Brussell, 31.8.2022

COM(2022) 428 final

2022/0254(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-emendi għal dik il-Konvenzjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt UE-CTC (“il-Kumitat Konġunt) stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu 1 ” (“il-Konvenzjoni”) b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ Deċiżjoni li temenda xi Annessi fl-Appendiċi III ta’ dik il-Konvenzjoni. 

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-moviment tal-merkanzija bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni. Din ġiet konkluża fl-20 ta’ Mejju 1987 bejn dawk li oriġinarjament kienu l-Komunità Ewropea u l-Pajjiżi tal-EFTA u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-merkanzija bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tas-Serbja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

L-Unjoni Ewropea hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni.

Il-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, iżda li mhumiex membri tal-Unjoni jissemmew fil-Konvenzjoni bħala pajjiżi komuni ta’ tranżitu (“CTC”).

2.2.Il-Kumitat Konġunt UE-CTC

Il-kompitu tal-Kumitat Konġunt UE-CTC huwa li jamministra l-Konvenzjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha. Il-Kumitat, permezz ta’ deċiżjonijiet, jadotta emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.3.Id-Deċiżjoni prevista tal-Kumitat Konġunt UE-CTC

Il-Kumitat Konġunt UE-CTC għandu jadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC dwar it-tranżitu komuni f’waħda mis-sessjonijiet li jmiss jew permezz ta’ proċedura bil-miktub.

L-għan tal-abbozz ta’ deċiżjoni huwa li titqies l-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu. Dan jinvolvi l-introduzzjoni ta’ referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż, u ż-żieda tal-isem tal-Ukrajna mal-lista tal-pajjiżi li jinsabu fid-dokumenti ta’ garanzija rispettivi. Dan huwa neċessarju biex tiġi implimentata l-proċedura komuni ta’ tranżitu bejn il-Partijiet Kontraenti.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda l-Konvenzjoni se ssir vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Deċiżjoni li jipprevedi li “Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Ukrajna ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni”.

F’konformità mal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jdaħħlu fis-seħħ din it-tip ta’ Deċiżjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-pożizzjoni proposta tikkonċerna l-emenda ta’ xi annessi fl-Appendiċi III tal-Konvenzjoni, sabiex jiġu adattati d-dokumenti ta’ garanzija u jiddaħħlu ċerti termini tekniċi fil-lingwa Ukrena għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni. L-ambitu ta’ dawn l-emendi huwa ta’ natura teknika.

L-għan huwa li jiġi żgurat li l-Kumitat Konġunt UE-CTC jadotta l-bidliet tekniċi kollha fil-Konvenzjoni sabiex jimplimenta l-proċedura komuni ta’ tranżitu bejn l-Ukrajna u Partijiet Kontraenti oħra.

Dan jenħtieġ li jirriżulta f’benefiċċji sostanzjali u tanġibbli għan-negozjanti u għall-amministrazzjonijiet doganali billi jiġu ssimplifikati l-formalitajiet ta’ tranżitu u jiġi ffaċilitat il-moviment tal-merkanzija, f’konformità mal-appoġġ tal-Kummissjoni lill-Ukrajna.

Id-Deċiżjoni proposta hija konsistenti mal-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-kummerċ u t-trasport.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim”.

L-Artikolu 15(3)(a) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt UE-CTC jadotta l-emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni permezz ta’ Deċiżjoni.

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kumitat Konġunt huwa korp imwaqqaf permezz tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni.

Id-Deċiżjoni li l-Kumitat Konġunt huwa mitlub jadotta tikkostitwixxi att b’effett legali. Dik id-Deċiżjoni se tkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni.

Id-Deċiżjoni ma tissupplimentax jew ma temendax il-qafas istituzzjonali tal-Konvenzjoni.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li dwarhom tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni.

Il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma relatati mal-politika kummerċjali komuni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 207 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2022/0254 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-emendi għal dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu 2 (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

(2)Skont l-Artikolu 15(3)(a) tal-Konvenzjoni, il-Kumitat Konġunt UE-CTC dwar it-tranżitu komuni mwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jadotta l-emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni permezz ta’ Deċiżjonijiet.

(3)L-Ukrajna esprimiet ix-xewqa tagħha li taderixxi mal-Konvenzjoni u se tiġi mistiedna tagħmel dan.

(4)L-adeżjoni tal-Ukrajna se jkollha bżonn l-adattament rispettiv tad-dokumenti ta’ garanzija u l-inserzjoni ta’ ċerti termini tekniċi fil-lingwa Ukrena.

(5)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni biex tiġi emendata l-Konvenzjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(6)L-Istati Membri kollha tal-Unjoni esprimew l-opinjoni pożittiva tagħhom rigward l-emendi li ġew proposti fil-Grupp ta’ Ħidma tal-UE-CTC dwar it-tranżitu komuni.

(7)Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt se temenda l-Konvenzjoni, huwa xieraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni f’waħda mis-sessjonijiet li jmiss jew permezz ta’ proċedura bil-miktub, fi ħdan il-Kumitat Konġunt UE-CTC imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu rigward l-emendi fl-Appendiċijiet għal dik il-Konvenzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentant tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ebda Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
(2)    ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

Brussell, 31.8.2022

COM(2022) 428 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-emendi għal dik il-Konvenzjoni


ANNESS

ANNESS

Proposta għal Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

tal- ....2022

li temenda dik il-Konvenzjoni

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3), il-punt (a) tagħha,

Billi:

(1) L-Ukrajna wriet ix-xewqa li taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu 1 (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-[25 ta’ Awwissu] 2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni.

(2) L-adeżjoni tal-Ukrajna se jkollha bżonn l-adattament rispettiv tad-dokumenti ta’ garanzija u l-inserzjoni ta’ ċerti termini tekniċi bil-lingwa Ukrena.

(3) Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.

(4) Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun marbut mad-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni.

(5) Għaldaqstant jenħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Ukrajna ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.

2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1 sa C6 tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni, fil-verżjoni applikabbli fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, jistgħu jkomplu jintużaw soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi neċessarji u l-adattamenti dwar l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat, sal-1 ta’ April 2024.

Magħmul fi Brussell, ……….

                       Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Matthias PETSCHKE

ANNESS

1. Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej bejn it-Turkija u l-Irlanda ta’ Fuq:

UA     L-Ukrajna

2. Fl-Anness B6, it-Titolu III huwa emendat kif ġej:

2.1. Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata – 99200” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Дія обмежена

2.2. Fit-tieni parti tat-tabella “Eżoneru – 99201” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Звільнення

2.3. Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva – 99202” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR

- UA    Альтернативне підтвердження

2.4. Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati....(isem u pajjiż) – 99203” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Розбіжності: митниця, де товари були пред’явлені …… (назва і країна)

2.5. Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-……………………..soġġett għar-restrizzjonijiet jew għall-imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … – 99204” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Вибуття із …………… з урахуванням обмежень та зі сплатою зборів відповідно до Регламенту/Директиви/Рішення № …

2.6. Fis-seba’ parti tat-tabella “Konsenjatur awtorizzat – 99206”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Авторизований вантажовідправник

2.7. Fit-tmien parti tat-tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Звільнено від підпису

2.8. Fid-disa’ parti tat-tabella “MHUX PERMESSA GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    ЗАГАЛЬНА ГАРАНТІЯ ЗАБОРОНЕНА

2.9. Fl-10 parti tat-tabella “UŻU MHUX RISTRETT – 99209”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    ВИКОРИСТАННЯ БЕЗ ОБМЕЖЕНЬ

2.10. Fil-11-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Видано згодом

2.11. Fit-12-il parti tat-tabella “Diversi – 99211”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Різне

2.12 Fit-13-il parti tat-tabella “Bil-kwantità – 99212”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Навалювальний вантаж

2.13. Fl-14-il parti tat-tabella “Konsenjatur – 99213”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

- UA    Вантажовідправник

3. L-Anness C1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C1

IMPENN MILL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt (1)

…………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………..

residenti fi(2)

…………………………………………………………………………………………………... ……….…………………………………………………………………………………………...

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………………...

sa ammont massimu ta’

…………………………………………………………………………………………………...

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija(6):

…………………………………………………………………………………………………..

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra(7) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn taħt u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):

…………………………………………………………………………………………………...…………………………………………………………………………………………………...

Deskrizzjoni tal-merkanzija……………………………………………………………………………….

…………………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa jew hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun twettqet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operat doganali kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi…………………………nhar…………………………………………………………….

…………………………………………………………………………………………………..

(Firma)(10)

II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija……………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

L-impenn tal-garanti approvat nhar………………………………………… sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja Nru…………………………..ta’ …………………………………………………………….....(11)

…………………………………………………………………………………………………...

(Timbru u Firma)

(1)    Kunjom u isem jew isem l-impriża.

(2)    Indirizz sħiħ.

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)    Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(7)    Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed.

(8)    Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a) il-ħażna temporanja,

(b) il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu,

(c) il-proċedura ta’ ħażna doganali,

(d) il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(e) il-proċedura ta’ proċessar attiv,

(f) il-proċedura tal-użu aħħari,

(g) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,

(h) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,

(i) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k) il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(l) f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.

(9)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(10)    Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem)

11)    Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f’ħażna temporanja

 

4. L-Anness C2 huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C2

IMPENN MILL-GARANTI - GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt (1)            

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

residenti fi (2)

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………………...

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(4), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 10 000 għal kull vawċer.

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux li l-proċedura twettqet qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi…………………………………………………………………………………………

nhar……………………………………………………………………………………………….

………………………………………………………………………………………………….

                       (Firma)(6)

II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

…………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………….

L-impenn mill-garanti approvat nhar…………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..                        

(Timbru u Firma)

   (1)    Il-kunjom u l-isem jew isem l-impriża

(2)    Indirizz sħiħ

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(6)    Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija”.

5. L-Anness C4 huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C4

IMPENN MILL-GARANTI - GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.    Impenn mill-garanti

1.    Is-sottoskritt(1) 

…………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………...

residenti fi(2) 

…………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………...

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………...

sa ammont massimu ta’…………………………………………………………….

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5),

 
kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija
(6)…………………………………….. tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra(7) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:

……………………………………………………………………………………….

(a)    li jkun 100/50/30 %(8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,

kif ukoll

……………………………………………………………………………………….

(b)    li jkun 100/30 %(8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħrajn li ġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti elenkati fil-punt 1b,

1a.    L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt(9):

(a)    il-ħażna temporanja - …,

(b)    il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu - …,

(c)    il-proċedura tal-ħażna doganali - …,

(d)    il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,

(e)    il-proċedura ta’ proċessar attiv - …,

(f)    il-proċedura tal-użu aħħari - …,

(g)    f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….

1b.    L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt(9):

(a)    ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit - ...,

(b)    ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - ...,


(c)    ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(d)    ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(e)    il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,

(f)    il-proċedura tal-użu aħħari - …(10) ,

(g)    f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….

2.    Is-sottoskritt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.

3.    Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.    Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …………………………………………………………………………………………
nhar ………………………………..…………………………….………………………………..

…………………………………………………………………………………………………...

(Firma)(12)



II.    Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija
………………………………………………………………………………………………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar
………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………….

   (Timbru u Firma)

________________

(1)    Il-kunjom u l-isem jew isem l-impriża.

(2)    Indirizz sħiħ.

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)    Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(7)    Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(8)    Ħassar dak li ma japplikax.

(9)    Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(10)    Għal ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(11)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(12)    Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).



6. Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.

7. Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.

(1)    ĠU L 226, 13.8.1987, p.2