IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.6.2022
COM(2022) 257 final
2022/0174(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta’ impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta’ Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta’ Diċembru 2021
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) fih mandat integrat biex jiġu żviluppati dixxiplini meħtieġa bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti ta’ liċenzjar ma jikkostitwixxux ostakli bla bżonn għall-kummerċ fis-servizzi. Il-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ilhom jinnegozjaw tali dixxiplini ta’ regolamentazzjoni domestika għal ħafna snin u mill-1999, dawk in-negozjati saru fil-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika. In-negozjati multilaterali bbażati fuq dan il-mandat għadhom ma wasslux għal ftehim fost il-Membri kollha tad-WTO, minkejja l-isforzi biex jerġgħu jitqajmu n-negozjati fit-tħejjija għall-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) fi Buenos Aires.
Fl-MC11, grupp ta’ 59 Membru tad-WTO, inkluża l-Unjoni Ewropea, għalhekk ħarġu Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi. Bid-dikjarazzjoni, il-Ministri affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li javvanzaw in-negozjati dwar ir-regolamentazzjoni domestika tas-servizzi u appellaw lill-Membri kollha tad-WTO biex jintensifikaw il-ħidma wara l-MC11 għall-konklużjoni tan-negozjati tad-dixxiplini dwar ir-regolamentazzjoni domestika.
F’Mejju 2019, inħarġet Dikjarazzjoni Konġunta ġdida, li fiha l-Ministri ta’ 59 Membru tad-WTO laqgħu l-progress li sar fin-negozjati mill-MC11 ’l hawn u impenjaw ruħhom li jkomplu jaħdmu fuq il-kwistjonijiet pendenti bil-ħsieb li jinkorporaw l-eżitu tal-ħidma fl-iskedi rispettivi tagħhom ta’ impenji speċifiċi sal-12-il Konferenza Ministerjali.
In-negozjati ta’ din l-Inizjattiva ta’ Dikjarazzjoni Konġunta ġew konklużi b’suċċess fit-2 ta’ Diċembru 2021 u rriżultaw f’Dokument ta’ Referenza dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi (“id-Dokument ta’ Referenza”). F’Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni tan-Negozjati dwar ir-Regolament Domestiku tas-Servizzi maħruġa fit-2 ta’ Diċembru 2021 (“id-Dikjarazzjoni”), 67 Membru tad-WTO nnutaw il-konklużjoni tan-negozjati dwar id-Dokument ta’ Referenza li jifforma l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni. Huma kienu sodisfatti wkoll bl-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi li ġew ippreżentati bħala l-kontributi tagħhom biex jiġu ffinalizzati n-negozjati. Dawk is-67 membru tad-WTO jammontaw għal aktar minn 90 % tal-kummerċ globali fis-servizzi.
Skont it-Taqsima 1 tad-Dokument ta’ Referenza, il-parteċipanti fid-Dikjarazzjoni kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jinkorporaw id-dixxiplini fid-Dokument ta’ Referenza (li jinsab fl-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni) bħala impenji addizzjonali fl-Iskedi GATS tagħhom. Soġġett għat-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura domestika meħtieġa, il-parteċipanti għandhom l-għan li jissottomettu l-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni, skont il-Proċeduri għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Rettifiki jew Titjib fl-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi, fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-Dikjarazzjoni. Permezz taċ-ċertifikazzjoni, il-parteċipanti se jagħtu effett legali lid-dixxiplini tal-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni billi jinkorporawhom bħala impenji addizzjonali fl-iskeda tagħhom ta’ impenji speċifiċi skont il-GATS.
Din il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tikkonkludi formalment il-ftehim dwar modifika tal-Iskeda tal-GATS tal-UE sabiex tinkorpora d-dixxiplini tad-Dokument ta’ Referenza (l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni), f’konformità mal-Artikolu 218(6) TFUE. Il-modifiki fl-Iskeda tal-GATS tal-UE jenħtieġ li jsiru f’konformità mal-Iskeda ta’ qabel il-finalizzazzjoni tal-Unjoni ta’ Impenji Speċifiċi.
•Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
In-negozjati saru f’konsultazzjoni mill-qrib mas-Servizzi u l-Investiment tal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali kif previst fl-Artikolu 218(3). Il-konklużjoni formali tan-negozjati mill-Kunsill hija waħda mill-passi meħtieġa skont l-Artikolu 218(6) biex jingħata effett legali lill-eżitu nnegozjat u biex tinbeda l-modifika tal-Iskeda ta’ Impenji Speċifiċi tal-UE.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-Ftehim huwa kompletament konsistenti mal-politiki tal-UE. Il-Ftehim jissalvagwardja s-servizzi pubbliċi u ma’ għandu l-ebda impatt fuq id-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż mill-Unjoni Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, wara li jingħata l-kunsens mill-Parlament Ewropew.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
Skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-UE.
•Proporzjonalità
Il-proposta biex jiġi konkluż il-ftehim ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li jittieħdu impenji addizzjonali skont il-GATS għar-regolamentazzjoni domestika f’isem l-Unjoni Ewropea.
•Għażla tal-istrument
Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill qed titressaq skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 218 tat-TFUE, li jipprevedi l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar tal-ftehim. Dan jidher li huwa l-aktar strument legali xieraq biex jintlaħaq l-objettiv espress f’din il-proposta
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-ftehimiet mhumiex suġġetti għall-proċeduri tar-REFIT.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta ma taffettwax il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Mhuwiex mistenni li l-ftehim ikollu impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Ftehim jippermetti l-inkorporazzjoni tad-dixxiplini fl-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni fl-Iskeda tal-GATS applikabbli fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.
2022/0174 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta’ impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta’ Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta’ Diċembru 2021
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207, flimkien ma’ punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Fil-11-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, grupp ta’ 59 Membru tad-WTO, inkluża l-Unjoni Ewropea, ħareġ Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi fejn nedew inizjattiva plurilaterali biex jinnegozjaw dixxiplini dwar ir-regolamentazzjoni domestika tas-servizzi.
(2)In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 207(3) tat-Trattat. L-għadd ta’ parteċipanti ta’ din l-Inizjattiva ta’ Dikjarazzjoni Konġunta plurilaterali żdied għal 67 Membru tad-WTO matul iż-żmien.
(3)Fit-2 ta’ Diċembru 2021, il-parteċipanti f’dawn in-negozjati ħarġu Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni tan-Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi (“id-Dikjarazzjoni”), li ħabbret il-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati. Il-parteċipanti nnutaw il-konklużjoni tan-negozjati dwar id-Dokument ta’ Referenza dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi (“id-Dokument ta’ Referenza”), li jifforma l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni. Huma kienu sodisfatti wkoll bl-iskedi tal-Impenji Speċifiċi li ġew ippreżentati mill-Membri bħala l-kontributi tagħhom biex jiġu ffinalizzati n-negozjati u l-formola tal-Anness 2 tad-Dikjarazzjoni.
(4)Il-parteċipanti tad-Dikjarazzjoni għandhom l-intenzjoni li jinkorporaw id-dixxiplini fid-Dokument ta’ Referenza (l-Anness 1) bħala impenji addizzjonali fl-Iskedi GATS tagħhom, skont it-Taqsima 1 tad-Dokument ta’ Referenza. Skont il-paragrafu 5 tad-Dikjarazzjoni, il-Parteċipanti għandhom l-għan li jissottomettu l-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni, skont il-Proċeduri għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Rettifiki jew Titjib fl-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi, fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-Dikjarazzjoni, soġġett għat-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura domestika meħtieġa.
(5)Il-Ftehim biex jiġu inkorporati d-dixxiplini fl-Anness 1 bħala impenji addizzjonali fl-iskeda tal-GATS tal-UE jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni.
(6)F’konformità mad-Dikjarazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tippreżenta lid-WTO l-modifiki meħtieġa fl-Iskeda tal-GATS tagħha, kif stabbilit fl-Iskeda ta’ qabel il-finalizzazzjoni tal-Unjoni ta’ Impenji Speċifiċi INF/SDR/IDS/EU/Rev. 1,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inkorporazzjoni tad-dixxiplini fl-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni tan-Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi fl-Iskeda tal-GATS tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-INF/SDR/IDS/EU/Rev. 1 huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tad-Dikjarazzjoni u l-Iskeda ta’ qabel il-finalizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Impenji Speċifiċi huma mehmuża ma’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tippreżenta lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ il-modifiki meħtieġa fl-Iskeda tal-GATS tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Iskeda ta’ qabel il-finalizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-Iskeda ta’ Impenji Speċifiċi INF/SDR/IDS/EU/Rev.1.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.6.2022
COM(2022) 257 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta’ impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta’ Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta’ Diċembru 2021
APPENDIĊI
WT/L/1129 tat-2 ta’ Diċembru 2021
DIKJARAZZJONI DWAR IL-KONKLUŻJONI TAN-NEGOZJATI DWAR
REGOLAMENTAZZJONI DOMESTIKA TAS-SERVIZZI
Din id-Dikjarazzjoni qed tinħareġ fuq talba tal-Albanija; L-Arġentina; L-Awstralja; Il-Bahrain, ir-Renju ta'; Il-Brażil; Il-Kanada; Iċ-Ċilì; Iċ-Ċina; Il-Kolombja; Il-Costa Rica; El Salvador; L-Unjoni Ewropea; Hong Kong, iċ-Ċina; L-Iżlanda; L-Iżrael; Il-Ġappun; Il-Każakistan; Ir-Repubblika tal-Korea; Il-Liechtenstein; Mauritius; Il-Messiku; Ir-Repubblika tal-Moldova; Il-Montenegro; New Zealand; In-Niġerja; Il-Maċedonja ta’ Fuq; In-Norveġja; Il-Paragwaj; Il-Perù; Il-Filippini; Il-Federazzjoni Russa; L-Arabja Sawdija, ir-Renju ta'; Singapor; L-Iżvizzera; It-territorju Doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu; It-Tajlandja; It-Turkija; L-Ukrajna; Ir-Renju Unit; L-Istati Uniti; L-Urugwaj.
1.Il-membri li ġejjin tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”)
L-Albanija
L-Arġentina
L-Awstralja
Il-Bahrain, ir-Renju ta'
Il-Brażil
Il-Kanada
Iċ-Ċilì
Iċ-Ċina
Il-Kolombja
Il-Costa Rica
L-El Salvador
L-Unjoni Ewropea
Hong Kong, iċ-Ċina
L-Iżlanda
L-Iżrael
Il-Ġappun
Il-Każakistan
Ir-Repubblika tal-Korea
Il-Liechtenstein
Il-Mauritius
Il-Messiku
Ir-Repubblika tal-Moldova
Il-Montenegro
In-New Zealand
In-Niġerja
Il-Maċedonja ta’ Fuq
In-Norveġja
Il-Paragwaj
Il-Perù
Il-Filippini
Il-Federazzjoni Russa
L-Arabja Sawdija, ir-Renju ta'
Singapor
L-Iżvizzera
It-territorju Doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu
It-Tajlandja
It-Turkija
L-Ukrajna
Ir-Renju Unit
L-Istati Uniti
L-Urugwaj
minn hawn ‘il quddiem “il-Parteċipanti”,
b’kontinwazzjoni tal-impenn imħabbar fit-13 ta’ Diċembru 2017 fis-11 Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WT/MIN (17)/61), u affermat mill-ġdid fit-23 ta’ Mejju 2019 (WT/L/1059), u b’rikonoxximent kontinwu tal-importanza ta’ prattika regolatorja tajba fl-iffaċilitar tal-kummerċ fis-servizzi,
b’dan iħabbar il-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati fl-Inizjattiva Konġunta dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi.
2.Il-parteċipanti jinnotaw il-konklużjoni tan-negozjati dwar id-Dokument ta’ Referenza dwar ir-Regolament Domestiku tas-Servizzi (INF/SDR/2, tat-26 ta’ Novembru 2021, Anness 1).
3.Il-Parteċipanti huma sodisfatti bl-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi (INF/SDR/3/Rev.1, tat-2 ta’ Diċembru 2021, Anness 2) li ġew ippreżentati bħala l-kontribuzzjonijiet tagħhom biex jiġu ffinalizzati n-negozjati.
4.Il-Parteċipanti fi ħsiebhom jinkorporaw id-dixxiplini fid-Dokument ta’ Referenza bħala impenji addizzjonali fl-Iskedi tal-GATS tagħhom, skont it-Taqsima I tad-Dokument ta’ Referenza.
5.Soġġett għat-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura domestika meħtieġa, il-Parteċipanti għandhom l-għan li jissottomettu l-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni, skont il-Proċeduri għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Rettifiki jew Titjib fl-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi (S/L/84, tat-14 ta’ April 2000), fi żmien tnax-il xahar mid-data ta’ din id-Dikjarazzjoni.
6.Fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din id-Dikjarazzjoni, il-Parteċipanti beħsiebhom jiltaqgħu biex jipprovdu aġġornament dwar il-progress tagħhom fit-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura domestika meħtieġa u jivvalutaw jekk l-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi tagħhom jistgħux jiġu ppreżentati għaċ-ċertifikazzjoni qabel il-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 5.
7.Il-parteċipanti jilqgħu kwalunkwe Membru ieħor tad-WTO biex jingħaqad ma’ din id-Dikjarazzjoni bil-ħsieb li jinkorpora d-dixxiplini fid-Dokument ta’ Referenza bħala impenji addizzjonali fl-Iskeda tal-GATS tiegħu, skont it-Taqsima I tad-Dokument ta’ Referenza.
_______________
ANNESS 1
INF/SDR/2 tas-26 ta’ Novembru 2021
INIZJATTIVA KONĠUNTA DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
DOKUMENT TA’ REFERENZA DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
TAQSIMA I
1.Il-membri qablu dwar id-dixxiplini dwar ir-Regolament Domestiku tas-Servizzi f’dan id-Dokument ta’ Referenza (“dixxiplini”) bil-għan li jelaboraw fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (“il-Ftehim”), skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu VI tal-Ftehim.
2.Il-membri jirrikonoxxu d-diffikultajiet li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom il-fornituri tas-servizzi, b’mod partikolari dawk tal-pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, biex jikkonformaw mal-miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzjar, ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, u l-istandards tekniċi ta’ Membri oħra u b’mod partikolari, id-diffikultajiet speċifiċi li jistgħu jiffaċċjaw il-fornituri tas-servizzi mill-pajjiżi Membri l-inqas żviluppati.
3.Il-membri jirrikonoxxu d-dritt li jirregolaw, u jintroduċu regolamenti ġodda, dwar il-forniment ta’ servizzi fit-territorji tagħhom sabiex jilħqu l-objettivi ta’ politika tagħhom.
4.Il-membri jirrikonoxxu wkoll l-eżistenza ta’ asimmetriji fir-rigward tal-grad ta’ żvilupp tar-regolamenti tas-servizzi f’pajjiżi differenti, speċjalment fil-każ tal-Membri mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u dawk l-anqas żviluppati.
5.Id-dixxiplini m’għandhomx jiġu interpretati li jippreskrivu jew jimponu xi dispożizzjonijiet regolatorji partikolari rigward l-implimentazzjoni tagħhom.
6.Id-dixxiplini ma għandhomx jiġu interpretati bħala li jnaqqsu xi obbligi tal-Membri skont il-Ftehim.
Kopertura Settorjali u Modalitajiet ta’ Skedar
7.Il-membri għandhom jinkitbu d-dixxiplini fit-Taqsima II fl-Iskedi tagħhom bħala impenji addizzjonali skont l-Artikolu XVIII tal-Ftehim. Il-membri jistgħu jagħżlu li jinkitbu d-dixxiplini alternattivi fit-Taqsima III għall-impenji tagħhom fis-servizzi finanzjarji.
8.Id-dixxiplini skritti skont il-paragrafu 7 ta’ din it-Taqsima japplikaw fejn jittieħdu impenji speċifiċi. Barra minn hekk, il-Membri huma mħeġġa jdaħħlu fl-Iskedi tagħhom setturi addizzjonali li għalihom japplikaw id-dixxiplini.
9.Il-membri jistgħu jeskludu d-dixxiplina stabbilita fil-paragrafu 22 (d) tat-Taqsima II u l-paragrafu 19 (d) tat-Taqsima III mill-impenji addizzjonali skedati skont il-paragrafu 7 ta’ din it-Taqsima.
Żvilupp
Perjodi Tranżitorji għal Pajjiżi Membri li qed Jiżviluppaw
10.Membru mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jista’ jinnomina dixxiplini speċifiċi għall-implimentazzjoni f’data wara perjodu tranżitorju ta’ mhux aktar minn 7 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dixxiplini. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħatra jista’ jkun limitat għal setturi jew subsetturi tas-servizzi individwali. Il-perjodi tranżitorji għandhom jitniżżlu fl-Iskedi rispettivi tal-impenji speċifiċi. Membru minn pajjiż li qed jiżviluppa li jeħtieġ perjodu tranżitorju estiż għall-implimentazzjoni għandu jressaq talba skont il-proċeduri rilevanti. Il-Membri għandhom jikkunsidraw b'mod adegwat li jikkonċedu tali talbiet, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Membru li jkun qed jippreżenta t-talba.
Parteċipazzjoni ta’ Pajjiżi Membri l-Inqas Żviluppati
11.Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom jinkitbu d-dixxiplini skont il-paragrafu 7 ta’ din it-Taqsima fl-Iskedi ta’ impenji speċifiċi tagħhom, mhux aktar tard minn 6-il xahar qabel il-gradwazzjoni tagħhom mill-istatus ta’ pajjiż l-anqas żviluppat. Il-membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jistgħu, f’dak iż-żmien, jagħżlu perjodi ta’ tranżizzjoni skont il-paragrafu 10 ta’ din it-Taqsima. Madankollu, il-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati huma mħeġġa japplikaw dawn id-dixxiplini qabel il-gradwazzjoni tagħhom, sa fejn ikun konsistenti mal-kapaċità ta’ implimentazzjoni individwali tagħhom.
Assistenza Teknika u Bini tal-Kapaċitajiet
12.Pajjiżi Membri żviluppati u li qed jiżviluppaw, f’pożizzjoni li jagħmlu dan, huma mħeġġa jipprovdu assistenza teknika speċifika u bini ta’ kapaċità lill-Membri li qed jiżviluppaw u b’mod partikolari lill-pajjiżi l-anqas żviluppati, fuq talba tagħhom u fuq termini u kundizzjonijiet miftiehma b’mod reċiproku, immirati, inter alia, lejn:
(a)l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u regolatorji biex jirregolaw il-provvista ta’ servizzi u biex jimplimentaw dawn id-dixxiplini, speċjalment dispożizzjonijiet u setturi li għalihom japplikaw perjodi tranżitorji;
(b)l-assistenza lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw u b’mod partikolari dawk l-anqas żviluppati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-proċeduri rilevanti fis-swieq tal-esportazzjoni;
(c)l-iffaċilitar tal-istabbiliment ta’ standards tekniċi u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tal-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b’mod partikolari dawk l-inqas żviluppati li jiffaċċjaw restrizzjonijiet ta’ riżorsi fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti; kif ukoll
(d)l-assistenza, permezz ta’ korpi pubbliċi jew privati u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw u b’mod partikolari dawk l-anqas żviluppati fil-bini tal-kapaċità tal-provvista tagħhom u fil-konformità mar-regolamentazzjoni domestika.
TAQSIMA II – DIXXIPLINI DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
Kamp ta’ applikazzjoni tad-Dixxiplini
1.Dawn id-dixxiplini japplikaw għal miżuri mill-Membri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzjar, ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, u l-istandards tekniċi li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi.
2.Dawn id-dixxiplini ma japplikawx għal kwalunkwe termini, limitazzjonijiet, kundizzjonijiet, jew kwalifiki stabbiliti fl-Iskeda ta’ Membru skont l-Artikoli XVI jew XVII tal-Ftehim.
3.Għall-fini ta’ dawn id-dixxiplini, “awtorizzazzjoni” tfisser il-permess għall-forniment ta’ servizz, li jirriżulta minn proċedura li l-applikant irid jaderixxi magħha sabiex juri konformità mar-rekwiżiti ta’ liċenzjar, ir-rekwiżiti ta’ kwalifika, jew l-istandards tekniċi.
Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
4.Kull Membru għandu, sa fejn ikun prattikabbli, jevita li applikant ikun meħtieġ li jikkuntattja aktar minn awtorità kompetenti waħda għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Jekk servizz ikun fil-ġurisdizzjoni ta’ diversi awtoritajiet kompetenti, jistgħu jkunu meħtieġa applikazzjonijiet multipli għall-awtorizzazzjoni.
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni
5.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu sa fejn ikun prattikabbli jippermettu s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni fi kwalunkwe ħin matul is-sena. Jekk jeżisti perjodu ta’ żmien speċifiku għall-applikazzjoni, il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu perjodu raġonevoli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni.
Applikazzjonijiet Elettroniċi u Aċċettazzjoni tal-Kopji
6.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu:
(a)filwaqt li jqisu l-prijoritajiet li jikkompetu magħhom u l-limitazzjonijiet tar-riżorsi, jagħmlu ħilithom biex jaċċettaw applikazzjonijiet f’format elettroniku; kif ukoll
(b)jaċċettaw kopji ta’ dokumenti, li huma awtentikati skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, minflok id-dokumenti oriġinali, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedux dokumenti oriġinali biex jipproteġu l-integrità tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni.
Ipproċessar ta’ Applikazzjonijiet
7.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu:
(a)sa fejn ikun prattikabbli, jipprovdu perjodu ta’ żmien indikattiv għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni;
(b)fuq it-talba tal-applikant, jipprovdu mingħajr dewmien żejjed informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni;
(c)safejn ikun prattikabbli, jaċċertaw mingħajr dewmien żejjed il-kompletezza ta’ applikazzjoni għall-proċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru;
(d)jekk jikkunsidraw applikazzjoni bħala kompluta għall-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jiżguraw li:
(i)l-ipproċessar tal-applikazzjoni ikun komplut; kif ukoll
(ii)l-applikant jiġi informat bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, sa fejn ikun possibbli, bil-miktub;
(e)jekk jikkunsidraw applikazzjoni mhux kompluta għall-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, sa fejn ikun prattikabbli:
(i)jinformaw lill-applikant li l-applikazzjoni mhix kompluta;
(ii)fuq it-talba tal-applikant jidentifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex l-applikazzjoni titqies kompluta jew inkella jipprovdu gwida dwar għaliex l-applikazzjoni tkun meqjusa bħala inkompluta; kif ukoll
(iii)jipprovdu lill-applikant l-opportunità li jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex tiġi kkompletata l-applikazzjoni;
madankollu, jekk l-ebda wieħed minn dawn ta’ hawn fuq ma jkun prattikabbli, u l-applikazzjoni tiġi rrifjutata minħabba nuqqas ta’ kompletezza, għandu jiġi żgurat li jinfurmaw lill-applikant b’dan f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; kif ukoll
(f)jekk applikazzjoni tiġi miċħuda, sa fejn ikun possibbli, jew fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-applikant, jinformaw lill-applikant bir-raġunijiet għaċ-ċaħda u, jekk applikabbli, il-proċeduri għas-sottomissjoni mill-ġdid ta’ applikazzjoni; applikant ma għandux jinżamm milli jissottometti applikazzjoni oħra biss għaliex qabel tkun ġiet irrifjutata applikazzjoni.
8.L-awtoritajiet kompetenti ta’ Membru għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni, ladarba tingħata, tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed, soġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli.
Tariffi
9.Kull Membru għandu jiżgura li t-tariffi ta’ awtorizzazzjoni imposti mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu raġonevoli, trasparenti, ibbażati fuq l-awtorità stabbilita f’miżura, u fihom infushom ma jirrestrinġux il-forniment tas-servizz rilevanti.
Valutazzjoni tal-Kwalifiki
10.Jekk Membru jeħtieġ eżami għall-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, dak il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jiskedaw dan l-eżami f’intervalli raġonevolment frekwenti u jipprovdi perjodu ta’ żmien raġonevoli biex l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu li jagħmlu l-eżami. B’kont meħud tal-ispejjeż, il-piż amministrattiv, u l-integrità tal-proċeduri involuti, il-Membri huma mħeġġa jaċċettaw talbiet f’format elettroniku biex jagħmlu tali eżamijiet, u jikkunsidraw, sa fejn ikun prattikabbli, l-użu ta’ mezzi elettroniċi f’aspetti oħra tal-proċessi ta’ eżami.
Rikonoxximent
11.Meta l-korpi professjonali tal-Membri jkunu interessati reċiprokament fl-istabbiliment ta’ djalogi dwar kwistjonijiet relatati mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, il-liċenzjar jew ir-reġistrazzjoni, il-Membri rilevanti għandhom jikkunsidraw li jappoġġaw id-djalogu ta’ dawk il-korpi fejn mitlub u xieraq.
Indipendenza
12.Jekk Membru jadotta jew iżomm miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jilħqu u jamministraw id-deċiżjonijiet tagħhom b’mod indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizz li għalih tkun meħtieġa awtorizzazzjoni.
Pubblikazzjoni u Informazzjoni disponibbli
13.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, skont l-Artikolu III tal-Ftehim, il-Membru għandu jippubblika minnufih, jew inkella jagħmel pubblikament disponibbli bil-miktub, l-informazzjoni meħtieġa għall-fornituri tas-servizzi jew il-persuni li jkunu qed ifittxu li jipprovdu servizz biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-proċeduri għall-kisba, iż-żamma, l-emendar u t-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. Tali informazzjoni għandha tinkludi, inter alia, fejn teżisti:
(a)ir-rekwiżiti u l-proċeduri;
(b)informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(c)tariffi;
(d)l-istandards tekniċi;
(e)proċeduri għall-appell jew għar-rieżami ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet;
(f)proċeduri għall-monitoraġġ jew għall-infurzar tal-konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji jew tal-kwalifiki;
(g)opportunitajiet għall-involviment pubbliku, bħal permezz ta’ seduti jew kummenti; kif ukoll
(h)perjodi ta’ żmien indikattivi għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni.
Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ
14.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jippubblika minn qabel:
(a)il-liġijiet u r-regolamenti ta’ applikazzjoni ġenerali tagħha li tipproponi li tadotta fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima; jew
(b)dokumenti li jipprovdu biżżejjed dettalji dwar tali liġi jew regolament ġdid possibbli biex persuni interessati u Membri oħra jkunu jistgħu jivvalutaw jekk u kif l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti.
15.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru huwa mħeġġeġ japplika l-paragrafu 14 ta’ din it-Taqsima għal proċeduri u deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jipproponi li jadotta fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima.
16.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jipprovdi lill-persuni interessati u lill-Membri l-oħra opportunità raġonevoli biex jikkummentaw dwar tali miżuri jew dokumenti proposti ppubblikati skont il-paragrafi 14 jew 15 ta’ din it-Taqsima.
17.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jikkunsidra l-kummenti li jkun irċieva skont il-paragrafu 16 ta’ din it-Taqsima.
18.Fil-pubblikazzjoni ta’ liġi jew regolament imsemmi fil-paragrafu 14 (a) ta’ din it-Taqsima, jew qabel tali pubblikazzjoni, sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, Membru huwa mħeġġeġ jispjega l-għan u r-raġunament tal-liġi jew ir-regolament.
19.Kull Membru għandu, sa fejn ikun prattikabbli, jagħmel ħiltu biex jippermetti żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni tat-test ta’ liġi jew regolament imsemmi fil-paragrafu 14 (a) ta’ din it-Taqsima u d-data li fiha l-fornituri tas-servizzi għandhom jikkonformaw mal-liġi jew ir-regolament.
Punti ta' Informazzjoni
20.Kull Membru għandu jżomm jew jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex iwieġeb għal mistoqsijiet minn fornituri ta’ servizzi jew persuni li jfittxu li jipprovdu servizz rigward il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima. Membru jista’ jagħżel li jindirizza tali mistoqsijiet jew permezz tal-punti ta’ inkjesta u ta’ kuntatt stabbiliti skont l-Artikoli III u IV tal-Ftehim jew permezz ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor kif xieraq.
Standards tekniċi
21.Kull Membru għandu jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, meta jadottaw standards tekniċi, biex jadottaw standards tekniċi żviluppati permezz ta’ proċessi miftuħa u trasparenti, u għandu jinkoraġġixxi lil kwalunkwe korp, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, maħtur biex jiżviluppa standards tekniċi biex juża proċessi miftuħa u trasparenti.
Żvilupp ta’ Miżuri
22.Jekk Membru jadotta jew iżomm miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, il-Membru għandu jiżgura li:
(a)tali miżuri huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u trasparenti;
(b)il-proċeduri huma imparzjali, u li l-proċeduri huma adegwati għall-applikanti biex juru jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti, jekk jeżistu tali rekwiżiti;
(c)il-proċeduri fihom infushom ma jwaqqfux b’mod mhux ġustifikat l-issodisfar tar-rekwiżiti; kif ukoll
(d)tali miżuri ma jiddiskriminawx bejn l-irġiel u n-nisa.
TAQSIMA III - DIXXIPLINI ALTERNATTIVI DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
Ambitu
1.Dawn id-dixxiplini japplikaw għal miżuri mill-Membri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzji, u r-rekwiżiti tal-kwalifiki u l-proċeduri li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi finanzjarji, kif definit fl-Anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji.
2.Dawn id-dixxiplini ma japplikawx għal kwalunkwe termini, limitazzjonijiet, kundizzjonijiet, jew kwalifiki stabbiliti fl-Iskeda ta’ Membru skont l-Artikoli XVI jew XVII tal-Ftehim.
3.Għall-fini ta’ dawn id-dixxiplini, “awtorizzazzjoni” tfisser il-permess għall-forniment ta’ servizz, li jirriżulta minn proċedura li l-applikant irid jaderixxi magħha sabiex juri konformità mar-rekwiżiti ta’ liċenzjar, jew ir-rekwiżiti ta’ kwalifika.
Skedi ta’ Applikazzjoni
4.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu sa fejn ikun prattikabbli jippermettu s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni fi kwalunkwe ħin matul is-sena. Jekk jeżisti perjodu ta’ żmien speċifiku għall-applikazzjoni, il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu perjodu raġonevoli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni.
Applikazzjonijiet Elettroniċi u Aċċettazzjoni tal-Kopji
5.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu:
(a)filwaqt li jqisu l-prijoritajiet li jikkompetu magħhom u l-limitazzjonijiet tar-riżorsi, jagħmlu ħilithom biex jaċċettaw applikazzjonijiet f’format elettroniku; kif ukoll
(b)jaċċettaw kopji ta’ dokumenti, li huma awtentikati skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, minflok id-dokumenti oriġinali, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedux dokumenti oriġinali biex jipproteġu l-integrità tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni.
Ipproċessar ta’ Applikazzjonijiet
6.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, huwa għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu:
(a)sa fejn ikun prattikabbli, jipprovdu perjodu ta’ żmien indikattiv għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni;
(b)fuq it-talba tal-applikant, jipprovdu mingħajr dewmien żejjed informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni;
(c)safejn ikun prattikabbli, jaċċertaw mingħajr dewmien żejjed il-kompletezza ta’ applikazzjoni għall-proċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru;
(d)jekk jikkunsidraw applikazzjoni bħala kompluta għall-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jiżguraw li:
(i)l-ipproċessar tal-applikazzjoni ikun komplut; kif ukoll
(ii)l-applikant jiġi informat bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, sa fejn ikun possibbli, bil-miktub;
(e)jekk jikkunsidraw applikazzjoni mhux kompluta għall-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Membru, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, sa fejn ikun prattikabbli:
(i)jinformaw lill-applikant li l-applikazzjoni mhix kompluta;
(ii)fuq it-talba tal-applikant jidentifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex l-applikazzjoni titqies kompluta jew inkella jipprovdu gwida dwar għaliex l-applikazzjoni tkun meqjusa bħala inkompluta; kif ukoll
(iii)jipprovdu lill-applikant l-opportunità li jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex tiġi kkompletata l-applikazzjoni;
madankollu, jekk l-ebda wieħed minn dawn ta’ hawn fuq ma jkun prattikabbli, u l-applikazzjoni tiġi rrifjutata minħabba nuqqas ta’ kompletezza, għandu jiġi żgurat li jinfurmaw lill-applikant b’dan f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; kif ukoll
(f)jekk applikazzjoni tiġi rrifjutata, sa fejn ikun prattikabbli, jew fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-applikant, jinformaw lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut u, jekk applikabbli, bil-proċeduri għas-sottomissjoni mill-ġdid ta’ applikazzjoni; applikant ma għandux jiġi prekluż milli jippreżenta applikazzjoni oħra fuq il-bażi biss li applikazzjoni kienet ġiet miċħuda qabel.
7.L-awtoritajiet kompetenti ta’ Membru għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni, ladarba tingħata, tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed, soġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli.
Tariffi
8.Kull Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fir-rigward tat-tariffi ta’ awtorizzazzjoni li jitolbu, jipprovdu lill-applikanti bi skeda ta’ tariffi jew informazzjoni dwar kif jiġu ddeterminati l-ammonti tat-tariffi.
Valutazzjoni tal-Kwalifiki
9.Jekk Membru jeħtieġ eżami għall-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, dak il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jiskedaw dan l-eżami f’intervalli raġonevolment frekwenti u jipprovdi perjodu ta’ żmien raġonevoli biex l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu li jagħmlu l-eżami. B’kont meħud tal-ispejjeż, il-piż amministrattiv, u l-integrità tal-proċeduri involuti, il-Membri huma mħeġġa jaċċettaw talbiet f’format elettroniku biex jagħmlu tali eżamijiet, u jikkunsidraw, sa fejn ikun prattikabbli, l-użu ta’ mezzi elettroniċi f’aspetti oħra tal-proċessi ta’ eżami.
Indipendenza
10.Jekk Membru jadotta jew iżomm miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, il-Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jilħqu u jamministraw id-deċiżjonijiet tagħhom b’mod indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizz li għalih tkun meħtieġa awtorizzazzjoni.
Pubblikazzjoni u Informazzjoni disponibbli
11.Jekk Membru jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, skont l-Artikolu III tal-Ftehim u l-paragrafi 6 u 8 ta’ din it-Taqsima, il-Membru għandu jippubblika minnufih, jew inkella jagħmel pubblikament disponibbli bil-miktub l-informazzjoni meħtieġa għall-fornituri tas-servizzi jew il-persuni li jkunu qed ifittxu li jipprovdu servizz biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-proċeduri għall-kisba, iż-żamma, l-emendar u t-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. Tali informazzjoni għandha tinkludi, inter alia, fejn teżisti:
(a)ir-rekwiżiti u l-proċeduri;
(b)informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(c)proċeduri għall-appell jew għar-rieżami ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet;
(d)proċeduri għall-monitoraġġ jew għall-infurzar tal-konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji jew tal-kwalifiki; kif ukoll
(e)opportunitajiet għall-involviment pubbliku, bħal permezz ta’ seduti jew kummenti.
Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ
12.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jippubblika minn qabel:
(a)il-liġijiet u r-regolamenti ta’ applikazzjoni ġenerali tagħha li tipproponi li tadotta fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima; jew
(b)dokumenti li jipprovdu biżżejjed dettalji dwar tali liġi jew regolament ġdid possibbli biex persuni interessati u Membri oħra jkunu jistgħu jivvalutaw jekk u kif l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti.
13.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru huwa mħeġġeġ japplika l-paragrafu 12 ta’ din it-Taqsima għal proċeduri u deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jipproponi li jadotta fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1.
14.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jipprovdi lill-persuni interessati u lill-Membri l-oħra opportunità raġonevoli biex jikkummentaw dwar tali miżuri jew dokumenti proposti ppubblikati skont il-paragrafi 12 jew 13 ta’ din it-Taqsima.
15.Sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, kull Membru għandu jikkunsidra l-kummenti li jkun irċieva skont il-paragrafu 14 ta’ din it-Taqsima.
16.Fil-pubblikazzjoni ta’ liġi jew regolament imsemmi fil-paragrafu 12 (a) ta’ din it-Taqsima, jew qabel tali pubblikazzjoni, sa fejn ikun prattikabbli u b’mod konsistenti mas-sistema legali tiegħu għall-adozzjoni ta’ miżuri, Membru huwa mħeġġeġ jispjega l-għan u r-raġunament tal-liġi jew ir-regolament.
17.Kull Membru għandu, sa fejn ikun prattikabbli, jagħmel ħiltu biex jippermetti żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni tat-test ta’ liġi jew regolament imsemmi fil-paragrafu 12 (a) ta’ din it-Taqsima u d-data li fiha l-fornituri tas-servizzi għandhom jikkonformaw mal-liġi jew ir-regolament.
Punti ta' Informazzjoni
18.Kull Membru għandu jżomm jew jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex iwieġeb għal mistoqsijiet minn fornituri ta’ servizzi jew persuni li jfittxu li jipprovdu servizz rigward il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima. Membru jista’ jagħżel li jindirizza tali mistoqsijiet jew permezz tal-punti ta’ inkjesta u ta’ kuntatt stabbiliti skont l-Artikoli III u IV tal-Ftehim jew permezz ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor kif xieraq.
Żvilupp ta’ Miżuri
19.Jekk Membru jadotta jew iżomm miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizz, il-Membru għandu jiżgura li:
(a)tali miżuri huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u trasparenti;
(b)il-proċeduri huma imparzjali, u li l-proċeduri huma adegwati għall-applikanti biex juru jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti, jekk jeżistu tali rekwiżiti;
(c)il-proċeduri fihom infushom ma jwaqqfux it-twettiq tar-rekwiżiti b’mod mhux ġustifikat; kif ukoll
(d)tali miżuri ma jiddiskriminawx bejn l-irġiel u n-nisa.
_______________
ANNESS 2
INF/SDR/3/Rev.1 tat-2 ta’ Diċembru 2021
INIZJATTIVA KONĠUNTA DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
SKEDI TA’ IMPENJI SPEĊIFIĊI
Reviżjoni
Dan id-dokument fih lista tal-Iskedi ta’ Impenji Speċifiċi li jikkonċernaw id-dixxiplini tar-regolamentazzjoni domestika tas-servizzi.
_______________
|
|
MEMBRU
|
DATA TA’ SOTTOMISSJONI
|
SIMBOLU TAD-DOKUMENT
|
|
1.
|
L-Albanija
|
22.11.2021
|
INF/SDR/IDS/ALB/Rev.1
|
|
2.
|
L-Arġentina
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/ARG
|
|
3.
|
L-Awstralja
|
19.10.2021
|
INF/SDR/IDS/AUS/Rev.1
|
|
4.
|
Il-Bahrain, ir-Renju ta'
|
Għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2022
|
|
|
5.
|
Il-Brażil
|
12.11.2021
|
INF/SDR/IDS/BRA/Rev.1
|
|
6.
|
Il-Kanada
|
22.10.2021
|
INF/SDR/IDS/CAN/Rev.1
|
|
7.
|
Iċ-Ċilì
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/CHL/Rev.1
|
|
8.
|
Iċ-Ċina
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/CHN/Rev.1
|
|
9.
|
Il-Kolombja
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/COL/Rev.1
|
|
10.
|
Il-Costa Rica
|
17.11.2021
|
INF/SDR/IDS/CRI/Rev.1
|
|
11.
|
L-El Salvador
|
Għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2022
|
|
|
12.
|
L-Unjoni Ewropea
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/EU/Rev.1
|
|
13.
|
Hong Kong, iċ-Ċina
|
02.11.2021
|
INF/SDR/IDS/HKG/Rev.1
|
|
14.
|
L-Iżlanda
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/ISL/Rev.1
|
|
15.
|
L-Iżrael
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/ISR/Rev.1
|
|
16.
|
Il-Ġappun
|
28.10.2021
|
INF/SDR/IDS/JPN/Rev.1
|
|
17.
|
Il-Każakistan
|
26.11.2021
|
INF/SDR/IDS/KAZ/Rev.1
|
|
18.
|
Ir-Repubblika tal-Korea
|
28.10.2021
|
INF/SDR/IDS/KOR/Rev.1
|
|
19.
|
Il-Liechtenstein
|
10.11.2021
|
INF/SDR/IDS/LIE/Rev.1
|
|
20.
|
Il-Mauritius
|
27.10.2021
|
INF/SDR/IDS/MUS/Rev.1
|
|
21.
|
Il-Messiku
|
01.11.2021
|
INF/SDR/IDS/MEX/Rev.1
|
|
22.
|
Ir-Repubblika tal-Moldova
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/MDA/Rev.1
|
|
23.
|
Il-Montenegro
|
16.11.2021
|
INF/SDR/IDS/MNE/Rev.1
|
|
24.
|
In-New Zealand
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/NZL/Rev.1
|
|
25.
|
In-Niġerja
|
23.11.2021
|
INF/SDR/IDS/NGA/Rev.1
|
|
26.
|
Il-Maċedonja ta’ Fuq
|
16.11.2021
|
INF/SDR/IDS/MDK/Rev.1
|
|
27.
|
In-Norveġja
|
28.10.2021
|
INF/SDR/IDS/NOR/Rev.1
|
|
28.
|
Il-Paragwaj
|
19.11.2021
|
INF/SDR/IDS/PRY/Rev.1
|
|
29.
|
Il-Perù
|
17.11.2021
|
INF/SDR/IDS/PER/Rev.1
|
|
30.
|
Il-Filippini
|
Għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-28 ta’ Frar 2022
|
|
|
31.
|
Il-Federazzjoni Russa
|
Għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-28 ta’ Frar 2022
|
|
|
32.
|
L-Arabja Sawdija, ir-Renju ta'
|
22.11.2021
|
INF/SDR/IDS/KSA/Rev.1
|
|
33.
|
Singapor
|
03.11.2021
|
INF/SDR/IDS/SGP/Rev.1
|
|
34.
|
L-Iżvizzera
|
01.11.2021
|
INF/SDR/IDS/CHE/Rev.1
|
|
35.
|
It-territorju Doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu
|
27.10.2021
|
INF/SDR/IDS/TPKM/Rev.1
|
|
36.
|
It-Tajlandja
|
25.11.2021
|
INF/SDR/IDS/THA
|
|
37.
|
It-Turkija
|
28.10.2021
|
INF/SDR/IDS/TUR/Rev.1
|
|
38.
|
L-Ukrajna
|
05.11.2021
|
INF/SDR/IDS/UKR/Rev.1
|
|
39.
|
Ir-Renju Unit
|
27.10.2021
|
INF/SDR/IDS/GBR
|
|
40.
|
L-Istati Uniti
|
22.10.2021
|
INF/SDR/IDS/USA
|
|
41.
|
L-Urugwaj
|
29.10.2021
|
INF/SDR/IDS/URY/Rev.1
|
APPENDIĊI
INF/SDR/IDS/EU/Rev.1
INIZJATTIVA KONĠUNTA DWAR IR-REGOLAMENT DOMESTIKU TAS-SERVIZZI
KOMUNIKAZZJONI MILL-UNJONI EWROPEA
SKEDA TA’ QABEL IL-FINALIZZAZZJONI TAL-IMPENJI SPEĊIFIĊI
Dan it-test jissupplimenta l-entrati relatati mal-Impenji Orizzontali li jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:
–L-Unjoni Ewropea: GATS/SC/157 (7 ta’ Mejju 2019);
–Il-Bulgarija: GATS/SC/122 (21 ta’ Mejju 1997), GATS/SC/122/S1 (11 ta’ April 1997), GATS/SC/122/S2 (26 ta’ Frar 1998);
–Ir-Rumanija: GATS/72 (15 ta’ April 1994), GATS/SC/72/S1 (11 ta’ April 1997), GATS/SC/72/S2 (26 ta’ Frar 1998);
–Il-Kroazja: GATS/SC/130 (22 ta’ Diċembru 2000).
_______________
SKEDA TA’ QABEL IL-FINALIZZAZZJONI TAL-IMPENJI SPEĊIFIĊI — UNJONI EWROPEA
|
Modi ta’ Provvista: (1) Provvisti transfruntieri (2) Konsum barra (3) Presenza kummerċjali (4) Presenza ta' persuni fiżiċi
|
|
Settur jew Sottosettur
|
Limitazzjonijiet fuq l-Aċċess għas-Suq
|
Limitazzjonijiet fuq it-Trattament Nazzjonali
|
Impenji Addizzjonali
|
|
I. IMPENJI ORIZZONTALI
|
|
IS-SETTURI KOLLHA INKLUŻI F’DIN L-ISKEDA
|
|
|
L-Unjoni Ewropea tieħu bħala impenji addizzjonali d-dixxiplini li jinsabu fit-Taqsima II tad-dokument INF/SDR/1 għas-setturi kollha inklużi f’din l-iskeda, ħlief għas-servizzi finanzjarji.
L-Unjoni Ewropea tieħu bħala impenji addizzjonali d-dixxiplini li jinsabu fit-Taqsima III tad-dokument INF/SDR/1 għas-setturi tas-servizzi finanzjarji inklużi f’din l-iskeda.
|