IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.9.2022
COM(2022) 453 final
2022/0269(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.9.2022
COM(2022) 453 final
2022/0269(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-komunità internazzjonali impenjat ruħha li teqred ix-xogħol furzat sal-2030 (l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 8.7 tan-Nazzjonijiet Uniti) 1 . Madankollu, l-użu tiegħu għadu mifrux. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) stmat li n-numru globali ta’ persuni f’xogħol furzat huwa ta’ 27,6 miljun 2 .
F’konformità mat-Trattati tal-UE, l-UE tippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema relatati, pereżempju, bħala parti mill-impenn tagħha li tippromwovi xogħol deċenti. F’dan il-kuntest, il-ġlieda kontra x-xogħol furzat u l-promozzjoni tal-istandards tad-diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà korporattiva huma prijoritajiet tal-aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tipprojbixxi b’mod effettiv l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE u l-esportazzjoni mill-UE ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat, inkluż it-tħaddim furzat tat-tfal. Il-projbizzjoni tkopri prodotti mmanifatturati domestikament u importati. Filwaqt li tibni fuq standards internazzjonali u tikkomplementa l-inizjattivi orizzontali u settorjali eżistenti tal-UE, b’mod partikolari d-diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà korporattiva u l-obbligi ta’ rapportar, il-proposta tistabbilixxi projbizzjoni appoġġata minn qafas ta’ infurzar robust u bbażat fuq ir-riskju.
L-inizjattiva tħabbret għall-ewwel darba mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fil-15 ta’ Settembru 2021 3 . L-elementi ġenerali ta’ din il-proposta ġew stabbiliti fit-23 ta’ Frar 2022 fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja 4 u fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva 5 .
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Kemm il-Komunikazzjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva ħabbru li l-Kummissjoni kienet qiegħda tħejji inizjattiva leġiżlattiva ġdida, li effettivament tipprojbixxi l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat.
L-impatti tax-xogħol furzat huma koperti mid-Direttiva proposta dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva. B’mod partikolari, l-Anness tad-Direttiva proposta jelenka x-xogħol furzat fost il-każijiet ta’ ksur tad-drittijiet u l-projbizzjonijiet, kif inklużi fil-ftehimiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO dwar ix-xogħol furzat, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, u l-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat.
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva tindirizza l-imġiba korporattiva u l-proċessi ta’ diliġenza dovuta għall-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u ma tipprevedix miżuri maħsubin speċifikament sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat. Il-proposta tiffoka fuq l-istabbiliment ta’ sistema fi ħdan id-dritt tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva sabiex jiġu indirizzati l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali fl-operazzjonijiet tal-kumpaniji stess, fl-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u fil-ktajjen tal-valur tagħhom. Il-kumpaniji huma meħtieġa jinvolvu ruħhom mas-sħab kummerċjali fil-ktajjen tal-valur tagħhom sabiex jirrimedjaw il-ksur. Id-diżimpenn jibqa’ l-aħħar alternattiva meta l-impatti negattivi ma jkunux jistgħu jiġu mmitigati. Filwaqt li tinkludi sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta, il-proposta ma tirrikjedix li l-Istati Membri jew il-kumpaniji jipprojbixxu l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ kwalunkwe prodott.
Fl-Artikolu 5(2) tagħha, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE 6 espliċitament tipprojbixxi x-xogħol furzat. Din il-projbizzjoni hija mnaqqxa sew fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u fl-inizjattivi leġiżlattivi li ġejjin, minbarra li hija indirizzata minn inizjattivi internazzjonali u Ewropej.
F’Lulju 2021, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ppubblikaw gwida 7 sabiex jgħinu lin-negozji tal-UE jieħdu miżuri xierqa bl-għan li jindirizzaw ir-riskju ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, fuq il-bażi ta’ standards internazzjonali. Dak id-dokument serva bħala pont lejn leġiżlazzjoni mmirata lejn ix-xogħol furzat. Din il-proposta hija konformi mal-approċċ ta’ dik il-gwida, li se jitqies meta jiġu indirizzati l-azzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi.
Ix-xogħol furzat huwa forma ta’ sfruttament ta’ ħaddiema, li huwa punibbli skont id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu 8 . Barra minn hekk, id-Direttiva tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi, flimkien ma’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, għall-isfruttamenti msemmijin f’dik id-Direttiva, meta jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni importanti fi ħdan il-persuna ġuridika jew meta r-reat kien possibbli minħabba nuqqas ta’ superviżjoni jew ta’ kontroll. Din il-proposta se tikkomplementa dik id-Direttiva u mhux se xxekkel lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-infurzar tal-liġi, milli jieħdu azzjonijiet fil-kompetenza tagħhom, fir-rigward tar-reat allegat jew ikkonfermat tat-traffikar ta’ bnedmin marbut max-xogħol furzat u mal-isfruttament ta’ ħaddiema.
Id-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra l-Impjegaturi 9 tipprojbixxi l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti b’mod irregolari, inklużi l-vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin. Din il-proposta se tikkomplementa dik id-Direttiva wkoll.
L-eżistenza kontinwa tax-xogħol furzat turi l-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali, immirati wkoll lejn il-prodotti, sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prodotti magħmulin bl-użu ta’ xogħol furzat.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE
Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-2020-2024 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 10 jinkludi bħala prijorità min-naħa tal-UE u tal-Istati Membri l-promozzjoni tal-eradikazzjoni tax-xogħol furzat u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali dwar imġiba responsabbli fin-negozju, bħall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar Intrapriżi Multinazzjonali u d-Diliġenza Dovuta 11 . Din il-proposta hija allinjata mal-prijoritajiet ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni. Tikkomplementa wkoll l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal 12 , li f’konformità mal-Artikolu 32 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, timpenja lill-UE għal approċċ ta’ tolleranza żero kontra t-tħaddim tat-tfal u għall-iżgurar li l-ktajjen tal-provvista tal-kumpaniji tal-UE jkunu ħielsa minnu.
Din il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem. Se tikkomplementa wkoll l-ambjent regolatorju tal-UE, li bħalissa ma jinkludix projbizzjoni għall-introduzzjoni u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-UE. Il-kooperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi se sseħħ b’mod strutturat bħala parti mill-istrutturi ta’ djalogu eżistenti, pereżempju d-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma’ pajjiżi terzi, jew, jekk ikun neċessarju, dawk speċifiċi li jinħolqu fuq bażi ad hoc. Ir-Rappreżentant Għoli fil-funzjonijiet tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kummissjoni se jiżgura l-konsistenza mal-oqsma differenti tal-azzjoni esterna fil-Kummissjoni.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Din il-proposta tissejjes fuq l-Artikoli 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
L-Artikolu 114 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
L-għan tar-Regolament huwa li jevita l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti u li jneħħi d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jirriżultaw minn diverġenzi fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat.
Qiegħda tingħata dejjem aktar attenzjoni għall-persistenza tal-problema tax-xogħol furzat u għall-ħtieġa li jiġi evitat li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat jitqiegħdu għad-dispożizzjoni. Diversi parlamenti u gvernijiet tal-Istati Membri ħabbru l-ħtieġa li jadottaw leġiżlazzjoni sabiex jiżguraw li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat ma jispiċċawx fis-swieq tagħhom. F’dak l-isfond, hemm riskju konkret li l-Istati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-introduzzjoni fis-suq u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ oġġetti magħmulin b’xogħol furzat fit-territorju tagħhom. Dawk il-liġijiet x’aktarx li jvarjaw minn xulxin. Tali diverġenza x’aktarx twassal għal sforzi ta’ ċirkomvenzjoni li jaffettwaw il-moviment tal-oġġetti fis-suq intern. Minn dan joħroġ li diverġenza fil-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-tqegħid u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq nazzjonali tagħhom tirriskja li toħloq distorsjonijiet fis-suq intern u toħloq ostakli mhux ġustifikati għal-libertà tal-moviment għall-oġġetti.
Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE, il-politika kummerċjali komuni trid tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, pereżempju, fir-rigward tal-politika tal-esportazzjoni. Peress li din il-proposta se jkollha effetti diretti u immedjati fuq il-kummerċ, fil-forma ta’ projbizzjoni fuq l-esportazzjoni fuq prodotti magħmulin b’xogħol furzat, u projbizzjoni fuq prodotti li jkun intwera li saru b’xogħol furzat milli jidħlu fis-suq tal-UE, l-Artikolu 207 jenħtieġ li jkun bażi legali.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta, b’mod partikolari l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet sabiex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat, se taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. L-awtoritajiet doganali se jaġixxu, primarjament fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-fruntieri esterni tal-UE sabiex jidentifikaw u jwaqqfu l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat milli jidħlu jew joħorġu mis-suq tal-UE. Madankollu, il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri waħedha f’dak il-qasam x’aktarx li ma tkunx biżżejjed u effiċjenti, u l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod adegwat mil-leġiżlazzjoni fil-livell tal-Istati Membri biss. Il-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-infurzar tal-UE hija neċessarja għar-raġunijiet li ġejjin:
–Il-funzjonament tas-suq tal-UE jirrikjedi dispożizzjonijiet komuni f’dan il-qasam. Id-diverġenza fil-liġijiet tal-Istati Membri tirriskja li toħloq distorsjonijiet fis-suq intern u ostakli mhux ġustifikati għal-libertà tal-moviment għall-oġġetti.
–L-isforz ta’ infurzar irid ikun uniformi madwar l-UE. Jekk l-infurzar ikun anqas strett f’xi partijiet tal-UE, jinħolqu żoni dgħajfa, li jistgħu jheddu l-interess pubbliku u joħolqu kundizzjonijiet kummerċjali inġusti.
–Ir-riskji relatati max-xogħol furzat fil-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji spiss ikollhom effetti transfruntiera, li jilħqu lil diversi Stati Membri tal-UE u/jew pajjiżi terzi. Dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ madwar l-UE kollha, b’ċertezza legali u b’kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji li joperaw fis-suq intern u lil hinn minnu.
Għalhekk, il-proposta hija neċessarja sabiex jiġi żgurat infurzar b’saħħtu u uniformi f’dan il-qasam, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern, jiġu ppreżervati l-interessi pubbliċi difiżi f’dan il-kuntest, u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għan-negozji stabbiliti fl-UE u barra minnha.
•Proporzjonalità
Peress li din il-proposta hija mmirata lejn prodotti magħmulin b’xogħol furzat ta’ kwalunkwe tip u provenjenza, l-operaturi ekonomiċi kollha li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq tal-UE jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni. Madankollu, infurzar effiċjenti jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jiffokaw l-isforzi tagħhom fejn ir-riskji tax-xogħol furzat huma l-aktar prevalenti, u fejn l-impatt x’aktarx ikun l-akbar. Dan ifisser li x’aktarx se tinxteħet enfasi fuq operaturi ekonomiċi akbar fi stadji bikrija tal-katina tal-valur tal-UE (eż. importaturi, manifatturi, produtturi jew fornituri ta’ prodotti).
Il-proposta tistabbilixxi sett komuni ta’ setgħat għall-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istati Membri, li għandu jgħin sabiex jissaħħaħ l-infurzar. Is-setgħat ta’ infurzar se jkunu f’idejn l-Istati Membri. Xi Stati Membri jaf ikollhom bżonn jadattaw il-liġijiet proċedurali nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ infurzar tagħhom ikunu jistgħu jużaw b’mod effettiv is-setgħat tagħhom f’kuntest transfruntier, jikkooperaw u jindirizzaw prodotti mhux konformi fl-UE. Il-livell ta’ armonizzazzjoni magħżul huwa neċessarju sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni u skambju tal-evidenza mingħajr intoppi bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Il-proposta se ttejjeb il-kooperazzjoni u l-koerenza tal-infurzar billi tistabbilixxi network ta’ awtoritajiet rilevanti, mingħajr ma timponi piż sproporzjonat jew eċċessiv fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-objettivi tagħha.
•Għażla tal-istrument
Huwa meħtieġ regolament sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ infurzar u ta’ konformità effettivi. Direttiva ma tilħaqx l-objettivi peress li diskrepanzi ġuriżdizzjonali jistgħu jippersistu wara t-traspożizzjoni tagħha, u b’hekk tpoġġi f’riskju l-infurzar armonizzat.
Il-Kummissjoni se toħroġ linji gwida sabiex tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-Istati Membri u lill-kumpaniji, billi tipprovdi informazzjoni ġenerali u ta’ sfond b’pariri dwar kif għandha tiġi applikata l-proposta u tinżamm il-konformità magħha.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-konsultazzjoni kienet tinkludi l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-evidenza, il-konsultazzjoni mmirata u attivitajiet oħrajn ta’ sensibilizzazzjoni u feedback ad hoc. L-għan tal-istrateġija ta’ konsultazzjoni kien li tirċievi kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi. Il-partijiet ikkonċernati ewlenin ikkonsultati kienu jinkludu:
·kumpaniji (inklużi intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju 41 (SMEs) u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u operaturi oħrajn fil-ktajjen tal-provvista li jistgħu jkunu affettwati mix-xogħol furzat;
·organizzazzjonijiet tat-trade unions;
·l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi;
·organizzazzjonijiet internazzjonali (b’mod partikolari l-ILO u l-OECD);
·organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili/organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs).
Il-konsultazzjoni mmirata saret bejn id-19 ta’ Mejju 2022 u t-23 ta’ Ġunju 2022. Il-konsultazzjoni kienet ibbażata fuq il-kontribut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti permezz ta’ laqgħat ta’ pjattaformi u ta’ networks eżistenti. L-inizjattiva prevista ġiet ippreżentata f’14-il laqgħa bħal dawn, inkluż in-Network Ewropew għall-Konformità tal-Prodotti, id-Djalogu tas-Soċjetà Ċivili tad-DĠ KUMMERĊ, il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, u l-iskambju ta’ fehmiet mas-sħab soċjali Ewropej. Rappreżentanti tal-Istati Membri u aktar minn 450 parti kkonċernata oħra pparteċipaw fil-konsultazzjoni mmirata.
B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati kollha qablu li x-xogħol furzat huwa kwistjoni kumplessa u li jeħtieġ li jiġi indirizzat u jintemm. Madankollu, xi wħud minnhom indikaw li fl-UE dan jenħtieġ li jsir permezz tal-liġijiet kriminali nazzjonali tal-Istati Membri. Kemm ir-rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll partijiet ikkonċernati oħrajn issottolinjaw li l-istrument previst tal-UE jrid ikun kompatibbli mad-WTO u bbażat fuq standards internazzjonali, bħad-definizzjoni tal-ILO ta’ xogħol furzat. Il-partijiet ikkonċernati kollha qajmu dubji dwar in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt dedikata.
Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati saħqu wkoll li l-istrument il-ġdid għandu jkun kompatibbli u interkonness mal-proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva, iżda ma għandux jidduplikaha, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-infurzar taż-żewġ strumenti.
Ħafna partijiet ikkonċernati argumentaw li għandha ssir enfasi akbar fuq il-proporzjonalità, li tindika li għandu jiġi evitat li jitqiegħed piż addizzjonali fuq il-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs. Il-partijiet ikkonċernati talbu wkoll gwida, b’mod partikolari sabiex tgħinhom fl-identifikazzjoni tar-riskju. Xi partijiet ikkonċernati qajmu l-kwistjoni ta’ kif għandhom jiġu evitati d-differenzi fl-implimentazzjoni tal-istrument il-ġdid fi Stati Membri differenti.
Is-sejħa għall-evidenza għall-proposta ġiet ippubblikata 13 fuq il-portal ta’ Regolamentazzjoni Aħjar (magħruf ukoll bħala “Semma’ Leħnek”) sabiex il-partijiet ikkonċernati jingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni u l-inizjattiva prevista, kif ukoll jipprovdu kontribut dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li għandha tiġi kkunsidrata meta jiġi żviluppat dan il-qasam ta’ politika. L-udjenza fil-mira kienet tikkonsisti f’esperti u f’rappreżentanti tal-partijiet interessati, bħal assoċjazzjonijiet tan-negozju, importaturi u manifatturi, konsumaturi, NGOs, trade unions, negozji tal-bejgħ bl-imnut u rappreżentanti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-infurzar tar-regoli rilevanti.
Is-sejħa għall-evidenza kienet miftuħa għal kummenti u għal feedback pubbliċi mit-23 ta’ Mejju 2022 sal-20 ta’ Ġunju 2022. B’kollox waslu 107 tweġibiet, li 76 minnhom kellhom informazzjoni addizzjonali jew dokument ta’ pożizzjoni mehmuż magħhom.
Ir-rispondenti kienu prinċipalment assoċjazzjonijiet tan-negozju (33 %), rappreżentanti ta’ NGOs (31 %) u kumpaniji/organizzazzjonijiet tan-negozju (15 %), segwiti minn trade unions, minn ċittadini, minn awtoritajiet pubbliċi, u minn istituzzjonijiet akkademiċi/tar-riċerka.
Il-partijiet ikkonċernati minn 22 pajjiż f’ħames kontinenti pprovdew il-feedback tagħhom. Il-biċċa l-kbira tat-tweġibiet ġew minn partijiet ikkonċernati bbażati l-Belġju (33 – dan jinkludi wkoll dawk li pprovdew il-feedback tagħhom permezz tar-rappreżentanza tagħhom fil-Belġju), fil-Ġermanja (19) u fl-Istati Uniti (12).
Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument, il-punt kontenzjuż ewlieni kien jekk dan għandux ikun limitat għal kull konsenja speċifika li tiġi eżaminata individwalment, jew jekk għandux jippermetti wkoll aktar skrutinju għal prodotti, għal industriji, għal siti ta’ produzzjoni, għal reġjuni u għal pajjiżi speċifiċi.
Il-partijiet ikkonċernati qablu fil-biċċa l-kbira dwar l-użu tad-definizzjoni tal-ILO ta’ xogħol furzat kif stabbilita fil-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u l-11-il indikatur ta’ xogħol furzat tal-ILO 14 . Il-partijiet ikkonċernati spiss irreferew ukoll għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta dwar Imġiba Responsabbli fin-Negozju, kif ukoll għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. Ta’ spiss innotaw li diġà żammew ma’ dawk il-linji gwida u talbu li l-proposta tkun konformi magħhom.
Kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar liema evidenza hija meħtieġa mill-awtoritajiet biex iżommu konsenja fil-punt tad-dħul. Il-partijiet ikkonċernati mis-soċjetà ċivili esprimew ix-xewqa għal preżunzjoni konfutabbli għal prodotti, għal industriji, għal siti ta’ produzzjoni, għal reġjuni u għal pajjiżi speċifiċi li għandhom inċidenza sinifikanti ta’ xogħol furzat. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jitħallew ukoll jibdew investigazzjonijiet jekk ikollhom suspett raġonevoli li l-prodotti fihom elementi ta’ xogħol furzat fil-katina tal-valur. Barra minn hekk, għandu jiġi installat mekkaniżmu għall-ilmenti sabiex is-soċjetà ċivili u t-trade unions ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti għall-investigazzjoni. Is-settur privat jippreferi idea agonistika għall-pajjiżi u għall-prodotti, fejn l-investigazzjonijiet jinbdew fuq il-bażi ta’ suspett raġonevoli. Is-sottomissjonijiet varjaw ukoll f’termini tal-oneru tal-provi, jiġifieri jekk għandux ikun f’idejn l-importatur li jagħti prova li l-oġġetti tiegħu ma fihomx traċċi ta’ xogħol furzat, jew jekk hijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità doganali li tagħti prova li ntuża xogħol furzat fil-proċess tal-produzzjoni tal-vjeġġ investigat. Fi kwalunkwe każ, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jaqblu li għandu jkun hemm proċessi konkreti u standards investigattivi stabbiliti sabiex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u l-uniformità.
Fir-rigward tal-infurzar, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati qablu li għandhom ikunu stabbiliti l-istess standards għall-Istati Membri kollha, u li għandu jiġi evitat ir-riskju ta’ frammentazzjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jiġu pprovduti b’linji gwida ċari u bir-riżorsi meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-infurzar effettivi tar-regolament propost (inkluż għat-taħriġ u sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom biżżejjed persunal disponibbli), u li l-UE jkollha rwol ta’ koordinazzjoni.
Il-konsistenza mar-regolamenti eżistenti tal-UE u ma’ dawk nazzjonali spiss issemmiet mir-rispondenti mis-settur privat, bl-għan li jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-isforzi mill-kumpaniji u żieda fil-burokrazija. Sottomissjonijiet oħrajn pjuttost jaraw din l-inizjattiva bħala waħda li tikkomplementa l-lakuni f’regolamenti oħrajn, bħal pereżempju l-eżenzjoni tal-SMEs mid-Direttiva proposta dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva.
Fir-rigward tal-kwistjoni tal-SMEs, il-fehmiet huma diverġenti wkoll. Ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ssottolinjaw li l-SMEs ma għandhomx jibbenefikaw minn esklużjonijiet jew minn dispożizzjonijiet speċjali, hekk kif għamlu għad-Direttiva proposta dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva. Peress li l-SMEs jifformaw il-maġġoranza tal-kumpaniji fl-UE, l-inklużjoni sħiħa tagħhom hija kruċjali sabiex l-istrument il-ġdid ikollu impatt sinifikattiv. Min-naħa l-oħra, numru sinifikanti ta’ rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozju jew ta’ kumpaniji/organizzazzjonijiet tan-negozju kienu favur li l-SMEs jirċievu trattament speċjali, billi jew jipprovdulhom linji gwida dettaljati, dispożizzjonijiet speċifiċi jew saħansitra esklużjonijiet mill-istrument. L-argument ewlieni f’dan ir-rigward kien li kumpaniji iżgħar għandhom anqas riżorsi sabiex iwettqu diliġenza dovuta fil-fond uanqas setgħa fis-suq biex jagħmlu pressjoni fuq il-fornituri sabiex jagħmlu sforzi addizzjonali jew jipprovdu aċċess għas-siti ta’ produzzjoni u għall-impjegati tagħhom.
Il-proposta l-ġdida jkollha bżonn tiżgura li l-prodotti li jinstab li jkunu mmanifatturati b’xogħol furzat ma għandhomx jiġu pprojbiti biss mis-suq uniku tal-UE, iżda wkoll li ma jkunux jistgħu jiġu ridirezzjonati lejn pajjiżi li ma jkollhomx projbizzjoni stabbiliti, jew li ma jkollhomx il-kapaċità li jinvestigaw u/jew jinfurzaw. Għalhekk, iż-żieda fil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet f’pajjiżi terzi sabiex jiġi żgurat li l-prodotti pprojbiti milli jidħlu fis-suq tagħhom ma jispiċċawx fis-suq uniku tal-UE u viċi versa hija ta’ importanza kbira.
Il-valur miżjud ta’ bażi tad-data ġie enfasizzat ukoll fil-feedback riċevut. Il-partijiet ikkonċernati ssuġġerew li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jipprovdu reġistru ta’ entitajiet u ta’ prodotti ppenalizzati u pprojbiti. Dan ikun jgħin lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs, peress li jkunu jistgħu jevitaw fornituri problematiċi. Numru ta’ partijiet ikkonċernati talbu wkoll li l-awtoritajiet doganali jiddivulgaw id-data tagħhom għal raġunijiet ta’ trasparenza. Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili esiġew li l-importaturi għandhom ikunu meħtieġa jimmappjaw u jipprovdu dettalji dwar il-fornituri kollha tagħhom.
Ħafna partijiet ikkonċernati ppreżentaw l-inizjattivi speċifiċi għall-kumpaniji jew għas-setturi li stabbilew sabiex jindirizzaw ix-xogħol furzat fil-ktajjen tal-valur tagħhom, u r-riżultati li kisbu.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata – ix-xogħol furzat – tmur kontra, b’mod dirett, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-universalità u għall-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 5(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
F’dan l-isfond, ix-xogħol furzat jirrikjedi azzjoni urġenti, li ma tippermettix valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, l-evidenza miġbura fil-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ inizjattivi oħrajn bħall-proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u l-Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli kkontribwew għall-abbozzar ta’ din il-proposta. Għal dik ir-raġuni u minħabba l-importanza u l-urġenza tal-inizjattiva, ingħatat deroga skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar. L-analiżi u l-evidenza ta’ sostenn xorta se jiġu ppreżentati f’dokument ta’ ħidma tal-persunal fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din il-proposta.
F’termini ta’ kostijiet, il-proposta se tinvolvi prinċipalment kostijiet ta’ infurzar għall-awtoritajiet pubbliċi u kostijiet ta’ konformità għall-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni se ġġarrab kostijiet limitati wkoll.
Il-kostijiet ta’ konformità huma kostijiet li l-kumpaniji jiffaċċjaw sabiex jiżguraw li ma jpoġġux u ma jagħmlux disponibbli fis-suq tal-UE prodotti magħmulin b’xogħol furzat. Il-kostijiet tagħhom jiddependu minn jekk humiex diġà koperti jew le mid-dispożizzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta (pereżempju, id-Direttiva proposta dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva) jew jekk ikunux diġà wettqu diliġenza dovuta fuq bażi volontarja.
Fir-rigward tal-kostijiet għall-Istati Membri li jimplimentaw il-proposta, dawn jiddependu mill-istruttura amministrattiva eżistenti fil-livell nazzjonali (jiġifieri, hemmx diġà stabbiliti awtoritajiet li jwettqu kompiti simili jew le), fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali diġà stabbilita għal kwistjonijiet konnessi u fuq l-aġġornament potenzjali tas-sistemi doganali.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
L-operaturi ekonomiċi kollha li jagħmlu l-prodotti disponibbli fis-suq tal-UE jew li jesportaw minnu għandhom jiġu koperti. Dan huwa neċessarju sabiex il-prodotti magħmulin b’xogħol furzat jiġu pprojbiti b’mod effettiv milli jsiru disponibbli fis-suq tal-UE.
L-SMEs jista’ jkollhom riżorsi u għarfien espert limitati sabiex jimplimentaw sistemi effettivi ta’ diliġenza dovuta. L-irtirar ta’ oġġetti mis-suq jista’ jfisser ukoll piżijiet akbar għall-SMEs meta mqabblin ma’ kumpanija kbira.
Għalhekk, għall-SMEs se jkunu meħtieġa diversi aġġustamenti. Wieħed mill-modi kif jiġu akkomodati l-ħtiġijiet u r-restrizzjonijiet partikolari tal-SMEs jista’ jkun, fit-teorija, li tali kumpaniji jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta. Madankollu, din ma hijiex għażla vijabbli, peress li l-proposta se jkollha tiffoka fuq prodotti ssuspettati li jkunu saru b’xogħol furzat, irrispettivament mid-daqs tal-operaturi ekonomiċi involuti. Ma jistax jiġi eskluż minn qabel li l-entitajiet li l-awtoritajiet jistgħu javviċinaw meta jniedu investigazzjonijiet dwar xogħol furzat f’xi każijiet ikunu SMEs. Għalhekk, l-eżenzjoni tal-SMEs tkun taffettwa l-effettività tal-proposta u toħloq inċertezza. Barra minn hekk, huwa importanti li jitqies li peress li l-SMEs normalment ikunu parti mill-ktajjen tal-valur, politiki li jindirizzaw intrapriżi kbar f’dawn il-ktajjen tal-provvista jħallu impatt ukoll fuq l-SMEs, li jeħtieġ li jkollhom proċeduri ta’ diliġenza dovuta sabiex jiksbu aċċess għall-finanzjament, u sabiex jissodisfaw id-domandi minn xerrejja/fornituri akbar li jeżerċitaw diliġenza dovuta. Kif indikat fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej għall-2021/202242, jista’ jkun aktar xieraq li l-leġiżlazzjoni tikkunsidra għodod volontarji simplifikati u miżuri ta’ mitigazzjoni li jippermettu lill-SMEs juru l-impenji tagħhom dwar is-sostenibbiltà.
Il-Kummissjoni evalwat il-merti tal-introduzzjoni ta’ limitu għall-volum u/jew għall-valur tal-prodotti, li taħtu l-awtoritajiet ma jnedux investigazzjonijiet dwar xogħol furzat skont din il-proposta. Peress li jista’ jkun aktar probabbli li l-SMEs jagħmlu kwantitajiet iżgħar disponibbli fis-suq, tali klawżola de minimis tista’ fil-prinċipju sservi bħala mod kif titqies is-sitwazzjoni tagħhom u b’mod ġenerali jiġu eżentati mill-investigazzjonijiet. Madankollu, l-istabbiliment ta’ limiti de minimis ikun ifixkel il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, u joħloq lakuni. Lanqas ma jkun garanzija li l-SMEs dejjem jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta, peress li, ċertament, operaturi ekonomiċi iżgħar jistgħu jagħmlu volumi konsiderevoli ta’ prodotti disponibbli fis-suq, skont is-settur.
Għalhekk, aktar milli eżenzjoni assoluta għall-SMEs, jew limitu de minimis, is-sitwazzjoni tagħhom għandha tiġi indirizzata permezz tat-tfassil tal-miżura, inkluż l-infurzar ibbażat fuq ir-riskju u l-għodod ta’ appoġġ. Dan jista’ jinkludi, pereżempju:
Disinn tal-miżura: Meta jiddeċiedu dwar il-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw id-daqs u r-riżorsi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, bl-għarfien li kumpaniji iżgħar ma jkollhomx l-istess ammont ta’ riżorsi għall-ħarsa ġenerali lejn il-katina tal-valur u għall-immappjar bħal kumpaniji akbar.
Infurzar ibbażat fuq ir-riskju: L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw l-isforzi ta’ infurzar tagħhom fejn x’aktarx ikollhom l-aħjar effett, jiġifieri, fuq l-operaturi ekonomiċi involuti fil-passi tal-katina tal-valur kemm jista’ jkun qrib ta’ fejn x’aktarx iseħħ ir-riskju ta’ xogħol furzat. Għandhom iqisu wkoll id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi, il-kwantità ta’ prodotti kkonċernati, kif ukoll l-iskala tax-xogħol furzat suspettat.
Għodod ta’ appoġġ: Peress li l-esperjenza wriet li l-SMEs jibbenefikaw minn għodod ta’ appoġġ bħal linji gwida jew mudelli li jirrikjedu anqas kostijiet, il-Kummissjoni se toħroġ gwida, li għandha tqis id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta tistabbilixxi l-implikazzjonijiet għar-riżorsi baġitarji, umani u amministrattivi.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni se timmonitorja b’mod attiv l-implimentazzjoni tar-regolament propost u se tiżgura li r-regolament propost jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-monitoraġġ se jiffoka b’mod partikolari fuq il-prevenzjoni effettiva tal-prodotti magħmulin b’xogħol furzat milli jsiru disponibbli fis-suq tal-UE jew milli jiġu esportati mill-UE, u fuq l-iżgurar ta’ kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti. Se jqis ukoll l-impatt fuq in-negozju u, b’mod partikolari, fuq l-SMEs.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Kapitolu I fih id-dispożizzjonijiet ġenerali: is-suġġett (l-Artikolu 1), id-definizzjonijiet (l-Artikolu 2) u l-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat, jiġifieri li jsiru disponibbli fis-suq tal-UE u li jiġu esportati (l-Artikolu 3).
Il-Kapitolu II jagħti dettalji dwar l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn din il-proposta (l-Artikolu 12). Fil-fażi preliminari tal-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti se jkunu meħtieġa jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, u, b’mod partikolari, jivvalutaw ir-riskju ta’ ksur tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq (l-Artikolu 4). Jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li hemm tħassib sostanzjat ta’ tali ksur, se jkun meħtieġ li jiġu investigati l-prodotti u l-operaturi ekonomiċi kkonċernati (l-Artikolu 5). Il-kapitolu jispeċifika wkoll id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti (l-Artikolu 6), il-kontenut tagħhom (l-Artikolu 7), ir-rieżami (l-Artikolu 8) u r-rikonoxximent (l-Artikolu 14). L-awtoritajiet kompetenti se jkollhom l-obbligi li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn (l-Artikolu 9) u l-obbligi rigward il-kooperazzjoni amministrattiva u l-komunikazzjoni reċiproka (l-Artikolu 13). Il-kapitolu fih ukoll dispożizzjonijiet dwar is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar allegat ksur (l-Artikolu 10) u l-bażi tad-data dwar żoni jew prodotti b’riskju ta’ xogħol furzat (l-Artikolu 11).
Il-Kapitolu III jikkonċerna d-dispożizzjonijiet għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE jew li joħorġu minnu. Huma neċessarji dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontrolli doganali, peress li r-Regolament (UE) 2019/1020 ma huwiex adattat għal dan l-għan, u l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jaġixxu bħala l-ewwel linja tad-difiża kif normalment jagħmlu skont ir-Regolament (UE) 2019/1020. Għalhekk, huma se jiddependu mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali jeħtiġilhom ikollhom informazzjoni speċifika disponibbli dwar il-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fil-proċess tal-manifattura, kif ukoll dwar il-prodott innifsu, sabiex ikunu jistgħu jwaqqfu b’mod effettiv prodotti magħmulin b’xogħol furzat milli jidħlu fis-suq tal-UE jew joħorġu minnu, skont id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti.
Għalhekk, il-Kapitolu III jinkludi dispożizzjonijiet għall-kontrolli doganali (l-Artikolu 15), informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali mill-operatur ekonomiku (l-Artikolu 16), is-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-esportazzjoni ta’ prodotti li jistgħu jkunu qegħdin jiksru l-projbizzjoni (l-Artikolu 17), ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni f’każ ta’ ebda ksur (l-Artikolu 18), ir-rifjut tar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni (l-Artikolu 19) u d-disponiment tal-prodotti rrifjutati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni (l-Artikolu 20), kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali (l-Artikolu 21).
Il-Kapitolu IV fih dispożizzjonijiet dwar is-sistemi ta’ informazzjoni (l-Artikolu 22), dwar il-linji gwida li l-Kummissjoni se jkollha toħroġ sabiex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw dan ir-regolament propost u lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw miegħu, kif ukoll dispożizzjonijiet li jiżguraw iċ-ċarezza tal-kompiti u l-konsistenza tal-azzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti (l-Artikolu 23) u dwar l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-kompiti tan-Network tal-UE dwar Prodotti mix-Xogħol Furzat li se jservi bħala pjattaforma għal koordinazzjoni u għal kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni (l-Artikolu 24).
Il-Kapitolu V jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finali: dwar il-kunfidenzjalità (l-Artikolu 25), il-kooperazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 26), l-atti delegati (l-Artikolu 27), il-proċedura ta’ urġenza (l-Artikolu 28), il-proċedura ta’ kumitat (l-Artikolu 29), il-penali (l-Artikolu 30), u d-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament propost (l-Artikolu 31).
2022/0269 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 15 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Kif rikonoxxut fil-Preambolu għall-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni Nru 29 dwar ix-xogħol furzat (“il-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO”) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), ix-xogħol furzat jikkostitwixxi ksur serju tad-dinjità tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. L-ILO ddikjarat l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ xogħol furzat jew obbligatorju bħala prinċipju li jikkonċerna d-drittijiet fundamentali. L-ILO tikklassifika l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni Nru 29 u l-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat (“il-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO”) bħala Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO 16 . Ix-xogħol furzat ikopri varjetà wiesgħa ta’ prattiki ta’ xogħol koerċittivi fejn ix-xogħol jew is-servizz jiġi impost fuq persuni li ma jkunux offrew li jwettquh minn jeddhom 17 .
(2)L-użu tax-xogħol furzat huwa mifrux madwar id-dinja. Huwa stmat li madwar 27,6 miljun persuna kienu f’xogħol furzat fl-2021 18 . Gruppi vulnerabbli u marġinalizzati f’soċjetà huma partikolarment suxxettibbli li jiġu mġegħlin iwettqu xogħol furzat. Anke meta ma jkunx impost mill-Istat, ix-xogħol furzat spiss ikun konsegwenza ta’ nuqqas ta’ governanza tajba ta’ ċerti operaturi ekonomiċi.
(3)L-eradikazzjoni tax-xogħol furzat hija prijorità għall-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem huma stabbiliti bis-sħiħ fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 5(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jipprevedu li ħadd ma għandu jkun meħtieġ iwettaq xogħol furzat jew obbligatorju. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem interpretat ripetutament l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bħala li jirrikjedi li l-Istati Membri jippenalizzaw u jipprosegwixxu b’mod effettiv kwalunkwe att li jżomm persuna fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 19 .
(4)L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO dwar ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal 20 . Għalhekk, huma legalment obbligati jipprevjenu u jeliminaw l-użu tax-xogħol furzat u li jirrapportaw regolarment lill-ILO.
(5)Permezz tal-politiki u l-inizjattivi leġiżlattivi tagħha, l-Unjoni tfittex li teqred l-użu tax-xogħol furzat. L-Unjoni tippromwovi d-diliġenza dovuta f’konformità mal-linji gwida u mal-prinċipji internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-ILO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (minn hawn ’il quddiem l-“OECD”) u n-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ’il quddiem in-“NU”), sabiex jiġi żgurat li x-xogħol furzat ma jsibx postu fil-ktajjen tal-valur tal-impriżi stabbiliti fl-Unjoni.
(6)Il-politika kummerċjali tal-Unjoni tappoġġa l-ġlieda kontra x-xogħol furzat f’relazzjonijiet kummerċjali kemm unilaterali kif ukoll bilaterali. Il-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni jinkludu impenn sabiex jiġu ratifikati u implimentati b’mod effettiv il-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, li jinkludu l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO u l-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO. Barra minn hekk, il-preferenzi kummerċjali unilaterali skont l-Iskema Ġenerali ta’ Preferenzi tal-Unjoni jistgħu jiġu rtirati għal ksur serju u sistematiku tal-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO u tal-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO.
(7)Id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar (id-Direttiva 2011/36/UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 (id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar) tarmonizza d-definizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, inkluż ix-xogħol jew is-servizzi furzati, u tistabbilixxi penali minimi. Kwalunkwe regola stabbilita li tikkonċerna l-projbizzjoni tat-tqegħid u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ prodotti domestiċi jew importati magħmulin b’xogħol furzat, jew l-esportazzjoni ta’ tali prodotti, u l-obbligu li jiġi żgurat li tali prodotti jiġu rtirati mis-suq tal-Unjoni (“il-projbizzjoni”), jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva, u b’mod partikolari għall-kompetenza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji sabiex jinvestigaw u jipprosegwixxu reati dwar it-traffikar tal-bnedmin, inkluż l-isfruttament ta’ ħaddiema.
(8)[B’mod partikolari, id-Direttiva 20XX/XX/UE dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva tistabbilixxi obbligi ta’ diliġenza dovuta orizzontali sabiex jiġu identifikati, evitati, mitigati u jitqiesu l-impatti avversi effettivi u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inkluż ix-xogħol furzat, u l-ambjent fl-operazzjonijiet proprji tal-kumpanija, tas-sussidjarji tagħha u fil-ktajjen tal-valur tagħha, f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema u mal-konvenzjonijiet ambjentali. Dawk l-obbligi japplikaw għal kumpaniji kbar li jaqbżu ċertu livell limitu f’termini ta’ numru ta’ impjegati u ta’ fatturat nett, u għal kumpaniji iżgħar f’setturi b’impatt għoli li jaqbżu ċertu livell limitu f’termini ta’ numru ta’ impjegati u ta’ fatturat nett 22 .]
(9)Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 jirrikjedi li l-importaturi tal-Unjoni ta’ minerali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament iwettqu obbligi ta’ diliġenza dovuta konsistenti mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli, u r-rakkomandazzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta stabbiliti fih. [Ir-Regolament (UE) Nru XX/20XX dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji fih obbligi għall-operaturi ekonomiċi sabiex iwettqu d-diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema 24 .] [Ir-Regolament (UE) XX/20XX dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u mad-degradazzjoni tal-foresti 25 jirrikjedi diliġenza dovuta rigward il-karattru legali u ħieles mid-deforestazzjoni tal-prodotti u tal-komoditajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.]
(10)L-Artikoli [XX] tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedu li l-Istati Membri jiżguraw li ċerti operaturi ekonomiċi kull sena jippubblikaw rapporti mhux finanzjarji li fihom jirrapportaw dwar l-impatt tal-attività tagħhom fuq kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati, fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fir-rigward tax-xogħol furzat, u fuq kwistjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tixħim 26 . [Barra minn hekk, id-Direttiva 20XX/XX/UE dwar ir-Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva tressaq obbligi ta’ rapportar dettaljati għall-kumpaniji koperti fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fil-ktajjen tal-provvista globali. L-informazzjoni li l-impriżi jiddivulgaw dwar id-drittijiet tal-bniedem jenħtieġ li tinkludi, meta rilevanti, informazzjoni dwar ix-xogħol furzat fil-ktajjen tal-valur tagħhom 27 .]
(11)F’Lulju 2021, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ppubblikaw gwida sabiex jgħinu lin-negozji tal-Unjoni jieħdu miżuri xierqa bl-għan li jindirizzaw ir-riskju ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-provvista tagħhom 28 .
(12)Kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja 29 , minkejja l-politiki attwali u l-qafas leġiżlattiv, hija meħtieġa aktar azzjoni sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-eliminazzjoni tal-prodotti mix-xogħol furzat mis-suq tal-Unjoni u, għalhekk, bħala kontribut ulterjuri għall-ġlieda kontra x-xogħol furzat madwar id-dinja.
(13)Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, il-Parlament Ewropew ikkundanna bil-qawwa x-xogħol furzat u sejjaħ għal projbizzjoni fuq prodotti magħmulin b’xogħol furzat 30 . Għalhekk, hija kwistjoni ta’ tħassib morali pubbliku li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat jistgħu jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati lejn pajjiżi terzi mingħajr mekkaniżmu effettiv sabiex jiġu pprojbiti jew irtirati prodotti bħal dawn.
(14)Sabiex jitlesta l-qafas leġiżlattiv u ta’ politika tal-Unjoni dwar ix-xogħol furzat, it-tqegħid u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat jew l-esportazzjoni ta’ prodotti mmanifatturati domestikament jew importati magħmulin b’xogħol furzat jenħtieġ li jkunu pprojbiti u jenħtieġ li jiġi żgurat li dawk il-prodotti jiġu rtirati mis-suq tal-Unjoni.
(15)Bħalissa ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jżommu, jissekwestraw direttament, jew jordnaw l-irtirar ta’ prodott fuq il-bażi ta’ sejba li jkun sar, kemm jekk kompletament kif ukoll parzjalment, b’xogħol furzat.
(16)Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-projbizzjoni, jenħtieġ li projbizzjoni bħal din tapplika għal prodotti li għalihom intuża xogħol furzat fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-manifattura, tal-ħsad u tal-estrazzjoni tagħhom, inkluż ħidma jew proċessar relatat mal-prodotti. Jenħtieġ li l-projbizzjoni tapplika għall-prodotti kollha, ta’ kwalunkwe tip, inklużi l-komponenti tagħhom, u jenħtieġ li tapplika għall-prodotti irrispettivament mis-settur, mill-oriġini, kemm jekk ikunu domestiċi jew importati, jew jitqiegħdu jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati.
(17)Jenħtieġ li l-projbizzjoni tikkontribwixxi għall-isforzi internazzjonali sabiex jiġi abolit ix-xogħol furzat. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ “xogħol furzat” tiġi allinjata mad-definizzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO. Id-definizzjoni ta’ “xogħol furzat applikat mill-awtoritajiet tal-Istat” jenħtieġ li tiġi allinjata mal-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO, li tipprojbixxi speċifikament l-użu tax-xogħol furzat bħala kastig għall-espressjoni ta’ fehmiet politiċi, għall-finijiet tal-iżvilupp ekonomiku, bħala mezz ta’ dixxiplina tal-ħaddiema, bħala kastig għall-parteċipazzjoni fi strajks, jew bħala mezz ta’ diskriminazzjoni razzjali, reliġjuża jew ta’ xort’oħra 31 .
(18)L-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jista’ jkollhom riżorsi u kapaċità limitati sabiex jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni jkunu ħielsa minn xogħol furzat. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat, li jenħtieġ li jqisu wkoll id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida dwar l-indikaturi tar-riskju tax-xogħol furzat u dwar l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sabiex tgħin lill-SMEs, kif ukoll lil operaturi ekonomiċi oħrajn, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-projbizzjoni.
(19)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimmonitorjaw is-suq sabiex jidentifikaw ksur tal-projbizzjoni. Meta jaħtru dawk l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom biżżejjed riżorsi u li l-persunal tagħhom ikollu l-kompetenzi u l-għarfien neċessarji, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġestjoni tal-katina tal-valur u tal-proċessi ta’ diliġenza dovuta. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw mill-qrib mal-ispezzjonijiet tax-xogħol nazzjonali u mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi, inklużi dawk responsabbli għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin b’tali mod li jevita milli jipperikola l-investigazzjonijiet minn tali awtoritajiet.
(20)Sabiex tiżdied l-effettività tal-projbizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu żmien raġonevoli lill-operaturi ekonomiċi sabiex jidentifikaw, jimmitigaw, jipprevjenu u jġibu fi tmiemu r-riskju ta’ xogħol furzat.
(21)Meta jidentifikaw ksur potenzjali tal-projbizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju u jivvalutaw l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibdew investigazzjoni fejn, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-informazzjoni kollha disponibbli, jistabbilixxu li jkun hemm tħassib sostanzjat ta’ ksur tal-projbizzjoni.
(22)Qabel ma jibdew investigazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħudin sabiex itaffu, jipprevjenu jew itemmu r-riskji ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-valur tagħhom fir-rigward tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu vvalutati. Jenħtieġ li t-twettiq ta’ tali diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat jgħin lill-operatur ekonomiku jkun f’riskju aktar baxx li jkollu xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-valur tiegħu. Diliġenza dovuta xierqa tfisser li l-kwistjonijiet relatati max-xogħol furzat fil-katina tal-valur ġew identifikati u indirizzati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-istandards internazzjonali rilevanti. Dak jimplika li meta l-awtorità kompetenti tqis li ma jkun hemm l-ebda tħassib sostanzjat ta’ ksur tal-projbizzjoni, pereżempju minħabba, iżda mhux biss, il-leġiżlazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet jew kwalunkwe diliġenza dovuta oħra applikabbli fir-rigward tax-xogħol furzat li tiġi applikata b’mod li jtaffi, jipprevjeni u jtemm ir-riskju ta’ xogħol furzat, jenħtieġ li ma tinbeda l-ebda investigazzjoni.
(23)Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont din il-leġiżlazzjoni u leġiżlazzjoni rilevanti oħra u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjonijiet u fid-deċiżjonijiet tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont dan ir-Regolament jitolbu informazzjoni minn awtoritajiet rilevanti oħra, fejn neċessarja, dwar jekk l-operaturi ekonomiċi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati jkunux soġġetti għal diliġenza dovuta u jwettquhiex fir-rigward tax-xogħol furzat f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tistabbilixxi rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta u t-trasparenza fir-rigward tax-xogħol furzat.
(24)Matul il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiffokaw fuq l-operaturi ekonomiċi involuti fil-passi tal-katina tal-valur fejn ikun hemm riskju ogħla ta’ xogħol furzat fir-rigward tal-prodotti li qegħdin jiġu investigati, filwaqt li jitqiesu wkoll id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom, il-kwantità ta’ prodotti kkonċernati u l-iskala tax-xogħol furzat suspettat.
(25)Meta jitolbu informazzjoni matul l-investigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jipprijoritizzaw, sa fejn ikun possibbli u konsistenti mat-twettiq effettiv tal-investigazzjoni, lill-operaturi ekonomiċi li qegħdin jiġu investigati u li jkunu involuti fil-passi tal-katina tal-valur kemm jista’ jkun qrib ta’ fejn iseħħ ir-riskju probabbli ta’ xogħol furzat u jqisu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi, il-kwantità tal-prodotti kkonċernati, kif ukoll l-iskala tax-xogħol furzat suspettat.
(26)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jġorru l-piż li jistabbilixxu li x-xogħol furzat intuża fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-manifattura, tal-ħsad jew tal-estrazzjoni ta’ prodott, inkluż il-ħdim jew il-proċessar relatat mal-prodott fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-evidenza kollha miġbura matul l-investigazzjoni, inkluża l-fażi preliminari tagħha. Sabiex jiġi żgurat id-dritt tagħhom għal proċess xieraq, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jipprovdu informazzjoni fid-difiża tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti matul l-investigazzjoni.
(27)Jenħtieġ li lawtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu li l-operaturi ekonomiċi jkunu kisru l-projbizzjoni, jipprojbixxu mingħajr dewmien l-introduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali prodotti fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni tagħhom mill-Unjoni, u jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew investigati jirtiraw il-prodotti rilevanti li jkunu diġà saru disponibbli mis-suq tal-Unjoni u li dawn jinqerdu, isiru inoperabbli, jew jiddisponu minnhom b’xi mod ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
(28)F’dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddikjaraw is-sejbiet tal-investigazzjoni, u l-informazzjoni li tirfed is-sejbiet, u jistabbilixxu żmien raġonevoli li fih l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jikkonformaw mad-deċiżjoni, kif ukoll informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott li għalih tapplika d-deċiżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji sabiex tispeċifika d-dettalji dwar l-informazzjoni li għandha tkun inkluża f’tali deċiżjonijiet.
(29)Fl-istabbiliment ta’ żmien raġonevoli għall-konformità mal-ordni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
(30)Jekk l-operaturi ekonomiċi jonqsu milli jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti sa tmiem il-perjodu ta’ żmien stabbilit, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-prodotti rilevanti jkunu pprojbiti milli jitqiegħdu jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni, jiġu esportati jew irtirati mis-suq tal-Unjoni u li kwalunkwe prodott bħal dan li jibqa’ għand l-operaturi ekonomiċi rilevanti jinqered, isir inoperabbli, jew jiddisponu minnu b’xi mod ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart bl-ispejjeż kontra l-operaturi ekonomiċi.
(31)Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkollhom il-possibbiltà li jitolbu rieżami tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu pprovdew informazzjoni ġdida li turi li ma jistax jiġi konkluż li l-prodotti rilevanti jkunu saru b’xogħol furzat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirtiraw id-deċiżjoni tagħhom meta jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni l-ġdida, li ma jistax jiġi stabbilit li l-prodotti jkunu saru b’xogħol furzat.
(32)Kwalunkwe persuna, kemm jekk tkun persuna fiżika kif ukoll jekk ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, jenħtieġ li titħalla tissottometti informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti meta tqis li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat jitqiegħdu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni u li tiġi informata bl-eżitu tal-valutazzjoni tas-sottomissjoni tagħhom.
(33)Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni mill-operaturi ekonomiċi u mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li tali linji gwida jinkludu gwida dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat u informazzjoni komplementari għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimplimentaw il-projbizzjoni. Jenħtieġ li l-gwida dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat tibni fuq il-Gwida dwar id-diliġenza dovuta għan-negozji tal-UE biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen ta’ provvista tagħhom ippubblikata mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna f’Lulju 2021. Jenħtieġ li l-linji gwida jkunu konsistenti ma’ linji gwida oħrajn tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward u mal-linji gwida rilevanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li r-rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari mill-ILO, kif ukoll sorsi ta’ informazzjoni indipendenti u verifikabbli oħrajn jiġu kkunsidrati għall-identifikazzjoni tal-indikaturi tar-riskju.
(34)Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu ksur tal-projbizzjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet doganali, li jenħtieġ li jimmiraw li jidentifikaw il-prodott ikkonċernat fost il-prodotti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli għall-infurzar ġenerali tal-projbizzjoni fir-rigward tas-suq intern kif ukoll tal-prodotti li jidħlu jew li joħorġu mis-suq tal-Unjoni. Peress li x-xogħol furzat huwa parti mill-proċess tal-manifattura u ma jħalli l-ebda traċċa fuq il-prodott, u r-Regolament (UE) 2019/1020 ikopri biss prodotti mmanifatturati u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jaġixxu b’mod awtonomu skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 għall-applikazzjoni u għall-infurzar tal-projbizzjoni. Jenħtieġ li l-organizzazzjoni speċifika tal-kontrolli ta’ kull Stat Membru tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tiegħu dwar is-setgħat ta’ kontroll u ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet doganali.
(35)L-informazzjoni li bħalissa ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali mill-operaturi ekonomiċi tinkludi biss informazzjoni ġenerali dwar il-prodotti iżda ma tinkludix informazzjoni dwar il-manifattur jew il-produttur u l-fornituri tal-prodotti kif ukoll informazzjoni speċifika dwar il-prodotti. Sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu li jistgħu jiksru r-Regolament u li, għalhekk, jenħtieġ li jitwaqqfu fil-fruntieri esterni tal-UE, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw lill-awtoritajiet doganali informazzjoni li tippermetti t-tqabbil ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti mal-prodott ikkonċernat. Jenħtieġ li din tinkludi informazzjoni dwar il-manifattur jew il-produttur u l-fornituri tal-prodotti kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-prodott innifsu. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jidentifikaw il-prodotti li għalihom tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta bl-użu, fost l-oħrajn, tal-bażi tad-data stabbilita skont dan ir-Regolament kif ukoll l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kodifikati fis-sistema tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 (“ICSMS”). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, l-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-dwana mill-operaturi ekonomiċi. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi d-deskrizzjoni, l-isem jew il-marka tal-prodott, ir-rekwiżiti speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-identifikazzjoni tal-prodott (bħal tip, referenza, mudell, numru tal-lott jew tas-serje mwaħħal fuq il-prodott, jew ipprovdut fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott, jew identifikatur uniku tal-passaport tal-prodott diġitali) kif ukoll dettalji dwar il-manifattur jew il-produttur u l-fornituri tal-prodott, inklużi, għal kull wieħed minnhom, l-isem, l-isem kummerċjali jew it-trademark reġistrata tagħhom, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, in-numru ta’ identifikazzjoni uniku tagħhom fil-pajjiż li huma stabbiliti fih u, fejn disponibbli, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tagħhom. Ir-rieżami tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni se jqis l-introduzzjoni fil-leġiżlazzjoni doganali tal-informazzjoni meħtieġa li titqiegħed għad-dispożizzjoni għad-dwana mill-operaturi ekonomiċi għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament u b’mod aktar wiesa’ sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-katina tal-provvista.
(36)L-awtoritajiet doganali li jidentifikaw prodott li jista’ jkun kopert minn deċiżjoni kkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjoni jenħtieġ li jissospendu r-rilaxx ta’ dak il-prodott u jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti minnufih. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jilħqu konklużjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli dwar il-każ innotifikat lilhom mill-awtoritajiet doganali, jew billi jikkonfermaw jew jiċħdu li l-prodott ikkonċernat ikun kopert minn deċiżjoni. Meta jkun neċessarju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu awtorizzati jirrikjedu ż-żamma tas-sospensjoni tar-rilaxx tiegħu. Fin-nuqqas ta’ konklużjoni mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu ta’ żmien speċifikat, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jirrilaxxaw il-prodotti jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-formalitajiet applikabbli l-oħrajn kollha. Ġeneralment, jenħtieġ li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni lanqas ma jitqies bħala prova ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, peress li tali rilaxx mhux neċessarjament jinkludi kontroll sħiħ ta’ tali konformità.
(37)Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li prodott jikkorrispondi għal deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjoni, jenħtieġ li jinformaw minnufih lill-awtoritajiet doganali li jenħtieġ li jirrifjutaw ir-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni. Jenħtieġ li l-prodott jinqered, isir inoperabbli, jew soġġett għal disponiment b’xi mod ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart, li teskludi l-esportazzjoni mill-ġdid f’każ ta’ oġġetti mhux tal-Unjoni.
(38)Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-prodotti matul is-sospensjoni tar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni, inklużi l-ħżin jew il-qerda u d-disponiment tagħhom f’każ ta’ rifjut tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni, jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-awtoritajiet doganali, fejn applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jekk il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu jirrikjedu proċessar ulterjuri, dawn iridu jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali xierqa li tippermetti tali proċessar f’konformità mal-Artikoli 220, 254, 256, 257 u 258 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
(39)Infurzar uniformi tal-projbizzjoni fir-rigward tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu jista’ jinkiseb biss permezz ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni.
(40)Għall-ġbir, għall-proċessar u għall-ħżin tal-informazzjoni, f’forma strutturata, dwar kwistjonijiet relatati mal-infurzar tal-projbizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw l-ICSMS. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali jkollhom aċċess għal dik is-sistema sabiex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.
(41)Sabiex jiġi ottimizzat u jitħaffef il-proċess ta’ kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu, huwa neċessarju li jkun permess trasferiment awtomatizzat tad-data bejn l-ICSMS u s-sistemi doganali. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn tliet trasferimenti differenti ta’ data fid-dawl tal-finijiet rispettivi tagħhom. L-ewwel nett, id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu ksur tal-projbizzjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati mill-ICSMS lis-Sistema Elettronika ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali (CRMS) imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 33 , mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe evoluzzjoni futura tal-ambjent ta’ ġestjoni tar-riskju doganali, għall-użu mill-awtoritajiet doganali sabiex jidentifikaw prodotti li jistgħu jikkorrispondu għal deċiżjoni bħal din. Jenħtieġ li l-interfaċċi disponibbli tal-ambjent doganali jintużaw għal dawk l-ewwel trasferimenti ta’ data. It-tieni, fejn l-awtoritajiet doganali jidentifikaw prodott bħal dan, il-ġestjoni tal-każijiet tkun neċessarja sabiex, fost l-oħrajn, jittrasferixxu n-notifika tas-sospensjoni, il-konklużjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-eżitu tal-azzjonijiet meħudin mid-dwana. L-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-dwana jenħtieġ li jappoġġa dawk it-tieni trasferimenti ta’ data bejn l-ICSMS u s-sistemi doganali nazzjonali. It-tielet, is-sistemi doganali fihom informazzjoni dwar prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u li jitilqu minnu li tkun rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu dmirijiethom iżda li ma tkunx aċċessibbli għalihom. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti tiġi estratta u trażmessa lill-ICSMS. Jenħtieġ li t-tliet interkonnessjonijiet ikunu awtomatizzati ħafna u faċli sabiex jintużaw, sabiex jiġi limitat kwalunkwe piż addizzjonali għall-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u mal-awtoritajiet kompetenti, l-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji sabiex tiddetermina r-regoli proċedurali, l-arranġamenti prattiċi u l-elementi tad-data li għandhom jiġu ttrasferiti bejn l-ICSMS u s-sistemi doganali u kwalunkwe rekwiżit anċillari ieħor.
(42)Sabiex jiġu żgurati deċiżjonijiet effettivi ta’ infurzar meħudin minn awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed jenħtieġ li jiġu rrikonoxxuti u infurzati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn fir-rigward ta’ prodotti bl-istess identifikazzjoni mill-istess katina tal-provvista li għalihom instab xogħol furzat.
(43)Meta, għall-projbizzjoni, ikun neċessarju li tiġi pproċessata data personali, tali proċessar jenħtieġ li jitwettaq skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali skont il-projbizzjoni jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 u għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 .
(44)Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-projbizzjoni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit network immirat lejn koordinazzjoni u kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, esperti mill-awtoritajiet doganali, u l-Kummissjoni. Jenħtieġ li dak in-network ikollu wkoll l-għan li jissimplifika l-prattiki tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ infurzar konġunti mill-Istati Membri, inklużi investigazzjonijiet konġunti. Jenħtieġ li dik l-istruttura ta’ appoġġ amministrattiv tippermetti l-ġbir flimkien tar-riżorsi u żżomm sistema ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk tgħin sabiex jissaħħaħ l-infurzar tal-projbizzjoni.
(45)Peress li x-xogħol furzat huwa problema globali u minħabba n-nisġiet tal-ktajjen tal-valur globali, huwa neċessarju li tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali kontra x-xogħol furzat, li tkun ittejjeb ukoll l-effiċjenza tal-applikazzjoni u tal-infurzar tal-projbizzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoopera kif xieraq mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u tiskambja informazzjoni magħhom sabiex ittejjeb l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sseħħ b’mod strutturat bħala parti mill-istrutturi ta’ djalogu eżistenti, pereżempju d-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma’ pajjiżi terzi, jew, jekk ikun neċessarju, dawk speċifiċi li jinħolqu fuq bażi ad hoc.
(46)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 .
(47)Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(48)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott sabiex jaġixxu b’mod effettiv, inkluża l-informazzjoni li tidentifika l-prodott rilevanti, l-informazzjoni dwar il-manifattur jew il-produttur u l-informazzjoni dwar il-fornituri tal-prodott fir-rigward tal-prodotti li jidħlu jew joħorġu mis-suq tal-Unjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. L-awtoritajiet doganali jeħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni malajr dwar prodotti speċifiċi, identifikati fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jieħdu azzjonijiet u miżuri b’mod effettiv u rapidu. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-atti delegati jiġu adottati bi proċedura b’urġenza.
(49)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-projbizzjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(50)Sabiex jingħata lok għall-applikazzjoni immedjata tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jipprojbixxu lill-operaturi ekonomiċi milli jqiegħdu u jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw prodotti mis-suq tal-Unjoni magħmulin b’xogħol furzat.
2.Dan ir-Regolament ma għandux ikopri l-irtirar ta’ prodotti li jkunu laħqu l-utenti finali fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“xogħol furzat” tfisser xogħol furzat jew obbligatorju kif definit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inkluż it-tħaddim furzat tat-tfal;
(b)“xogħol furzat impost mill-awtoritajiet tal-Istat” tfisser l-użu tax-xogħol furzat kif deskritt fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;
(c)“diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat” tfisser l-isforzi mill-operatur ekonomiku sabiex jimplimenta rekwiżiti obbligatorji, linji gwida volontarji, rakkomandazzjonijiet jew prattiki sabiex jidentifika, jipprevjeni, jimmitiga jew itemm l-użu tax-xogħol furzat fir-rigward ta’ prodotti li jkunu se jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew li jkunu se jiġu esportati;
(d)“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas u, fil-każ li fih il-prodott jiġi offrut għall-bejgħ online jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jitqies li jseħħ meta l-offerta għall-bejgħ tkun immirata lejn utenti fl-Unjoni;
(e)“introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;
(f)“prodott” tfisser kwalunkwe prodott li jista’ jiġi vvalutat fi flus u li, bħala tali, jista’ jifforma s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali, kemm jekk jiġi estratt, maħsud, prodott jew immanifatturat, inkluż ħdim jew proċessar relatat ma’ prodott fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista tiegħu;
(g)“prodott magħmul b’xogħol furzat” tfisser prodott li għalih intuża xogħol furzat fis-sħuħija jew f’parti minnu fi kwalunkwe stadju tal-estrazzjoni, tal-ħsad, tal-produzzjoni jew tal-manifattura tiegħu, inkluż ħdim jew proċessar relatat ma’ prodott fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista tiegħu;
(h)“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni li jqiegħdu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni prodotti fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw prodotti;
(i)“manifattur” tfisser il-manifattur tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għal dak il-prodott;
(j)“produttur” tfisser il-produttur ta’ prodotti agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 38(1) tat-TFUE jew ta’ materja prima;
(k)“fornitur ta’ prodott” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni fil-katina tal-provvista li testratta, taħsad, tipproduċi jew timmanifattura prodott fis-sħuħija tiegħu jew b’mod parzjali, jew tintervjeni fix-xogħol jew fil-proċessar relatat ma’ prodott fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista tiegħu, kemm jekk bħala manifattur kif ukoll jekk fi kwalunkwe ċirkostanza oħra;
(l)“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
(m)“esportatur” tfisser l-esportatur kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 37 ;
(n)“tħassib sostanzjat” tfisser raġuni b’bażi soda, ibbażata fuq informazzjoni oġġettiva u verifikabbli, għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jissuspettaw li l-prodotti x’aktarx saru b’xogħol furzat;
(o)“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(p)“prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni” tfisser prodotti minn pajjiżi terzi maħsubin sabiex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew maħsubin għall-użu jew għall-konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni u mqegħdin taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”;
(q)“prodotti li jkunu se jitilqu mis-suq tal-Unjoni” tfisser prodotti mqegħdin taħt il-proċedura doganali “esportazzjoni”;
(r)“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(s)“esportazzjoni” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(t)“Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika Doganali tal-UE” jew (CSW-CERTEX tal-UE) tfisser is-sistema stabbilita bl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) XX/20XX li jistabbilixxi l-Ambjent tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 COM/2020/673 final];
(u)“Ambjenti tat-tieqa unika nazzjonali għad-dwana” tfisser l-ambjenti tat-tieqa unika nazzjonali għad-dwana kif definiti fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-[Regolament (UE) XX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 ]].
Artikolu 3
Projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat
L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni prodotti li jsiru b’xogħol furzat, u lanqas ma għandhom jesportaw prodotti bħal dawn.
Kapitolu II
Investigazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 4
Fażi preliminari tal-investigazzjonijiet
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju fil-valutazzjoni tal-probabbiltà li l-operaturi ekonomiċi jkunu kisru l-Artikolu 3. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalihom, inkluża l-informazzjoni li ġejja:
(a)sottomissjonijiet magħmulin minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew minn kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika skont l-Artikolu 10;
(b)l-indikaturi tar-riskju u informazzjoni oħra skont l-Artikolu 23, il-punti (b) u (c);
(c)il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 11;
(d)informazzjoni u deċiżjonijiet kodifikati fis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1), inkluż kwalunkwe każ fil-passat ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ operatur ekonomiku mal-Artikolu 3;
(e)informazzjoni mitluba mill-awtorità kompetenti mingħand awtoritajiet rilevanti oħrajn, fejn neċessarja, dwar jekk l-operaturi ekonomiċi taħt valutazzjoni jkunux soġġetti għal u jwettqux diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tistabbilixxi rekwiżiti tad-diliġenza dovuta u tat-trasparenza fir-rigward tax-xogħol furzat.
2.Fil-valutazzjoni tagħhom tal-probabbiltà li l-operaturi ekonomiċi kisru l-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq l-operaturi ekonomiċi involuti fil-passi tal-katina tal-valur kemm jista’ jkun qrib fejn x’aktarx iseħħ ir-riskju ta’ xogħol furzat u jqisu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi, il-kwantità tal-prodotti kkonċernati, kif ukoll l-iskala tax-xogħol furzat suspettat.
3.Qabel ma tibda investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1), l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħudin sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw jew itemmu r-riskji ta’ xogħol furzat fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-valur tagħhom fir-rigward tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu vvalutati, inkluż fuq il-bażi ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
(a)il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ trasparenza fir-rigward tax-xogħol furzat;
(b)il-linji gwida maħruġin mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(a);
(c)il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta tan-NU, tal-ILO, tal-OECD jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn;
(d)kwalunkwe diliġenza dovuta oħra fir-rigward tax-xogħol furzat.
4.L-operaturi ekonomiċi għandhom iwieġbu għat-talba tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mill-jum li fih jirċievu tali talba. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni oħra li jistgħu jqisu utli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
5.Fi żmien 30 jum ta’ xogħol mid-data tar-riċevuta tal-informazzjoni sottomessa mill-operaturi ekonomiċi skont il-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu l-fażi preliminari tal-investigazzjoni tagħhom dwar jekk hemmx tħassib sostanzjat ta’ ksur tal-Artikolu 3 fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tal-informazzjoni sottomessa mill-operaturi ekonomiċi skont il-paragrafu 4.
6.L-awtorità kompetenti għandha tqis kif xieraq meta l-operatur ekonomiku juri li jwettaq diliġenza dovuta fuq il-bażi tal-impatt tax-xogħol furzat identifikat fil-katina tal-provvista tiegħu, tadotta u twettaq miżuri xierqa u effettivi sabiex iġġib fi tmiemu x-xogħol furzat f’perjodu ta’ żmien qasir.
7.L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jibdew investigazzjoni skont l-Artikolu 5, u għandhom jinformaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati kif xieraq, meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tal-informazzjoni sottomessa mill-operaturi ekonomiċi skont il-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jqisu li ma jkun hemm l-ebda tħassib sostanzjat ta’ ksur tal-Artikolu 3, pereżempju minħabba, iżda mhux biss, il-leġiżlazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet jew kwalunkwe diliġenza dovuta applikabbli fir-rigward tax-xogħol furzat imsemmija fil-paragrafu 3 li tiġi applikata b’mod li jtaffi, jipprevjeni u jtemm ir-riskju ta’ xogħol furzat.
Artikolu 5
Investigazzjonijiet
1.L-awtoritajiet kompetenti li, skont l-Artikolu 4(5), jiddeterminaw li jkun hemm tħassib sostanzjat ta’ ksur tal-Artikolu 3, għandhom jiddeċiedu li jibdew investigazzjoni dwar il-prodotti u l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
2.L-awtoritajiet kompetenti li jibdew investigazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jinformaw lill-operaturi ekonomiċi soġġetti għall-investigazzjoni, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni li jibdew it-tali investigazzjoni dwar dawn li ġejjin:
(a)il-bidu tal-investigazzjoni u l-konsegwenzi possibbli tagħha;
(b)il-prodotti soġġetti għall-investigazzjoni;
(c)informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-bidu tal-investigazzjoni, sakemm ma tkunx tfixkel l-eżitu tal-investigazzjoni;
(d)il-possibbiltà li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu kwalunkwe dokument jew informazzjoni oħra lill-awtorità kompetenti, u d-data sa meta għandha tiġi ppreżentata tali informazzjoni.
3.Meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi ekonomiċi li jkunu qegħdin jiġu investigati għandhom jissottomettu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti u neċessarja għall-investigazzjoni, inkluża informazzjoni li tidentifika l-prodotti li jkunu qegħdin jiġu investigati, il-manifattur jew il-produttur ta’ dawk il-prodotti u l-fornituri tal-prodotti. Meta jitolbu informazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom sa fejn ikun possibbli:
(a)jipprijoritizzaw lill-operaturi ekonomiċi li qegħdin jiġu investigati involuti fil-passi tal-katina tal-valur kemm jista’ jkun qrib fejn iseħħ ir-riskju probabbli ta’ xogħol furzat u
(b)iqisu wkoll id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi, il-kwantità ta’ prodotti kkonċernati, kif ukoll l-iskala tax-xogħol furzat suspettat.
4.L-operaturi ekonomiċi għandhom jissottomettu l-informazzjoni fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mit-talba msemmija fil-paragrafu 3 jew jagħmlu talba ġustifikata għal estensjoni ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
5.Meta jiddeċiedu dwar il-limiti ta’ żmien imsemmijin f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
6.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet neċessarji kollha inklużi l-investigazzjonijiet f’pajjiżi terzi, dment li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u li l-gvern tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fih ikunu se jsiru l-ispezzjonijiet ikun ġie nnotifikat uffiċjalment u ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni.
Artikolu 6
Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-informazzjoni u l-evidenza kollha miġbura skont l-Artikoli 4 u 5 u, fuq dik il-bażi, jistabbilixxu jekk inkisirx l-Artikolu 3, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli mid-data li fiha bdew l-investigazzjoni skont l-Artikolu 5(1).
2.Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu li l-Artikolu 3 ikun inkiser fuq il-bażi ta’ kwalunkwe fatt ieħor disponibbli fejn ma kienx possibbli li tinġabar informazzjoni u evidenza skont l-Artikolu 5(3) jew (6).
3.Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu li nkiser l-Artikolu 3, għandhom jieħdu deċiżjoni sabiex jagħlqu l-investigazzjoni u jinformaw lill-operatur ekonomiku b’dan.
4.Meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li jkun inkiser l-Artikolu 3, huma għandhom jadottaw mingħajr dewmien deċiżjoni li jkun fiha:
(a)projbizzjoni li l-prodotti kkonċernati jitqiegħdu jew isiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni u li jiġu esportati;
(b)ordni għall-operaturi ekonomiċi li kienu soġġetti għall-investigazzjoni sabiex jirtiraw mis-suq tal-Unjoni l-prodotti rilevanti li diġà tqiegħdu jew tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq;
(c)ordni għall-operaturi ekonomiċi li kienu soġġetti għall-investigazzjoni sabiex jiddisponu mill-prodotti rispettivi f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni.
5.Meta operatur ekonomiku jkun naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:
(a)li jkun ipprojbit li l-prodotti kkonċernati jitqiegħdu jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq;
(b)li l-prodotti li jkunu diġà tqiegħdu jew tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jiġu rtirati mis-suq tal-Unjoni;
(c)li kwalunkwe prodott li jifdal għand l-operatur ekonomiku kkonċernat ikun soġġett għal disponiment f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni bl-ispejjeż kontra l-operatur ekonomiku.
6.Meta l-operaturi ekonomiċi jipprovdu evidenza lill-awtoritajiet kompetenti li huma jkunu kkonformaw mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, u li jkunu eliminaw ix-xogħol furzat mill-operazzjonijiet jew mill-katina tal-provvista tagħhom fir-rigward tal-prodotti kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw id-deċiżjoni tagħhom għall-futur u jinformaw lill-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 7
Kontenut tad-deċiżjoni
1.Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(4) għandu jkun fiha dawn kollha li ġejjin:
(a)is-sejbiet tal-investigazzjoni u l-informazzjoni li tirfed is-sejbiet;
(b)limitu ta’ żmien raġonevoli għall-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mal-ordni, li ma għandux ikun anqas minn 30 jum ta’ xogħol u mhux itwal milli neċessarju sabiex jiġu rtirati l-prodotti rispettivi. Meta tistabbilixxi limitu ta’ żmien bħal dan, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operatur ekonomiku;
(c)l-informazzjoni rilevanti kollha u b’mod partikolari d-dettalji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, li għalihom tapplika d-deċiżjoni, inklużi d-dettalji dwar il-manifattur jew il-produttur u l-fornituri tal-prodott;
(d)fejn disponibbli u applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali kif definita fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-deċiżjonijiet. Dawk id-dettalji għandhom, bħala minimu, jinkludu d-dettalji tal-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 16(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami skont l-Artikolu 29.
Artikolu 8
Rieżami tad-deċiżjonijiet
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi affettwati minn deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6(4) il-possibbiltà li jitolbu rieżami ta’ dik id-deċiżjoni fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tar-riċevuta ta’ dik id-deċiżjoni. Fil-każ ta’ oġġetti li jitħassru, ta’ annimali u ta’ pjanti, dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol. It-talba għal rieżami għandu jkun fiha informazzjoni li turi li l-prodotti jkunu mqegħdin jew imqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq jew se jiġu esportati f’konformità mal-Artikolu 3.
2.Talba għal rieżami ta’ deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6(4) għandu jkun fiha informazzjoni ġdida li ma tkunx tressqet għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti matul l-investigazzjoni. It-talba għal rieżami għandha tittardja l-infurzar tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6(4) sakemm l-awtorità kompetenti tiddeċiedi dwar it-talba għar-rieżami.
3.Awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar it-talba għal rieżami fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tar-riċevuta tat-talba. Fil-każ ta’ oġġetti li jitħassru, ta’ annimali u ta’ pjanti, dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.
4.Meta awtorità kompetenti tqis li, wara li tikkunsidra l-informazzjoni l-ġdida pprovduta mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-paragrafu 1, hija ma tkunx tista’ tistabbilixxi li l-prodotti tqiegħdu jew tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jew qegħdin jiġu esportati bi ksur tal-Artikolu 3, hija għandha tirtira d-deċiżjoni tagħha adottata skont l-Artikolu 6(4).
5.L-operaturi ekonomiċi li ġew affettwati minn deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament għandu jkollhom aċċess għal qorti li tirrieżamina l-legalità proċedurali u sostantiva tad-deċiżjoni.
6.Il-paragrafu 5 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirrikjedi li l-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv jiġu eżawriti qabel ir-rikors għal proċedimenti ġudizzjarji.
7.Id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6 u skont dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja meħuda mill-qrati jew mit-tribunali nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-istess operaturi ekonomiċi jew prodotti.
Artikolu 9
Obbligi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti
1.L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn dwar l-użu tas-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1) dwar dawn li ġejjin:
(a)kwalunkwe deċiżjoni li ma jnedux investigazzjoni wara fażi preliminari ta’ investigazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 4(7);
(b)kwalunkwe deċiżjoni li jniedu investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1);
(c)kwalunkwe deċiżjoni li jipprojbixxu t-tqegħid u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti fis-suq u l-esportazzjoni tagħhom, kif ukoll li jordnaw l-irtirar tal-prodotti diġà mqegħdin jew imqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq u d-disponiment tagħhom imsemmija fl-Artikolu 6(4);
(d)kwalunkwe deċiżjoni li jagħlqu l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3);
(e)kwalunkwe rtirar tad-deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 6(6);
(f)kwalunkwe talba ta’ operatur ekonomiku għal rieżami msemmija fl-Artikolu 8(1);
(g)kwalunkwe riżultat wara r-rieżami msemmija fl-Artikolu 8(4).
2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-deċiżjonijiet, u l-irtirar imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (c), (d), (e) u (g) disponibbli fuq sit web dedikat.
Artikolu 10
Sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar ksur tal-Artikolu 3
1.Sottomissjonijiet ta’ informazzjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew minn kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, lill-awtoritajiet kompetenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 3 għandu jkun fihom informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi jew il-prodotti kkonċernati u jipprovdu r-raġunijiet li jissostanzjaw l-allegazzjoni.
2.L-awtorità kompetenti għandha, mill-aktar fis possibbli, tinforma lill-persuna jew lill-assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tas-sottomissjoni tagħha.
3.Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 għandha tapplika għar-rapportar tal-ksur kollu ta’ dan ir-Regolament u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur bħal dan.
Artikolu 11
Bażi tad-data ta’ żoni jew ta’ prodotti b’riskju ta’ xogħol furzat
1.Il-Kummissjoni għandha titlob għarfien espert estern sabiex tipprovdi bażi tad-data indikattiva, mhux eżawrjenti, verifikabbli u aġġornata regolarment tar-riskji ta’ xogħol furzat f’żoni ġeografiċi speċifiċi jew fir-rigward ta’ prodotti speċifiċi inkluż fir-rigward ta’ xogħol furzat impost mill-awtoritajiet tal-Istat. Il-bażi tad-data għandha tkun ibbażata fuq il-linji gwida msemmijin fl-Artikolu 23(a), (b) u (c), u fuq is-sorsi esterni rilevanti ta’ informazzjoni minn, fost l-oħrajn, organizzazzjonijiet internazzjonali u awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi.
2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-data ssir disponibbli għall-pubbliku mill-għarfien espert estern sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3.L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu jew jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew li jesportaw prodotti li ma humiex imsemmijin fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew li ġejjin minn żoni li ma humiex imsemmijin f’dik il-bażi tad-data, għandhom ikunu meħtieġa wkoll jikkonformaw mal-Artikolu 3.
Artikolu 12
Awtoritajiet kompetenti
1.L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti deżinjati tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.
2.Meta l-Istati Membri jkunu ddeżinjaw aktar minn awtorità kompetenti waħda, huma għandhom jiddemarkaw b’mod ċar id-dmirijiet rispettivi u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni u ta’ koordinazzjoni li jippermettu lil dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib u jeżerċitaw dmirijiethom b’mod effettiv.
3.Mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom, permezz tas-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1), jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-informazzjoni li ġejja:
(a)l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati;
(b)l-oqsma ta’ kompetenza tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati.
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw regolarment l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
4.Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandha taġġorna regolarment dik il-lista, fuq il-bażi tal-aġġornamenti riċevuti mill-Istati Membri.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti deżinjati jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u bir-rispett dovut għall-obbligi tas-segretezza professjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħat u r-riżorsi neċessarji sabiex iwettqu l-investigazzjonijiet, inklużi riżorsi baġitarji u riżorsi oħrajn suffiċjenti u jikkoordinaw mill-qrib mal-ispezzjonijiet tax-xogħol nazzjonali u mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi, inklużi dawk responsabbli għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin.
6.L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jimponu penali f’konformità mal-Artikolu 30.
Artikolu 13
Kooperazzjoni amministrattiva u komunikazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti
1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura kooperazzjoni effiċjenti fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri billi tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju u l-ġbir ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fin-Network imsemmi fl-Artikolu 24.
Artikolu 14
Rikonoxximent tad-deċiżjonijiet
1.Deċiżjonijiet meħudin minn awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu rrikonoxxuti u infurzati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn sa fejn ikunu jikkonċernaw prodotti bl-istess identifikazzjoni u mill-istess katina tal-provvista li għalihom ikun ġie identifikat xogħol furzat.
2.Awtorità kompetenti li tkun irċeviet talba, permezz tas-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1), mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għal informazzjoni sabiex tiġi vverifikata kwalunkwe evidenza pprovduta minn operatur ekonomiku għandha tipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tar-riċevuta tat-talba.
3.Meta żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar jibdew investigazzjonijiet dwar l-istess prodotti jew operaturi ekonomiċi, l-awtorità ewlenija għandha tkun dik li l-ewwel tkun informat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn bid-deċiżjoni li tniedi investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(1)(b).
4.Qabel ma tniedi investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5, awtorità kompetenti għandha tivverifika fis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1) jekk hemmx awtorità ewlenija msemmija fil-paragrafu 3 li tkun qiegħda tinvestiga l-istess prodott u operatur ekonomiku.
5.Meta jkun hemm awtorità ewlenija kif imsemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu l-evidenza u l-informazzjoni kollha li jista’ jkollhom ma’ dik l-awtorità ewlenija sabiex jiffaċilitaw l-investigazzjoni u ma għandhomx jibdew investigazzjoni separata.
6.L-awtorità ewlenija għandha twettaq l-investigazzjoni u tadotta deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 6 fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-evidenza kollha quddiemha.
Kapitolu III
Prodotti li jidħlu jew joħorġu mis-suq tal-Unjoni
Artikolu 15
Kontrolli
1.Il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u għall-miżuri stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
2.L-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu hija mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodotti, b’mod partikolari l-Artikoli 46, 47, 134 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
3.L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, meta ma tkun ġiet introdotta l-ebda talba għal rieżami fil-limiti ta’ żmien imsemmijin fl-Artikolu 8(1) jew id-deċiżjoni tkun definittiva f’każ ta’ talba għal rieżami kif imsemmija fl-Artikolu 8(3), tikkomunika lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri:
(a)kwalunkwe deċiżjoni li jipprojbixxu t-tqegħid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni tagħhom, kif ukoll li jordnaw l-irtirar tal-prodotti diġà mqegħdin jew imqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni u d-disponiment tagħhom imsemmija fl-Artikolu 6(4);
(b)kwalunkwe deċiżjoni wara r-rieżami msemmija fl-Artikolu 8(3).
4.L-awtoritajiet doganali għandhom jiddependu mid-deċiżjonijiet ikkomunikati skont il-paragrafu 3 sabiex jidentifikaw prodotti li jistgħu ma jikkonformawx mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3. Għal dak l-għan, huma għandhom iwettqu kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu f’konformità mal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
5.L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rtirar tad-deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 6(6).
Artikolu 16
Informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidentifika l-prodotti jew il-gruppi ta’ prodotti li għalihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali, fost l-oħrajn, fuq il-bażi tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 11 jew tal-informazzjoni u tad-deċiżjonijiet kodifikati fis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1).
2.L-awtoritajiet doganali għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni li tidentifika l-prodott, informazzjoni dwar il-manifattur jew il-produttur u informazzjoni dwar il-fornituri tal-prodott fir-rigward ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu li jkunu ġew identifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jkunx diġà meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni doganali msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ulterjorment id-dettalji tal-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni għall-awtoritajiet doganali skont il-paragrafu 1.
4.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija skont l-Artikolu 29.
5.Meta prodott speċifiku jkun ġie identifikat f’deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(4), l-awtoritajiet doganali jeħtieġ li jkunu jistgħu jaġixxu minnufih, u għalhekk il-proċedura prevista fl-Artikolu 28 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 17
Sospensjoni
Meta l-awtoritajiet doganali jidentifikaw prodott li jidħol jew li joħroġ mis-suq tal-Unjoni li, f’konformità ma’ deċiżjoni riċevuta skont l-Artikolu 15(3), jista’ jikser l-Artikolu 3, huma għandhom jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dak il-prodott. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar is-sospensjoni u jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu jekk il-prodott ikunx kopert minn deċiżjoni kkomunikata skont l-Artikolu 15(3).
Artikolu 18
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni
1.Meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott tkun ġiet sospiża f’konformità mal-Artikolu 17, il-prodott għandu jiġi rrilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera jew jiġi esportat meta jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħrajn kollha relatati ma’ tali rilaxx jew esportazzjoni u meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)fi żmien erbat ijiem ta’ xogħol mis-sospensjoni, jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu lill-awtoritajiet doganali jżommu s-sospensjoni. Fil-każ ta’ prodotti li jitħassru malajr, ta’ annimali u ta’ pjanti, dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ jumejn ta’ xogħol;
(b)l-awtoritajiet kompetenti jkunu informaw lill-awtoritajiet doganali dwar l-approvazzjoni tagħhom għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni skont dan ir-Regolament.
2.Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 19
Rifjut tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni
1.Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li prodott li jkun ġie nnotifikat lilhom f’konformità mal-Artikolu 17 ikun prodott magħmul b’xogħol furzat skont deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(4), huma għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet doganali ma jirrilaxxawhx għaċ-ċirkolazzjoni libera u lanqas li jippermettu li jiġi esportat.
2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu minnufih dik l-informazzjoni fis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1) u jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali dwar dan. Wara t-tali notifika, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ dak il-prodott u għandhom jinkludu wkoll l-avviż li ġej fis-sistema doganali ta’ proċessar tad-data u, fejn possibbli, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodott u fuq kwalunkwe dokument ta’ akkumpanjament rilevanti ieħor:
“Prodott magħmul b’xogħol furzat - rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera/għall-esportazzjoni mhux awtorizzat - ir-Regolament (UE) XX/20XX” [OP jindika r-referenza ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 20
Miżuri fuq prodotti rrifjutati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni
Meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott ikun ġie rrifjutat f’konformità mal-Artikolu 19, l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-prodott ikkonċernat jiġi dispost f’konformità mal-liġi nazzjonali b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni. L-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom japplikaw kif xieraq.
Artikolu 21
Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni
1.Sabiex ikun jista’ jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu u sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli jkunu effettivi u li jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jiskambjaw informazzjoni relatata mar-riskju.
2.Il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju neċessarja għat-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, għandhom isiru bejn l-awtoritajiet li ġejjin:
(a)l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(b)l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Kapitolu IV
Sistemi ta’ informazzjoni, linji gwida u infurzar koordinat
Artikolu 22
Sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
1.Għall-finijiet tal-Kapitoli II u III, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom aċċess għal dik is-sistema għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.Id-deċiżjonijiet ikkomunikati skont l-Artikolu 15(3) għandhom jiddaħħlu fl-ambjent rilevanti ta’ ġestjoni tar-riskji doganali.
3.Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interkonnessjoni li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatizzata tad-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(3) mis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-ambjent imsemmi fil-paragrafu 4. Dik l-interkonnessjoni għandha tibda topera mhux aktar tard minn sentejn mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7, il-punt (b), fir-rigward ta’ dik l-interkonnessjoni.
4.It-talbiet u n-notifiki skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 17 sa 20 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-messaġġi li jsegwu għandhom isiru permezz tas-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
5.Il-Kummissjoni għandha toħloq interkonnessjoni bejn l-ambjenti tat-tieqa unika nazzjonali għad-dwana u s-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex tippermetti l-iskambju ta’ talbiet u ta’ notifiki bejn l-awtoritajiet doganali u kompetenti skont l-Artikoli 17 sa 20 ta’ dan ir-Regolament. Dik l-interkonnessjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta’ [CSW-CERTEX tal-UE skont ir-Regolament XX/20XX] 40 fi żmien erba’ snin mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7(c). L-iskambji msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom isiru permezz ta’ dik l-interkonnessjoni malli din tkun operazzjonali.
6.Il-Kummissjoni tista’ toħroġ mis-sistema ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 informazzjoni dwar prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tibgħatha lis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami skont l-Artikolu 29 sabiex tispeċifika r-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għal dan l-Artikolu, inklużi:
(a)il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-proċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar il-proċessar ta’ data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll, tas-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 4;
(b)il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-proċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar il-proċessar ta’ data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 3;
(c)id-data li għandha tiġi trażmessa bejn is-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-ambjenti tat-tieqa unika nazzjonali għad-dwana għall-finijiet tal-paragrafu 5;
(d)id-data li għandha tiġi trażmessa, kif ukoll ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-kontroll tagħha, f’konformità mal-paragrafu 6.
Artikolu 23
Linji Gwida
Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a)gwida dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat, li għandha tqis il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat, linji gwida u rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operaturi ekonomiċi;
(b)informazzjoni dwar l-indikaturi tar-riskju tax-xogħol furzat, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni indipendenti u verifikabbli, inklużi rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, u l-esperjenza mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tax-xogħol furzat;
(c)lista ta’ sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(d)aktar informazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan ir-Regolament;
(e)gwida għall-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 16 u, fejn xieraq, kwalunkwe dispożizzjoni oħra stabbilita fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Network tal-Unjoni Kontra Prodotti mix-Xogħol Furzat
1.Huwa stabbilit Network tal-Unjoni Kontra Prodotti mix-Xogħol Furzat (“in-Network”). In-Network għandu jservi bħala pjattaforma għall-koordinazzjoni u għall-kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu ssimplifikati l-prattiki ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni, u sabiex b’hekk l-infurzar isir aktar effettiv u koerenti.
2.In-Network għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru, minn rappreżentanti mill-Kummissjoni u, fejn xieraq, minn esperti mill-awtoritajiet doganali.
3.In-Network għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)jiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet komuni għall-attivitajiet ta’ infurzar, sabiex jiġu skambjati informazzjoni, għarfien espert u l-aħjar prattiki;
(b)iwettaq investigazzjonijiet konġunti;
(c)jiffaċilita l-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u jikkontribwixxi għal approċċi u għal prattiki amministrattivi uniformi bbażati fuq ir-riskju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri;
(d)jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ gwida sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi ta’ dan ir-Regolament;
(e)jippromwovi u jiffaċilita l-kollaborazzjoni sabiex jiġu esplorati l-possibbiltajiet għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament u għat-traċċabbiltà tal-prodotti;
(f)jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien espert u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali;
4.Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar permezz tan-Network u tipparteċipa fil-laqgħat tan-Network.
5.In-Network għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 25
Kunfidenzjalità
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw biss l-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.Meta ssirilhom talba, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw l-identità ta’ dawk li jipprovdu informazzjoni, jew l-informazzjoni pprovduta, bħala kunfidenzjali. Talba għall-kunfidenzjalità għandha tkun akkumpanjata minn sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni pprovduta jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex l-informazzjoni ma tistax tinġabar fil-qosor b’mod mhux kunfidenzjali.
3.Il-paragrafu 2 ma għandux jipprekludi lill-Kummissjoni milli tiddivulga informazzjoni ġenerali f’forma ta’ sommarju, dment li din l-informazzjoni ma jkunx fiha informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-fornitur tal-informazzjoni. Tali divulgazzjoni ta’ informazzjoni ġenerali f’forma sommarja għandha tqis l-interess leġittimu tal-partijiet ikkonċernati fil-prevenzjoni tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 26
Kooperazzjoni Internazzjonali
1.Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, kif xieraq, tikkoopera u tiskambja informazzjoni, fost l-oħrajn, ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u ma’ organizzazzjonijiet tan-negozju. Il-kooperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandha sseħħ b’mod strutturat bħala parti mill-istrutturi ta’ djalogu eżistenti jew, jekk ikun neċessarju, dawk speċifiċi li jinħolqu fuq bażi ad hoc.
2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kooperazzjoni, fost l-oħrajn, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, ma’ organizzazzjonijiet tan-negozju u ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jirriżultaw fl-iżvilupp tal-Unjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament li jappoġġaw l-isforzi tal-kumpaniji u tal-pajjiżi sħab fl-isforzi u fil-kapaċitajiet disponibbli lokalment fl-indirizzar tax-xogħol furzat.
Artikolu 27
Atti Delegati u Eżerċizzju tad-Delegazzjoni
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(1) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 41 .
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 28
Proċedura ta’ urġenza
1.L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 29
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 30
Penali
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(4) u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati f’konformità mal-liġi nazzjonali.
2.Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
3.Sa [OP, daħħal id-DATA = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, meta ma jkunux ġew innotifikati preċedentement, u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika minn [OP, daħħal ID-DATA = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprojbixxi prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Is-Suq Intern għal oġġetti u għal servizzi
[Il-politika kummerċjali komuni]
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 42
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-komunità internazzjonali impenjat ruħha li teqred ix-xogħol furzat sal-2030 (l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 8.7 tan-Nazzjonijiet Uniti). Madankollu, l-użu tiegħu għadu mifrux. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) stmat li n-numru globali ta’ persuni f’xogħol furzat huwa ta’ 27,6 miljun.
L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprojbixxi b’mod effettiv it-tqegħid u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat, inkluż it-tħaddim furzat tat-tfal. Il-projbizzjoni tkopri kemm prodotti domestiċi kif ukoll prodotti importati u esportati. Filwaqt li jibni fuq standards internazzjonali u jikkomplementa l-inizjattivi orizzontali u settorjali eżistenti tal-UE, b’mod partikolari d-diliġenza dovuta u l-obbligi ta’ trasparenza, ir-Regolament jgħaqqad projbizzjoni ma’ qafas ta’ infurzar robust u bbażat fuq ir-riskju.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru:
1. L-eradikazzjoni tax-xogħol furzat fl-UE u l-kontribut għat-tnaqqis tar-rikors għax-xogħol furzat fid-dinja.
2. L-istabbiliment u l-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet relatati max-xogħol furzat.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Il-proposta hija mistennija li toħloq qafas għall-identifikazzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat imqegħdin għad-dispożizzjoni fl-UE u għall-projbizzjoni sussegwenti tagħhom.
Dan jikkostitwixxi diżinċentiv kbir għall-użu tax-xogħol furzat għall-produzzjoni, għall-estrazzjoni, għall-ħsad jew għall-manifattura tal-prodotti u għat-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni fl-UE. Iġib ukoll kundizzjonijiet ekwi u jneħħi l-kompetizzjoni inġusta bbażata fuq prezzijiet aktar baxxi minħabba l-użu tax-xogħol furzat.
Peress li l-operaturi ekonomiċi jkollhom jindirizzaw il-kwistjonijiet tax-xogħol furzat fil-katina tal-provvista tagħhom sabiex jikkummerċjalizzaw dawn il-prodotti b’fiduċja fl-UE, jonqos in-numru ta’ vittmi tax-xogħol furzat. Barra minn hekk, l-att propost se jinkludi wkoll miżuri sabiex jiġi indirizzat ix-xogħol furzat promoss mill-Istat.
Bl-għodod li għandhom jiġu stabbiliti għal din il-proposta, l-operaturi ekonomiċi jkollhom aktar gwida u informazzjoni dwar kif jevitaw ix-xogħol furzat fil-katina tal-provvista tagħhom, u l-konsumaturi jiġu informati dwar il-prodotti li għalihom intuża x-xogħol furzat.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
In-numru ta’ investigazzjonijiet tal-fażi preliminari u ta’ investigazzjonijiet imwettqin;
In-numru ta’ prodotti identifikati li involvew xogħol furzat.
Il-volum ta’ prodotti rtirati mis-suq jew mhux permessi għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-fruntiera.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-regolament propost għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u se jkun applikabbli [24] xahar wara dik id-data.
Bi tħejjija għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se jkollha tħejji linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi ekonomiċi, fi żmien [18-il] xahar mid-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 23).
Il-Kummissjoni se tipprovdi bażi tad-data dwar iż-żoni u l-prodotti b’riskji ta’ xogħol furzat, filwaqt li titlob għarfien espert estern (l-Artikolu 11).
Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi r-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għas-sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (l-Artikolu 22) u sabiex tispeċifika ulterjorment id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti (l-Artikolu 7).
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
Il-firxa tax-xogħol furzat fid-dinja u l-importanza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi li jużaw ix-xogħol furzat huma raġunijiet konvinċenti sabiex tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE bl-għan li jitwaqqfu t-tqegħid u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ tali prodotti bl-għan ta’ kontribut għall-eradikazzjoni ta’ dan il-fenomenu.
L-azzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri biss fil-qasam x’aktarx li ma tkunx biżżejjed u effiċjenti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta. Il-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-infurzar Ewropej hija neċessarja għar-raġunijiet li ġejjin:
- Il-funzjonament tas-suq tal-Unjoni se jkun jirrikjedi dispożizzjonijiet komuni f’dan il-qasam.
- L-isforz ta’ infurzar irid ikun uniformi madwar l-Unjoni. Jekk l-infurzar ikun anqas strett f’xi partijiet tal-UE, jinħolqu żoni dgħajfa, li jistgħu jheddu l-interess pubbliku u joħolqu kundizzjonijiet kummerċjali inġusti.
Ir-riskji relatati max-xogħol furzat fil-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji spiss ikollhom effetti transfruntiera, li jilħqu lil diversi Stati Membri tal-Unjoni u/jew pajjiżi terzi. Dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ madwar l-UE kollha, b’ċertezza legali u b’kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji li joperaw fis-suq intern u lil hinn minnu.
Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)
Billi tipprojbixxi li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni, l-Unjoni se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-eradikazzjoni tax-xogħol furzat madwar id-dinja kollha. Dan se jkun ta’ benefiċċju wkoll għall-vittmi tax-xogħol furzat peress li l-operaturi ekonomiċi se jindirizzaw ix-xogħol furzat billi jieħdu l-miżuri xierqa sabiex iħallsu kumpensi, jikkoreġu l-kuntratti ta’ impjieg, eċċ. f’konformità mal-istandards internazzjonali dwar id-diliġenza dovuta.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Dan ir-regolament huwa azzjoni ġdida u ma hemm l-ebda esperjenza fil-passat fl-UE. Madankollu, fl-iżvilupp tiegħu, tgħallimna mill-esperjenza ta’ miżuri simili adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn pajjiżi sħab, b’mod partikolari mill-Istati Uniti tal-Amerka.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
Il-proposta hija prijorità politika tal-Kummissjoni Ewropea u twettaq l-impenn li tippromwovi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Hija komplementari għal proposti leġiżlattivi oħrajn tal-Kummissjoni bħall-proposta għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u l-proposta għal Regolament dwar ir-Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva.
Tibni fuq il-loġika ta’ leġiżlazzjoni oħra relatata mal-prodotti bħar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq. Barra minn hekk, l-istrument tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni neċessarju għall-infurzar ta’ dan ir-regolament huwa mibni fuq is-sistema maħluqa għar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq.
Fir-rigward tal-ħidma tal-awtoritajiet doganali u tal-proċeduri doganali, is-sistemi diġà stabbiliti għalihom se jiġu adattati sabiex jippermettu l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Peress li l-prodotti kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u minħabba n-natura ġdida tal-attivitajiet, dawn se jkunu neċessarji riżorsi umani addizzjonali, u riżorsi amministrattivi, kif ukoll approprjazzjonijiet operazzjonali.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin se jimplikaw kostijiet annwali għall-Kummissjoni:
• Linji gwida u bażi tad-data taż-żoni jew tal-prodotti b’riskju ta’ xogħol furzat (l-Artikoli 11 u 23)
• Network tal-Unjoni Kontra Prodotti mix-Xogħol Furzat (l-Artikolu 24) u l-Kumitat (l-Artikolu 27)
• Sistema tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (l-Artikolu 22)
Il-proposta se tkun ta’ durata mhux limitata. Il-Kummissjoni se sservi bħala s-segretarjat għan-Network tal-Unjoni Kontra Prodotti mix-Xogħol Furzat, u dan jirrikjedi riżorsi umani kostanti. Fir-rigward tas-Sistema tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, se jkun meħtieġ li jiġi stabbilit modulu ġdid tas-sistema eżistenti tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020, kif ukoll adattamenti tas-sistemi tal-informazzjoni għad-dwana. Il-linji gwida u l-bażi tad-data (fejn se jiġi pprovdut input estern) se jirrikjedu wkoll amministrazzjoni mill-Kummissjoni. Il-kompiti kollha huma stmati li jirrikjedu aktar riżorsi umani fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni.
Dawn id-dispożizzjonijiet huma stmati b’mod preliminari li jirrikjedu riżorsi umani kif muri hawn taħt f’Ekwivalenti Full-Time (FTEs). L-FTEs jinqasmu bejn id-DĠ GROW, id-DĠ KUMMERĊ u d-DĠ TAXUD, u jinvolvu persunal AD kif ukoll AST.
|
L-ewwel sena wara l-adozzjoni |
It-tieni sena wara l-adozzjoni |
Is-snin ta’ wara |
|
|
Linji gwida u bażi tad-data |
3 |
3 |
3 |
|
Network tal-Unjoni Kontra Prodotti mix-Xogħol Furzat, Kumitat |
6 |
3 |
3 |
|
Sistema tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni |
4 |
3 |
2 |
Barra minn hekk, il-proposta se ġġarrab nefqiet amministrattivi oħrajn. Dawn jikkonċernaw prinċipalment il-kostijiet relatati mas-Sistema tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, iżda wkoll kostijiet amministrattivi relatati mal-hosting tal-bażi tad-data, mal-pubblikazzjoni tal-linji gwida, u mal-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-Network u tal-Kumitat. Dawn il-kostijiet huma stmati għal EUR 4,3 miljun.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
durata limitata
– fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
– Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2024 sal-[2025],
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 43
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lill-korpi tal-liġi pubblika;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Japplikaw ir-regoli standard għall-monitoraġġ tan-nefqiet tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-mod ta’ ġestjoni għal din l-inizjattiva huwa l-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni u r-responsabbiltajiet tagħha fl-implimentazzjoni tagħha se jkunu jappartjenu għad-dipartimenti tagħha. Ir-raġunijiet huma:
- il-kontenut għoli ta’ politika bħall-iżvilupp tal-linji gwida;
- is-sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni diġà huma taħt il-kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni se tkun megħjuna minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji operazzjonali jirrigwardaw is-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u li tonqos milli tappoġġa b’mod effettiv il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet doganali.
Riskji operazzjonali rigward il-bażi tad-data dwar kemm din tkun operazzjonali u informattiva għall-awtoritajiet kompetenti.
Gwida:
Din tinkludi li jiġi spjegat kif il-kawżi li jwasslu għal rati għolja ta’ errur fil-programm(i) preċedenti qegħdin jiġu indirizzati issa, eż. billi jiġu ssimplifikati l-modalitajiet preċedentement kumplessi li kienu suxxettibbli għal errur u/jew billi jiġu intensifikati l-kontrolli (ex ante u/jew ex post) għal attivitajiet b’riskju għoli b’mod inerenti.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kostijiet tal-kontrolli huma negliġibbli meta mqabblin mal-approprjazzjonijiet għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni se jkunu soġġetti għall-kontrolli ex ante u ex post f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Kuntratti u ftehimiet li jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jintitolaw b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff 44 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 45 |
mill-pajjiżi kandidati 46 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
1 |
03.010101 - Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm għas-Suq Uniku |
Mhux diff. |
IVA |
IVA 47 |
IVA6 |
LE |
|
1 |
03.020101 - Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern tal-oġġetti u tas-servizzi |
Diff. |
IVA |
Pendenti6 |
Pendenti6 |
LE |
|
1 |
03.020107 – Sorveljanza tas-Suq |
Diff. |
IVA |
Pendenti6 |
Pendenti6 |
LE |
|
6 |
14.200402 - Relazzjonijiet kummerċjali esterni u Għajnuna għall-Kummerċ |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
1 |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
DĠ: GROW |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Snin ta’ wara |
TOTAL |
|||
|
□ Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||
|
Linja baġitarja 03.020101 - Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern tal-oġġetti u tas-servizzi |
Impenji |
(1a) |
0,602 |
0,612 |
0,425 |
0,375 |
0,000 |
2,014 |
|
|
Pagamenti |
(2a) |
0,301 |
0,607 |
0,519 |
0,400 |
0,187 |
2,014 |
||
|
Linja baġitarja 03.020107 – Sorveljanza tas-Suq |
Impenji |
(1b) |
0,182 |
0,182 |
0,075 |
0,075 |
0,000 |
0,514 |
|
|
Pagamenti |
(2b) |
0,050 |
0,134 |
0,155 |
0,100 |
0,075 |
0,514 |
||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 48 |
|||||||||
|
Linja baġitarja 03.010101 - Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm tas-Suq Uniku |
(3) |
0 |
0 |
0,062 |
0,062 |
0,000 |
0,124 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
0,784 |
0,794 |
0,562 |
0,512 |
0,000 |
2,652 |
|
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
0,351 |
0,741 |
0,736 |
0,562 |
0,150 |
2,652 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali |
Impenji |
(4) |
0,784 |
0,794 |
0,500 |
0,450 |
0,000 |
2,528 |
|
Pagamenti |
(5) |
0,351 |
0,741 |
0,674 |
0,500 |
0,262 |
2,528 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
(6) |
0,000 |
0,000 |
0,062 |
0,062 |
0,000 |
0,124 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0,784 |
0,794 |
0,562 |
0,512 |
0,000 |
2,652 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,351 |
0,741 |
0,736 |
0,562 |
0,262 |
2,652 |
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
6 |
Il-Viċinat u d-Dinja |
|
DĠ: KUMMERĊ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Snin ta’ wara |
TOTAL |
|||
|
□ Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||
|
Linja baġitarja - 14.200402 - Relazzjonijiet kummerċjali esterni u Għajnuna għall-Kummerċ 50 |
Impenji |
(1a) |
0,750 |
0,300 |
0,300 |
0,300 |
0,000 |
1,650 |
|
|
Pagamenti |
(2a) |
0,200 |
0,600 |
0,300 |
0,300 |
0,250 |
1,650 |
||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 51 |
|||||||||
|
Linja baġitarja |
(3) |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
0,750 |
0,300 |
0,300 |
0,300 |
0,000 |
1,650 |
|
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
0,200 |
0,600 |
0,300 |
0,300 |
0,250 |
1,650 |
||
|
|
Impenji |
(4) |
0,750 |
0,300 |
0,300 |
0,300 |
0,000 |
1,650 |
|
Pagamenti |
(5) |
0,200 |
0,600 |
0,300 |
0,300 |
0,250 |
1,650 |
|
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
(6) |
|||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0,750 |
0,300 |
0,300 |
0,300 |
0,000 |
1,650 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,200 |
0,600 |
0,300 |
0,300 |
0,250 |
1,650 |
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
Impenji |
(4) |
1,534 |
1,094 |
0,800 |
0,750 |
0,000 |
4,178 |
|
Pagamenti |
(5) |
0,551 |
1,341 |
0,974 |
0,800 |
0,512 |
4,178 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
(6) |
0,000 |
0,000 |
0,062 |
0,062 |
0,000 |
0,124 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
1,534 |
1,094 |
0,862 |
0,812 |
0,000 |
4,302 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,551 |
1,341 |
1,036 |
0,862 |
0,512 |
4,302 |
|
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||
|
DĠ: GROW |
|||||||
|
□ Riżorsi umani |
0,883 |
0,484 |
0,327 |
0,327 |
2,021 |
||
|
□ Nefqa amministrattiva oħra |
|||||||
|
TOTAL TAD-DĠ GROW |
Approprjazzjonijiet |
0,883 |
0,484 |
0,327 |
0,327 |
2,021 |
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|
|
DĠ: TAXUD |
|||||||
|
Riżorsi umani |
0,242 |
0,242 |
0,242 |
0,242 |
0,968 |
||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
|
|
|
|
|
||
|
TOTALI TAD-DĠ TAXUD |
Approprjazzjonijiet |
0,242 |
0,242 |
0,242 |
0,242 |
0,968 |
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||
|
DĠ: KUMMERĊ |
|||||||
|
□ Riżorsi umani |
0,484 |
0,399 |
0,399 |
0,399 |
1,681 |
||
|
□ Nefqa amministrattiva oħra |
|||||||
|
TOTAL TAD-DĠ KUMMERĊ |
Approprjazzjonijiet |
0,484 |
0,399 |
0,399 |
0,399 |
1,681 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
1,609 |
1,125 |
0,968 |
0,968 |
4,670 |
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Snin ta’ wara |
TOTAL |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
3,143 |
2,219 |
1,830 |
1,780 |
0,000 |
8,972 |
|
|
Pagamenti |
2,160 |
2,466 |
2,004 |
1,830 |
0,512 |
8,972 |
||
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 52 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 53 … |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
|||||
|
Riżorsi umani |
1,609 |
1,125 |
0,968 |
0,968 |
4,670 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
|||||
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
1,609 |
1,125 |
0,968 |
0,968 |
4,670 |
|
Barra mill-INTESTATURA 7
54
|
|||||
|
Riżorsi umani |
|||||
|
Nefqa oħra
|
0,000 |
0,000 |
0,062 |
0,062 |
0,124 |
|
Subtotal
|
0,000 |
0,000 |
0,062 |
0,062 |
0,124 |
|
TOTAL |
1,609 |
1,125 |
1,030 |
1,030 |
4,794 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
7 |
5 |
4 |
4 |
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|||||
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|||||
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
6 |
4 |
4 |
4 |
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||
|
XX 01 xx yy zz 55 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
|||||
|
01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta) |
|||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||
|
TOTAL |
13 |
9 |
8 |
8 |
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
L-uffiċjali u l-persunal temporanju se jabbozzaw linji gwida għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti, jistabbilixxu laqgħat u jikkoordinaw mas-servizzi tal-Kummissjoni għall-infurzar tar-Regolament propost. Huma se jħejju wkoll il-laqgħat tan-network u jiżguraw il-faċilitazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, jimmaniġġjaw l-ICSMS u s-sit web u jiżguraw li d-domandi tal-partijiet ikkonċernati kollha jitwieġbu meta jkun xieraq. |
|
Persunal estern |
Il-Persunal estern se jipprovdi assistenza addizzjonali lill-Uffiċjali u lill-persunal temporanju fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Barra minn hekk, huma se jwettqu kompiti li ma humiex koperti mill-kompetenzi tal-Uffiċjali u tal-persunal temporanju, u kompiti eċċezzjonali oħrajn li jistgħu jinqalgħu, inkluż xogħol speċjalizzat. |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
– tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Ir-riallokazzjoni se tiġi kkunsidrata l-ewwel fi ħdan il-Programm tas-Suq Uniku.
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
– teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
– ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
– tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
Impatt stmat fuq id-dħul
– Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
– Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
– fuq ir-riżorsi proprji
– fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 57 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).