Brussell, 11.7.2022

COM(2022) 339 final

2016/0399(COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/2004 fir-rigward tal-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jiġi adattat għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


2016/0399 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/2004 fir-rigward tal-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jiġi adattat għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

1.Sfond

Id-data ta’ meta l-proposta ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
(dokument COM(2016) 798 final – 2016/0399 COD):

13 ta’ Marzu 2017

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari:

17 ta’ April 2019

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

28 ta’ Ġunju 2022

2.L-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tadatta tliet atti 1 fil-qasam tal-ġustizzja li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Il-pożizzjoni tal-Kunsill kif adottata fl-ewwel qari tirrifletti bis-sħiħ il-qbil milħuq fil-livell tekniku u kkonfermat f’email tat-8 ta’ Ġunju 2022 bejn is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġiet iffaċilitata mill-Kummissjoni. Tqies li ma kien hemm bżonn ta’ ebda trilogi. Il-punti ewlenin ta’ dan il-ftehim jinkludu dan li ġej:

It-test ta’ kompromess jindirizza l-allinjament biss tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tat-tliet atti inklużi fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Iż-żewġ atti l-oħra, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 2 u r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 3 , sadanittant tħassru u għalhekk mhumiex inklużi fit-test finali maqbul.

Il-premessi 1 u 2 dwar il-bidliet introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona fir-rigward ta’ atti li l-Kummissjoni tista’ tadotta ġew allinjati mal-premessi tar-Regolament (UE) 2019/1243 4 .

Ġew proposti żewġ premessi biex tiġi ċċarata l-applikabbiltà tar-Regolament fir-rigward tad-Danimarka u l-Irlanda rispettivament.

L-unika dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 805/2004 li tipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju se tiġi allinjata mal-atti delegati, kif kien ġie propost mill-Kummissjoni.

Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni għal perjodi rinnovabbli ta’ ħames snin, flimkien ma’ obbligu li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti, disa’ xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu ta’ dan it-tip, dwar kif tkun użat is-setgħa. Oriġinarjament, il-Kummissjoni kienet ipproponiet durata indeterminata tal-għoti tas-setgħa, iżda l-limitazzjoni tad-durata hija konformi ma’ dak li ntlaħaq qbil dwaru għal ħafna setgħat allinjati oħrajn, inkluż għaż-żewġ fajls l-oħra li kienu ġew inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni u li sadanittant tħassru u ġew sostitwiti b’atti oħrajn.

Il-Kummissjoni tappoġġa l-ftehim milħuq fil-livell tekniku.

4.Konklużjoni

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni meħuda mill-Kunsill.

(1)    Sadanittant tnejn mit-tliet atti ġew sostitwiti b’atti oħrajn; ara iktar ’l isfel fil-punt 3.
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1-24, kif sostitwit bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni), ĠU L 405, 2.12.2020, p. 1-39.
(3)    Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79-120, kif sostitwit bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti), ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40-78.
(4)    Dan ir-Regolament jallinja 64 att, li l-allinjament tagħhom ġie propost f’COM(2016) 799.