’ implimentazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

Titolu II
Miżuri ta’ viġilanza

Artikolu 11
Monitoraġġ

1.Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 9, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u tas-servizzi ta’ importanza strateġika li jkunu ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza.

2.Il-Kummissjoni għandha tipprevedi mezzi standardizzati u siguri għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, permezz ta’ mezzi elettroniċi. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li l-informazzjoni miġbura inklużi s-sigrieti kummerċjali tinżamm kunfidenzjali, għandha tiġi żgurata l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u l-informazzjoni li taffettwa s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.

3.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu inventarju tal-aktar operaturi ekonomiċi rilevanti stabbiliti fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom li joperaw tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika li ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza.

4.Abbażi tal-inventarju stabbilit skont l-Artikolu 6, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jindirizzaw it-talbiet għall-għoti volontarju ta’ informazzjoni lill-aktar operaturi rilevanti tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9 u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn stabbiliti fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom. Tali talbiet għandhom jiddikjaraw b’mod partikolari liema informazzjoni dwar fatturi li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi identifikati ta’ importanza strateġika hija mitluba. Kull operatur ekonomiku/parti kkonċernata li tipprovdi informazzjoni b’mod volontarju għandha tagħmel dan fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibagħtu s-sejbiet rilevanti lill-Kummissjoni u lill-grupp konsultattiv mingħajr dewmien żejjed permezz tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament rispettiv.

5.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu kif xieraq il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs, li jistgħu jkunu assoċjati mat-talbiet għall-informazzjoni u jiżguraw li jinżamm baxx kemm jista’ jkun.

6.Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-grupp konsultattiv jiddiskuti s-sejbiet u l-prospetti ta’ evoluzzjoni bbażati fuq il-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika.

7.Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi rapport tas-sejbiet aggregati.

Artikolu 12
Riżervi strateġiċi

1.Il-Kummissjoni tista’, fost l-oġġetti ta’ importanza strateġika elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1), tidentifika dawk li għalihom jista’ jkun neċessarju li tinbena riżerva sabiex issir tħejjija għal emerġenza tas-Suq Uniku, filwaqt li tqis il-probabbiltà u l-impatt tan-nuqqasijiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dan.

Il-kapaċitajiet li huma parti mir-riżerva ta’ rescEU f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar l-oġġetti elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1), fir-rigward ta’ dan kollu li ġej:

(a)l-istokk attwali fit-territorju tagħhom;

(b)kwalunkwe potenzjal għal xiri ulterjuri;

(c)kwalunkwe għażla għal provvista alternattiva;

(d)aktar informazzjoni li tista’ tiżgura d-disponibbiltà ta’ tali oġġetti.

L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-oġġetti li għalihom għandha tingħata informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-livelli ta’ riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika miżmuma minnhom, u l-livelli ta’ ħażniet oħrajn ta’ tali oġġetti miżmuma fit-territorju tagħhom.

3.Filwaqt li jqisu l-ħażniet miżmuma jew li qegħdin jinbnew mill-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jibnu riżervi strateġiċi tal-oġġetti ta’ importanza strateġika identifikati f’konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex jikkoordinaw u jissimplifikaw l-isforzi tagħhom.

4.Meta l-bini ta’ riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika identifikati skont il-paragrafu 1 jista’ jsir aktar effettiv billi jiġu ssimplifikati fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tfassal u taġġorna regolarment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lista ta’ miri individwali rigward il-kwantitajiet u l-iskadenzi għal dawk ir-riżervi strateġiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu. Meta tistabbilixxi l-miri individwali għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)il-probabbiltà u l-impatt tan-nuqqas imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)il-livell ta’ ħażniet eżistenti tal-operaturi ekonomiċi u r-riżervi strateġiċi madwar l-Unjoni, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-attivitajiet li jkunu għaddejjin tal-operaturi ekonomiċi biex iżidu l-ħażniet tagħhom;

(c)il-kostijiet għall-bini u ż-żamma ta’ tali riżervi strateġiċi.

5.L-Istati Membri għandhom jinformaw regolarment lill-Kummissjoni dwar l-istat attwali tar-riżervi strateġiċi tagħhom. Meta Stat Membru jkun laħaq il-miri individwali msemmija fil-paragrafu 4, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu kwalunkwe ħażna tal-oġġetti inkwistjoni li taqbeż il-mira tagħhom. L-Istati Membri li r-riżervi tagħhom ma laħqux il-miri individwali għandhom jispjegaw lill-Kummissjoni r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu diġà laħqu l-miri tagħhom u l-Istati Membri l-oħrajn.

6.Meta r-riżervi strateġiċi ta’ Stat Membru kontinwament ma jilħqux il-miri individwali msemmija fil-paragrafu 4 u l-operaturi ekonomiċi fit-territorju tiegħu ma jkunux jistgħu jikkumpensaw dak in-nuqqas, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa li jittieħdu aktar miżuri biex jinbnew riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika identifikati skont il-paragrafu 1.

Wara tali valutazzjoni, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi, appoġġata minn data oġġettiva, li

(a)il-ħtiġijiet għall-oġġett inkwistjoni jibqgħu l-istess jew żdiedu meta mqabbla mas-sitwazzjoni fiż-żmien li l-mira msemmija fil-paragrafu 4 ġiet stabbilita għall-ewwel darba jew emendata l-aħħar skont il-paragrafu 4,

(b)l-aċċess għall-oġġett ikkonċernat huwa indispensabbli biex tiġi żgurata t-tħejjija għal emerġenza tas-Suq Uniku

(c)l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biżżejjed evidenza biex jispjega n-nuqqas li tintlaħaq il-mira individwali, u

(d)jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, fis-sens li n-nuqqas minn dak l-Istat Membru, meta wieħed iqis l-importanza tiegħu għall-katina tal-provvista kkonċernata, li jibni tali riżervi strateġiċi jipperikola b’mod serju t-tħejjija tal-Unjoni quddiem theddida imminenti ta’ emerġenza tas-Suq Uniku,

il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jirrikjedi li l-Istat Membru inkwistjoni jibni r-riżervi strateġiċi tiegħu tal-oġġetti kkonċernati sa skadenza stabbilita.

7.Meta taġixxi skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura li l-bini ta’ riżervi strateġiċi ma joħloqx pressjoni sproporzjonata fuq il-ktajjen tal-provvista tal-merkanzija identifikata f’konformità mal-paragrafu 1, jew fuq il-kapaċità fiskali tal-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ kwalunkwe tħassib nazzjonali dwar is-sigurtà li jkun tqajjem mill-Istati Membri.

8.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

Parti IV
Emerġenza tas-Suq Uniku

Titolu I
Modalità ta’ emerġenza

Artikolu 13 
Kriterji għall-attivazzjoni

1.Meta tivvaluta l-gravità ta’ tfixkil biex jiġi aċċertat jekk l-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku jikkwalifikax bħala emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ evidenza konkreta u affidabbli, tqis mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:

(a)il-kriżi kkawżat l-attivazzjoni ta’ kwalunkwe mekkaniżmu rilevanti ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Kunsill, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jew il-mekkaniżmi stabbiliti fil-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż [il-proposta għal] ir-Regolament (UE) …/… dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u [il-proposta għal] ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet;

(b)stima tal-għadd ta’ operazzjonijiet ekonomiċi jew utenti li jibbażaw fuq is-settur jew is-setturi tas-Suq Uniku li jkunu ġew imfixkla għall-provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati;

(c)l-importanza tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati għal setturi oħrajn;

(d)l-impatti f’termini ta’ grad u tul ta’ żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà, l-ambjent u s-sigurtà pubblika;

(e)l-operaturi ekonomiċi affettwati ma setgħux jipprovdu soluzzjoni fi żmien raġonevoli għall-aspetti partikolari tal-kriżi fuq bażi volontarja.

(f)il-pożizzjoni tas-suq tal-operaturi ekonomiċi affettwati fis-settur jew fis-setturi kkonċernati;

(g)iż-żona ġeografika li hija affettwata u li tista’ tiġi affettwata, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier fuq il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma ta’ attivitajiet soċjali jew ekonomiċi vitali fis-Suq Uniku;

(h)l-importanza tal-operatur ekonomiku affettwat fiż-żamma ta’ livell suffiċjenti ta’ provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta’ mezzi alternattivi għall-forniment ta’ dawk l-oġġetti jew is-servizzi; u

(i)in-nuqqas ta’ oġġetti, inputs jew servizzi ta’ sostituzzjoni.

Artikolu 14
Attivazzjoni

1.Il-modalità ta’ Emerġenza tas-Suq Uniku tista’ tiġi attivata mingħajr ma tkun ġiet attivata l-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku fir-rigward tal-istess oġġetti jew servizzi. Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata qabel, il-modalità ta’ emerġenza tista’ tissostitwiha parzjalment jew kompletament.

2.Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li hemm emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill biex jattiva l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.

3.Il-Kunsill jista’ jattiva l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. It-tul ta’ żmien tal-attivazzjoni, għandu jiġi speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni, u ma għandux ikun aktar minn sitt xhur.

4.L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u servizzi ma tipprevjenix l-attivazzjoni jew l-applikazzjoni kontinwa tal-modalità ta’ viġilanza u l-varar tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12 rigward l-istess oġġetti u servizzi.

5.Hekk kif tiġi attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta lista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Il-lista tista’ tiġi emendata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

6. L-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 15 
Estensjoni u diżattivazzjoni

1.Meta l-Kummissjoni tqis, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, li tkun neċessarja estensjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill biex jestendi l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku. Soġġetta għal bidliet urġenti u eċċezzjonali fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel dan mhux aktar tard minn 30 jum qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku. Il-Kunsill jista’ jestendi l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku b’mhux aktar minn sitt xhur fi żmien partikolari permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

2.Meta l-grupp konsultattiv ikollu evidenza konkreta u affidabbli li l-emerġenza tas-Suq Uniku għandha tiġi diżattivata, dan jista’ jifformula opinjoni għal dak il-għan u jibgħatha lill-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li ma għadhiex teżisti emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill mingħajr dewmien id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.

3.Il-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikoli 24 sa 33 u skont il-proċeduri ta’ emerġenza introdotti fl-oqfsa legali rispettivi tal-Unjoni permezz tal-emendi għal-leġiżlazzjoni settorjali dwar il-prodotti stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li jintroduċu proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ emerġenzi fis-Suq Uniku u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, u 2014/68/UE u li jintroduċu fir-rigward ta’ proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ Suq Uniku għandhom jieqfu japplikaw mad-diżattivazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill valutazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri meħuda fl-indirizzar tal-emerġenza tas-Suq Uniku mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza tal-miżuri, abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ previst mill-Artikolu 11.

Titolu II
moviment liberu matul l-emerġenza tas-Suq Uniku

Kapitolu I
Miżuri għall-istabbiliment mill-ġdid u għall-iffaċilitar tal-moviment liberu

Artikolu 16
Rekwiżiti ġenerali għall-miżuri li jirrestrinġu l-moviment liberu biex tiġi indirizzata emerġenza tas-Suq Uniku

1.Meta jadottaw u japplikaw miżuri nazzjonali b’reazzjoni għal emerġenza tas-Suq Uniku u għall-kriżi sottostanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom jikkonformaw bis-sħiħ mat-Trattat u mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien u titneħħa malli s-sitwazzjoni tkun tippermetti dan. Barra minn hekk, kwalunkwe restrizzjoni jenħtieġ li tqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni tal-fruntiera.

3.Kwalunkwe rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini u n-negozji ma għandux joħloq piż amministrattiv żejjed jew mhux neċessarju.

4.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lin-negozji, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom dwar miżuri li jaffettwaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu b’mod ċar u mhux ambigwu.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati affettwati kollha jiġu informati b’miżuri li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu kontinwu mal-partijiet ikkonċernati, inkluża komunikazzjoni mas-sħab soċjali u mas-sħab internazzjonali.

Artikolu 17
Restrizzjonijiet projbiti tad-drittijiet tal-moviment liberu matul emerġenza tas-Suq Uniku

1.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u meta jirrispondu għal emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jintroduċu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni intra-Unjoni jew miżuri oħrajn b’effett ekwivalenti fuq oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 5;

(b)restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni intra-UE ta’ oġġetti jew il-provvista jew il-wasla ta’ servizzi, jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti, fejn dawk ir-restrizzjonijiet jagħmlu xi waħda minn dawn li ġejjin

(i) tfixkil fil-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 5, jew

(ii) joħolqu jew iżidu n-nuqqas ta’ tali oġġetti u servizzi fis-suq uniku;

(c)diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri jew bejn iċ-ċittadini, inkluż fir-rwol tagħhom bħala fornituri ta’ servizzi jew ħaddiema, ibbażata direttament fuq in-nazzjonalità jew, fil-każ ta’ kumpaniji, il-post tal-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju;

(d)ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 5 u l-partijiet tagħhom jew fil-forniment ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 5, jew miżuri oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li:

(i)     jikkawżaw nuqqas ta’ forza tax-xogħol neċessarja fis-Suq Uniku u b’hekk ifixklu l-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew joħolqu jew iżidu n-nuqqas ta’ tali oġġetti u servizzi fis-Suq Uniku jew

(ii)    ikunu direttament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità tal-persuna.

2.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u meta jirrispondu għall-emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom iżommu lura minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, sakemm dan ma jsirx b’mod inerenti għan-natura tal-kriżi:

(a)l-applikazzjoni ta’ regoli aktar ġenerużi għal oġġetti li joriġinaw minn Stat Membru ġar, kwalunkwe Stat Membru ieħor jew grupp ta’ Stati Membri, meta mqabbla ma’ oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn;

(b)ir-rifjut b’mod selettiv tad-dħul ta’ oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri speċifiċi oħrajn fit-territorju tagħhom;

(c)l-introduzzjoni ta’ projbizzjonijiet tal-operat tat-trasport tal-merkanzija;

3.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u meta jirrispondu għal emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom iżommu lura minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin sakemm dan ma jsirx b’mod inerenti għan-natura tal-kriżi/emerġenza tas-Suq Uniku:

(a)il-projbizzjoni ta’ tipi ta’ servizzi jew modi ta’ forniment tas-servizzi;

(b)l-imblukkar tal-flussi tat-trasport tal-passiġġieri;

4.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u meta jirrispondu għall-emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom iżommu lura minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-applikazzjoni ta’ regoli aktar ġenerużi għall-ivvjaġġar lejn jew minn Stat Membru wieħed lejn jew minn Stat Membru ieħor jew grupp ta’ Stati Membri, meta mqabbla mal-ivvjaġġar lejn u minn Stati Membri oħrajn sakemm dan ma jsirx b’mod inerenti għan-natura tal-kriżi/emerġenza tas-Suq Uniku;

(b)iċ-ċaħda, lill-benefiċjarji mid-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, mid-dritt li jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru tan-nazzjonalità jew tar-residenza tagħhom, mid-dritt li joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri biex jivvjaġġaw lejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità jew tar-residenza, jew mid-dritt ta’ tranżitu minn Stat Membru sabiex jintlaħaq l-Istat Membru tan-nazzjonalità jew tar-residenza;

(c)il-projbizzjoni ta’ vvjaġġar minħabba negozju marbut mar-riċerka u l-iżvilupp, mal-produzzjoni ta’ oġġetti relatati mal-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 5, jew it-tqegħid tagħhom fis-suq jew mal-ispezzjonijiet relatati;

(d)l-impożizzjoni ta’ projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, inkluż l-ivvjaġġar għal raġunijiet imperattivi tal-familja, li ma humiex xierqa għall-ksib ta’ kwalunkwe interess pubbliku leġittimu li allegatament huwa segwit minn tali miżuri jew li b’mod ċar imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dak l-għan;

(e)l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi u r-rappreżentanti tagħhom, sakemm dan ma jsirx b’mod inerenti għan-natura tal-kriżi/emerġenza tas-Suq Uniku u ma tmurx b’mod ċar lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dak il-għan.

5.Meta tkun ġiet attivata emerġenza tas-Suq Uniku f’konformità mal-Artikolu 14 u l-attivitajiet eżerċitati mill-fornituri tas-servizzi, ir-rappreżentanti tan-negozju u l-ħaddiema ma jkunux affettwati mill-kriżi fl-Istat Membru u jkun possibbli l-ivvjaġġar sikur minkejja l-kriżi, dak l-Istat Membru ma għandux jimponi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq tali kategoriji ta’ persuni minn Stati Membri oħrajn li jżommuhom milli jkollhom aċċess għall-post tal-attività jew fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

6.Meta tkun ġiet attivata emerġenza tas-Suq Uniku f’konformità mal-Artikolu 14 u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw mill-kriżi ma jippermettux lill-fornituri tas-servizzi, lir-rappreżentanti tan-negozji u lill-ħaddiema kollha minn Stati Membri oħrajn jivvjaġġaw u jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-post tal-attività jew tal-post tax-xogħol tagħhom, iżda l-ivvjaġġar jkun għadu possibbli, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, fuq:

(a)Dawk il-fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5), jew rappreżentanti tan-negozju jew ħaddiema li huma involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew fil-forniment ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5) biex ikun jista’ jkollhom aċċess għall-post tal-attivitajiet tagħhom, jekk l-attivitajiet fis-settur ikkonċernat ikunu għadhom permessi fl-Istat Membru;

(b)il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex ikun jista’ jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-post ta’ attività tagħhom bit-tagħmir tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

7.Meta jieħdu l-miżuri msemmija f’din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità sħiħa mat-Trattati u mad-dritt tal-Unjoni. Xejn f’din id-dispożizzjoni ma għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza jew jiġġustifika restrizzjonijiet għall-moviment liberu li jmorru kontra t-Trattati jew dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 18
Miżuri ta’ appoġġ

1.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tipprevedi miżuri ta’ appoġġ biex issaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni msemmija fl-Artikolu 17(6) u 17(7) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 422(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

2.Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-Istati Membri stabbilew mudelli biex jikkonfermaw li l-operatur individwali jew ekonomiku huwa fornitur ta’ servizzi li jipprovdi servizzi rilevanti għall-kriżijiet, rappreżentant tan-negozju jew ħaddiem li jkun involut fil-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew fil-forniment ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew ħaddiem tal-protezzjoni ċivili u tqis li l-użu ta’ mudelli differenti minn kull Stat Membru huwa ostaklu għall-moviment liberu fiż-żmien ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ toħroġ, jekk tqis li huwa neċessarju għall-appoġġ tal-moviment liberu ta’ tali kategoriji ta’ persuni u t-tagħmir tagħhom matul l-emerġenza tas-Suq Uniku li tkun għaddejja, mudelli biex tikkonferma li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17(6) fl-Istati Membri kollha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

3.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

Kapitolu II
Trasparenza u assistenza amministrattiva

Artikolu 19
Notifiki

1.Matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżuri rilevanti għall-kriżijiet li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll restrizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet tal-moviment liberu tal-persuni, inklużi l-ħaddiema flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-miżuri.

Tali notifika ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw il-miżuri inkwistjoni f’każ li tkun meħtieġa azzjoni immedjata minħabba raġunijiet ikkawżati minn ċirkostanzi serji u imprevedibbli. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżura adottata minnufih flimkien ma’ ġustifikazzjoni għall-ħtieġa li l-miżura tiġi adottata minnufih.

2.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jagħmlu l-promulgazzjoni ta’ tali miżura ġġustifikata u proporzjonata, fejn dawk ir-raġunijiet ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fil-miżura notifikata. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test sħiħ tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji nazzjonali li jinkludu l-miżura jew li huma modifikati minnha.

3.L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema ta’ informazzjoni stabbilita għan-notifiki skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50  għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-miżuri notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien u għandha tikkondividihom fl-istess ħin mal-grupp konsultattiv.

5.Jekk il-grupp konsultattiv jagħżel li jagħti opinjoni dwar miżura notifikata, dan għandu jagħmel dan fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika dwar dik il-miżura.

6.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu informati bil-miżuri notifikati, sakemm l-Istati Membri ma jitolbux li l-miżuri jibqgħu kunfidenzjali, jew il-Kummissjoni tqis li d-divulgazzjoni ta’ dawk il-miżuri taffettwa s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll tad-deċiżjonijiet u l-kummenti tal-Istati Membri adottati f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

7.L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ miżura notifikat għal għaxart ijiem mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika msemmija f’dan l-Artikolu.

8.Fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha tirċievi n-notifika, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz jew miżura adottata mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-Artikoli 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni, u tista’ tipprovdi kummenti dwar il-miżura notifikata meta jkun hemm raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni. Tali kummenti għandhom jitqiesu mill-Istat Membru notifikanti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari biex jaslu pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li qiegħda tevolvi, il-perjodu ta’ għaxart ijiem jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni, għandha tistabbilixxi skadenza ġdida u għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.

9.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll kummenti lill-Istat Membru li jkun innotifika miżura; dak l-Istat Membru għandu jqis tali kummenti.

10.L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika l-miżuri li jkun beħsiebu jadotta sabiex jikkonforma mal-kummenti mogħtija f’konformità mal-paragrafu 8 lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem wara li jirċevihom.

11.Jekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri kkomunikati mill-Istat Membru notifikanti għadhom ma humiex f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija tista’ toħroġ fi żmien 30 jum minn dik il-komunikazzjoni, deċiżjoni li tirrikjedi lil dak l-Istat Membru joqgħod lura milli jadotta l-abbozz ta’ miżura notifikat. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test adottat ta’ abbozz ta’ miżura notifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

12.Jekk il-Kummissjoni ssib li miżura diġà adottata li tkun ġiet innotifikata lilha, ma tkunx f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, fi żmien 30 jum minn dik in-notifika tista’ toħroġ deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru jabolixxiha. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test ta’ miżura riveduta f’każ li jimmodifika l-miżura adottata notifikata mingħajr dewmien.

13. Il-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafi 11 u 12 jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sabiex titqies bidla fiċ-ċirkostanzi, b’mod partikolari biex jingħataw pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tkun qiegħda tevolvi. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni u għandha tistabbilixxi skadenza ġdida u għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.

14.Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 11 u 12 għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli u jistgħu jinħarġu meta jkun hemm immedjatament raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li l-miżuri notifikati ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-Artikolu 16 jew 17 ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipju tal-proporzjonalità jew il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. L-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta miżuri fi stadju aktar tard, inkluża t-tnedija ta’ proċedura ta’ ksur abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE.

15.L-informazzjoni fornuta skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun kunfidenzjali għajr fuq it-talba espressa tal-Istat Membru notifikanti. Kwalunkwe tali talba għandha tkun relatata ma’ abbozzi ta’ miżuri u għandha tkun ġustifikata.

16.Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-test tal-miżuri adottati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-emerġenza tas-Suq Uniku li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, li jkunu ġew ikkomunikati permezz tan-notifiki msemmija f’dan l-Artikolu kif ukoll permezz ta’ sorsi oħrajn. It-test tal-miżuri għandu jiġi ppubblikat fi żmien jum tax-xogħol minn meta jasal permezz ta’ pjattaforma elettronika ġestita mill-Kummissjoni.

Artikolu 20
Rabta ma’ mekkaniżmi oħrajn ta’ notifika

1.Meta Stat Membru jkun meħtieġ jinnotifika miżura skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 51 , notifika magħmula skont dan ir-Regolament għandha titqies li tkun issodisfat ukoll l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535.

2.Meta Stat Membru jkun meħtieġ jinnotifika miżura skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikoli 15(7) jew 39(5) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , notifika magħmula skont dan ir-Regolament għandha titqies li tkun issodisfat ukoll l-obbligi ta’ notifika stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE. Bl-istess mod, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 19(11) u 19(12) ta’ dan ir-Regolament jitqiesu bħala Deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva 2006/123/KE għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva.

3.Meta Stat Membru jkun meħtieġ jinnotifika miżura skont l-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva u jinforma lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(5) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 , dik in-notifika għandha titqies bħala li ssodisfat ukoll l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 59(5) tad-Direttiva 2005/36/KE.

Artikolu 21
Punti uniċi ta’ kuntatt fl-Istati Membri

1.L-Istati Membri għandhom joperaw punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali li għandhom jipprovdu liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-operaturi ekonomiċi u lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom bl-assistenza li ġejja:

(a)assistenza fit-talba u l-ksib ta’ informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-ħaddiema li huma relatati ma’ emerġenza attivata tas-Suq Uniku;

(b)assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi fil-livell nazzjonali li jkunu ġew stabbiliti minħabba l-emerġenza attivata tas-Suq Uniku.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-operaturi ekonomiċi u għall-ħaddiema u għar-rappreżentanti tagħhom li jirċievu, fuq talba tagħhom u permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi, informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih il-miżuri nazzjonali rispettivi ta’ rispons għall-kriżijiet jiġu interpretati u applikati b’mod ġenerali. Fejn xieraq, tali informazzjoni għandha tinkludi gwida pass b’pass. L-informazzjoni għandha tingħata b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Din għandha tkun aċċessibbli faċilment mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi u għandha tinżamm aġġornata.

Artikolu 22
Punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni.

2.Il-punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni għandu jipprovdi liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-operaturi ekonomiċi, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom bl-assistenza li ġejja:

(a)l-assistenza fit-talba u fil-ksib ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-emerġenza attivata tas-Suq Uniku jew li jaffettwaw l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-ħaddiema;

(b)l-assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi li jkunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni minħabba l-emerġenza attivata tas-suq Uniku;

(c)il-ġbir flimkien ta’ lista bil-miżuri nazzjonali kollha ta’ kriżi u bil-punti ta’ kuntatt nazzjonali kollha.

Titolu III
Miżuri ta’ rispons f’emerġenza tas-Suq Uniku

Kapitolu I
Talbiet għal informazzjoni mmirati u disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet

Artikolu 23
Rekwiżit ta’ attivazzjoni doppja

1.Il-miżuri vinkolanti inklużi f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 24(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26 u l-Artikolu 27(2) u jistgħu jiġu adottati biss wara li tkun ġiet attivata Emerġenza tas-Suq Uniku permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 14.

2.Att ta’ implimentazzjoni li jintroduċi miżura inkluża f’dan il-Kapitolu għandu jelenka b’mod ċar u speċifiku l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet li għalihom tapplika tali miżura. Dik il-miżura għandha tapplika biss għat-tul ta’ żmien tal-modalità ta’ emerġenza.

Artikolu 24
Talbiet għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi

1.Fejn ikun hemm nuqqasijiet kbar relatati ma’ kriżi jew theddida immedjata tagħha, il-Kummissjoni tista’ tistieden lil organizzazzjonijiet rappreżentattivi jew operaturi ekonomiċi fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżi biex jibagħtu fuq bażi volontarja, f’limitu ta’ żmien stabbilit, informazzjoni speċifika lill-Kummissjoni dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-ħażniet eżistenti possibbli ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżi u l-komponenti tagħhom f’faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-Unjoni u f’faċilitajiet ta’ pajjiżi terzi li hija topera, għandha kuntratt magħhom jew tixtri provvista mingħandhom, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe tfixkil rilevanti fil-katina tal-provvista fi ħdan skadenza partikolari.

2.Jekk id-destinatarji ma jibagħtux l-informazzjoni mitluba f’konformità mal-paragrafu 1 fil-limitu ta’ żmien u ma jipprovdux ġustifikazzjoni valida talli ma għamlux dan, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrikjedi li huma jibagħtu l-informazzjoni, billi tindika fl-att ta’ implimentazzjoni għaliex huwa proporzjonat u neċessarju li jsir dan, filwaqt li tispeċifika l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet u d-destinatarji kkonċernati mit-talba għal informazzjoni, u l-informazzjoni li qiegħda tintalab, u tipprovdi, fejn neċessarju, mudell bil-mistoqsijiet li jistgħu jiġu indirizzati lill-operaturi ekonomiċi.

3.It-talbiet għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw dan li ġej:

(a)informazzjoni mmirata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-ħażniet eżistenti possibbli tal-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet u l-komponenti tagħhom f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu fl-Unjoni u f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu f’pajjiż terz li l-organizzazzjoni jew l-operatur imsemmi fil-paragrafu 1, jopera, jikkuntratta jew jixtri provvisti mingħandhom, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ is-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u jiġu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni skeda tal-output tal-produzzjoni mistenni għat-tliet xhur ta’ wara għall-faċilità tal-produzzjoni li tinsab fl-Unjoni kif ukoll kwalunkwe tfixkil rilevanti fil-katina tal-provvista;

(b)informazzjoni oħra neċessarja għall-valutazzjoni tan-natura jew tad-daqs ta’ interruzzjoni jew nuqqas partikolari fil-katina tal-provvista.

4.Wara l-attivazzjoni tat-talbiet obbligatorji għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tindirizza deċiżjoni formali lil kull waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jew l-operaturi ekonomiċi fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet li jkunu ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jintalbu jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża, fejn possibbli, fuq il-listi ta’ kuntatt rilevanti u disponibbli tal-operaturi ekonomiċi attivi fil-ktajjen tal-provvista magħżula ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, ikkompilati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ tikseb l-informazzjoni neċessarja dwar l-operaturi ekonomiċi rilevanti mill-Istati Membri.

5.Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jkun fihom talbiet għal informazzjoni individwali għandu jkun fihom referenza għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 li fuqu jkunu bbażati u għas-sitwazzjonijiet ta’ nuqqasijiet kbar relatati mal-kriżijiet jew ma’ theddida immedjata tagħhom li tkun tat lok għal dan. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u proporzjonata f’termini tal-volum, in-natura u l-granularità tad-data, kif ukoll il-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba, u għandha tkun neċessarja għall-ġestjoni tal-emerġenza jew għall-ġbir tal-istatistika uffiċjali rilevanti. Talba għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni. Din għandha tqis l-isforz meħtieġ biex tinġabar id-data u biex din issir disponibbli mill-operatur ekonomiku jew mill-organizzazzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjoni formali għandu jkun fiha wkoll salvagwardji għall-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, salvagwardji għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju li tinsab fit-tweġiba f’konformità mal-Artikolu 25, u informazzjoni dwar il-possibbiltà li tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u l-multi previsti fl-Artikolu 28 għan-nuqqas ta’ konformità u l-iskeda ta’ żmien għal tweġiba.

6.Is-sidien tal-operaturi ekonomiċi jew tar-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, kumpaniji jew ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f’isem l-operatur ekonomiku jew l-assoċjazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati. Kull operatur ekonomiku jew assoċjazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-avukati awtorizzati kif xieraq biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli għalkollox jekk l-informazzjoni pprovduta tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.

7.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti sabiex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun imponiet talba obbligatorja għall-informazzjoni lil operatur ekonomiku.

8.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 25
Kunfidenzjalità u pproċessar tal-informazzjoni

1.L-informazzjoni li tasal b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun intalbet.

2.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u professjonali u informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali oħra miksuba u ġġenerata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi rakkomandazzjonijiet u miżuri li għandhom jittieħdu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva.

3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kklassifikata pprovduta jew skambjata skont dan ir-Regolament ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

4.Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta lill-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 4 informazzjoni aggregata bbażata fuq kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 24.

5.Il-Kummissjoni ma għandha tikkondividi l-ebda informazzjoni b’mod li jista’ jwassal għall-identifikazzjoni ta’ operatur individwali meta l-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirriżulta fi ħsara potenzjali kummerċjali jew għar-reputazzjoni lil dan l-operatur jew f’divulgazzjoni ta’ kwalunkwe sigriet kummerċjali.

Artikolu 26
Emendi mmirati għal-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-prodotti

Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottat skont l-Artikolu 14, u jkun hemm nuqqas ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, il-Kummissjoni tista’ tattiva, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-proċeduri ta’ emerġenza inklużi fl-oqfsa legali tal-Unjoni emendati minn [ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li jintroduċi proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ emerġenzi fis-Suq Uniku u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35 2014/UE, 2013 28/29/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, u 2014/68/UE u li jintroduċi fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ Suq Uniku] fir-rigward ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, filwaqt li tindika liema oġġetti rilevanti għall-kriżijiet u proċeduri ta’ emerġenza huma soġġetti għall-attivazzjoni, tipprovdi raġunijiet għal tali attivazzjoni u l-proporzjonalità tagħha, u tindika t-tul ta’ żmien ta’ tali attivazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 27
Ordnijiet klassifikati bħala prijorità

1.Il-Kummissjoni tista’ tistieden operatur ekonomiku wieħed jew aktar fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet stabbiliti fl-Unjoni biex jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet (“ordni klassifikata bħala prijorità”).

2.Jekk operatur ekonomiku ma jaċċettax u ma jipprijoritizzax ordnijiet klassifikati bħala prijorità, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li wieħed jirrikorri għal ordnijiet klassifikati bħala prijorità f’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku kkonċernat kif ukoll lil kwalunkwe parti affettwata b’mod ċar mill-ordni potenzjali klassifikata bħala prijorità, l-opportunità li jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom f’limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilit mill-Kummissjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara tali valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tindirizza att ta’ implimentazzjoni lill-operatur ekonomiku kkonċernat, li jirrikjedi li huwa jew jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni jew inkella jispjega għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq li dak l-operatur jagħmel dan. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq data oġġettiva li turi li tali prijoritizzazzjoni hija indispensabbli biex tiġi żgurata ż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi tas-soċjetà vitali fis-Suq Uniku

3.Meta l-operatur ekonomiku li lilu tkun indirizzata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 jaċċetta r-rekwiżit li jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet speċifikati fid-deċiżjoni, dak l-obbligu għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni skont id-dritt privat jew pubbliku.

4.Meta l-operatur ekonomiku li lilu tiġi indirizzata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 jirrifjuta li jaċċetta r-rekwiżit li jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet speċifikati fid-deċiżjoni, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni, spjegazzjoni motivata li tistabbilixxi raġunijiet debitament ġustifikati għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq, fid-dawl tal-objettivi ta’ din id-dispożizzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżit. Tali raġunijiet jinkludu l-inabbiltà tal-operatur li jwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità minħabba kapaċità ta’ produzzjoni insuffiċjenti jew riskju serju li l-aċċettazzjoni tal-ordni tkun tinvolvi tbatija jew piż ekonomiku partikolari għall-operatur, jew kunsiderazzjonijiet oħrajn ta’ gravità komparabbli.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel tali spjegazzjoni motivata jew partijiet minnha disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tqis kif xieraq il-kunfidenzjalità tan-negozju.

5.Meta operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni jkun soġġett għal miżura ta’ pajjiż terz li tinvolvi ordni klassifikata bħala prijorità, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

6.Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, u l-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. Id-deċiżjoni għandha b’mod partikolari tqis l-interessi leġittimi tal-operatur ekonomiku kkonċernat u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-kost u l-isforz meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni. Hija għandha tiddikjara l-bażi legali għall-adozzjoni tagħha, tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien li fihom għandha titwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità u, fejn applikabbli, tispeċifika l-prodott u l-kwantità. Hija għandha tiddikjara l-multi previsti fl-Artikolu 28 għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni. L-ordni klassifikata bħala prijorità għandha titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli.

7.Meta operatur ekonomiku jaċċetta u jipprijoritizza ordni klassifikata bħala prijorità, dan ma għandu jkun responsabbli għall-ebda ksur tal-obbligi kuntrattwali rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru li jkun meħtieġ jikkonforma mal-ordni klassifikata bħala prijorità. Ir-responsabbiltà għandha tiġi eskluża biss sal-punt li l-ksur tal-obbligi kuntrattwali huwa neċessarju għall-konformità mal-prijoritizzazzjoni meħtieġa.

8.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 28
Multi lill-operaturi għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ tweġiba għal talbiet obbligatorji għal informazzjoni jew ta’ konformità ma’ ordnijiet klassifikati bħala prijorità

1.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, fejn jitqies neċessarju u proporzjonat, timponi multi:

(a)meta organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ operaturi ekonomiċi jew operatur ekonomiku, intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza serja, jipprovdu informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 24, jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt;

(b)meta operatur ekonomiku, intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza serja, ma jikkonformax mal-obbligu li jinforma lill-Kummissjoni dwar obbligu ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 27 jew jonqos milli jispjega għaliex ma jkunx aċċetta ordni klassifikata bħala prijorità;

(c)meta operatur ekonomiku, intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza serja, ma jikkonformax ma’ obbligu li jkun aċċetta biex jipprijoritizza ċerti ordnijiet ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet (“ordni klassifikata bħala prijorità”) skont l-Artikolu 27

2.Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx jaqbżu l-EUR 200 000.

3.Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti għal kull jum tax-xogħol ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu skont l-Artikolu 27 (ordnijiet klassifikati bħala prijorità) ikkalkulat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li ma jaqbiżx il-1 % tal-fatturat totali fis-sena tan-negozju preċedenti.

4.Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandhom jitqiesu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operatur ekonomiku kkonċernat, in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza.

5.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti sabiex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa. Hija tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta.

Artikolu 29
Perjodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi

1.Is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi f’konformità mal-Artikolu 30 għandha tkun soġġetta għall-perjodi ta’ limitazzjoni li ġejjin:

(a)sentejn fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 24;

(b)tliet snin fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet skont l-Artikolu 26(2).

2.Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih il-Kummissjoni ssir taf bil-ksur. Madankollu, f’każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih jintemm il-ksur.

3.Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni.

4.L-interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni għandha tapplika għall-partijiet kollha li jinżammu responsabbli għall-parteċipazzjoni fil-ksur.

5.Kull interruzzjoni għandha tibda ż-żmien mill-ġdid. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiskadi mhux aktar tard mill-jum li fih ikun għadda perjodu ekwivalenti għal darbtejn dak tal-perjodu ta’ limitazzjoni mingħajr ma l-Kummissjoni tkun imponiet multa. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi sospiż minħabba li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Perjodi ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-multi

1.Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 28 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.

2.Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali.

3.Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-multi għandu jiġi interrott:

(a)permezz ta’ notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew li tirrifjuta applikazzjoni għal varjazzjoni;

(b)bi kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, imfassla biex tinforza l-ħlas tal-multa.

(4)Kull interruzzjoni għandha tibda ż-żmien mill-ġdid.

(5)Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-multi għandu jiġi sospiż sakemm:

(a)huwa permess iż-żmien għall-ħlas;

(b)l-infurzar tal-ħlas jiġi sospiż skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Dritt li wieħed jinstema’ għall-impożizzjoni tal-multi

1.Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 28, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku jew lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu dwar:

(a)sejbiet preliminari li tkun għamlet il-Kummissjoni, inkluża kwalunkwe kwistjoni li għaliha l-Kummissjoni tkun għamlet oġġezzjonijiet;

(b)miżuri li l-Kummissjoni jista’ jkollha l-ħsieb li tieħu fid-dawl tas-sejbiet preliminari skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

2.L-impriżi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun inqas minn 21 jum.

3.Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati setgħu jikkummentaw dwarhom.

4.Id-drittijiet tad-difiża tal-operatur ekonomiku jew tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ fi kwalunkwe proċedura. L-operatur ekonomiku jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont it-termini ta’ divulgazzjoni nnegozjata, soġġett għall-interess leġittimu tal-operaturi ekonomiċi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali u għal dokumenti interni tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt ta’ aċċess ma għandux jestendi għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddivulga u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tagħti prova li jkun sar ksur.

Kapitolu II 
Miżuri oħrajn biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet

Artikolu 32 
Distribuzzjoni koordinata tar-riżervi strateġiċi

Meta r-riżervi strateġiċi magħmula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 12 juru li ma humiex suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet relatati mal-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiddistribwixxu r-riżervi strateġiċi b’mod immirat, fejn possibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li ma jiġix aggravat ulterjorment it-tfixkil fis-Suq Uniku, inkluż f’żoni ġeografiċi partikolarment affettwati minn tali tfixkil u f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tas-solidarjetà u l-istabbiliment tal-aktar użu effiċjenti tar-riżervi bil-għan li tintemm l-emerġenza tas-Suq Uniku.

Artikolu 33

Miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet

1.Il-Kummissjoni tista’, meta tqis li hemm riskju ta’ nuqqas ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, tirrakkomanda li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jiżguraw l-organizzazzjoni mill-ġdid effiċjenti tal-ktajjen tal-provvista u tal-linji tal-produzzjoni u biex jużaw il-ħażniet eżistenti ħalli jżidu d-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, kemm jista’ jkun malajr.

2.B’mod partikolari, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu miżuri:

(a)l-iffaċilitar tal-espansjoni jew tal-għoti ta’ skop ġdid ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda għall-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet;

(b)li jiffaċilitaw l-espansjoni ta’ kapaċitajiet eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda relatati mal-attivitajiet ta’ servizz;

(c)bil-għan li jitħaffef il-ħruġ ta’ permessi għall-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet.

Parti V
Akkwist

KAPITOLU I
L-akkwist ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza

Artikolu 34
Talba tal-Istati Membri lill-Kummissjoni biex takkwista oġġetti u servizzi f’isimhom

1.Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tniedi akkwist f’isem l-Istati Membri li jixtiequ jkunu rrappreżentati mill-Kummissjoni (“Stati Membri parteċipanti”), għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1) jew ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5).

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-utilità, in-neċessità u l-proporzjonalità tat-talba. Meta l-Kummissjoni ma jkunx beħsiebha ssegwi t-talba, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u lill-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 4 u tagħti raġunijiet għar-rifjut tagħha.

3.Meta l-Kummissjoni taqbel li twettaq akkwisti f’isem l-Istati Membri, hija għandha tfassal proposta għal ftehim qafas li għandu jiġi konkluż mal-Istati Membri parteċipanti li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq akkwisti f’isimhom. Dan il-ftehim għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati għall-akkwist f’isem l-Istati Membri parteċipanti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 35
Stabbiliment u implimentazzjoni tal-mandat ta’ negozjar tal-Kummissjoni

1.Il-ftehim [imsemmi fl-Artikolu 34(3) għandu jistabbilixxi mandat ta’ negozjar biex il-Kummissjoni taġixxi bħala korp ċentrali għall-akkwisti għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti ta’ importanza strateġika jew għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet f’isem l-Istati Membri parteċipanti permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda.

2.F’konformità mal-ftehim, il-Kummissjoni tista’ tkun intitolata, f’isem l-Istati Membri parteċipanti, li tidħol f’kuntratti ma’ operaturi ekonomiċi, inklużi produtturi individwali ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika jew oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, dwar ix-xiri ta’ tali oġġetti jew servizzi.

3.Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jew l-esperti nnominati mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu żjarat fuq il-post fil-postijiet tal-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti ta’ importanza strateġika jew ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet.

4.Il-Kummissjoni għandha twettaq il-proċeduri ta’ akkwist u tikkonkludi l-kuntratti li jirriżultaw mal-operaturi ekonomiċi f’isem l-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 36
Modalitajiet tal-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri

1.L-akkwist skont dan ir-Regolament għandu jitwettaq mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 għall-akkwist tagħha stess.

2.Il-kuntratti jistgħu jinkludu klawżola li tiddikjara li Stat Membru li ma jkunx ħa sehem fil-proċedura ta’ akkwist jista’ jsir parti għall-kuntratt wara li jkun ġie ffirmat, li tistabbilixxi fid-dettall il-proċedura biex isir dan u l-effetti tiegħu.

KAPITOLU II
Akkwist Konġunt matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza

Artikolu 37
Proċedura ta’ akkwist konġunt

Fejn ikun neċessarju li jitwettaq akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri jistgħu jiksbu jew jikru kompletament il-kapaċitajiet akkwistati b’mod konġunt.

Kapitolu III
L-akkwist mill-Istati Membri matul il-modalità ta’ emerġenza

Artikolu 38
Konsultazzjoni u koordinazzjoni dwar l-akkwist individwali mill-Istati Membri

Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni u mar-rappreżentanti tal-Istati Membri l-oħrajn fil-grupp konsultattiv qabel ma jniedu l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5) f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 .

Artikolu 39
Projbizzjoni ta’ azzjoni individwali ta’ akkwist mill-Istati Membri parteċipanti

Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 16 u l-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jkun tnieda f’konformità mal-Artikoli 34 sa 36, l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri parteċipanti ma għandhomx jakkwistaw oġġetti jew servizzi koperti minn tali akkwist b’mezzi oħrajn.

Parti VI
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 40
Protezzjoni tad-data personali

1.Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tagħhom ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, jew l-obbligi tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, relatati mal-ipproċessar tagħhom ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

2.Id-data personali ma għandhiex tiġi pproċessata jew ikkomunikata ħlief f’każijiet li fihom dan ikun strettament neċessarju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. F’tali każijiet, għandhom japplikaw kif xieraq il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.Fejn l-ipproċessar ta’ data personali ma jkunx strettament neċessarju għall-issodisfar tal-mekkaniżmi stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data personali għandha ssir anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli.

Artikolu 41

Għodod diġitali

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għodod diġitali interoperabbli jew infrastrutturi tal-IT li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Tali għodod jew infrastrutturi jistgħu jiġu żviluppati barra mit-tul ta’ żmien tal-Emerġenza tas-Suq Uniku.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali għodod jew infrastrutturi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 42
Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tal-Istrument ta’ Emerġenza tas-Suq Uniku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 43
Atti delegati

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 4
Rapportar u rieżami

1.Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema tal-ippjanar ta’ kontinġenza, ta’ viġilanza u ta’ rispons f’emerġenza tas-Suq Uniku, filwaqt li tissuġġerixxi kwalunkwe titjib jekk ikun neċessarju, akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.

2.Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-ħidma tal-grupp konsultattiv taħt il-qafas ta’ emerġenza stabbilit minn dan ir-Regolament, u r-relazzjoni tiegħu mal-ħidma ta’ korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni għall-immaniġġar tal-kriżijiet.

Artikolu 45
Tħassir

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2679/98 jitħassar b’effett minn [data].

Artikolu 46
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Suq Intern; il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

X azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 56

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza (SMEI) huwa li jtejjeb il-viġilanza tas-Suq Uniku għall-kriżijiet, ir-rispons għalihom u l-funzjonament bla xkiel tiegħu fi żminijiet ta’ kriżi. Għal dan il-għan, l-SMEI se jgħammar lill-UE b’sett ta’ għodod ta’ kriżi kalibrati sew li jippermetti rispons rapidu u effettiv għal kwalunkwe kriżi futura li thedded li tfixkel il-funzjonament tas-Suq Uniku, li jikkomplementa mekkaniżmi eżistenti oħrajn tal-UE, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni, trasparenza u veloċità aħjar. L-objettiv huwa li jissaħħaħ il-funzjonament tas-Suq Uniku u li jiġu pprovduti soluzzjonijiet rapidi u prattiċi għal kwistjonijiet ta’ moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni u tal-provvista fi żminijiet ta’ kriżi.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

L-imminimizzar tal-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi

L-objettiv speċifiku 1 huwa li jiġu minimizzati l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi billi jiġi pprovdut sett ta’ soluzzjonijiet biex jiġu żgurati viġilanza u rispons fil-livell tal-UE kkoordinati tajjeb għall-kriżijiet li jaffettwaw is-Suq Uniku. Għal dan il-għan, huwa mistenni li jiġi pprovdut sett ta’ għodod ta’ soluzzjonijiet li jikkonsistu f’miżuri ta’ viġilanza, koordinazzjoni u trasparenza li jiżguraw rispons aktar allinjat u mmirat tal-Istati Membri u li jipprovdu t-trasparenza meħtieġa fir-rigward tal-ostakli għall-moviment liberu.

Objettiv speċifiku Nru 2

L-indirizzar tan-nuqqasijiet u s-salvagwardja tad-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet

Dan l-objettiv speċifiku għandu l-għan li jiffaċilita soluzzjonijiet rapidi u prattiċi għall-kwistjonijiet ta’ provvista fi żminijiet ta’ kriżi. Għal dan il-għan, huwa mistenni li jiġu pprovduti mekkaniżmi ta’ viġilanza, ta’ koordinazzjoni u ta’ trasparenza għal rispons politiku mmirat u għall-atturi kollha tas-Suq Uniku billi jkun jista’ jsir l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija/mal-partijiet ikkonċernati għall-identifikazzjoni ta’ ostakli tal-katina tal-provvista u l-ħtiġijiet tal-kapaċità rilevanti għall-kriżijiet u t-teħid ta’ azzjoni ulterjuri meta jkun neċessarju biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet f’emerġenza.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-inizjattiva se tiżgura l-aċċess għas-Suq Uniku matul żminijiet ta’ kriżi għaċ-ċittadini u n-negozji u se tipprovdi appoġġ għall-ktajjen tal-provvista identifikati, li jiżgura l-funzjonament tas-Suq Uniku u rispons għall-kriżijiet kumplessivi aħjar fil-livell tal-UE bis-saħħa tad-disponibbiltà ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet meħtieġa fir-rispons għall-kriżijiet, u se jiġġenera wkoll benefiċċji soċjali indiretti f’termini ta’ titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u salvataġġ tal-ħajjiet, skont it-tip ta’ kriżi.

L-inizjattiva hija mistennija tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs), b’mod partikolari l-SDG #1 Inxejnu l-faqar, l-SDG #8 Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku, l-SDG #9 Industrija, innovazzjoni u infrastruttura, l-SDG #10 Inqas inugwaljanzi u l-SDG #16 Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom.

In-negozji se jiġu affettwati b’mod pożittiv, b’mod partikolari matul emerġenza, minħabba rispons aħjar fil-livell tal-UE għall-kriżijiet li jwassal għal inqas ostakli għall-moviment liberu u disponibbiltà aħjar ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet. Il-miżuri fis-sett ta’ għodod li jkollhom effett pożittiv dirett fuq in-negozji jinkludu prinċipji ewlenin biex jiżguraw il-moviment liberu u miżuri ta’ appoġġ, it-trasparenza u l-assistenza amministrattiva matul emerġenza, l-akkwist pubbliku matul emerġenza u miżuri biex il-prodotti jitqiegħdu fis-suq aktar malajr matul emerġenza, u t-tħaffif tal-għoti ta’ permessi matul l-emerġenza. Madankollu, in-negozji jistgħu jiffaċċjaw ukoll kostijiet u l-operazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu affettwati, b’mod partikolari minħabba miżuri li jappoġġaw il-ktajjen tal-provvista matul emerġenza, b’mod partikolari talbiet għal informazzjoni lill-kumpaniji, obbligi biex tiżdied il-produzzjoni u biex jiġu aċċettati ordnijiet klassifikati bħala prijorità.

Iċ-ċittadini jibbenefikaw mir-rispons kumplessiv aħjar fil-livell tal-UE għall-kriżijiet bis-saħħa tal-preżenza tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni kif ukoll tas-sett ta’ għodod biex jiġu żgurati inqas ostakli għall-moviment liberu u disponibbiltà aħjar ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet. Huma jibbenefikaw ukoll direttament minn prinċipji ewlenin biex jiżguraw il-moviment liberu, b’mod partikolari minħabba li dan jikkonċerna l-moviment liberu tal-persuni, fil-kapaċità tagħhom bħala ħaddiema u konsumaturi. Dawn jistgħu jibbenefikaw ukoll direttament mid-distribuzzjoni ta’ prodotti maħżuna preċedentement rilevanti għall-kriżijiet ta’ importanza strateġika. Ma hemm l-ebda kost dirett għaċ-ċittadini.

L-Istati Membri jibbenefikaw minn rispons kumplessiv aħjar għall-kriżijiet fil-livell tal-UE u jibbenefikaw direttament mill-eżistenza ta’ korp ta’ governanza ddedikat li jiżgura l-koordinazzjoni matul kriżi b’impatt fuq is-Suq Uniku. Ikun hemm kostijiet amministrattivi u ta’ konformità għall-Istati Membri għal firxa ta’ miżuri previsti taħt is-sett ta’ għodod, inkluż għall-ippjanar ta’ kontinġenza, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista, il-parteċipazzjoni fit-tlaqqigħ u l-kostituzzjoni ta’ riżervi strateġiċi taħt il-modalità ta’ viġilanza, kif ukoll fil-modalità ta’ emerġenza għall-konformità mal-prinċipji ewlenin għall-moviment liberu, il-miżuri dwar it-trasparenza u l-assistenza amministrattiva, il-konformità mal-miżuri dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, il-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku matul emerġenza u miżuri li jkollhom impatt fuq il-ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet matul emerġenza.

Għall-Kummissjoni, aħna nikkunsidraw li l-attività tal-iżvilupp ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet ġodda u l-koordinazzjoni ta’ miżuri obbligatorji tifforma parti mill-attivitajiet normali. Madankollu, il-Kummissjoni ġġarrab kostijiet speċifiċi addizzjonali, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-SMEI, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ u simulazzjoni ta’ emerġenza għall-esperti nazzjonali, l-organizzazzjoni ta’ tlaqqigħ bejn il-kumpaniji, l-analiżi tan-notifiki fl-ambitu tat-trasparenza u l-assistenza amministrattiva.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva u se tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi. F’dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi kif għandu jittejjeb l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza. Dan il-mekkaniżmu ta’ rieżami huwa simili għall-mekkaniżmi ta’ rieżami inklużi mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni kif ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni għal dan Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep).

L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi se jkunu obbligati jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jimmonitorjaw regolarment l-applikazzjoni tal-atti legali, b’mod partikolari l-effettività tal-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-oġġetti, tal-persuni u tas-servizzi matul il-kriżi fuq il-persuni u n-negozji kkonċernati kif ukoll il-funzjonament tas-Suq Uniku, u l-impatti tat-talbiet għal informazzjoni u l-monitoraġġ, il-bini u d-distribuzzjoni tar-riżervi strateġiċi u miżuri oħrajn li jżidu d-disponibbiltà ta’ prodotti u servizzi fis-Suq Uniku għall-operaturi ekonomiċi u r-rappreżentanti tagħhom.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Mhux applikabbli peress li l-applikazzjoni tal-istrument tiddependi fuq il-ħolqien ta’ kriżi li min-natura tagħha ma tistax tiġi prevista.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): l-attivitajiet ekonomiċi fis-Suq Uniku kollu huma integrati sew. L-interazzjoni bejn il-kumpaniji, il-fornituri tas-servizzi, il-klijenti, il-konsumaturi u l-ħaddiema li jinsabu fi Stati Membri differenti li jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, qiegħda ssir dejjem aktar komuni. L-esperjenza tal-kriżi tal-passat uriet li ta’ spiss id-distribuzzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni madwar l-UE ma hijiex uniformi (eż. bil-linji tal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti li jinsabu primarjament fi ftit Stati Membri bħall-PPE). B’mod parallel, fil-każ ta’ kriżi, id-domanda għall-oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet madwar it-territorju tal-UE tista’ wkoll ma tkunx uniformi. L-objettiv li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u mingħajr tfixkil tas-Suq Uniku ma jistax jintlaħaq permezz ta’ miżuri nazzjonali unilaterali. Barra minn hekk, anke jekk il-miżuri adottati mill-Istati Membri individwalment jaf ikunu jistgħu jindirizzaw sa ċertu punt id-defiċjenzi li jirriżultaw minn kriżi fil-livell nazzjonali, fil-fatt huma aktar probabbli li jkomplu jaggravaw il-kriżi msemmija madwar l-UE billi jżidu aktar ostakli għall-moviment liberu u/jew pressjoni addizzjonali fuq prodotti li diġà huma affettwati min-nuqqasijiet.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post): l-introduzzjoni ta’ regoli li jirregolaw il-funzjonament tas-Suq Uniku hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. Diġà hemm għadd sinifikanti ta’ oqfsa tal-UE li jirregolaw diversi aspetti u dawn jikkontribwixxu għall-operat bla xkiel tas-Suq Uniku billi jistabbilixxu settijiet koerenti ta’ regoli li japplikaw fit-territorji kollha tal-Istati Membri.

Madankollu, l-oqfsa eżistenti tal-UE ġeneralment jistabbilixxu regoli dwar il-funzjonament ta’ kuljum tas-Suq Uniku, barra minn kwalunkwe xenarju speċifiku ta’ kriżi. Minkejja dan, xi proposti li ġew adottati reċentement mill-Kummissjoni fihom ċerti dispożizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet. Madankollu, bħalissa ma hemm l-ebda sett orizzontali ta’ regoli u mekkaniżmi li jindirizzaw aspetti bħall-ippjanar ta’ kontinġenza, il-monitoraġġ tal-kriżijiet u l-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet, li japplikaw b’mod koerenti fis-setturi ekonomiċi u fis-Suq Uniku kollu.

L-istrument ta’ emerġenza jintuża biss bl-objettiv li jiġi żgurat approċċ ikkoordinat biex ikun hemm rispons għall-kriżijiet li għandhom effetti transfruntiera importanti u jheddu l-funzjonament tas-Suq Uniku, u fejn ma jeżisti l-ebda strument tal-UE diġà jew fejn l-istrumenti eżistenti ma jistabbilixxux dispożizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet. L-istabbiliment ta’ miżuri ta’ kontinġenza u ta’ viġilanza fis-Suq Uniku kollu jista’ jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ rispons f’każ ta’ kriżi. Barra minn hekk, tali miżuri jistgħu jiġu kkomplementati minn koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi u effiċjenti fost il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-kriżi sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-aktar miżuri xierqa biex tiġi indirizzata l-kriżi.

L-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza ma huwiex maħsub biex jistabbilixxi sett dettaljat ta’ dispożizzjonijiet fil-livell tal-UE li jenħtieġ li jiġu invokati esklużivament fil-każ ta’ kriżi. Minflok, l-istrument huwa maħsub biex jistabbilixxi u jiżgura l-applikazzjoni koerenti ta’ kombinazzjonijiet possibbli bejn id-dispożizzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE flimkien mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jittieħdu fil-livell tal-UE abbażi tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza jkunu kkoordinati u jikkomplementaw il-miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza adottati mill-Istati Membri. Sabiex jippermetti tali koordinazzjoni u komplementarjetà, l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza jistabbilixxi miżuri speċifiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jimponu ladarba tkun ġiet attivata emerġenza tas-Suq Uniku fil-livell tal-UE.

F’dan il-kuntest, il-valur miżjud tal-UE ta’ dan l-istrument ikun li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi għal mod ta’ komunikazzjoni rapidu u strutturat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni meta s-Suq Uniku jitqiegħed taħt pressjoni, u biex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji b’mod trasparenti – it-tħaffif tal-mekkaniżmi eżistenti kif ukoll iż-żieda ta’ għodod immirati ġodda għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Dan jiżgura wkoll trasparenza fis-suq intern kollu, filwaqt li jiżgura li n-negozji u ċ-ċittadini li jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni xierqa dwar il-miżuri applikabbli fl-Istati Membri kollha. Dan se jżid iċ-ċertezza legali li tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Vantaġġ ulterjuri ta’ azzjoni f’dan il-qasam ikun li l-UE tiġi mgħammra bl-għodod ta’ reżiljenza meħtieġa biex issostni l-kompetittività tal-industrija tal-UE f’kuntest ġeopolitiku li fih il-kompetituri internazzjonali tagħna diġà jistgħu jibbażaw fuq strumenti legali li jippermettu monitoraġġ strutturat tat-tfixkil fil-katina tal-provvista u għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rispons possibbli bħar-riżervi strateġiċi.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

F’dawn l-aħħar snin, id-dinja kienet qiegħda tesperjenza sekwenza ta’ kriżijiet mill-pandemija tal-COVID-19 sal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Dawn mhux se jkunu l-aħħar kriżijiet li d-dinja se jkollha tiffaċċja. Minbarra l-instabbiltà ġeopolitika, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali li jirriżultaw, it-telfien tal-bijodiversità, u l-instabbiltà ekonomika globali jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ġodda oħrajn. Sfortunatament, ma hemm l-ebda ballun tal-kristall biex wieħed ibassar iż-żmien u l-forma eżatti tal-kriżi li jmiss.

Kif urew kriżijiet reċenti, Suq Uniku kompletament operazzjonali u kooperazzjoni bla xkiel tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet tas-Suq Uniku jistgħu jsaħħu b’mod konsiderevoli r-reżiljenza u r-rispons għall-kriżijiet tal-UE. Għalhekk, l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza, li għalih din il-Valutazzjoni tal-Impatt tanalizza għażliet ta’ politika differenti, għandu jipprovdi pjan ta’ azzjoni għal reazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet tas-Suq Uniku fi kriżi futura. Dan għandu jqis it-tagħlimiet meħuda minn emerġenzi tal-passat u jestrapolahom għal emerġenzi futuri possibbli.

Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE se tieħu t-tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u se tindirizza l-frammentazzjoni, l-ostakli u d-dgħufijiet li jifdal tas-Suq Uniku meta tiffaċċja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Fl-aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Industrijali, il-Kummissjoni ħabbret strument biex tiżgura l-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi, kif ukoll trasparenza u koordinazzjoni akbar fi żminijiet ta’ kriżi. L-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2022. Il-Parlament Ewropew laqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tippreżenta Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza u talab lill-Kummissjoni biex tiżviluppah bħala għodda strutturali legalment vinkolanti biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi f’każ ta’ kriżijiet futuri.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta hija prijorità politika tal-Kummissjoni Ewropea u twettaq l-impenn li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq Uniku. L-inizjattiva tippreżenta sinerġiji ma’ diversi strumenti, pereżempju ma’ mekkaniżmi orizzontali ta’ rispons għall-kriżijiet (Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi - IPCR); ma’ miżuri mmirati lejn aspetti speċifiċi tal-immaniġġar tal-kriżijiet (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri, ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-esportazzjonijiet); ma’ miżuri ta’ kriżi speċifiċi għas-settur (il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel – EFSCM; Ir-Regolament (UE) 2021/953 li jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE; Ir-Regolament (UE) 123/2022 li jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija u l-immaniġġar tal-kriżijiet għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa; Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS) kif ukoll ir-Regolament relatat dwar l-OKS għas-sajd; il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ kontinġenza għat-trasport”).

B’mod parallel, għadd ta’ inizjattivi, li dan l-aħħar ġew proposti u li bħalissa qegħdin jiġu diskussi, jikkonċernaw aspetti rilevanti għar-rispons għall-kriżijiet u t-tħejjija għalihom. Madankollu, dawn l-inizjattivi għandhom kamp ta’ applikazzjoni limitat li jkopri tipi speċifiċi ta’ xenarji ta’ kriżi u ma humiex maħsuba biex jistabbilixxu qafas orizzontali ġenerali għall-immaniġġar tal-kriżijiet. Sa fejn dawn l-inizjattivi jinkludu qafas settorjali ta’ rispons u tħejjija għall-kriżijiet, dak il-qafas se jieħu preċedenza fuq l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza bħala lex specialis:

- il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa

- il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

- il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni

- il-proposta tal-Kummissjoni għall-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep

- il-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar id-Data

- il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

- il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Għall-infiq rikorrenti, li jirriżulta mill-kostijiet tal-persunal fi ħdan il-Kummissjoni għall-attivitajiet ta’ taħriġ previsti u l-estensjoni neċessarja tal-għodda tal-IT użata għas-sistema ta’ notifika, is-sors ta’ finanzjament jista’ jiġi identifikat permezz ta’ riallokazzjoni tar-riżorsi tal-Unjoni fl-ambitu tal-Programm tas-Suq Uniku.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

Kumment: meta wieħed iqis in-natura tal-inizjattiva, li hija marbuta mill-qrib mal-okkorrenza ta’ kriżi ta’ natura u ta’ skala imprevedibbli, it-tul ta’ żmien tal-inizjattiva ma jistax jiġi indikat.

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 57

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lil korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sa fejn huma jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Japplikaw ir-regoli standard għall-monitoraġġ tal-infiq tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-mod ta’ ġestjoni għal din l-inizjattiva huwa l-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni u r-responsabbiltajiet tagħha fl-implimentazzjoni tagħha se jkunu relatati mad-dipartimenti tagħha.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dak dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ ppjanar ta’ kontinġenza, ta’ viġilanza u ta’ rispons għal emerġenza tas-Suq Uniku li jissuġġerixxi kwalunkwe titjib jekk ikun neċessarju.

Dan ir-rieżami għandu jinkludi evalwazzjoni tal-ħidma tal-Bord Konsultattiv stabbilit skont dan ir-Regolament taħt il-qafas ta’ emerġenza stabbilit minn dan ir-Regolament, u r-relazzjoni tiegħu mal-ħidma ta’ korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni għall-immaniġġar tal-kriżijiet.

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati u l-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ emerġenza għandhom ikunu riflessi fir-rapport finali. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposti bbażati fuq dak ir-rapport sabiex temenda dan ir-Regolament jew tagħmel aktar proposti.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni. Dawn l-attivitajiet ġodda se jiġġeneraw kostijiet addizzjonali mhux sinifikanti ta’ kontroll fil-livell tad-DĠ.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, b’penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni se jkunu soġġetti għall-kontrolli ex ante u ex post f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-kuntratti u l-ftehimiet li jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jippermettu b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, inkluż lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri jwettqu awditi, u investigazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-ġestjoni diretta, skont l-Artikolu 62.1(a) tar-Regolament Finanzjarju, hija l-mod preferibbli peress li l-azzjonijiet se jiġu implimentati mill-Kummissjoni Ewropea, u dan se jiżgura l-koordinazzjoni mal-Istati Membri u mad-diversi partijiet ikkonċernati. Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti biex dawn jiġu mmitigati

3.2.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 58 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 59

mill-pajjiżi kandidati 60

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1

03.010101 - Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm tas-Suq Uniku

Mhux diff.

IVA

TBD 61

TBD60

LE

1

03.020101 - Operat u żvilupp tas-suq intern ta’ oġġetti u servizzi

diff.

IVA

TBD60

TBD60

LE

3.3.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.3.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: GROW

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Snin ta’ wara

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 03.020101 - Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern tal-oġġetti u tas-servizzi

Impenji

(1a)

0,250

0,025

0,025

0,025

0,325

Pagamenti

(2a)

0,125

0,150

0,025

0,025

0,325

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 62

Linja baġitarja 03.010101 - Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm tas-Suq Uniku

(3)

0,038

0,028

0,028

0,028

0,122

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ GROW

Impenji

=1a+1b+3

0,288

0,053

0,053

0,053

0,447

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,163

0,178

0,053

0,053

0,447



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,250

0,025

0,025

0,025

0,325

Pagamenti

(5)

0,125

0,150

0,025

0,025

0,325

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

0,038

0,028

0,028

0,028

0,122

Total tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,288

0,053

0,053

0,053

0,447

Pagamenti

=5+6

0,163

0,178

0,053

0,053

0,447

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,250

0,025

0,025

0,025

0,325

Pagamenti

(5)

0,125

0,150

0,025

0,025

0,325

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,038

0,028

0,028

0,028

0,122

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+6

0,288

0,053

0,053

0,053

0,447

Pagamenti

=5+6

0,163

0,178

0,053

0,053

0,447





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

DĠ: GROW

• Riżorsi umani

0,628

0,628

0,628

0,628

2,512

• Nefqa amministrattiva oħra

0,030

0,030

0,030

0,030

0,120

TOTAL TAD-DĠ GROW

Approprjazzjonijiet

0,658

0,658

0,658

0,658

2,632

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,658

0,658

0,658

0,658

2,632

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Snin ta’ wara

TOTAL

Total tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,946

0,711

0,711

0,711

3,079

Pagamenti

0,821

0,836

0,711

0,711

3,079

3.3.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 
 
Kumment: meta wieħed iqis in-natura tal-inizjattiva u l-karattru inerenti ta’ kriżi mhux mistennija u imprevedibbli, bħalissa din l-istima ma hijiex possibbli.

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 63

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 64

- Eżitu

- Eżitu

- Eżitu

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Eżitu

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.3.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,628

0,628

0,628

0,628

2,512

Nefqa amministrattiva oħra

0,030

0,030

0,030

0,030

0,120

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,658

0,658

0,658

0,658

2,632

Barra mill-INTESTATURA 7 65   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

0,038

0,028

0,028

0,028

0,122

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,038

0,028

0,028

0,028

0,122

TOTAL

0,696

0,686

0,686

0,686

2,754

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.3.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena

2026

Sena 2027

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

4

4

4

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   66

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

4

4

4

4

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

FTE wieħed għas-segretarjat tal-bord konsultattiv

Persunal estern

3.3.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

F’każ ta’ attivazzjoni tal-modalità ta’ Emerġenza, ir-riallokazzjoni se titqies l-ewwel fil-Programm tas-Suq Uniku.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.3.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 67

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.4.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 68

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Partita 4 2 9 — Pagamenti ta’ multi u penali oħrajn mhux assenjati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Id-dħul assenjat potenzjali ma jistax jiġi evalwat f’dan l-istadju peress li ma hemm l-ebda ċertezza li se timmaterjalizza xi multa.

(1)

    https://www.consilium.europa.eu/media/45910/021020-euco-final-conclusions.pdf .

(2)

   COM(2021)350 final.

(3)

    https://ec.europa.eu/info/publications/2022-commission-work-programme-key-documents_mt .

(4)

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 dwar l-indirizzar ta’ ostakli mhux tariffarji u mhux fiskali fis-suq uniku (2021/2043(INI) .

(5)

    https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/ipcr-response-to-crises/ .

(6)

   Dan ġie stabbilit formalment bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-Rispons Politiku Integrat tal-UE f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi, abbażi ta’ arranġamenti li kienu jeżistu qabel.

(7)

   Stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 1313/2013 li tirregola l-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

(8)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-ħidma tas-suq intern b’relazzjoni mal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri, ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8.

(9)

   Ir-Regolament (UE) Nru 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015.

(10)

   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2071 tal-25 ta’ Novembru 2021.

(11)

   Dawn jistgħu jiġu adottati abbażi tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE.

(12)

   COM(2021)689 final.

(13)

   COM(2022)211 final.

(14)

   Miżuri addizzjonali jinkludu: il-ġestjoni tal-flussi tar-refuġjati u r-ripatrijazzjoni ta’ passiġġieri li jitħallew l-art u ta’ ħaddiema tat-trasport, l-iżgurar ta’ konnettività minima u l-protezzjoni tal-passiġġieri, it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika dwar it-trasport permezz tan-Network ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għat-Trasport, it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà u l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali.

(15)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(16)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000. ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.

(17)

   Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, l-obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu notifiki ta’ kull xahar tal-istokkijiet taċ-ċereali ġie inkluż f’emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemenda u jħassar diversi Regolamenti tal-Kummissjoni, ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113.

(18)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(19)

   Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(20)

   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3 u l-aġġornamenti sussegwenti tagħha.

(21)    COM(2020)730 final.
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi. ĠU L 20, 31.1.2022, p.1
(23)

   C(2021)6712 final. 

(24)

   COM(2020)727 final.

(25)    It-terminu “transfruntier” huwa mifhum li jkopri kemm kwalunkwe sitwazzjoni li taffettwa aktar minn Stat Membru wieħed (“bejn il-fruntieri”) kif ukoll b’mod aktar speċifiku, sitwazzjoni li taffettwa reġjuni f’żewġ Stati Membri jew aktar li jikkondividu fruntiera komuni (“reġjuni tal-fruntieri”).
(26)    COM/2020/726 final
(27)

   COM(2021)577 final.

(28)

   COM(2022)46 final.

(29)

   COM (2022)68 final.

(30)

   COM(2021)891 final.

(31)

   COM(2020)829 final.

(32)    Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32021R0240.
(33)    Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE - Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin (Franza), Azores u Madeira (il-Portugall) u l-Gżejjer Kanarji (Spanja) - jinsabu fl-Oċean Atlantiku u Indjan, fil-baċir tal-Karibew u fl-Amerka t’Isfel. F’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, dawn ir-reġjuni jistgħu jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn leġiżlazzjoni tal-UE mfassla apposta biex jgħinu fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw minħabba l-post, id-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi tat-temp.
(34)

   Kif ivvalutat fl-istudju ta’ sostenn tal-evalwazzjoni u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ta’ evalwazzjoni SWD(2019)371 final tat-8 ta’ Ottubru 2019.

(35)    Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal mehmuż SWD(2022)289.
(36)    Soġġetti għal skattatur addizzjonali
(37)

   Soġġetti għal skattatur addizzjonali

(38)    Soġġetti għal skattatur addizzjonali
(39)    ĠU C …, …, p. ….
(40)    ĠU C …, …, p. ….
(41)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(42)    Ir-Regolament (UE) 2016/769 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1).
(43)    Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi, ĠU L 20, 31.1.2022, p. 12.
(44)    [Referenza għall-Att adottat li għandha tiddaħħal ladarba tkun disponibbli]
(45)    [Referenza għall-Att adottat li għandha tiddaħħal ladarba tkun disponibbli]
(46)    [Referenza għall-Att adottat li għandha tiddaħħal ladarba tkun disponibbli]
(47)    ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(48)    ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34.
(49)    ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(50)    ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.
(51)    ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1
(52)    ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(53)    ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(54)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(55)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(56)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(57)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(58)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(59)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(60)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(61)    Il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni fil-Programm dwar is-Suq Uniku li bħalissa qegħdin jiġu ffinalizzati
(62)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(63)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(64)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(65)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(66)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(67)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(68)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.