Nru.
|
Punt fl-aġenda
|
Proponent
|
Kummenti
|
Pożizzjoni
|
Ċerimonja tal-ftuħ
|
|
L-ebda dokument
|
|
Diskorsi ta’ merħba
|
|
L-ebda dokument
|
|
Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji
|
1.
|
Elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II
|
|
L-ebda dokument
|
|
2.
|
Adozzjoni tal-aġenda
CoP19 Dok. 2
|
Seg.
|
|
|
3.
|
Adozzjoni tal-programm ta’ ħidma
CoP19 Dok. 3
|
|
|
|
4.
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet
|
|
|
|
|
4.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP19 Dok. 4.1
|
SC
|
Appoġġa l-emendi rakkomandati għall-Artikolu 7. Appoġġa l-emendi rakkomandati għall-Artikolu 25.6 u isħaq fuq l-importanza li kwalunkwe bidla fl-ordni tal-votazzjoni trid tkun eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq mill-President fil-laqgħa.
|
+
|
|
4.2
|
Emenda proposta għall-Artikolu 26
CoP19 Dok. 4.2
|
Il-Botswana u ż-Żimbabwe
|
Irrifjuta l-proposta peress li tmur kontra l-Artikolu XV tal-Konvenzjoni, li jimplika vot wieħed għal kull parti. Din il-bidla tirriżulta f’negozjati kkumplikati ħafna qabel kull votazzjoni.
|
-
|
5.
|
Kumitat tal-Kredenzjali
|
|
|
|
|
5.1
|
L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kredenzjali
|
|
L-ebda dokument
|
|
|
5.2
|
Rapport tal-Kumitat tal-Kredenzjali
|
|
L-ebda dokument
|
|
6.
|
Ammissjoni tal-osservaturi
CoP19 Dok. 6
|
|
|
|
7.
|
Amministrazzjoni, finanzi u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet
|
|
|
|
|
7.1
|
Amministrazzjoni tas-Segretarjat
CoP19 Dok. 7.1
|
Seg.
|
|
|
|
7.2
|
Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn
CoP19 Dok. 7.2
|
UNEP
|
|
|
|
7.3
|
Rapporti finanzjarji għall-2020-2022
CoP19 Dok. 7.3
|
|
|
|
|
7.4
|
Baġit u programm ta’ ħidma għall-2023 sal-2025
CoP19 Dok. 7.4
|
|
|
|
|
7.5
|
Aċċess għall-finanzjament
CoP19 Dok. 7.5
|
|
|
|
|
7.6
|
Proġett tad-delegati sponsorjati
CoP19 Dok. 7.6
|
Seg.
|
Appoġġa l-proposta peress li l-ħidma amministrattiva relatata mal-espansjoni tal-Programm għall-SC u għall-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti se tkun ta’ piż akbar għas-Segretarjat.
|
+
|
8.
|
Strateġija lingwistika għall-Konvenzjoni
CoP19 Dok. 8
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
Kwistjonijiet strateġiċi
|
9.
|
Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat
|
|
|
|
|
9.1
|
Il-Kumitat Permanenti
|
|
|
|
|
|
9.1.1
|
Rapport tal-President
CoP19 Dok. 9.1.1
|
|
|
|
|
|
9.1.2
|
Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti
|
|
L-ebda dokument
|
|
|
9.2
|
Il-Kumitat tal-Annimali
|
|
|
|
|
|
9.2.1
|
Rapport tal-President
CoP19 Dok. 9.2.1
|
AC
|
|
|
|
|
9.2.2
|
Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti
|
|
L-ebda dokument
|
|
|
9.3
|
Il-Kumitat tal-Pjanti
|
|
|
|
|
|
9.3.1
|
Rapport tal-President
CoP19 Dok. 9.3.1
|
PC
|
|
|
|
|
9.3.2
|
Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti
|
|
L-ebda dokument
|
|
10.
|
Viżjoni Strateġika tas-CITES
CoP19 Dok. 10
|
SC
|
Appoġġa s-sett ta’ deċiżjonijiet. L-indikaturi jistgħu jiġu mmodifikati aktar skont l-iżviluppi fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020.
|
(+)
|
11.
|
Speċijiet elenkati fl-Appendiċi-I
CoP19 Dok. 11
|
AC, PC
|
Appoġġa l-proposta, filwaqt li tibqa’ miftuħ għal diskussjoni dwar l-aġġustamenti għall-proċess propost jekk jiġu ssuġġeriti minn Partijiet oħra.
|
+
|
12.
|
Rapport dwar il-Kummerċ Dinji fil-Fawna u Flora Selvaġġa
CoP19 Dok. 12
|
L-Afrika t’Isfel
|
L-idea tar-rapport u tal-grupp ta’ ħidma intersessjonali ġeneralment hija appoġġata. Madankollu, għad hemm xi inċertezzi fil-proposta. Għalhekk, tista’ tiġi appoġġata biss jekk jinbeda proċess, permezz ta’ sett ta’ deċiżjonijiet, biex jiġi ddefinit aħjar ir-rapport bil-għan li tittieħed deċiżjoni fil-CoP20, jew jekk il-proposta tittejjeb matul is-CoP biex tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kontenut tar-rapport.
|
(+)
|
13.
|
L-involviment tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali
CoP19 Dok. 13
|
SC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjoni li jiġu adottati d-deċiżjonijiet riveduti li jinsabu fl-Anness 1 tad-dokument.
|
+
|
14.
|
Għajxien
CoP19 Dok. 14
|
SC
|
Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet riveduti u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.37 u 18.36.
|
+
|
15.
|
Mekkaniżmi parteċipattivi għall-komunitajiet rurali fis-CITES
CoP19 Dok. 15
|
L-Eswatini, in-Namibja u ż-Żimbabwe
|
Opponi l-proposti bħala dokument awtonomu. Filwaqt li s-suġġett huwa importanti, diġà hemm żewġ proċessi separati taħt is-CITES li jiffukaw fuq l-IPLC (ara l-punti 13 u 14 tal-aġenda).
Sabiex ikunu aktar effiċjenti u konsistenti fir-rigward tal-involviment tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali kif ukoll rurali, il-proponenti għandhom jallinjaw il-proposta tagħhom mal-proċessi taħt il-punti 13 u 14 tal-aġenda, u għandhom jissottomettuha fil-grupp ta’ ħidma rispettiv jew fiż-żewġ gruppi ta’ ħidma, kif xieraq, għall-kunsiderazzjoni.
|
(-)
|
16.
|
Bini tal-kapaċitajiet
CoP19 Dok. 16
|
SC
|
Appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni u s-sett ta’ proposti biex titkompla l-ħidma fuq qafas integrat għall-bini tal-kapaċitajiet. Jistgħu jkunu meħtieġa xi kjarifiki żgħar b’mod partikolari biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 2b fl-abbozz ta’ riżoluzzjoni.
|
+
|
17.
|
Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u ftehimiet ambjentali multilaterali
|
|
|
|
|
17.1
|
Kooperazzjoni ma’ konvenzjonijiet oħrajn marbuta mal-bijodiversità
CoP19 Dok. 17.1
|
SC
|
Appoġġa, peress li s-sinerġiji fost l-MEAs tal-bijodiversità għandhom ikomplu jissaħħu u jixraq li l-SC jirrieżamina regolarment il-kwistjonijiet.
|
+
|
|
17.2
|
Kooperazzjoni mal-Istrateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti
CoP19 Dok. 17.2
|
PC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet il-ġodda.
|
+
|
|
17.3
|
Kooperazzjoni mal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi
CoP19 Dok. 17.3
|
SC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness I tad-dokument.
|
+
|
|
17.4
|
Inizjattiva Konġunta dwar il-Karnivori tal-Afrika tas-CITES u s-CMS
CoP19 Dok. 17.4
|
Seg.
|
Appoġġa dan l-abbozz tad-deċiżjoni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti lill-AC u biex is-Segretarjat jingħata pariri xierqa dwar l-Inizjattiva dwar il-Karnivori tal-Afrika, kif issuġġerit mill-AC u minn diversi organizzazzjonijiet tal-osservaturi.
|
+
|
|
17.5
|
Konsorzju Internazzjonali dwar
il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa
CoP19 Dok. 17.5
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
18.
|
Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti
CoP19 Dok. 18
|
Seg.
|
Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjoni 18.38 dwar il-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi kif ġiet implimentata.
|
+
|
19.
|
CITES u l-foresti
CoP19 Dok. 19
|
Seg.
|
Appoġġa l-proposta iżda meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Issuġġerixxi li l-PC jista’ jiġi kkonsultat dwar it-termini ta’ referenza tal-istudju (possibbilment permezz tal-President biex il-proċess isir aktar sempliċi).
|
(+)
|
20.
|
Il-programm tal-ispeċijiet tas-siġar
CoP19 Dok. 20
|
Seg.
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u ħeġġeġ lill-partijiet kollha jibnu fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Ispeċijiet tas-Siġar tas-CITES iffinanzjat mill-UE u jkomplu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-CITES fir-rigward tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati.
|
+
|
21.
|
Rieżami tal-programm ETIS
CoP19 Dok. 21
|
SC
|
Ir-rakkomandazzjonijiet kollha jistgħu jiġu appoġġati. L-UE minn dejjem kienet tappoġġa bil-qawwa l-programm ETIS u għandha tagħti appoġġ b’mod attiv.
|
+
|
22.
|
Il-programmi MIKE u ETIS
CoP19 Dok. 22
|
SC
|
Appoġġa l-proposta, iżda għandu jiġi enfasizzat li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-MIKE u tal-ETIS.
|
+
|
23.
|
Ir-rwol tas-CITES fit-tnaqqis tar-riskju li jfeġġ mard żoonotiku fil-futur assoċjat mal-kummerċ internazzjonali ta’ organiżmi selvaġġi
CoP19 Dok. 23
|
|
|
|
|
23.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 23.1
|
SC
|
Ilqa’ l-ħidma li saret mill-grupp ta’ ħidma intersessjonali. Appoġġa d-deċiżjonijiet u l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.21 (Rev. CoP16) dwar it-trasport ta’ eżemplari ħajjin.
|
+
|
|
23.2
|
Saħħa Waħda u CITES:
Ir-riskji għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali mill-kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi
CoP19 Dok. 23.2
|
Il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Gambja, il-Liberja, in-Niġerja u s-Senegal
|
Appoġġa wħud mill-elementi fl-abbozz ta’ riżoluzzjoni, bħall-użu ta’ definizzjonijiet internazzjonali, u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, u ssuġġerixxi l-integrazzjoni tagħhom fid-Dok 23.1.
Opponi l-elementi l-oħra li jmorru lil hinn mill-mandat tas-CITES jew li ma humiex ċari.
|
(-)
|
24.
|
L-implikazzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni
CoP19 Dok. 24
|
Seg.
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet proposti mis-Segretarjat biex jiġi żgurat li l-laqgħat u l-ħidma intersessjonali tas-CITES ikunu jistgħu jsiru wkoll meta jkunu qegħdin jiġu ffaċċjati kwistjonijiet operattivi eċċezzjonali.
|
+
|
25.
|
Pjan ta’ azzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru
CoP19 Dok. 25
|
Il-Panama
|
Huwa ġeneralment appoġġat li jiġu esplorati u indirizzati kwistjonijiet relatati mal-ġeneru b’mod effettiv. Madankollu, għandu jiġi ddefinit minn qabel liema rwol u liema forma għandu jieħu pjan ta’ azzjoni fil-kuntest tas-CITES.
|
(+)
|
Kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u implimentazzjoni
|
Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti
|
|
|
|
26.
|
Rieżami tar-Riżoluzzjonijiet
CoP19 Dok. 26
|
Seg.
|
Appoġġa l-bidliet fir-Riżoluzzjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjoni 14.81 jekk il-bidla rilevanti għar-Riżoluzzjoni Konf. 14.8 (Rev. CoP17) tiġi adottata.
|
+
|
27.
|
Rieżami tad-Deċiżjonijiet
CoP19 Dok. 27
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
Konformità u infurzar ġenerali
|
|
|
|
28.
|
Liġijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni
CoP19 Dok. 28
|
Seg.
|
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 1 għad-dokument CoP18 Dok. 26, kif ukoll it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.62-18.67.
|
+
|
29.
|
Kwistjonijiet ta’ konformità tas-CITES
|
|
|
|
|
29.1
|
L-implimentazzjoni tal-Artikolu XIII u tar-Riżoluzzjoni Konf. 14.3 (Rev. CoP18)
dwar il-proċeduri ta’ konformità tas-CITES
CoP19 Dok. 29.1
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
|
29.2
|
Totoaba (Totoaba macdonaldi)
CoP19 Dok. 29.2
|
|
|
|
|
|
29.2.1
|
Rapport tas-Segretarjat
CoP19 Dok. 29.2.1
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
|
|
29.2.2
|
Deċiżjonijiet imġedda u aġġornati għas-CoP19
CoP19 Dok. 29.2.2
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Għandu jitqies flimkien mad-Dok. 29.2.1, li ma kienx disponibbli fit-22/07/2022.
|
|
|
29.3
|
Ebanu tal-Madagascar (Diospyros spp.) u palissandri u injam dagħmi
(Dalbergia spp.)
CoP19 Dok. 29.3
|
Seg. f’konsultazzjoni mal-President tal-SC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet; b’mod partikolari, biex il-Madagascar jiżgura l-ħażniet kollha u biex il-Partijiet ma jaċċettawx esportazzjonijiet (mill-ġdid) għal skopijiet kummerċjali mill-Madagascar ta’ eżemplari ta’ Diospyros spp (#5) jew Dalbergia spp (#15) sakemm il-Madagascar ikun għamel Sejba ta’ Akkwist Legali u Sejba ta’ Nuqqas ta’ Detriment għal dawn l-ispeċijiet fil-livell nazzjonali li jissodisfaw lis-Segretarjat.
|
+
|
30.
|
Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità
CoP19 Dok. 30
|
SC
|
Appoġġa d-deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità. Itlob iż-żieda tal-baġit preliminari u tas-sorsi ta’ finanzjament.
|
+
|
31.
|
Rieżamijiet tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti madwar il-pajjiżi kollha CoP19 Dok. 31
|
SC, jinkorpora l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti
mill-Presidenti tal-AC u tal-PC
|
Appoġġa, peress li hija meħtieġa evalwazzjoni ta’ jekk il-kwistjonijiet identifikati fir-Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti madwar il-pajjiż kollu għall-Madagascar humiex indirizzati biżżejjed.
|
+
|
32.
|
Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP18) dwar il-Konformità u l-infurzar
CoP19 Dok. 32
|
SC
|
Appoġġa l-adozzjoni tal-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP18).
|
+
|
33.
|
Kwistjonijiet ta’ infurzar
CoP19 Dok. 33
|
Seg.
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, filwaqt li tisħaq fuq l-importanza li jkompli jiġi promoss l-infurzar attiv tal-Konvenzjoni fil-livell nazzjonali u fil-livell internazzjonali li jiddependi fuq kollox mill-fatt li l-istituzzjonijiet tal-infurzar ikollhom biżżejjed kapaċità u mill-ispeċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom.
|
+
|
34.
|
Rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali
CoP19 Dok. 34
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
35.
|
Task Force dwar il-kummerċ illegali ta’ eżemplari ta’ speċijiet ta’ siġar elenkati mis-CITES
CoP19 Dok. 35
|
SC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet: a) ħu nota tad-dokument, inkluż l-emenda proposta għall-abbozz tad-deċiżjoni 19.CC dwar l-Identifikazzjoni tal-injam u ta’ prodotti oħra tal-injam, kif ippreżentata mill-PC fid-dokument CoP19 Dok 44.2; b) it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.79 u 18.80 dwar l-infurzar.
|
+
|
36.
|
Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fl-Afrika tal-Punent u fl-Afrika Ċentrali
|
|
|
|
|
36.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 36.1
|
SC
|
Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti. Ħeġġeġ lill-Partijiet fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali biex jagħmlu sforzi biex isaħħu l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-CITES. Ħeġġeġ lill-Partijiet l-oħra, lill-organizzazzjonijiet governattivi, intergovernattivi u mhux governattivi u lill-partijiet ikkonċernati interessati biex jipprovdu appoġġ lil dawn is-subreġjuni.
|
+
|
|
36.2
|
Il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi u l-appoġġ tas-CITES għall-infurzar
fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali
CoP19 Dok. 36.2
|
Il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Liberja, in-Niġerja u s-Senegal
|
Appoġġa b’mod ġenerali l-idea iżda taqbilx mal-prijoritizzazzjoni ta’ reġjun wieħed. Il-fond possibbli għandu jkun miftuħ għall-Partijiet kollha. Irid jiġi evalwat jekk jeżistux għażliet oħra biex il-kwistjonijiet jiġu indirizzati aktar malajr. Aqbel fil-prinċipju mal-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.CC u 19.DD, li madankollu jeħtieġu kjarifika. Taqbilx ma’ 19.EE - is-Segretarjat tas-CITES ma għandux ikun involut fil-ġbir ta’ fondi għal laqgħat organizzati minn organizzazzjonijiet oħra.
Toġġezzjonax għall-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma intersessjonali jekk il-pajjiżi tal-ECOWAS iqisuh utli u mixtieq.
|
0
|
37.
|
Il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi b’rabta mal-Internet
CoP19 Dok. 37
|
Seg.
|
Appoġġa l-bidliet fir-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP18) u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet. Issuġġerixxi li flimkien mal-aħjar prattiki, għandhom jiġu identifikati wkoll “liġijiet nazzjonali” implimentati mill-Partijiet (minbarra d-Deċiżjoni 19.AA proposta).
|
+
|
38.
|
Tnaqqis fid-domanda biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali
CoP19 Dok. 38
|
SC
|
Appoġġa l-adozzjoni tal-gwida fil-CoP19. Appoġġa wkoll l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet u emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.4 biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-gwida għall-Partijiet fil-lingwi kollha tas-CITES u biex il-Partijiet jiġu mħeġġa jużawha.
|
+
|
39.
|
Swieq domestiċi għall-eżemplari li spiss isir kummerċ illegali tagħhom
CoP19 Dok. 39
|
SC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet.
|
+
|
Regolament dwar il-kummerċ
|
|
|
|
40.
|
Gwida biex isiru sejbiet ta’ akkwist legali
CoP19 Dok. 40
|
SC
|
Il-pożizzjoni tal-UE se tiġi żviluppata wara li jkun sar il-workshop ippjanat dwar is-Sejbiet ta’ Akkwist Legali (Awwissu 2022), u ladarba d-dokument aġġornat isir disponibbli.
|
|
41.
|
Is-sistemi elettroniċi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-Awtentikazzjoni u l-kontroll tal-permessi
CoP19 Dok. 41
|
SC
|
Appoġġa l-konklużjoni tal-istudju dwar l-awtentikazzjoni u l-kontroll tal-permessi. Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP18) dwar il-permessi u ċ-ċertifikati bis-suġġeriment li jiġu kkunsidrati aktar is-sistemi organizzati fuq arkitettura ta’ hub. Appoġġa l-emendi proposti għar-riżoluzzjoni Konf.11.3 (Rev. COP18) dwar il-konformità u l-infurzar b’mod partikolari biex id-dwana tkun tista’ taċċessa informazzjoni fil-bażijiet tad-data tal-permessi tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni.
|
(+)
|
42.
|
Kodiċijiet tal-iskopijiet fuq il-permessi u ċ-ċertifikati tas-CITES
CoP19 Dok. 42
|
SC
|
Aqbel mal-emendi ssuġġeriti għar-riżoluzzjonijiet rilevanti u appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti biex jiġi stabbilit mill-ġdid grupp ta’ ħidma intersessjonali konġunt ħalli jiġi rieżaminat aktar l-użu ta’ kodiċijiet tal-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet mill-Partijiet u biex jitkomplew fost l-oħrajn id-diskussjonijiet dwar il-kodiċijiet tal-iskopijiet P u T.
|
+
|
43.
|
Sejbiet mhux ta’ detriment
|
|
|
|
|
43.1
|
Rapport tal-Kumitati tal-Annimali u l-Pjanti
CoP19 Dok. 43.1
|
AC, PC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet miftiehma fl-AC31 u l-PC25.
|
+
|
|
43.2
|
Is-sejbiet mhux ta’ detriment għall-eżemplari tal-ispeċijiet tal-Appendiċi II meħuda fl-ambjent tal-baħar mhux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat
CoP19 Dok. 43.2
|
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet, peress li dawn jallinjaw mal-inizjattiva li għaddejja biex jissaħħu s-sinerġiji bejn is-CITES u s-sajd bil-għan li tittejjeb il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u r-raj elenkati fis-CITES u mhedda.
|
+
|
44.
|
Materjali ta’ identifikazzjoni
|
|
|
|
|
44.1
|
Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.19 (Rev. CoP16)
CoP19 Dok. 44.1
|
SC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet.
|
+
|
|
44.2
|
L-identifikazzjoni ta’ njam u prodotti oħra tal-injam
CoP19 Dok. 44.2
|
PC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet peress li matul is-snin inġabret ħafna informazzjoni u jkun utli li tinġabar f’post wieħed.
|
+
|
45.
|
Sistema ta’ tikkettar għall-kummerċ tal-kavjar
CoP19 Dok. 45
|
SC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti u t-tħassir tad-Deċiżjoni 18.146.
Issuġġerixxi li jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma intersessjonali tal-SC li jista’ jibda l-ħidma tiegħu ladarba jkunu disponibbli l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat.
|
+
|
46.
|
Kummerċ tal-qroll ġebli
CoP19 Dok. 46
|
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha
|
Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.
|
+
|
47.
|
Eżemplari prodotti permezz tal-bijoteknoloġija
CoP19 Dok. 47
|
SC, Seg.
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, speċjalment għal laqgħa ta’ speċjalisti biex tiġi żviluppata ċ-ċarezza dwar id-definizzjonijiet u l-kwistjonijiet tal-konservazzjoni.
|
+
|
48.
|
Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli”
CoP19 Dok. 48
|
SC
|
Appoġġa l-approvazzjoni taż-żewġ dokumenti ta’ gwida mhux vinkolanti.
Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjoni fl-Anness 3.
|
+
|
49.
|
Introduzzjoni mill-baħar
CoP19 Dok. 49
|
SC
|
Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti.
|
+
|
50.
|
Rimi ta’ eżemplari kkonfiskati
CoP19 Dok. 50
|
SC
|
Appoġġa l-abbozz propost tad-deċiżjonijiet tal-CoP19 kif irrakkomandat mill-SC74 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.159 sa 18.164.
|
+
|
51.
|
Kwoti għat-trofej tal-kaċċa tal-leopardi (Panthera pardus)
CoP19 Dok. 51
|
SC
|
Appoġġa l-emendar tal-paragrafu 1a) tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.14 (Rev. CoP16).
|
+
|
52.
|
Trasport ta’ eżemplari ħajjin:
it-titjib tal-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport
CoP19 Dok. 52
|
Il-Kanada, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja, il-Messiku, in-Niġerja, is-Senegal u l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti u l-bidliet fir-riżoluzzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għar-Regolamenti tal-IATA. Kjarifika tal-iskop tal-ewwel bidla (minuri) fir-Riż. Konf 10.21 (l-inklużjoni ta’ “irrispettivament mill-metodu tat-trasport”).
|
+
|
Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ
|
|
|
|
53.
|
Rieżami tad-dispożizzjonijiet tas-CITES relatati mal-kummerċ ta’ eżemplari tal-annimali
u tal-pjanti mhux ta’ oriġini selvaġġa
CoP19 Dok. 53
|
SC
|
Appoġġa l-kontinwazzjoni tal-grupp ta’ ħidma intersessjonali minħabba li l-kwistjonijiet indirizzati huma kumplessi u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jiġu diskussi l-punti kollha fil-mandat.
|
+
|
54.
|
Rieżami tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 dwar ir-Rieżami tal-kummerċ
ta’ eżemplari tal-annimali rrapportati bħala mrobbija fil-magħluq
CoP19 Dok. 54
|
Seg. f’isem l-SC u f’konsultazzjoni mal-President tal-AC.
|
Appoġġa b’mod ġenerali iżda hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex tiġi skrutinizzata l-formulazzjoni tal-emendi tar-Riżoluzzjoni u tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet u l-impatt tagħhom.
|
(+)
|
55.
|
Reġistrazzjoni ta’ operazzjonijiet li jnisslu
Appendiċi-I speċijiet ta’ annimali miżmuma fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali
CoP19 Dok. 55
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa b’mod ġenerali l-proposta peress li l-bidliet issuġġeriti jistgħu jkunu utli, madankollu huwa meħtieġ aktar skrutinju.
|
(+)
|
56.
|
Gwida dwar it-terminu “propagat artifiċjalment”
CoP19 Dok. 56
|
PC
|
Appoġġa l-proposta, madankollu, għad hemm mistoqsijiet dwar l-injam tal-agar, l-użu tal-kodiċi tas-sors Y, u kwistjonijiet oħra li jridu jiġu ċċarati.
|
(+)
|
57.
|
Eżemplari mkabbra minn żrieragħ jew spori miġbura mis-selvaġġ li jitqiesu li huma propagati artifiċjalment
CoP19 Dok. 57
|
PC f’konsultazzjoni mal-President tal-SC
|
Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.179 - 18.181 hekk kif jitlesta x-xogħol.
|
+
|
Kwistjonijiet speċifiċi skont l-ispeċijiet
|
58.
|
Avultuni tal-Afrika tal-Punent (Accipitridae spp.)
CoP19 Dok. 58
|
SC f’konsultazzjoni mas-Seg.
|
Aqbel li jiġu adottati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet 19.AA sa 19.FF li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 18.186 sa 18.192.
|
+
|
59.
|
Kummerċ illegali taċ-ċiti
(Acinonyx jubatus)
CoP19 Dok. 59
|
L-Etjopja
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet peress li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat il-kompitu tat-Task Force tal-Qtates il-Kbar u tal-pajjiżi tal-medda, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni implikati biex isir aktar progress.
|
+
|
60.
|
Konservazzjoni tal-amfibji
(Amphibia spp.)
CoP19 Dok. 60
|
AC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet peress li ma nġabritx biżżejjed data dwar l-ispeċijiet amfibji fil-kummerċ internazzjonali.
|
+
|
61.
|
Sallur
(Anguilla spp.)
CoP19 Dok. 61
|
SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-SC biex jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.DD ippreżentati fl-Anness 1.
|
+
|
62.
|
Tassonomija li tipproduċi l-injam tal-agar
(Aquilaria spp. u Gyrinops spp.)
|
|
|
|
|
62.1
|
Rapport tal-Kumitat tal-Pjanti
CoP19 Dok. 62.1
|
PC
|
Appoġġa l-abbozz tad-Deċiżjoni. Madankollu, agħmilha ċara li r-Riż. 10.13 dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet ta’ siġar u Riżoluzzjonijiet potenzjali oħra ma għandhomx jiddgħajfu fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-propagazzjoni artifiċjali.
|
+
|
|
62.2
|
L-istorja u l-isfidi tal-injam tal-agar u s-CITES
CoP19 Dok. 62.2
|
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
|
Appoġġaha wara li jiġi ċċarat min huwa intenzjonat li jikkoordina l-istudji proposti.
|
(+)
|
63.
|
Siġar tal-Boswellia
(Boswellia spp.)
CoP19 Dok. 63
|
PC
|
Appoġġa. L-Abbozzi tad-Deċiżjonijiet jipprovdu perkors raġonevoli ’l quddiem biex jingħalqu l-lakuni fl-għarfien u għal proposti potenzjali ta’ elenkar fil-futur mill-partijiet.
|
+
|
64.
|
Fkieren tal-baħar
(Cheloniidae spp. u
Dermochelyidae spp.)
|
|
|
|
|
64.1
|
Rapport tas-Segretarjat u tal-Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 64.1
|
SC, Seg.
|
Appoġġa. Żewġ speċijiet ta’ fkieren tal-baħar jinsabu f’periklu kritiku, waħda hija fil-periklu, u l-valutazzjonijiet kollha tal-IUCN ibassru xejra negattiva għall-popolazzjoni. Huma meħtieġa sforzi akbar biex jiġu evitati aktar tnaqqis u estinzjoni.
|
+
|
|
64.2
|
Il-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar
CoP19 Dok. 64.2
|
Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, il-Perù u l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Hemm bżonn ta’ aktar analiżi biex tiġi mifhuma l-ħtieġa ta’ riżoluzzjoni ġdida. Għandu jitqies jekk xi elementi jistgħux jiġu miżjuda fid-deċiżjonijiet imġedda dwar il-fkieren tal-baħar.
|
0
|
65.
|
Klieb il-baħar u raji
(Elasmobranchii spp.)
CoP19 Dok. 65
|
SC, AC, f’konsultazzjoni
mas-Seg. u mal-AC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti u tal-Kumitat tal-Annimali biex jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.FF li jinsabu fl-Anness 4 tad-dokument.
|
+
|
66.
|
Iljunfanti (Elephantidae spp.)
|
|
|
|
|
66.1
|
Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP 18) dwar il-Kummerċ ta’ eżemplari tal-iljunfanti
CoP19 Dok. 66.1
|
Seg. fuq talba tal-SC
|
Appoġġa s-sett ta’ deċiżjonijiet fl-Anness 1 sal-Anness 4 tad-dokument relatat mal-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju, il-kummerċ tal-avorju tal-mammuti, il-kummerċ tal-iljunfanti Ażjatiċi, l-istokkijiet u l-ħażniet tal-avorju tal-iljunfanti u l-implimentazzjoni tal-proċess tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Avorju.
|
+
|
|
66.2
|
Ħażniet tal-avorju
|
|
|
|
|
|
66.2.1
|
Ħażniet tal-avorju:
implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP 18) dwar il-Kummerċ ta’ eżemplari tal-iljunfanti
CoP19 Dok. 66.2.1
|
Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Gabon, il-Kenja,
il-Liberja, in-Niġer, is-Senegal u t-Togo
|
Irrikonoxxi l-ħtieġa ta’ rapportar xieraq iżda tal-fehma li l-abbozzi tad-deċiżjonijiet il-ġodda ssuġġeriti li jinsabu fl-Anness 4 tal-CoP19 Dok. 66.1 huma biżżejjed.
|
0
|
|
|
66.2.2
|
L-istabbiliment ta’ fond aċċessibbli għall-Istati tal-medda
mad-disponiment mhux kummerċjali tal-ħażniet tal-avorju
CoP19 Dok. 66.2.2
|
Il-Kenja
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. L-opinjoni tal-istati tal-medda – dawk l-aktar affettwati mill-proposta – ma hijiex ċara. Id-disponiment mhux kummerċjali tal-avorju huwa ġeneralment appoġġat iżda hemm dubju dwar jekk huwiex meħtieġ proċess istituzzjonalizzat ta’ finanzjament biex jappoġġa wieħed mill-metodi ta’ disponiment għal tip wieħed biss ta’ eżemplari maqbuda.
|
0
|
|
66.3
|
Implimentazzjoni ta’ aspetti tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18)
dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju
CoP19 Dok. 66.3
|
Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Gabon, il-Liberja,
in-Niġer, is-Senegal u t-Togo
|
Appoġġa l-abbozz tar-riżoluzzjoni.
|
+
|
|
66.4
|
Kummerċ ta’ ljunfanti Afrikani ħajjin
|
|
|
|
|
|
66.4.1
|
Kummerċ internazzjonali ta’ eżemplari ta’ ljunfanti Afrikani ħajjin: Reviżjoni proposta għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18)
dwar il-Kummerċ ta’ eżemplari tal-iljunfanti
CoP19 Dok. 66.4.1
|
Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Liberja, in-Niġer,
is-Senegal u t-Togo
|
Opponi. Hemm bżonn li tinstab soluzzjoni usa’ dwar dawn l-elementi differenti (interpretazzjoni tal-annotazzjoni 2, regoli speċifiċi relatati mal-kummerċ ta’ ljunfanti Afrikani ħajjin li jqisu t-trasferimenti ex situ eċċezzjonali kif ukoll il-gwida mhux vinkolanti dwar “akkomodazzjoni u kura” kif ukoll “benefiċċji ta’ konservazzjoni in situ”). L-għan ta’ dan id-dokument jikkorrispondi mal-objettiv kondiviż mill-UE (ara d-dok. 66.4.2) li huwa li l-kummerċ ta’ ljunfanti ħajjin jiġi ristrett għal programmi ta’ konservazzjoni in situ bi ftit eċċezzjonijiet biss, u li jkun miftuħ għad-diskussjoni dwar it-triq ’il quddiem mal-proponenti biex jintlaħaq l-objettiv.
|
(-)
|
|
|
66.4.2
|
Kjarifika tal-qafas:
Proposta tal-Unjoni Ewropea.
CoP19 Dok. 66.4.2
|
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha
|
Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.
|
+
|
|
66.5
|
Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE)
CoP19 Dok. 66.5
|
Seg.
|
Ma hija meħtieġa l-ebda deċiżjoni.
|
|
|
66.6
|
Rapport dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Kummerċ tal-Iljunfanti (ETIS)
CoP19 Dok. 66.6
|
Seg.
|
Hija meħtieġa analiżi ulterjuri dwar l-impatt tal-bidla fid-data tas-sottomissjoni.
|
0
|
|
66.7
|
Rieżami tal-proċess tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Avorju
CoP19 Dok. 66.7
|
Il-Malawi, is-Senegal u l-Istati Uniti tal-Amerka
|
L-UE għandha tappoġġa l-proċess ta’ rieżami dment li jkun iffukat fuq il-kwistjonijiet speċifiċi li ġew identifikati fid-dokument (prinċipalment kwistjonijiet ta’ rapportar), mhux fuq il-proċess kollu.
|
(+)
|
67.
|
It-Task Force tal-Qtates il-Kbar tas-CITES (Felidae spp.)
CoP19 Dok. 67
|
SC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti dwar it-termini ta’ referenza u l-modus operandi riveduti għat-Task Force tal-Qtates il-Kbar tas-CITES kif maqbul fl-SC74 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.245 u 18.248
|
+
|
68.
|
Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.)
CoP19 Dok. 68
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
69.
|
Żwiemel il-baħar (Hippocampus spp.)
|
|
|
|
|
69.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 69.1
|
SC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti li jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.CC li jinsabu fl-Anness 1 tad-dokument.
|
+
|
|
69.2
|
Il-passi li jmiss lejn l-implimentazzjoni b’suċċess tal-elenkar taż-żwiemel il-baħar fl-Appendiċi-II
CoP19 Dok. 69.2
|
Il-Maldivi, Monaco, in-Niġerja, il-Perù, is-Senegal, is-Sri Lanka, it-Togo, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Il-proposti jeħtieġ li jiġu analizzati ulterjorment, hemm bżonn aktar informazzjoni.
|
0
|
70.
|
Speċijiet tal-injam dagħmi
[Leguminosae (Fabaceae)]
CoP19 Dok. 70
|
PC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet kif maqbula mill-Kumitat tal-Pjanti dwar is-Siġra tal-Injam Dagħmi.
|
+
|
71.
|
Pangolini
(Manis spp.)
|
|
|
|
|
71.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti
u l-Kumitat tal-Annimali
CoP19 Dok. 71.1
|
SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, madankollu jistgħu jiżdiedu l-punti addizzjonali mqajma fid-dok. 71.2.
|
+
|
|
71.2
|
Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.10
CoP19 Dok. 71.2
|
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
|
Appoġġa l-emendi proposti peress li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex jiġi evitat il-kummerċ illegali tal-pangolini.
|
+
|
72.
|
Iljuni tal-Afrika
(Panthera leo)
CoP19 Dok. 72
|
Seg. f’konsultazzjoni mal-President tal-SC
|
Appoġġa s-suġġeriment tal-AC, għal aktar ħidma intersessjonali dwar l-iljuni Afrikani (Panthera leo) u l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni ġdida.
|
+
|
73.
|
Ġagwars
(Panthera onca)
|
|
|
|
|
73.1
|
Rapport tal-
Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 73.1
|
SC
|
Appoġġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet 18.251 u 18.253 irrakkomandati mill-SC u adotta l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar il-ġagwars fl-Anness 1 ta’ dan id-dokument.
|
+
|
|
73.2
|
Emendi proposti għall-abbozzi tad-deċiżjonijiet
dwar il-ġagwars maqbula fl-SC74
CoP19 Dok. 73.2
|
Il-Costa Rica, El Salvador, il-Messiku u l-Perù
|
Appoġġa, fil-prinċipju, l-emendi proposti għad-deċiżjonijiet tal-74 laqgħa tal-Kumitat Permanenti murija fl-Anness ta’ dan id-dokument, iżda huma meħtieġa aktar informazzjoni u diskussjoni biex jiġi żgurat l-aħjar qafas għal azzjonijiet effettivi relatati mal-ġagwars.
Opponi l-ħolqien tal-grupp ta’ ħidma l-ġdid peress li l-ġagwar hija speċi ta’ prijorità tat-Task Force tal-Qtates il-Kbar tas-CITES. L-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma intersessjonali ieħor dwar il-Ġagwar jirdoppja x-xogħol.
|
0
|
74.
|
Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-għasafar tal-għana
(Passeriformes spp.)
CoP19 Dok. 74
|
AC
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Annimali biex jiġġeddu d-Deċiżjonijiet 18.256 sa 18.259 dwar il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-Għasafar tal-għana (Passeriformes spp.) hekk kif il-finanzjament isir disponibbli.
|
+
|
75.
|
Rinoċeronti
(Rhinocerotidae spp.)
CoP19 Dok. 75
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
76.
|
Antilopi Saiga
(Saiga spp.)
CoP19 Dok. 76
|
SC.
|
Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti mill-AC kif emendati mis-Segretarjat.
|
+
|
77.
|
Bronja reġina
(Strombus gigas)
CoP19 Dok. 77
|
Seg.
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.DD fl-Anness 1 ta’ dan id-dokument u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.275 sa 18.280.
|
+
|
78.
|
Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu
(Testudines spp.)
CoP19 Dok. 78
|
Seg.
|
Aqbel li d-Deċiżjonijiet 18.286 sa 18.291 ġew implimentati u jistgħu jitħassru. Ipproponi Deċiżjoni ta’ segwitu li titlob lill-Madagascar jippreżenta strateġija komprensiva ta’ konservazzjoni għall-ispeċi ta’ fkieren mhedda tiegħu.
|
+
|
79.
|
Speċijiet ta’ siġar Afrikani
CoP19 Dok. 79
|
PC
|
Appoġġa. L-aġġornament tal-lista tal-ispeċijiet ta’ siġar Afrikani u tal-proċessi tas-CITES relatati li jinsabu fl-Anness tad-dokument PC25 Dok. 28 huwa pass meħtieġ.
|
+
|
80.
|
Ħut ornamentali tal-baħar
CoP19 Dok. 80
|
AC
|
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.BB fl-Anness 1 ta’ dan id-dokument u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.263 sa 18.265.
|
+
|
81.
|
Speċijiet ta’ siġar neotropikali
CoP19 Dok. 81
|
PC
|
Appoġġa. L-aġġornament tal-lista tal-ispeċi ta’ siġar neotropikali u tal-proċessi tas-CITES relatati inklużi fl-Anness tad-dokument PC25 Dok. 29 huwa pass neċessarju.
|
+
|
82.
|
Il-kummerċ ta’ speċijiet ta’ pjanti mediċinali u aromatiċi
CoP19 Dok. 82
|
PC
|
Appoġġa, madankollu, enfasizza li Riżoluzzjoni ġdida potenzjali ma għandhiex tkun limitata għall-prodotti mediċinali, iżda għandha tinkorpora t-tipi kollha ta’ prodotti li fihom eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti mediċinali u aromatiċi.
|
+
|
83.
|
Identifikazzjoni tal-ispeċijiet f’riskju ta’ estinzjoni għall-Partijiet tas-CITES
CoP19 Dok. 83
|
Il-Gambja, il-Liberja, in-Niġerja u s-Senegal
|
Opponi l-istabbiliment ta’ bażi tad-data ġdida, peress li l-Lista l-Ħamra eżistenti tal-IUCN hija bażi suffiċjenti għall-valutazzjoni.
|
-
|
Manutenzjoni tal-Appendiċijiet
|
|
|
|
84.
|
Nomenklatura standard
|
|
|
|
|
84.1
|
Rapport tal-Kumitati tal-Annimali u l-Pjanti
CoP19 Dok. 84.1
|
AC, imħejji mill-ispeċjalisti rispettivi tal-AC
dwar in-nomenklatura
|
Appoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet proposti u t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet mill-CoP18 kif deskritti fid-Dok. 84.1 u appoġġa l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 12.11 (Rev. CoP18) riveduta fir-rigward kemm tal-Flora kif ukoll tal-Fawna.
|
+
|
|
84.2
|
Nomenklatura standard għal
Dipteryx spp.
CoP19 Dok. 84.2
|
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha
|
Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.
|
+
|
|
84.3
|
Nomenklatura standard għal
Khaya spp.
CoP19 Dok. 84.3
|
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha
|
Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.
|
+
|
|
84.4
|
Nomenklatura standard għal
Rhodiola spp.
CoP19 Dok. 84.4
|
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha
|
Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.
|
+
|
85.
|
Annotazzjonijiet
|
|
|
|
|
85.1
|
Rapport tal-Kumitat Permanenti
CoP19 Dok. 85.1
|
|
Appoġġa d-dokument li ġie ppreżentat mill-SC, u appoġġa l-istabbiliment mill-ġdid tal-Grupp ta’ Ħidma.
|
+
|
|
85.2
|
Sistema ta’ informazzjoni għall-kummerċ
ta’ eżemplari ta’
speċijiet tas-siġar elenkati mis-CITES
CoP19 Dok. 85.2
|
|
Appoġġa, peress li huwa importanti li tiġi identifikata l-ħidma eżistenti u li jinbena fuqha.
|
+
|
|
85.3
|
Mekkaniżmu informali ta’ rieżami tal-annotazzjonijiet eżistenti u proposti
CoP19 Dok. 85.3
|
|
Appoġġa d-deċiżjoni proposta relatata mal-mekkaniżmu informali ta’ rieżami għall-annotazzjonijiet eżistenti u proposti.
|
+
|
86.
|
Prodotti li fihom eżemplari tal-orkidi tal-Appendiċi-II
CoP19 Dok. 86
|
SC
|
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.327 sa 18.330.
|
+
|
87.
|
Emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)
|
|
|
|
|
87.1
|
Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)
CoP19 Dok. 87.1
|
L-Eswatini
|
Din il-proposta tirrikjedi aktar valutazzjoni. Ċerti elementi huma b’saħħithom, iżda l-abbozz ta’ riżoluzzjoni jirrikjedi kjarifika u jeħtieġ riformulazzjoni parzjali.
|
(-)
|
|
87.2
|
Speċijiet akkwatiċi elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES:
proposti għal approċċ ġdid għall-elenkar tal-klieb il-baħar u r-raji
CoP19 Dok. 87.2
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
88.
|
Riżervi ppreżentati wara t-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet
CoP19 Dok. 88
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet
|
89.
|
Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet I u II
|
|
Proposti għall-elenkar huma indirizzati fil-Parti 2 ta’ dan id-dokument, hawn taħt.
|
|
|
89.1
|
Il-valutazzjoni tas-Segretarjat tal-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet I u II
CoP19 Dok. 89.1
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
|
89.2
|
Kummenti mill-Partijiet
CoP19 Dok. 89.2
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
|
89.3
|
Kummenti minn persuni statutorji kkonsultati
CoP19 Dok. 89.3
|
|
Dokument mhux disponibbli fil-ħin biex jilħaq jiġi analizzat.
|
|
Konklużjoni tal-laqgħa
|
90.
|
Determinazzjoni tal-ħin u l-post tal-laqgħa regolari li jmiss tal-Konferenza tal-Partijiet
|
|
L-ebda dokument
|
|
91.
|
Rimarki tal-aħħar (Osservaturi, Partijiet, Segretarju Ġenerali tas-CITES, Gvern Ospitanti)
|
|
L-ebda dokument
|
|
Nru.
|
Unità tassonomika / Dettalji
|
Proposta
|
Proponent
|
Kummenti
|
Pożizzjoni
|
FAWNA - MAMMALIA
|
1.
|
Hippopotamus amphibius
(Hippopotamus)
|
II – I
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
Il-Benin, il-Burkina Faso, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Gabon, il-Guinea, il-Liberja, il-Mali, in-Niġer, is-Senegal, it-Togo
|
Opponi. Il-popolazzjoni ma tissodisfax il-kriterji tal-elenkar fl-Appendiċi I.
|
-
|
2.
|
Ceratotherium simum simum
(Rinoċeronte abjad tan-Nofsinhar jew bix-xufftejn kwadri tan-Nofsinhar) (il-popolazzjoni tan-Namibja)
|
I – II
Il-popolazzjoni tan-Namibja għandha tiġi ttrasferita mill-App. I għall-App. II bl-annotazzjoni li ġejja:
Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali ta’:
a) annimali ħajjin għall-konservazzjoni in situ biss; u
b) trofej tal-kaċċa.
L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ tagħhom għandu jiġi rregolat skont dan.
|
Il-Botswana,
in-Namibja
|
Il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar ’l isfel jidhru li ġew issodisfati. Minħabba l-elenkar ’l isfel ristrett, il-miżuri ta’ prekawzjoni jidhru li ġew issodisfati wkoll. Madankollu, id-data dwar ir-riproduzzjoni, l-istruttura tal-popolazzjoni, u d-daqs effettiv tal-popolazzjoni huma nieqsa, li hija ta’ ostaklu għal valutazzjoni finali.
|
0
|
3.
|
Ceratotherium simum simum (Rinoċeronte abjad tan-Nofsinhar jew bix-xufftejn kwadri tan-Nofsinhar) (il-popolazzjoni tal-Eswatini)
|
Għandha titneħħa l-annotazzjoni eżistenti dwar l-elenkar fl-Appendiċi II tal-popolazzjoni tal-Eswatini
|
L-Eswatini
|
Opponi. Il-popolazzjoni tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar fl-App. II, iżda t-tneħħija tal-annotazzjoni kif proposta ma tissodisfax is-salvagwardji ta’ prekawzjoni stabbiliti fil-Para A. 2. a) fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. It-tkomplija tal-kummerċ tal-qrun tar-rinoċeronti tibgħat sinjal ħażin f’dan il-mument, minħabba l-livell għoli ta’ kaċċa illegali u kummerċ illegali. Din iddgħajjef ukoll l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda minn ħafna Partijiet għal din l-ispeċi.
|
-
|
4.
|
Loxodonta
africana
(iljunfant Afrikan) (popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe)
|
Tiġi emendata l-Annotazzjoni 2 relatata mal-popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe
L-emendi proposti huma murija b’test maqtugħ:
Għall-għan esklużiv li jiġi permess:
a) kummerċ fi trofej tal-kaċċa għal għanijiet mhux kummerċjali
b) kummerċ f’annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli kif iddefiniti f’Riżoluzzjoni Konf 11.20 (Rev. CoP17) għall-Botswana u ż-Żimbabwe u għal programmi ta’ konservazzjoni in situ għan-Namibja u l-Afrika t’Isfel;
c) kummerċ fil-ġlud;
d) kummerċ fix-xagħar;
e) kummerċ f’oġġetti tal-ġild għal għanijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’isfel u għal għanijiet mhux kummerċjali fiż-Zimbabwe;
f) kummerċ f’Ekipas immarkati u ċċertifikati individwalment inkorporati f’ġojjellerija finali għal għanijiet mhux kummerċjali għan-Namibja u tinqix fl-avorju għal għanijiet mhux kummerċjali fiż-Zimbabwe;
g) kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, sinniet u biċċiet sħaħ) soġġetti għal li ġej:
i) stokks proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju kkonfiskat jew avorju ta’ oriġini mhux magħrufa);
ii) biss għal imsieħba kummerċjali li ġew ivverifikati mis-Segretarjat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat ma jiġix esportat mill-ġdid u jkun ġestit f’konformità mar-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Conf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar manifattura u kummerċ domestiku;
iii) mhux qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokks proprjetà tal-gvern irreġistrati;
iv) avorju mhux maħdum skont il-bejgħ kundizzjonali ta’ stokkijiet tal-avorju tal-gvern irreġistrati maqbula f’CoP12 li huma 20,000 kg (il-Botswana), 10,000 kg (in-Namibja), u 30,000 kg (l-Afrika t’Isfel);
v) flimkien mal-kwantitajiet maqbula f’CoP12, l-avorju tal-gvern mill-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe irreġistrat sal-31 ta’ Jannar 2007 u vverifikat mis-Segretarjat jista’ jiġi kkumerċjalizzat u ttrasportat, mal-avorju fil-paragrafu (g)(iv) hawn fuq f’bejgħ uniku għal kull destinazzjoni taħt superviżjoni stretta tas-Segretarjat;
vi) ir-rikavati mill-kummerċ jintużaw esklussivament għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għal programmi komunitarji ta’ konservazzjoni u żvilupp fi ħdan jew maġenb iż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti; u
vii) il-kwantitajiet addizzjonali speċifikati fil-paragrafu g) v) hawn fuq għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss wara li l-Kumitat Permanenti jkun qabel li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fuq; u
h) l-ebda proposta ulterjuri li tippermetti l-kummerċ fl-avorju tal-iljunfanti minn popolazzjonijiet diġà fl-Appendiċi II m’għandha titressaq lill-Konferenza tal-Partijiet għall-perjodu minn CoP14 u li jispiċċa disa’ snin mid-data tal-bejgħ uniku tal-avorju li għandu jseħħ f’konformità mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu g) i), g) ii), g) iii), g) vi) u g) vii). Barra minn hekk, dawn il-proposti ulterjuri għandhom jiġu ttrattati f’konformità mad-Deċiżjonijiet 16.55 u 14.78 (Rev. CoP16).
Fuq proposta mis-Segretarjat, il-Kumitat Permanenti jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf dan il-kummerċ parzjalment jew għalkollox fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-pajjiżi esportaturi jew importaturi, jew fil-każ ta’ impatti ta’ detriment ippruvati tal-kummerċ fuq popolazzjonijiet oħra tal-iljunfanti.
L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ tagħhom għandu jiġi rregolat skont dan.
|
Iż-Żimbabwe
|
Opponi l-istat attwali peress li l-bidla mitluba se tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju, u għalhekk ma tissodisfax il-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. Jekk ikun hemm ftehim fil-CoP19 dwar l-effetti ta’ riżerva għal bidliet f’annotazzjoni (l-annotazzjoni preċedenti tibqa’ fis-seħħ), u l-bidliet fl-annotazzjoni jkunu limitati għat-tħassir ta’ partijiet żejda dwar il-bejgħ ta’ darba preċedenti u/jew it-tħassir tar-referenza għar-riżoluzzjoni b’tali mod li huwa konformi mad-dokument propost tal-UE 66.4.2, l-UE tista’ tivvota favur bidla.
|
(-)
|
5.
|
Loxodonta
africana
(iljunfant Afrikan) (popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe)
|
II – I
It-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
Il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, il-Mali, is-Senegal
|
Dawn l-4 popolazzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I.
|
-
|
6.
|
Cynomyrys mexicanus
(Kelb tal-praterija Messikan)
|
I – II
Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II
|
Il-Messiku
|
Il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I ma għadhomx issodisfati. Minn meta l-ispeċi ġiet elenkata fl-Appendiċi I tas-CITES fl-1975, ġew irreġistrati biss żewġ tranżazzjonijiet ta’ kummerċ internazzjonali (li t-tnejn li huma kienu jinvolvu eżemplari għal skopijiet xjentifiċi). L-Awtorità tal-infurzar tal-Liġi tal-Messiku (PROFEPA) irrapportat li mill-2013 sal-2019, inqabdu disa’ eżemplari fil-livell nazzjonali. Ma hemm l-ebda rekord uffiċjali tal-bejgħ ta’ eżemplari ta’ din l-ispeċi, u lanqas ma hemm suq nazzjonali jew internazzjonali li jhedded il-popolazzjonijiet selvaġġi tagħha.
|
+
|
FAWNA – AVES
|
7.
|
Branta canadensis leucopareia (wiżża Alewtina)
|
I - II
Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa l-proposta. Il-popolazzjoni ta’ din is-sottospeċi rkuprat sew minn meta kienet kważi estinta fis-snin sittin għal popolazzjoni ta’ 162 000 illum, li hija ġestita tajjeb permezz tal-kaċċa rregolata. Ma huwa rrapportat l-ebda kummerċ illegali.
|
+
|
8.
|
Kittacincla
malabarica
(White-rumped Shama)
|
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Malażja,
Singapore
|
Appoġġa l-proposta, peress li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji tal-elenkar fl-Appendiċi II. Minħabba l-kapaċità tagħha li tkanta, din l-ispeċi hija waħda mill-ispeċi li għandha l-aktar valur fil-kummerċ tal-għasafar tal-gaġġa tal-Asja tax-Xlokk u tappartjeni għall-aktar speċijiet importanti użati fil-kompetizzjonijiet tal-kant.
|
+
|
9.
|
Pycnonotus zeylanicus
(Straw-headed bulbul)
|
II - I
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
Il-Malażja,
Singapore,
l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17).
|
+
|
10.
|
Phoebastria
albatrus
(Short-tailed albatross)
|
I - II
Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa l-proposta peress li l-kummerċ internazzjonali ma għadux theddida u ma għadx hemm domanda sinifikanti għall-ispeċi. Madankollu, peress li l-popolazzjoni għadha żgħira u vulnerabbli ħafna, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-istati tal-medda l-oħrajn għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw li jittieħdu miżuri ta’ konservazzjoni xierqa biex tiġi żgurata popolazzjoni stabbli u li tiżdied.
|
+
|
FAWNA – RETTILI
|
11.
|
Caiman latirostris (Kajman imnieħru wiesa’) (il-popolazzjoni tal-Brażil)
|
I - II
Il-popolazzjoni tal-Brażil għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II
|
Il-Brażil
|
Appoġġa, peress li l-kriterji f’konformità mal-Artikolu II, il-paragrafu 2. a), tal-Konvenzjoni u mar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17), l-Anness 4, il-paragrafu A. 2. A, ii) huma ssodisfati. L-ispeċi tinsab fi stat tajjeb, hemm sistema ta’ ġestjoni tajba, u l-ispeċi rkuprat malajr.
|
+
|
12.
|
Crocodylus
porosus
(Kukkudrill tal-ilma salmura) (il-popolazzjoni tal-Gżejjer tal-Palawan (il-Filippini)
|
I - II
Il-popolazzjoni tal-Gżejjer tal-Palawan (il-Filippini) għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bi kwota ta’ esportazzjonijiet żero għall-eżemplari selvaġġi
|
Il-Filippini
|
Appoġġa l-proposta, peress li l-kriterji tal-Appendiċi I ma għadhomx issodisfati. Hija meħtieġa xi analiżi ulterjuri fir-rigward tal-isforzi ta’ konservazzjoni mill-proponent.
|
(+)
|
13.
|
Crocodylus
siamensis
(Kukkudrill Sjamiż) (il-popolazzjoni tat-Tajlandja)
|
I - II
Il-popolazzjoni tat-Tajlandja għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bi kwota żero għall-eżemplari selvaġġi
|
It-Tajlandja
|
Opponi din il-proposta, peress li l-kriterji bijoloġiċi għal elenkar fl-Appendiċi I għadhom issodisfati. It-trasferiment ta’ din is-sottospeċi għall-Appendiċi II ma huwiex f’konformità mal-Miżuri ta’ Prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riżoluzzjoni tas-CITES Konf. 9.24 (Rev. CoP17).
|
-
|
14.
|
Physignathus cocincinus
(Dragun tal-Ilma Indo-Ċiniż)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam
|
Proposta tal-UE
|
+
|
15.
|
Cyrtodactylus jeyporensis (wiżgħa tal-għoljiet ta’ Jeypore)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Indja
|
Appoġġa, peress li l-kriterji tal-Appendiċi II huma ssodisfati. Hemm ħafna kummerċ f’distribuzzjoni relattivament baxxa tal-ispeċi.
|
+
|
16.
|
Tarentola chazaliae
(wiżgħa helmethead)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Mauritania,
is-Senegal
|
Il-proposta tissodisfa l-kriterji tal-elenkar fl-Appendiċi II, madankollu, għandha tintalab aktar informazzjoni b’mod partikolari dwar l-eżiti tal-konsultazzjoni ma’ pajjiżi tal-medda oħrajn u d-data aġġornata dwar id-daqs, l-istruttura u x-xejriet tal-popolazzjoni,
|
(+)
|
17.
|
Phrynosoma platyrhinos
(Gremxula muqrana tad-deżert)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Jidher li l-livelli tal-kummerċ baqgħu relattivament stabbli matul dawn l-aħħar snin u li l-kummerċ jista’ ma joħloqx theddida serja bħalissa.
|
0
|
18.
|
Phrynosoma spp. (Gremxul Muqran)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Messiku
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Il-kriterju A ma huwiex issodisfat, peress li l-ispeċi ma tinsabx mhedda, u l-ebda data speċifika ma turi li tista’ tiġi pperikolata mill-kummerċ fil-futur qrib. Il-kriterju B tal-Anness 2a Konf. 9.24 (Rev. CoP17) jista’ japplika peress li l-esportazzjonijiet legali jista’ jkollhom effett taħt strateġiji ta’ ħsad estremament negattivi.
|
0
|
19.
|
Tiliqua adelaidensis
(Gremxula Nana b’Ilsien Blu)
|
0 - I
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi I
|
L-Awstralja
|
Appoġġa. L-ispeċi tissodisfa diversi kriterji tal-elenkar deskritti fl-Anness 1, il-paragrafi B u C.
|
+
|
20.
|
Epicrates
inornatus
(Boa ta’ Puerto Rico)
|
I - II
Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Appendiċi I.
|
+
|
21.
|
Crotalus horridus (Lifgħa tal-Injam)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Opponi. Din l-ispeċi ma tissodisfax il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi II. Il-kummerċ internazzjonali huwa baxx ħafna, l-elenkar fl-Appendiċi II jista’ ma jgħinx il-protezzjoni tal-ispeċi fil-pajjiż. Il-proposta tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk tiġi pprovduta evidenza ta’ sostenn addizzjonali.
|
(-)
|
22.
|
Chelus fimbriata u C. orinocensis
(Amazon matamata u Orinoco matamata)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, il-Perù
|
Il-proposta tippreżenta data inkonsistenti dwar is-sors tal-eżemplari fil-kummerċ legali u illegali u ma fihiex data attwali dwar il-popolazzjoni. Fil-forma attwali tagħha, il-proposta la turi li l-ispeċi hija mhedda, u lanqas li l-kummerċ għandu influwenza detrimentali fuq is-sopravivenza tagħha. Il-proposta tista’ tiġi appoġġata jekk il-proponenti jipprovdu evidenza li l-eżemplari fil-kummerċ illegali oriġinaw mis-selvaġġ u/jew li l-eżemplari mrobbija illegalment ikunu ddaħħlu b’mod illeċitu fil-farms tat-tnissil, u dan ma jistax jiġi evitat mingħajr ma l-ispeċi tiġi elenkata fl-Appendiċi II.
|
0
|
23.
|
Macrochelys temminckii u Chelydra serpentine
(Aligator Snapping Turtle u Common Snapping Turtle)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
L-elenkar ta’ Macrochelys temmincki fl-Appendiċi II jista’ jiġi appoġġat, peress li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji. Madankollu, dan ma huwiex il-każ għal Chelydra serpentine. L-UE tista’ tappoġġa proposta aktar ristretta jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal Macrochelys temmincki.
|
(+)
|
24.
|
Graptemys barbouri, G. ernsti, G. gibbonsi, G. pearlensis u G. pulchra
(fekruna tal-mappa ta’ Barbour, fekruna tal-mappa ta’ Escambia, fekruna tal-mappa ta’ Pascagoula, fekruna tal-mappa ta’ Pearl River, fekruna tal-mappa ta’ Alabama)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Il-kriterji tal-Appendiċi II ma jidhrux li huma ssodisfati. Filwaqt li ntwera li l-ispeċijiet kollha huma affettwati minn bosta theddidiet, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-kummerċ huwa waħda minnhom. Id-deċiżjoni tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk il-proponent jirnexxielu jispjega għaliex l-elenkar fl-Appendiċi III tas-CITES ma huwiex biżżejjed u kif l-elenkar fl-Appendiċi II tas-CITES itejjeb is-sitwazzjoni.
|
0
|
25.
|
Batagur kachuga (fekruna bil-quċċata ħamra)
|
II - I
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
L-Indja
|
Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I. L-ispeċi hija mhedda u huwa diffiċli li jiġi protett il-ħabitat naturali tagħha.
|
+
|
26.
|
Cuora galbinifrons
(Fekruna Kkaxxjata Indo-Ċiniża)
|
I - II
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
L-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam
|
Proposta tal-UE
|
+
|
27.
|
Rhinoclemmys spp.
(Fkieren tal-injam tat-tropiċi l-ġodda)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica,
il-Panama
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. L-elenkar fl-Appendiċi II ta’ R. diademata, R. nasuta, u R. rubida huwa ġġustifikat mill-medda relattivament żgħira tagħhom, u ta’ R. pulcherrima minħabba l-volum tal-kummerċ għoli fil-passat. Madankollu, ma huwiex ċar jekk speċijiet oħra jissodisfawx il-kriterji tal-Appendiċi II.
|
0
|
28.
|
Claudius
angustatus
(Fekruna Miska Dejqa)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Messiku
|
Appoġġa l-proposta. Il-kriterju B tal-Anness 2a huwa ssodisfat peress li l-ħsad legali u illegali mis-selvaġġ probabbilment għandu volum rilevanti għall-konservazzjoni.
|
+
|
29.
|
Kinosternon spp. (Fkieren tat-tajn)
|
0 - I
0 - II
Għandhom jiġu inklużi Kinosternon cora u K. vogti fl-Appendiċi I, u kull speċi oħra ta’ Kinosternon spp. għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica,
El Salvador,
il-Messiku, il-Panama, l-Istati Uniti tal-Amerka
|
L-UE tista’ tappoġġa proposta aktar ristretta jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal dawk l-ispeċijiet li għalihom jista’ jintwera li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar, speċjalment minħabba li dawn l-ispeċijiet huma kkummerċjalizzati b’mod sinifikanti. K. cora u K. vogti jidhru li jikkwalifikaw għall-elenkar fl-Appendiċi I; aktar speċijiet tal-ġeneru jidhru li jikkwalifikaw għall-elenkar fl-Appendiċi II, iżda ħafna speċijiet la huma mhedda u lanqas ma hemm kummerċ tagħħhom irrapportat.
|
(+)
|
30.
|
Staurotypus salvinii u S. triporcatus
(Fekruna miska ġganta tal-Messiku)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
El Salvador,
il-Messiku
|
Appoġġa. L-elenkar ta’ Staurotypus triporcatus huwa ġġustifikat, peress li hemm domanda kbira għaliha fil-kummerċ. Ma huwiex ċar jekk Staurotypus Salvinii tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi II, iżda d-distinzjoni bejnha u Staurotypus triporcatus hija diffiċli, u għalhekk x’aktarx li xorta tissodisfa l-kriterju tax-xebh fir-Riż. 9.24 (kriterju A tal-Anness 2 b).
|
+
|
31.
|
Sternothrus spp. (Fekruna Miska)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Jista’ jiġi kkunsidrat li jingħata appoġġ għal xi speċijiet, speċjalment S. depressus.
|
(+)
|
32.
|
Apalone spp. (Fekruna Qoxritha ratba)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II (ħlief is-sottospeċijiet inklużi fl-Appendiċi I)
|
L-Istati Uniti tal-Amerka
|
Il-kriterju B tal-Anness 2a jista’ jkun li huwa ssodisfat, madankollu hemm nuqqas ta’ data rilevanti dwar il-popolazzjoni, li jagħmilha diffiċli li jiġi evalwat l-impatt tal-kummerċ fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi. Hemm biss ftit evidenza ta’ kaċċa illegali ta’ Apalone spp. selvaġġa. Madankollu, il-karatteristiċi tal-istorja tal-ħajja u t-theddid addizzjonali jagħmlu lill-fkieren qoxrithom ratba potenzjalment vulnerabbli għall-isfruttament, u dan jirrikjedi miżuri ta’ prekawzjoni.
|
(+)
|
33.
|
Nilssonia leithii (Fekruna Qoxritha Ratba ta’ Leith)
|
II – I
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I
|
L-Indja
|
Appoġġa l-proposta peress li l-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I huma ssodisfati.
|
+
|
FAWNA - AMFIBJI
|
34.
|
Centrolenidae spp. (Żrinġijiet Trasparenti)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Arġentina, il-Brażil, il-Costa Rica,
il-Kosta tal-Avorju,
ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador, il-Gabon, il-Guinea, in-Niġer, il-Panama, il-Perù, it-Togo, l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Huwa ċar li l-kriterju tal-elenkar għall-elenkar fl-Appendiċi II ma huwiex issodisfat mill-familja kollha bil-158 speċi tagħha.
|
0
|
35.
|
Agalychnis lemur (Żrinġ lemur tas-siġar)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bi kwota annwali ta’ esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali
|
Il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Unjoni Ewropea, il-Panama
|
Proposta tal-UE
|
+
|
36.
|
Laotriton laoensis (Salamandra tal-Laos)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bi kwota ta’ esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali
|
Unjoni Ewropea
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FAWNA – ELAŻMOBRANKI (Klieb il-baħar)
|
37.
|
Carcharhinidae spp. (Kelb il-baħar griż tal-iskoll, kelb il-baħar dusky, kelb il-baħar denbu żgħir, kelb il-baħar tal-Ganges, kelb il-baħar griż, kelb il-baħar ta’ Borneo, kelb il-baħar ta’ Pondicherry shark, kelb il-baħar smoothtooth blacktip, kelb il-baħar sharptooth lemon, kelb il-baħar tal-iskoll tal-Karibew, kelb il-baħar daggernose, kelb il-baħar ta’ billejl, kelb il-baħar imnieħru abjad, kelb il-baħar imnieħru iswed, kelb il-baħar whitecheek, kelb il-baħar lost, kelb il-baħar denbu żgħir tal-Paċifiku, kelb il-baħar b’xewka wiesgħa ta’ Borneo u kelb il-baħar b’xewka wiesgħa)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Bangladesh,
il-Kolombja,
ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador,
l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, Iżrael, il-Maldivi,
il-Panama, is-Senegal, is-Seychelles,
is-Sri Lanka, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
|
Proposta konġunta mill-UE
|
+
|
38.
|
Sphyrnidae spp. (Kurazza)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador,
l-Unjoni Ewropea, il-Panama
|
Proposta tal-UE
|
+
|
39.
|
Potamotrygon albimaculata,
P. henlei,
P. jabuti,
P. leopoldi,
P. marquesi,
P. signata u P. wallacei
(boll tal-ilma ħelu ta’ Tapajós, boll tax-xmara bigtooth, boll tal-ilma ħelu tal-perli, boll tax-xmara b’tikek bojod, boll tal-ilma ħelu ta’ Marques, boll tax-xmara Parnaiba, boll tal-cururu)
|
0 - II
Għandhom jiġu inklużi fl-Appendiċi II
|
Il-Brażil
|
Hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Ma huwiex ċar jekk il-kriterji għall-elenkar humiex issodisfati mill-ispeċijiet kollha, u jekk l-elenkar jgħinx fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali. Hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar kif l-istati tal-medda jinterpretaw u jippożizzjonaw ruħhom fir-rigward tal-proposta.
|
0
|
40.
|
Rhinobatidae spp. (Guitarfish)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
Iżrael, il-Kenja, il-Panama, is-Senegal
|
Appoġġa, peress li l-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet huma fil-periklu u soġġetti għal pressjoni intensiva tas-sajd. L-elenkar fl-Appendiċi II mhux biss se jiżgura li l-kummerċ internazzjonali ma jkunx ta’ detriment għas-sopravivenza ta’ dawn l-ispeċijiet, iżda jippermetti wkoll il-ġbir aħjar tad-data dwar il-kummerċ. Diversi speċijiet jistgħu jsiru eliġibbli għall-inklużjoni fl-Appendiċi I fil-futur jekk il-kummerċ ma jiġix irregolat.
|
+
|
41.
|
Hypancistrus zebra (pleco bajda u sewda)
|
0 - I
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi I
|
Il-Brażil
|
Il-proposta fil-forma attwali tagħha ma għandhiex tiġi appoġġata. Madankollu, l-UE tista’ tappoġġa proposta għall-elenkar fl-Appendiċi II bi kwota ta’ esportazzjonijiet żero għall-eżemplari selvaġġi. Jista’ jkun li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi I, madankollu, filwaqt li jidher li jeżisti xi kummerċ illegali mill-Brażil, ma huwiex ċar kif dan il-kummerċ jinfluwenza l-popolazzjonijiet selvaġġi.
|
(+)
|
FAWNA – BUŻŻI
|
42.
|
Thelenota spp. (Bużżu ananas, bużżu ġgant, bużżu miksi bl-aħmar)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II
|
L-Unjoni Ewropea, is-Seychelles,
l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FLORA (PJANTI)
|
43.
|
Apocynaceae, Cactaceae, Cycadaceae, Dicksoniaceae, Euphorbiaceae, Gnetaceae, Liliaceae, Magnoliaceae, Nepenthaceae, Orchidaceae, Papaveraceae, Podocarpaceae, Sarraceniaceae, Trochodendraceae, Zamiaceae, Zingiberaceae
Speċijiet ta’ flora bl-annotazzjoni #1, #4, #14 u speċijiet ta’ Orchidaceae elenkati fl-Appendiċi-I (orkidi)
|
L-annotazzjoni #1 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, f’midja solida jew likwida, ittrasportati f’kontenituri sterili;
L-annotazzjoni #4 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, f’midja solida jew likwida, ittrasportati f’kontenituri sterili;
L-annotazzjoni #14 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, f’midja solida jew likwida, ittrasportati f’kontenituri sterili; […] b) prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut.; din l-eżenzjoni ma tapplikax għal-laqx tal-injam, iż-żibeġ, iż-żibeġ tar-rużarju u t-tinqix.
Għandu jiġi emendat il-paragrafu f) tat-test bil-Franċiż tal-Annotazzjoni #14 biex jaqra kif ġej: f) les produits finis conditionnés et prêts pour la vente au détail; cette dérogation ne s’applique pas aux copeaux en de bois, aux perles, aux grains de chapelets et aux gravures.
Għandha tiġi emendata l-annotazzjoni fil-parenteżi għall-Appendiċi I Orchidaceae fl-Appendiċijiet biex taqra kif ġej: ORCHIDACEAE Orkidi (Għall-ispeċijiet kollha tal-Appendiċi-I li ġejjin, kulturi ta’ nebbieta jew ta’ tessuti tal-pjanti miksuba in vitro, f’midja solida jew likwida, u ttrasportati f’kontenituri sterili, ma humiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni biss jekk l-eżemplari jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “ppropagati artifiċjalment” maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet).
|
Il-Kanada
|
Appoġġa, peress li hija emenda meħtieġa biex jiġu armonizzati l-okkorrenzi kollha tal-frażi “f’midja solida jew likwida” fl-Appendiċijiet tas-CITES u fl-annotazzjonijiet tal-hash-series.
|
+
|
FLORA – BIGNONIACEAE
|
44.
|
Hadroanthus spp., Roseodendron spp. and Tabebuia spp. (Siġar tal-fjuri tat-trumbetta)
|
0 - II
Għandhom jiġu inklużi fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)
|
Il-Kolombja,
l-Unjoni Ewropea,
il-Panama
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FLORA – CRASSULACEAE
|
45.
|
Rhodiola spp. (Rhodiola ta’ fjuri kbar, Rhodiola)
|
0 - II
Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #2 (Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: a) iż-żrieragħ u l-għabra tad-dakra; u b) il-prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut.)
|
Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Istati Uniti tal-Amerka
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FLORA – LEGUMI
|
46.
|
Afzelia spp.
(popolazzjonijiet Afrikani) (siġra tal-kawba Afrikana)
|
0 – II
Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)
|
Il-Benin, il-Kosta tal-Avorju,
l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal
|
Proposta tal-UE
|
+
|
47.
|
Dalbergia sissoo (injam dagħmi tat-Tramuntana tal-Indja)
|
II - 0
Għandha titħassar mill-Appendiċi II
|
L-Indja, in-Nepal
|
Fil-prinċipju, opponi l-proposta peress li d-distinzjoni bejn din l-ispeċi u oħrajn tirrikjedi għarfien espert speċjalizzat. Jekk il-proponenti jistgħu jipprovdu evidenza addizzjonali dwar it-tekniki ta’ identifikazzjoni, il-pożizzjoni tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid.
|
(-)
|
48.
|
Dipteryx spp. (Cumaru, Tonka)
|
0 - II
Għandhom jiġu inklużi fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni “Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood, injam ittrasformat u żrieragħ”
|
Il-Kolombja,
l-Unjoni Ewropea, il-Panama
|
Proposta tal-UE
|
+
|
49.
|
Paubrasilia echinata (injam ta’ Pernambuco, Brazilwood)
|
II – I
Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I bl-annotazzjoni “Il-partijiet, id-derivattivi u l-prodotti lesti kollha, inkluż l-ispag ta’ strumenti mużikali, għajr strumenti mużikali u l-partijiet tagħhom li jiffurmaw orkestri li jivvjaġġaw, u mużiċisti individwali b’passaporti mużikali f’konformità mar-Riż. 16.8.”
|
Il-Brażil
|
Din il-proposta ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu I(b)(iii) tal-Konvenzjoni li jipprevedi li ma huwiex possibbli li jkun hemm annotazzjoni għal speċi ta’ pjanta elenkata fl-Appendiċi I. Barra minn hekk, it-test tal-annotazzjoni ma huwiex ċar.
|
0
|
50.
|
Pterocarpus spp.
(popolazzjonijiet Afrikani) (injam aħmar tal-Afrika, injam aħmar ta’ Eared, injam dagħmi tal-Afrika, injam aħmar b’weraq żgħir, injam aħmar b’weraq tond, padauk tal-Afrika)
|
0 - II
Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani kollha fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat), u l-annotazzjonijiet ta’ Pterocarpus erinaceus u P. tinctorius, li diġà huma elenkati fl-Appendiċi II, għandhom jiġu emendati għall-annotazzjoni #17
|
Il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal, it-Togo
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FLORA – MELIACEAE
|
51.
|
Khaya spp. (is-siġra tal-kawba tal-Afrika)
|
Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)
|
Il-Benin, il-Kosta tal-Avorju,
l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal
|
Proposta tal-UE
|
+
|
FLORA – ORCHIDACEAE
|
52.
|
Orchidaceae spp. (Orkidi)
|
Għandha tiġi emendata l-Annotazzjoni #4, biż-żieda ta’ paragrafu ġdid g), biex taqra: “g) il-prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut ta’ kożmetiċi li fihom partijiet u derivattivi ta’ Bletilla striata, Cycnoches cooperi, Gastrodia elata, Phalaenopsis amabilis jew P. lobbii”
|
L-Iżvizzera
|
Opponi sakemm l-Annotazzjoni ma tinbidilx biex jiġu esklużi l-kodiċijiet tas-sors “W” u “Y”. Il-proposta attwali hija problematika fir-rigward tar-riskju tal-ħasil tad-dħul illeċitu tal-organiżmi selvaġġi.
|
(-)
|