Brussell, 16.5.2022

COM(2022) 223 final

2022/0162(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament Finanzjarju 1 jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli finanzjarji ġenerali għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u għall-kontroll tal-finanzi tal-UE. Ir-Regolament Finanzjarju tal-2018 huwa r-riżultat ta’ reviżjoni maġġuri tar-Regoli ta’ Applikazzjoni preċedenti f’ġabra unika ta’ regoli. Ir-reviżjoni żiedet il-flessibilità, issimplifikat b’mod konsiderevoli r-regoli finanzjarji u wittiet it-triq għall-proposti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027. Jeħtieġ iż-żmien sakemm dawn ir-regoli ssimplifikati jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-istrumenti għall-2021-2027, pereżempju rigward l-approċċ ta’ awditu uniku, ir-rikonoxximent reċiproku tal-awditi u l-valutazzjonijiet, it-tnaqqis fil-piż amministrattiv, u l-attenzjoni fuq ir-riżultati. It-tibdil fir-regoli finanzjarji ħafna drabi joħloq inċertezza għar-riċevituri tal-fondi tal-UE.

Għalhekk, issa l-Kummissjoni qed tipproponi emenda mmirata, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju tajjeb billi l-attenzjoni tingħata lil dawk il-modifiki li huma verament meħtieġa. Ir-raġuni ewlenija għal din ir-reviżjoni hija l-bżonn li r-Regolament Finanzjarju jiġi allinjat mal-pakkett QFP, biex b’hekk ikun hemm ġabra unika tar-regoli li jirregolaw in-nefqa tal-Unjoni, jiġifieri li r-regoli finazjarji ġenerali kollha jkunu inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Dan se jipprovdi aktar ċertezza legali għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. Il-proposta tirrifletti wkoll d-dikjarazzjonijiet li għamlu l-istituzzjonijiet tal-UE fil-kuntest tal-QFP.

Barra minn dan, il-proposta tinkludi wkoll titjib u simplifikazzjonijiet immirati. Dawn ġew identifikati minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Finanzjarju tal-2018 u uħud minnhom iwieġbu għal avvenimenti u tendenzi reċenti. It-titjib jibni fuq it-tagħlimiet li ħarġu mill-pandemija tal-COVID-19 u jiffoka fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi aħjar l-interessi finanzjarji tal-UE (pereżempju billi jagħmel użu akbar tad-diġitalizzazzjoni), jikkontribwixxi aħjar biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE u biex tinkiseb aktar simplifikazzjoni għar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta ssegwi l-adozzjoni tal-pakketti QFP, biex ikompli jsir titjib fir-regoli li jridu jintużaw fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-istrumenti għall-2021-2027, u aktar tard.

Il-proposta tirrifletti ċerti derogi għar-Regolament Finanzjarju attwali li ddeċieda l-leġiżlatur tal-Unjoni matul in-negozjati tal-QFP, l-aktar dwar il-leġiżlazzjoni settorjali. Wieħed jistenna li s-simplifikazzjoni u t-titjib fir-regoli finanzjarji tal-UE jkabbru wkoll l-impatt tal-politiki u r-riżultati tagħhom fil-post.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-adozzjoni tar-regoli finanzjarji ġenerali tal-UE hija fil-kompetenza esklużiva tal-UE.

Proporzjonalità

Din il-proposta tallinja r-Regolament Finanzjarju mal-pakkett tal-QFP 2021-2027 u tinkludi titjib u simplifikazzjonijiet immirati. Ma fihiex regoli li ma jkunux meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bejn Lulju u Ottubru 2021 saret konsultazzjoni pubblika dwar l-emenda proposta għar-Regolament Finanzjarju, li rċeviet 38 kontribut. Il-kontributi ġew minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, fosthom il-pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) u assoċjazzjonijiet tal-impriżi.

Rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu li huma favur li jkun hemm aktar trasparenza u miżuri ta’ protezzjoni. Jikkunsidraw li l-flessibilità u l-proporzjonalità huma meħtieġa, u jqisu li l-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data u l-użu konsistenti tal-għodod huma importanti. Il-parteċipanti ġeneralment kienu sodisfatti bil-possibilità ta’ titjib tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (early-detection and exclusion system, EDES). Kien hemm appoġġ ġenerali biex il-Kummissjoni twettaq diliġenza dovuta xierqa sabiex ikun żgurat li l-entitajiet fdati jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u ma' standards internazzjonali u tal-Unjoni li dwarhom hemm qbil. Fl-aħħar nett, il-partijiet ikkonċernati riedu jsaħħu r-rwol tar-Regolament Finanzjarju rigward il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess professjonali ta’ kandidati jew offerenti. Madankollu, il-linji gwida interni tal-persunal tal-UE jistgħu wkoll ikollhom rwol f’dan.

Il-parteċipanti fil-konsultazzjoni pubblika qablu dwar l-importanza li ċerti reġoli dwar l-implimentazzjoni tal-programm jiġu ssimplifikati u ċċarati biex b’hekk jonqos il-piż amministrattiv. Il-partijiet ikkonċernati kienu sodisfatti bil-miżuri għall-oqsma li ġejjin: (i) is-sigurtà u l-awtonomija strateġika tal-UE; (ii) l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja, fejn hemm appoġġ ċar biex l-obbligi ta’ rappurtar jiġu ssimplifikati; kif ukoll (iii) il-kontrolli u l-awditi diġitali, fejn il-partijiet ikkonċernati qablu li s-sorveljanza mill-bniedem jenħtieġ li tinżamm.

Rigward il-ġestjoni tal-kriżijiet, il-parteċipanti fil-konsultazzjoni kienu favur l-approċċ li jsir titjib fir-regoli dwar l-akkwist pubbliku li jibni fuq it-tagħlimiet li ħarġu mill-pandemija tal-COVID-19. Il-partijiet ikkonċernati elaboraw dwar il-possibilità ta’ tibdil, pereżempju flessibilità addizzjonali fl-iffinalizzar ta’ emendi kontrattwali, jiġu aċċettati dokumenti elettroniċi, kif ukoll il-faċilitazzjoni ta’ appoġġ għal inizjattivi u programmi globali.

Il-Kummissjoni qieset dan il-feedback bir-reqqa u ħafna minnu ġie rifless fl-abbozz tal-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar reviżjonijiet futuri tar-Regolament Finanzjarju 2 , ma hemm bżonn ebda valutazzjoni tal-impatt. Ir-Regolament Finanzjarju jipprovdi r-regoli ġenerali u s-sett ta’ għodod għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-istrumenti ta’ nfiq. Għalhekk, ir-reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni ma għandhom ebda impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali dirett li jista’ effettivament jiġi analizzat f’valutazzjoni tal-impatt. Il-valur miżjud tal-valutazzjonijiet tal-impatt iseħħ meta jsiru għażliet ta’ politika dwar programmi u strumenti ta’ nfiq speċifiċi, li jridu jkunu konformi mal-qafas regolatorju previst mir-Regolament Finanzjarju. Minflok, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika għal din il-proposta, ħaġa li hija prassi normali. Il-Kummissjoni bniet ukoll fuq l-esperjenza operazzjonali u t-tagħlimiet miksuba, b’mod partikolari biex tidentifika u tanalizza l-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati u l-valur miżjud li jġib l-involviment tal-Unjoni.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju ma jidħolx fil-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (regulatory fitness and performance programme, REFIT). Madankollu, billi twieġeb għall-bżonn li r-regoli finanzjarji tal-UE jiġu ssimplifikati, mtejba u allinjati mal-pakkett tal-QFP 2021-2027, ir-reviżjoni qed tagħti kontribut sinifikanti għall-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar. L-approċċ propost huwa kompletament konformi mal-qafas għal regolamentazzjoni aħjar u mal-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni.

Pereżempju, il-proposta tinkludi referenza dwar l-awditi diġitali u t-teknoloġiji emerġenti biex tħajjar l-użu usa’ tagħhom, filwaqt li tinżamm il-flessibilità. Il-proposta tinkludi wkoll it-tagħlimiet li ħarġu mill-COVID-19 rigward l-akkwist pubbliku (pereż. l-akkwist konġunt, l-akkwist f’isem l-Istati Membri, l-użu ta’ korp ċentrali għall-akkwisti, l-akkwisti minn diversi sorsi għall-istess tip ta’ prodott jew servizz, il-fatturazzjoni elettronika u regoli aħjar dwar l-esperti esterni). Tinkludi wkoll miżuri ta’ simplifikazzjoni għall-għotjiet (pereż. forom simplifikati ta’ għotjiet, regoli aktar sempliċi dwar l-użu ta’ voluntiera, kalkolu aktar sempliċi biex tintwera l-konformità mal-prinċipju ta' nonprofitt, kif ukoll proċess aktar sempliċi għall-għoti tal-għajnuna umanitarja). L-għan aħħari ta’ dawn il-miżuri kollha hu li jonqos il-piż amministrattiv għall-applikanti kif ukoll għar-riċevituri tal-fondi tal-UE, mingħajr ma jinħolqu riskji addizzjonali għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE.

Il-proposta ma teżentax lill-mikrointrapriżi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Tali intrapriżi jistgħu jkunu benefiċjarji tal-fondi tal-UE u għalhekk iridu jkunu soġġetti għar-regoli finanzjarji ġenerali. Ir-regoli għall-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027 diġà jagħmluha aktar faċli biex il-mikrointrapriżi jipparteċipaw. Pereżempju, il-Kummissjoni dan l-aħħar użat ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju dwar forom issimplifikati tal-finanzjament biex tadotta deċiżjoni li tippermetti lis-sidien tal-mikrointrapriżi jiddikjaraw l-ispejjez tal-persunal tagħhom bħala spejjeż unitarji predefiniti fi kwalunkwe programm ta’ finanzjament, mingħajr il-bżonn li tingħata evidenza għar-rati dikjarati. Barra minn hekk, f’ċerti oqsma, il-proposta tnaqqas l-ispejjeż għall-intrapriżi li spiss huma intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs). Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità billi, fost l-oħrajn, tistrieħ fuq id-diliġenza dovuta tas-sħab li jimplimentaw il-baġit b’ġestjoni indiretta. Dan jippermetti approċċ aktar flessibbli lejn l-MSMEs. B’mod aktar ġenerali, ħafna mill-miżuri ssimplifikati mmirati għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi kollha u għaldaqstant għall-intrapriżi żgħar u medji wkoll.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tikkonforma mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha ebda impatt fuq il-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1.1.Allinjament mal-QFP u simplifikazzjoni

·Allinjament mal-QFP (ġenerali): xi referenzi għall-atti bażiċi tal-2021-2027 u leġiżlazzjoni oħra żdiedu mar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, biex tkun iggarantita l-implimentazzjoni bla xkiel tar-Regolament tal-QFP 3 , u f'konformità mal-approċċ tal-kodiċi regolatorju uniku, huwa propost li fir-Regolament Finanzjarju jiġu riflessi ċerti derogi għall-prinċipji baġitarji li huma stabbiliti fl-atti bażiċi settorjali (l-Artikoli 12, 14, 15 u 18, l-Artikolu 32(2), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 44(1) u (3), l-Artikolu 48(2), l-Artikolu 54, l-Artikolu 96(1) u (2), l-Artikolu 97(3), l-Artikolu 106(1), l-Artikolu 115(3), l-Artikolu 214(3), l-Artikolu 250(1)(b) u l-Artikolu 253(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju). Barra minn hekk, b’segwitu għad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-possibilità tal-inklużjoni tal-kontenut tar- Regolament dwar il-Kundizzjonalità Ġenerali 4 , qed tiżdied referenza għal dan ir-Regolament fit-Titolu II dwar il-prinċipji li l-leġiżlazzjoni settorjali ma tistax tidderoga minnhom (l-Artikolu 6).

·Għoti u teħid b'self: il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rapportar f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta 2020/C 444 I/06 5 , sabiex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-awtorità baġitarja. L-emenda proposta tissimplifika l-obbligi ta’ rapportar għall-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self. Tikkodifika l-prassi attwali billi tinkludi fid-dokument anness mat-taqsima tal-baġit li tirrigwarda l-Kummissjoni, deskrizzjoni komprensiva tal-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self (l-Artikolu 52(1)).

·Dħul assenjat: il-proposta għandha l-għan li żżid it-trasparenza u l-viżibilità tad-dħul assenjat estern fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-baġit, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta (l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 41(3) u (8)). Għandha l-għan ukoll li tiffaċilita l-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali (inklużi dawk volontarji) mill-Istati Membri (l-Artikolu 21(2)), u b’hekk jiġi evitat il-bżonn li l-Istati Membri jintalbu jagħmlu pagamenti qabel ma jkun hemm il-ħtieġa għalihom.

·Strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji: il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ iċ-ċarezza legali billi: (i) tindirizza l-inkonsistenzi u r-ridondanzi fir-Regolament Finanzjarju attwali; (ii) tirrifletti aħjar il-funzjonament tal-provvediment u tal-garanziji baġitarji; kif ukoll (iii) taġġorna r-regoli rilevanti (l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 2(15) ġdid, l-Artikolu 2(33) ġdid, l-Artikolu 212(3), l-Artikolu 212(5), l-Artikolu 213(4), l-Artikolu 221 u l-Artikolu 223(6), l-Artikolu 213(5)) ġdid.

·Barra minn hekk, il-proposta tissimplifika r-rapportar biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-inkonsistenzi. Issaħħaħ l-obbligi ta’ rapportar f’dokument ta’ ħidma mehmuż mal-abbozzi ta’ baġit u mar-rapport finanzjarju integrat skont l-Artikolu 253(1). Din is-simplifikazzjoni tfisser ukoll li l-Artikolu 250 attwali jrid jitħassar. Fl-aħħar nett, il-proposta ssaħħaħ l-Artikolu 218 billi tneħħi ċerti dispożizzjonijiet tal-ex Artikolu 41(5) għall-Artikolu 218. Dan jiggarantixxi li ma hemmx bżonn isiru żewġ rapporti paralleli dwar il-fond ta’ provvediment komuni b’kontenut simili (l-Artikolu 41(5)(g) ġdid, l-Artikolu 210(3) u l-Artikolu 218).

·Il-proposta tiċċara wkoll il-mod li bih il-provvediment u l-garanziji baġitarji jaġixxu flimkien mad-definizzjonijiet u r-regoli dwar l-impenji baġitarji, l-impenji legali, ir-riċevituri u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri (l-Artikolu 2(38) u (58), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 38(3)(c), l-Artikolu 112(2), l-Artikolu 113(1)(a), l-Artikolu 113(4), l-Artikolu 115(2) u l-Artikolu 163).

1.2.Ġestjoni tal-kriżijiet, modernizzazzjoni u simplifikazzjoni

·Donazzjonijiet mhux finanzjarji minn istituzzjonijiet tal-UE: il-proposta tinkludi strument ġdid li jirrifletti l-prassi attwali. Se tipprovdi qafas għall-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu donazzjonijiet fil-forma ta’ prodotti, servizzi, provvisti jew xogħlijiet. Se tipprovdi wkoll bażi ġuridika stabbli f’mod partikolari għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza futuri, toffri aktar trasparenza, obbligu ta' rendikont u ċertezza legali għar-riċevituri (l-Artikolu 2(1), (2), (3), (38), (50) u (58), l-Artikolu 133, l-Artikolu 154(3) u l-Artikolu 244 ġdid).

·Premjijiet: l-istess bħall-introduzzjoni ta’ donazzjonijiet mhux finanzjarji, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jaġġudikaw premjijiet ta’ natura mhux finanzjarja bħal vawċers, biljetti u vjaġġi. Dan huwa importanti wkoll, pereżempju, biex żgħażagħ li ma jkollhomx kont bankarju fl-Istat Membru tagħhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet u jirċievu faċilment il-premju tagħhom b'mod prattiku. L-introduzzjoni ta’ din il-possibilità teħtieġ modifiki żgħar fl-Artikoli 2(52), 210(4) u 211(1).

·Akkwist pubbliku u esperti: il-proposta tadatta r-regoli dwar l-akkwist pubbliku li japplikaw f’sitwazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet biex istituzzjonijiet jew korpi tal-UE jkunu jistgħu jakkwistaw f’isem l-Istati Membri jew jaġixxu bħala korp ċentrali għall-akkwisti. Dan il-korp ċentrali għall-akkwisti jkun jista’ jagħmel donazzjoni ta’ provvisti u servizzi, jew ibiegħhom mill-ġdid, lill-Istati Membri, kif ukoll iniedi proċeduri ta’ akkwist konġunt, iżda l-istituzzjonijiet tal-UE ma jkunux qed jakkwistaw is-servizzi u l-provvisti għalihom infushom (l-Artikolu 169(1) u (2), l-Artikolu 169(3) ġdid, u l-punt 11.1(f) u l-punt 12.2(a) tal-Anness I). Il-proposta taġġorna wkoll id-definizzjoni ta’ kriżi biex tinkludi s-saħħa pubblika u tal-annimali, sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fis-sikurezza alimentari u theddid globali għas-saħħa bħalma huma l-pandemiji (l-Artikolu 2(22)).

Miżuri oħra ta’ simplifikazzjoni u rettifiki u aġġornamenti tekniċi jippermettu li jsiru kuntratti minn diversi sorsi, jikkoreġu l-inkonsistenzi u l-ommissjonijiet, u jiċċaraw id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist (l-Artikolu 2(46) ġdid, l-Artikolu 2(76), l-Artikolu 164(5), l-Artikolu 168(3), l-Artikolu 171(1), l-Artikolu 173(1), l-Artikolu 174(2) u (3), l-Artikolu 175, u l-punt 1.2, il-punt 6.2, il-punt 6.3, il-punt 6.4, il-punt 6.6, il-punt 9.3, il-punt 9.4, il-punt 9.5, il-punt 11.1(a) u (c), il-punt 11.1(h)(iv), il-punt 11.1(j) u (m), il-punt 11.2, il-punt 16.3(f) u (g), il-punt 18.1, il-punt 18.7, il-punt 19.2, il-punt 20.2, il-punt 21.1, il-punt 24.3, il-punt 27, il-punt 28.1, il-punt 28.2, il-punt 29.4 ġdid, il-punt 30.2, il-punt 31.1, il-punt 34 ġdid, il-punt 35.1 u l-punt 39.3 tal-Anness I).

Il-proposta tkompli tallinja r-regoli dwar l-akkwist pubbliku tar-Regolament Finanzjarju mad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku u d-Direttiva 2014/55/UE dwar il-fatturazzjoni elettronika. Pereżempju, il-proposta tiċċara l-limiti ta’ żmien li japplikaw għas-sistema dinamika ta’ xiri, u tinkludi l-possibilità li jiġu vvalutati – bħala kriterji għall-aġġudikazzjoni – il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt (l-Artikolu 117(3), l-Artikolu 176(2), l-Artikolu 176(4) u (5) ġdid, u l-Artikolu 179(1)).

Il-proposta twieġeb ukoll għall-bżonn ta’ regoli aktar flessibbli għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, li jqisu wkoll il-kundizzjonijiet tas-suq lokali u l-prattiki tal-Istati Membri. Għalhekk, il-limitu massimu għall-aċċess għas-suq u r-regoli dwaru huma allinjati ma’ dawk li bħalissa japplikaw għall-akkwist pubbliku fl-azzjonijiet esterni. Barra minn hekk, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġġudikaw kuntratti f’isimhom stess ikunu jistgħu jaċċettaw, pereżempju, il-preżentazzjoni bl-idejn tad-dokumenti (l-Artikolu 153(5)).

Huwa propost ukoll li l-miżuri li ttieħdu skont l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali 6 (International Procurement Instrument, IPI, għadu mhux adottat) jiġu applikati għall-akkwist tal-istituzzjonijiet tal-UE. L-awtoritajiet kontraenti se jkollhom japplikaw il-miżuri tal-IPI (f’forma ta’ aġġustament tal-punteġġ għall-offerti li jirċievu mingħand operaturi ekonomiċi stabbiliti f’ċerti pajjiżi terzi, jew fil-forma ta’ esklużjoni ta’ dawn l-operaturi) bl-istess mod li japplikawhom l-awtorità kontraenti u l-entitajiet kontraenti tal-Istati Membri ladarba jidħol fis-seħħ ir-Regolament IPI u l-miżuri IPI jiġu adottati u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali – jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu l-eżempju u japplikaw l-istess regoli (l-artikolu 179(1), u l-punt 14 tal-Anness I).

Il-proposta twieġeb għall-bżonn li l-proċeduri ta’ akkwist rigward il-binjiet jiġu ssimplifikati. Barra minn hekk, il-proposta teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku ta’ dan ir-Regolament lis-servizzi ta’ awtentikazzjoni li jipprovdu n-nutara, fosthom il-possibilità li jkun hemm proċeduri nnegozjati mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel għas-servizzi li jagħtu l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni biex tintuża proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt wara li tkun falliet proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar (l-Artikolu 164 u l-punt 6 tal-Anness I).

Skont il-każistika attwali 7 , l-offerenti jridu jipprovdu evidenza dwar il-kriterji tal-għażla u tal-esklużjoni qabel ma l-awtorità kontraenti tieħdu d-deċiżjoni taġġudika l-kuntratt. Il-proposta tiggarantixxi li r-Regolament Finanzjarju jiġi allinjat mal-każistika rigward dan (l-Artikolu 2(51) u l-punt 18.4 tal-Anness I).

Il-premessi jenfasizzaw ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku.

Fl-aħħar nett il-proposta tagħmel ir-regoli aktar komprensivi għall-esperti u tallinjahom mar-realtà tas-suq. B’hekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu b’remunerazzjonijiet li joffru atturi oħrajn fis-suq meta jkunu qed jikkuntrattaw esperti esterni bi ħlas. Ir-regoli l-ġodda jippermettu li l-Kummissjoni tkun tista’ tuża l-listi tal-esperti għal żmien itwal (l-Artikolu 242).

·Għotjiet: il-proposta tinkludi aġġornamenti tekniċi, simplifikazzjoni, kjarifikazzjonijiet u rettifiki. Tiċċara r-regoli dwar il-forom issimplifikati tal-għotjiet (l-Artikolu 184(3) u l-Artikolu 187) u tistabbilixxi li l-limitu ta’ 50% tal-ispejjeż tal-voluntiera japplika għall-finanzjament totali ta’ azzjoni (l-Artikolu 194(2)).

Barra minn hekk, il-proposta tiċċara li ma hemmx bżonn sistematikament ta’ proċedura kontenzjuża biex parteċipant jiġi rifjutat minn proċedura ta’ aġġudikazzjoni (l-Artikolu 135).

Il-proċedura tissimplifika wkoll il-kalkoli skont il-prinċipju ta' nonprofitt (l-Artikolu 196(4)) u l-forniment ta’sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għal każi speċjali (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 208).

Biex tiżdied it-trasparenza, hemm miżjuda definizzjoni ta’ NGOs, filwaqt li dawk li japplikaw għall-għotjiet ikollhom jiddikjaraw l-istatus legali tagħhom u jikkonfermaw jekk humiex NGOs (l-Artikolu 2(46) ġdid u l-Artikolu 200(1)(a)).

Fl-aħħar nett, id-definizzjoni u l-użu ta’ “kuntratti pubbliċi” skont it-Titolu VII huma kkoreġuti (l-Artikolu 2(16) u l-Artikolu 205(1) u (2)).

·Donazzjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-UE: il-proposta tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet mingħajr dewmien dwar jekk donazzjonijiet jiġu aċċettati jew miċħuda meta jkun hemm bżonn ta’ reazzjoni rapida, f’każi eċċezzjonali u b’salvagwardji xierqa, meta tali donazzjonijiet isiru għall-iskop ta’ għajnuna umanitarja, appoġġ ta’ emerġenza, protezzjoni ċivili jew ġestjoni ta’ kriżi (l-Artikolu 25(3)).

·Diġitalizzazzjoni: Il-proposta tappoġġa l-impenn tal-Kummissjoni li ssir diġitali b'mod awtomatiku. Dan iżid l-effiċjenza u l-kwalità tal-kontrolli u tal-awditi bl-għajnuna tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji emerġenti bħall-estrazzjoni tad-data, it-tagħlim awtomatiku, l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi robotiċi u l-intelliġenza artifiċjali. L-għoti ta’ aktar viżibbiltà lil dawn l-aspetti jwassal għal użu usa’ u aktar konsistenti tal-awditi u tal-kontrolli diġitali. Dan, min-naħa l-oħra, mistenni li jżid il-livell ta’ affidabilità, filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż tal-awditi u tal-kontrolli (l-Artikolu 36, l-Artikolu 63(4)(a), l-Artikolu 74(5) u (6), l-Artikolu 150(1)).

Il-proposta għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-kwalità u l-interoperabilità tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għall-kontrolli u l-awditi, inkluż permezz tal-użu ta’ sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju (aktar dettalji fil-punt 3 hawn taħt).

Jenħtieġ li ċerti regoli u proċeduri dwar l-akkwist u l-esperti jiġu emendati biex jirriflettu l-progress fid-diġitalizzazzjoni.

·Tranżizzjoni ekoloġika: din il-proposta għandha wkoll l-għan li taġġusta r-Regolament Finanzjarju biex tiggarantixxi li l-implimentazzjoni tal-baġit tgħin b’mod effettiv biex jinkiseb il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għal dan il-għan, jenħtieġ li fl-Artikolu 33(2) tiddaħħal referenza espliċita għall-prinċipju li ma ssir l-ebda ħsara, f’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal finanzjament sostenibbli u t-tranżizzjoni ekoloġika.

Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata l-ekoloġizzazzjoni tal-bini tal-UE, fl-Artikolu 271 iddaħħlet il-possibilità li jintuża self għall-finanzjament tar-rinnovazzjoni tal-bini.

Fl-aħħar nett, meta rilevanti, jenħtieġ li s-sejħiet għall-offerti fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jkunu jinkludu kriterji ekoloġiċi għall-aġġudikazzjoni jew tal-għażla biex jinċentivaw lill-operaturi ekonomiċi joffru opzjonijiet aktar sostenibbli.

F’konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Liġi dwar il-Klima, il-Kummissjoni tqis li l-proposti ta’ hawn fuq huma konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Liġi dwar il-Klima, kif ukoll mal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u għall-2040. Dawn il-proposti huma konsistenti wkoll mal-iżgurar tal-progress fl-adattament, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tal-Liġi dwar il-Klima, u allinjati mal-objettivi tal-Liġi dwar il-Klima.

1.3.Protezzjoni msaħħa tal-interessi finanzjarji tal-UE u l-ġestjoni indiretta

·Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni: huwa propost li s-sistema tissaħħaħ billi tiġi applikata b’mod immirat aħjar għall-fondi kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll fil-ġestjoni diretta fejn il-fondi jiġu żborżati bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri, pereżempju skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 8 . L-objettiv huwa li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jitħallewx jagħżlu operaturi ekonomiċi frodulenti biex iwettqu proġetti, u jipproteġu aħjar il-baġit tal-Unjoni kontra mġiba ħażina serja mingħajr ma jistennew l-eżitu finali tal-proċeduri nazzjonali. Dwar id-dimensjoni transterritorjali tal-implimentazzjoni tal-proġetti, huwa propost li l-esklużjoni ta’ entitajiet u persuni fil-livell tal-Unjoni tkun tapplika għall-finanzjament kollu tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti fl-Istati Membri kollha. Esklużjoni bħal din tkun soġġetta għal diversi limitazzjonijiet u salvagwardji. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jkun limitat għal lista eżawrjenti tal-aktar forom serji ta’ mġiba ħażina (pereż. il-korruzzjoni, il-frodi, il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu) li jinsabu f’dawn li ġejjin: (i) awditu finali tal-Unjoni, rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jew investigazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE); jew (ii) awditu nazzjonali, sentenza jew deċiżjoni amministrattiva (l-Artikolu 138(2), l-Artikolu 139(1) u l-Artikolu 145(5)).

Minbarra dan ta’ hawn fuq, jiżdiedu raġunijiet awtonomi għall-esklużjoni, ibbażati fuq ir-rifjut ta’ kooperazzjoni f’investigazzjonijiet, kontrolli jew awditi mwettqa minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF, l-UPPE jew il-Qorti tal-Awdituri u bl-inċitament għall-mibegħda jew id-diskriminazzjoni (l-Artikolu 139(1)(i) il-ġdid u 139 (1) (c) (vi), rispettivament). Qed jiġi propost ukoll li l-ksur ta’ kunflitt ta’ interess jissemma b’mod espliċitu bħala raġuni awtonoma ta’ esklużjoni fil-kunċett ta’ kondotta professjonali ħażina serja (l-Artikolu 139(1)(c) (iv)). Qed tiġi proposta proċedura mħaffa għall-każijiet li jeżiġuha n-natura jew iċ-ċirkustanzi tagħhom (l-Artikolu 139(6) ġdid). Il-proposta tinkludi wkoll il-possibilità li jiġu esklużi s-sidien benefiċjarji u l-entitajiet affiljati jekk jitqies li r-rekwiżiti għall-attribuzzjoni tal-obbligazzjoni ġew issodisfati (l-Artikolu 138(2)(h) u (i) ġdid, l-Artikolu 139(2) u l-Artikolu 139(5) ġdid). Emendi oħra jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali fis-sistema, pereżempju billi joħolqu preżunzjoni legali ta’ notifika tal-kontenut ta’ ittri kontradittorji u deċiżjonijiet amministrattivi (l-Artikolu 138(2)(g) ġdid, l-Artikolu 139(1), l-Artikolu 139(1)(d) (i), l-Artikolu 139(1)(e), l-Artikolu 139(7), l-Artikolu 140(1), l-Artikolu 143, l-Artikolu 145(5), l-Artikolu 146(2), l-, l-Artikolu 147 ġdid, l-Artikolu 152(3) ġdid, l-Artikolu 152(2)(h), l-Artikolu 153 u l-Artikolu 156(6) ġdid).

·Sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju: il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità u l-interoperabbiltà tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni u dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-Unjoni. Għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, jew għar-rimedju tal-irregolaritajiet, hemm bżonn li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-persuni fiżiċi li huma s-sidien benefiċjarji tar-riċevituri u li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw mill-użu ħażin tal-finanzjament tal-Unjoni. Dan jinkiseb billi jiġu standardizzati r-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni u s-sidien benefiċjarji tagħhom għal skopijiet ta’ kontroll u awditjar. Barra minn hekk, ikun hemm obbligu li tintuża sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju (ipprovduta mill-Kummissjoni) biex wieħed jaċċessa u janalizza dik id-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni. Din is-sistema tiffaċilita b’mod konsiderevoli l-identifikazzjoni tar-riskji ta’ frodi, korruzzjoni, finanzjament doppju, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet oħra. Il-Kummissjoni tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-ġestjoni u s-superviżjoni tas-sistema tal-IT unika integrata għall-estrazzjoni tad-data u l‑punteġġ tar-riskju (l-Artikoli 36, 159a u 275). Jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-ħżin, it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data jkunu jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Fl-aħħar nett, il-proposta tapplika l-Artikolu 36 għal każijiet fejn l-Istati Membri jirċievu u jimplimentaw finanzjament tal-Unjoni b’ġestjoni diretta. L-obbligi ta’ hawn fuq japplikaw għall-programmi adottati fil-QFP ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu biex ikun hemm biżżejjed żmien sakemm jiġu adattati s-sistemi tad-data elettronika u jingħataw gwida u taħriġ. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-applikazzjoni volontarja se tibqa’ possibbli u se tiġi nkoraġġita. Din il-proposta għandha rwol ewlieni fl-azzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni spjegati fil-punt 2 hawn fuq.

·Trasparenza: il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku dwar l-użu tal-baġit tal-Unjoni u dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni. Dan jinkiseb billi l-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża, l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni indiretta, u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni jkunu obbligati jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-riċevituri tagħhom tal-finanzjament tal-Unjoni mill-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni żżid mal-informazzjoni ta’ hawn fuq id-data li jkollha dwar il-ġestjoni diretta u tkun responsabbli għall-konsolidazzjoni, iċ-ċentralizzazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni f’bażi tad-data f’sit web uniku, li jkopri l-metodi kollha tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Is-sit web uniku li jirriżulta jkun verżjoni mtejba tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja li bħalissa qed tintuża għall-ġestjoni diretta (l-Artikoli 38, 159 u 275). Fl-aħħar nett, il-proposta tapplika l-Artikolu 38 għal każijiet fejn l-Istati Membri jirċievu u jimplimentaw finanzjament tal-Unjoni b’ġestjoni diretta. L-obbligi ta’ hawn fuq japplikaw għall-programmi adottati fl-ambitu tal-QFP ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu, biex tiġi ggarantita tranżizzjoni bla xkiel u jiġu adattati s-sistemi tad-data elettronika.

·Ġestjoni indiretta: il-ġestjoni indiretta tiddependi fuq ir-regoli, is-sistemi u l-proċeduri tas-sħab tal-Unjoni inkarigati mill-implimentazzjoni biex jipprovdu protezzjoni adegwata tal-interessi finanzjarji tal-UE. Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tal-liġi, b’mod partikolari meta jiġu vvalutati s-sħab u jiġu imposti l-obbligi kuntrattwali. Dan itejjeb il-kooperazzjoni mas-sħab tal-Unjoni inkarigati mill-implimentazzjoni. Il-proposta hija konsistenti wkoll mar-regoli maqbula reċentement fil-qafas tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali. Jenħtieġ li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn, b’mod partikolari għar-riċevituri finali li huma MSMEs jew operaturi ekonomiċi komparabbli b’fatturat jew total tal-karta bilanċjali ekwivalenti. Hemm bżonn li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu aġġustati, u l-kontroreferenzi jiġu aġġornati. Bħala simplifikazzjoni, il-proposta tipprevedi l-għażla li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni b’ġestjoni kondiviża jiġu eżentati mill-valutazzjoni tal-pilastri, peress li r-regoli tagħhom diġà huma vvalutati fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża. Il-possibilità attwali li l-aġenziji deċentralizzati jiġu eżentati mill-valutazzjoni tal-pilastri ssir eżenzjoni awtomatika u tiġi estiża għal aġenziji kompletament awtofinanzjati u għal missjonijiet tal-PESK. Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar it-trasparenza għar-riċevituri tal-finanzjament tal-UE jinbidlu u jiżdiedu l-kjarifiki tekniċi (l-Artikolu 62(1), l-Artikoli 158 u 159, l-Artikolu 160(3), l-Artikolu 212(3) ġdid u l-Artikolu 212(4)).

·Proċeduri ta’ aġġudikazzjoni tal-Unjoni li jikkonċernaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku: din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni tal-Unjoni li jikkonċernaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku. Għandha wkoll l-għan li tapplika dawn il-kundizzjonijiet f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Dawn ir-regoli jikkonċernaw proċeduri ta’ aġġudikazzjoni għal kull tip ta’ strument ta’ implimentazzjoni tal-baġit: għotjiet, akkwist, premjijiet, ġestjoni indiretta, eċċ. (l-Artikolu 137 ġdid).

·Kunflitt ta’ interess: din il-proposta tinkludi kjarifika tal-kunċett tal-liġi applikabbli, li tinkludi l-liġi nazzjonali dwar il-kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 61).

·Interessi kunfliġġenti professjonali li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq ta’ kuntratt ta’ akkwist pubbliku. B’segwitu għall-investigazzjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt 9 , huwa propost li tiżdied definizzjoni u raġuni espliċita għalfejn parteċipanti jiġu rifjutati mill-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni għal tali raġunijiet (l-Artikolu 144). Barra minn hekk, l-offerenti kollha jridu jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tikkonferma li ma għandhom l-ebda interess professjonali kunfliġġenti, u jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meta jkun meħtieġ (il-punt 18.4 tal-Anness I). Fl-aħħar nett, il-proposta tenfasizza l-obbligu tal-awtorità kontraenti li tivvaluta jekk hemmx tali interessi (il-punt 20.1 tal-Anness I).

·L-assistenza tal-Istati Membri fl-irkupru ta’ talbiet tal-UE trid tiġi ggarantita billi jiġi estiż il-mekkaniżmu ta’ assistenza li diġà qed jiġi applikat bejn l-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra biex ikopru wkoll lill-Kummissjoni. Sabiex it-talbiet tal-UE jiġu rkuprati b’mod aktar effikaċi, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jrid ikun jista’ jiddependi fuq l-assistenza tal-Istati Membri biex jinnotifika b’mod effikaċi lid-debituri u jidentifika l-assi tad-debituri (l-Artikolu 104 ġdid).

·Sussidji barranin: il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar is-sussidji barranin 10 bħalissa qed tiġi nnegozjata. Skont kif il-proposti jimxu ’l quddiem, ir-Regolament Finanzjarju jista’ jiġi allinjat ma’ dak ir-regolament ġdid matul in-negozjati.

1.4.Simplifikazzjonijiet mixxellanji u aġġornamenti tekniċi

Qed jiġu proposti l-bidliet tekniċi u l-aġġornamenti għar-Regolament Finanzjarju li ġejjin:

·jiġu ttrattati l-ommissjonijiet u l-kontroreferenzi ħżiena fl-Artikolu 49(1), l-Artikolu 71, l-Artikolu 114(4), l-Artikolu 154(3), l-Artikolu 163(4) u l-Artikolu 253(1)(d) u (f);

·tiġi kkompletata l-lista ta’ dokumenti ta’ ħidma fl-Artikolu 41(3)(e) b’dokument dwar il-politika tal-bini;

·jiġi emendat l-Artikolu 41(4)(j) biex jirrifletti l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku;

·jiġu aġġustati r-regoli speċifiċi dwar l-impenji għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija fl-Artikolu 114 biex jiġi ffaċilitat allinjament aħjar mal-prattiki kontabilistiċi standard. Din il-bidla teknika taffettwa wkoll ir-regoli speċifiċi għall-pagamenti li jsiru bil-quddiem skont l-Artikolu 270 iżda ma għandha l-ebda impatt fuq il-pagamenti lill-Istati Membri jew lill-benefiċjarji;

·jiddaħħlu aġġornamenti tekniċi fl-Artikolu 252 dwar skadenzi avvanzati għal kontijiet konsolidati, u jinbidlu d-dati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti fl-Artikolu 271;

·jiġu aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni mħassra tal-Unjoni.

Qed jiġu proposti l-bidliet neċessarji ulterjuri li ġejjin għar-Regolament Finanzjarju:

·jiġi ggarantit trattament baġitarju xieraq u jiġi evitat piż finanzjarju bla bżonn fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni, li jagħmilha possibbli li jitnaqqsu l-interessi, u kwalunkwe imposta oħra dovuta meta multa, penali oħra jew sanzjoni tkun ġiet ikkanċellata jew l-ammont ikun tnaqqas, inkluż kull redditu negattiv relatat ma’ tali multi, penali jew sanzjonijiet oħra min-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni (dħul negattiv), filwaqt li jiġi ggarantit ukoll kumpens adegwat fil-każ tar-rimborż ta’ multi mħallsa proviżorjament (l-Artikolu 48(1) u l-Artikolu 48(2) ġdid, l-Artikolu 99(4), l-Artikolu 108(2), l-Artikolu 109(1), l-Artikolu 109(2), u l-Artikolu 109(4)). Dawn il-bidliet jintegraw dawk diġà proposti mill-Kummissjoni, minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, fil-proposta awtonoma tal-Kummissjoni dwar l-emenda tar-Regolament Finanzjarju rigward it-trattament ta’ multi tal-kompetizzjoni kkanċellati jew imnaqqsa 11 ;

·is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-kontijiet tal-imprest biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom id-delegazzjonijiet tal-UE (l-Artikoli 88 u 89) u dwar il-ġestjoni tat-teżor, b’mod partikolari l-użu tal-karti ta’ kreditu u metodi moderni ta’ pagament (l-Artikolu 86).

🡻 2018/1046 (adattat)

2022/0162 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(riformulazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (d) tal-Artikolu 46, l-Artikolu 149, il-punt (a) tal-Artikolu 153(2), l-Artikoli 164, 172, 175, 177 u 178, l-Artikolui 189(2), 212(2) u 322(1) u l-Artikolu 349 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

 ġdid

(1)Iridu jsiru għadd ta’ emendi għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 . Fl-interess taċ-ċarezza jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat.

🡻 2018/1046 premessa 1

(2)Wara tliet snin ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jsiru emendi ulterjuri għar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-“baġit”) sabiex jitneħħew l-ostakoli fl-implimentazzjoni billi tiżdied il-flessibilità, sabiex tiġi ssimplifikata l-kunsinna għall-partijiet ikkonċernati u għas-servizzi, sabiex tingħata attenzjoni akbar lir-riżultati u sabiex jittejbu l-aċċessibilità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

🡻 2018/1046 premessa 2

(3)Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit u sabiex ir-regoli rilevanti jiġu inklużi f’regolament wieħed, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 17 . Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li r-regoli ewlenin mir-Regolament (UE) Nru 1268/2012 jiġu inklużi f’dan ir-Regolament, filwaqt li regoli oħrajn jiġu inklużi f’linji gwida għas-servizzi.

 ġdid

(4)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 322 TFUE u ma jirregolax jew ma jaffettwax l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi adottati abbażi tat-TFUE u tat-TUE, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(5)Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-“baġit”) u wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 18 li stabbilixxa l-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2021 sal-2027, jenħtieġ li jsiru ċerti emendi mmirati sabiex ir-regoli finanzjarji ġenerali jiġu allinjati mal-qafas legali l-ġdid, jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ ġestjoni effiċjenti tal-kriżijiet u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru simplifikazzjonijiet immirati, aġġornamenti tekniċi u korrezzjonijiet.

(6)Wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027, jenħtieġ li r-referenzi għall-atti bażiċi, għad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 19 , għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 u għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 jiġu sostitwiti jew jiżdiedu mar-referenzi użati tul dan ir-Regolament.

(7)Fl-interess taċ-ċarezza, ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 imħassar għandhom 20 jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 21

(8)Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li għadd ta’ kontroreferenzi jiġu kkoreġuti.

(9)Hemm bżonn li jiġu riflessi aħjar in-natura speċifika u l-funzjonament tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji u tal-garanziji baġitarji. Għalhekk jenħtieġ li ċerti definizzjonijiet u regoli dwar il-garanziji baġitarji, l-impenji baġitarji, l-impenji legali, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, ir-riċevituri u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri jiġu aġġustati. Jenħtieġ li tiżdied definizzjoni tal-fażi tal-kostituzzjoni tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet jiġu aġġornati biex jirriflettu b’mod partikolari l-emendi għar-regoli tal-akkwist u l-introduzzjoni ta’ regoli dwar donazzjonijiet mhux finanzjarji.

(10)Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni li huma organizzazzjonijiet mhux governattivi, jenħtieġ li jkun hemm definizzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li tipprevedi kriterji għall-identifikazzjoni tagħhom u jentħeiġ lui l-applikanti għall-għotjiet jiddikjaraw l-istatus legali tagħhom, inkluż jekk humiex organizzazzjonijiet mhux governattivi.

(11)Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament tiddaħħal referenza għar-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni stabbilita fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 huwa l-fulkru tal-qafas legali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 3

(12)Il-prinċipji baġitarji fundamentali jenħtieġ li jinżammu. Jenħtieġ li d-derogi eżistenti minn dawk il-prinċipji għal oqsma speċifiċi bħar-riċerka, l-azzjonijiet esterni u l-fondi strutturali jiġu rieżaminati u ssimplifikati sa fejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq il-persuni kkonċernati.

🡻 2018/1046 premessa 4

(13)Jenħtieġ li r-regoli dwar ir-riporti tal-approprjazzjonijiet ikunu ppreżentati b’mod aktar ċar u jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn riporti awtomatiċi u dawk mhux awtomatiċi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati jipprovdu informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm dwar ir-riporti awtomatiċi kif ukoll dwar dawk mhux awtomatiċi.

🡻 2018/1046 premessa 5

(14)Jenħtieġ li jkun possibbli li d-dħul assenjat estern jiġi riportat u użat għall-programm jew l-azzjoni li jmiss bil-ħsieb li tali fondi jintużaw b’mod effiċjenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-dħul assenjat intern jiġi riportat biss għas-sena finanzjarja sussegwenti, ħlief meta dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor.

 ġdid

(15)Wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027 u l-atti bażiċi relatati miegħu, ċerti regoli relatati mal-prinċipji baġitarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kanċellazzjoni u r-riport, id-diżimpenji u d-disponibbiltà mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji, stabbiliti fir-Regolament 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, ir-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 24 ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , ir-Regolament(UE) Nru 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 27 , ir-Regolament tal-Kunsill(Euratom) Nru2021/948 28 u r-Regolament (UE) Nru 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , jenħtieġ li jiġu inkorporatif’dan ir-Regolament.

🡻 2018/1046 premessa 6

(16)Fir-rigward tad-dħul assenjat intern, jenħtieġ li jitħalla jsir il-finanzjament ta’ proġetti ta’ bini ġodda bid-dħul miksub mill-kiri u mill-bejgħ ta’ bini. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tali dħul jitqies bħala dħul assenjat intern li jista’ jiġi riportat sa meta jiġi eżawrit.

 ġdid

(17)Fl-interess tas-simplifikazzjoni u sabiex jiġi allinjat aħjar iż-żmien tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri mal-ħtiġijiet ta’ pagament korrispondenti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali kollha mill-Istati Membri għall-azzjonijiet u l-programmi tal-Unjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet volontarji, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess trattament u jitqiesu bħala dħul assenjat estern.

(18)Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-preżentazzjoni tad-dħul assenjat, jenħtieġ li informazzjoni dettaljata dwar l-ammont stmat tad-dħul assenjat estern li mistenni li jidħol, u l-allokazzjoni prevista għal-linji baġitarji rilevanti jiġu pprovduti f’anness, li jifforma parti integrali mill-baġit.

(19)Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasferimenti soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali jiġu aġġornati biex iqisu r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza stabbilita skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti sabiex jirriflettu li l-abbozzi ta’ baġits emendatorji ma għadhomx meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza.

🡻 2018/1046 premessa 7

(20)L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni li ssir lill-Unjoni.

 ġdid

(21)Sabiex tkun possibbli reazzjoni rapida f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ taċċetta donazzjonijiet in natura, irrispettivament mill-valur tagħhom, fejn tali donazzjonijiet isiru għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, appoġġ ta’ emerġenza, protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Sabiex jiġu ggarantiti salvagwardji xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni taċċetta biss tali donazzjonijiet meta l-aċċettazzjoni tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza, ma twassalx għal kunflitti ta’ interess u ma tagħmilx ħsara lill-immaġni tal-Unjoni. Fil-mument tal-aċċettazzjoni, jenħtieġ li d-donatur ma jkunx f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni skont is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u jenħtieġ li ma jiġix irreġistrat bħala eskluż fil-bażi tad-data korrispondenti.

🡻 2018/1046 premessa 8

(22)Jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni ta’ awtorizzazzjoni sabiex ikun possibbli sponsorizzar in natura minn persuna ġuridika ta’ avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.

🡻 2018/1046 premessa 9

(23)Jenħtieġ li l-kunċett tal-attwazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni jenħtieġ li tkun marbuta mal-applikazzjoni diretta tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jenħtieġ ukoll li jiġi definit, u jenħtieġ li tiġi stabbilita rabta bejn l-objettivi stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati kif ukoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, waqt li jiġu evitati kunflitti ma’ oqfsa tal-prestazzjoni eżistenti tal-programmi differenti, it-terminoloġija tal-prestazzjoni, b’mod partikolari l-output u r-riżultati, jenħtieġ li jiġu definiti.

 ġdid

(24)Meta titqies l-importanza li jiġu indirizzati l-isfidi klimatiċi u ambjentali u sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-baġit tikkontribwixxi biex jinkiseb l-Patt Ekoloġiku Ewropew 30 , jenħtieġ li l-kunċett ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-baġit jiġi estiż biex jinkludi l-implimentazzjoni ta’ programmi u attivitajiet b’mod sostenibbli, li ma jfixkilx milli jinkisbu l-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

🡻 2018/1046 premessa 10

(25)F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 31 , jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun ta’ kwalità għolja u jenħtieġ li din tiffoka fuq oqsma fejn għandha l-akbar valur miżjud għaċ-ċittadini u tkun kemm jista’ jkun effiċjenti u effettiva biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika komuni tal-Unjoni. L-assoġġettar għal evalwazzjoni tal-programmi ta’ nfiq u tal-attivitajiet kemm eżistenti kif ukoll dawk ġodda li jinvolvu nfiq sinifikanti jista’ jgħin biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

 ġdid

(26)Sabiex jiġi implimentat l-impenn tal-Kummissjoni li tkun diġitali b’mod awtomatiku u biex jitrawmu kontrolli u awditi aktar effiċjenti u kwalitattivi billi jiżdied il-livell ta’ assigurazzjoni filwaqt li titnaqqas l-ispiża, huwa xieraq li tiġi introdotta referenza espliċita għall-użu ta’ għodod diġitali u teknoloġiji emerġenti bħat-tagħlim awtomatiku, l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi robotiċi, l-estrazzjoni tad-data u l-intelliġenza artifiċjali.

(27)Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri standardizzati għall-ġbir, it-tqabbil u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, jew għar-rimedju tal-irregolaritajiet, hemm bżonn li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-persuni fiżiċi li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, b’mod dirett jew indirett, mill-użu ħażin tal-finanzjament tal-Unjoni. Ir-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inklużi s-sidien benefiċjarji tagħhom kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u 32 tal-Kunsill u li dik id-data ssir disponibbli b’mod regolari f’sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju pprovduta mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tal-għażla, l-aġġudikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni, il-kontroll u l-awditjar u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu effettivi tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-ġestjoni u s-superviżjoni tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) u korpi investigattivi u ta’ kontroll oħra tal-Unjoni jkollhom l-aċċess meħtieġ għal din id-data fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli relatati mar-reġistrazzjoni, il-ħżin, it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data jkunu konformi mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

🡻 2018/1046 premessa 11

(28)F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza stabbilit fl-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iwettqu xogħolhom kemm jista’ jkun b’mod miftuħ. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-applikazzjoni ta’ dak il-prinċipju jimplika li ċ-ċittadini għandhom ikunu jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintefqu il-fondi mill-Unjoni. Tali informazzjoni trawwem dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni, issaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni u tikkontribwixxi biex tqawwilha l-kredibbiltà. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni tkun aktar immirata u li jkollha l-għan li żżid il-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni għaċ-ċittadini. Tali objettivi jenħtieġ li jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni, idealment bl-użu ta’ għodda moderni ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha ta’ fondi ffinanzjati mill-baġit, li tqis l-interessi leġittimi ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ta’ dawk ir-riċevituri u, f’dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-data personali tagħhom. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti.

🡻 2018/1046 premessa 12 (adattata)

 ġdid

(29)Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li jiġi segwit l-ogħla livell ta’ trasparenza fir-rigward ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri. L-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni diretta jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’sit web dedikat tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bħas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja,. u Jenħtieġ li r-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni jkopru l-metodi kollha ta’ implimentazzjoni tal-baġit, inkluż minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri, il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni jibagħtu lill-Kummissjoni, mill-inqas fuq bażi annwali, informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom tal-finanzjament tal-Unjoni. Jenħtieġ li  din l-informazzjoni  tinkludi mill-inqas l-isem  , identifikatur uniku u l-post fejn jibnsab ir-riċevitur, l-ammont legalment impenjat u l-għan tal-miżura. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tqis l-kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, it-tip u l-importanza tal-miżura.

🡻 2018/1046 premessa 13

(30)Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit b’mod indirett permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa għaldaqstant xieraq li organizzazzjoni ta’ Stat Membru tkun definita bħala entità stabbilita minn Stat Membru bħala korp regolat bil-liġi pubblika, jew bħala korp regolat bil-liġi privata, fdat b’missjoni ta’ servizz pubbliku u pprovdut b’garanziji finanzjarji adegwati minn dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju provdut lil tali korpi regolati bil-liġi privata minn Stat Membru f’konformità ma’ rekwiżiti eżistenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, f’forma deċiża minn dak l-Istat Membru u li ma tirrikjedix neċessarjament garanzija bankarja, jitqies bħala garanziji finanzjarji adegwati.

🡻 2018/1046 premessa 14

Għall-premji, l-għotjiet u l-kuntratti mogħtija wara l-ftuħ ta’ proċedura pubblika għall-kompetizzjoni, u b’mod partikolari għal kompetizzjonijiet, għal sejħiet għal proposti u għal sejħiet għall-offerti, sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tat-TFUE u b’mod partikolari l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni„ l-isem u l-lokalità tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu ppubblikati. Tali pubblikazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-kontroll tal-proċeduri tal-għoti mill-applikanti li ma ntgħażlux fil-kompetizzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 15

(31)Jenħtieġ li d-data personali li tirreferi għal persuni fiżiċi ma tkunx pubblikament disponibbli għal żmien itwal mill-perjodu li matulu l-fondi jkunu qegħdin jintużaw mir-riċevitur u, għalhekk, jenħtieġ li titneħħa wara sentejn. Jenħtieġ li l-istess japplika għad-data personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li isimhom uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

🡻 2018/1046 premessa 16

(32)Fil-maġġoranza tal-każijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-pubblikazzjoni tikkonċerna persuni fiżiċi. Meta huma kkonċernati persuni fiżiċi, jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ta’ data personali tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità bejn l-importanza tal-ammont mogħti u l-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-aħjar użu tal-fondi. F’tali każijiet, il-pubblikazzjoni tar-reġjun fil-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) hija konsistenti mal-objettiv tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn l-Istati Membri ta’ daqs differenti, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tar-riċevituri għal ħajja privata u, b’mod partikolari, il-protezzjoni tad-data personali tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 17

 ġdid

(33)Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet li fihom ma għandhiex issir pubblikazzjoni. Per eżempju, jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata informazzjoni fir-rigward ta’ boroż ta’ studju jew ta’ forom oħra ta’ appoġġ dirett imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, ta’ ċerti kuntratti b’valur baxx ħafna jew ta’ sostenn finanzjarju taħt ċertu limitu pprovdut permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji , jew f’każijiet fejn id-divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif inhuma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew li ssir ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri. Madankollu, għal għotjiet jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda eżenzjoni speċjali mill-obbligu li tkun ippubblikata informazzjoni abbażi ta’ limitu speċifiku sabiex tinżamm il-prattika attwali u tkun possibbli t-trasparenza.

🡻 2018/1046 premessa 18

(34)Meta tkun ippubblikata data personali tar-riċevituri għall-finijiet ta’ trasparenza b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-kontroll tal-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni, jenħtieġ li dawn ir-riċevituri jkunu infurmati dwar tali pubblikazzjoni, kif ukoll dwar id-drittijiet tagħhom u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2018/1725 (KE) No 45/2001 33 u (UE) 2016/679 34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

🡻 2018/1046 premessa 19

(35)Sabiex jiġi ggarantit ir-rispett għall-prinċipju tat-trattament ugwali għar-riċevituri kollha, jenħtieġ li tiġi ppubblikata wkoll l-informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi, f’konformità mal-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu grad imdaqqas ta’ trasparenza għal kuntratti akbar mil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 .

🡻 2018/1046 premessa 20

 ġdid

(36)F’każ ta’ ġestjoni indiretta u kondiviża, jenħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar ir-riċevituri u ir-riċevituri finali. F’każ ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppubblikata f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur. Jenħtieġ li -Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar sit web uniku, inkluża referenza għall-indirizz tiegħu, fejn wieħed isib informazzjoni dwar ir-riċevituri u r-riċevituri finali.

🡻 2018/1046 premessa 21

(37)Fl-interess ta’ leġġibbiltà u trasparenza akbar tad-data dwar l-istrumenti finanzjarji implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta, huwa xieraq li l-obbligi kollha ta’ rapportar jinġabru f’dokument ta’ ħidma wieħed li għandu jkun mehmuż mal-abbozz ta’ baġit.

 ġdid

(38)Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi allinjata t-tempistika tar-rapportar mad-disponibbiltà tad-data rilevanti, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-garanziji baġitarji, il-fond ta’ proviżjonament komuni u l-obbligazzjonijiet kontinġenti jinġabru f’dawn it-tliet kategoriji u jiġu ppreżentati b’mod komprensiv fir-rapporti rispettivi.

(39)Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-akkuratezza fir-rappurtar, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji ppreżentata fid-dokument ta’ ħidma mehmuż mal-abbozz ta’ baġit tinkludi informazzjoni dwar it-telf realizzat mill-assi.

(40)Sabiex tiġi ggarantita s-sinkronizzazzjoni mal-iskeda ta’ żmien għall-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, jenħtieġ li d-dokument ta’ ħidma dwar il-politika tal-bini tal-Kummissjoni jiġi mehmuż mal-abbozz ta’ baġit.

🡻 2018/1046 premessa 22 (adattata)

(41)Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, u is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMS  FEMSA ) kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, għal skopijiet ta’ informazzjoni, tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ korpi responsabbli għall-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll gwida metodoloġika mhux vinkolanti li tispjega l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll tagħha, inklużi listi ta’ kontroll, u eżempji tal-aħjar prattika. Jenħtieġ li din il-gwida tiġi aġġornata skont il-bżonn.

 ġdid

(42)Jenħtieġ li din id-deroga tippermetti li jitnaqqas mid-dħul tal-baġit ġenerali tal-Unjoni kull imgħax jew imposta oħra dovuta, fuq l-ammonti ta’ multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra, inkluż kull redditu negattiv relatat ma’ dawk l-ammonti. Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ġenerali tar-restawr għall-istat preċedenti (restitutio in integrum) applikabbli għal multi, penali jew sanzjonijiet oħra imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li aktar tard jiġu kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa meħtieġ li jiġi previst li kull redditu negattiv fuq l-ammont miġbur proviżorjament ta’ tali multi, penali jew sanzjonijiet oħra imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jitnaqqasx mill-ammont li għandu jitħallas lura. Bħala kumpens għat-telf tat-tgawdija ta’ flejjes mid-data li fiha l-impriża proviżorjament ħallset il-multa lill-Kummissjoni sad-data tar-rimborż, l-ammont li għandu jitħallas lura jenħtieġ li jiżdied b’imgħax bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament miżjuda b’punt perċentwali u nofs bħala kumpens adegwat għall-impriża f’sitwazzjonijiet bħal dawn, li jeskludi l-ħtieġa li tiġi applikata kull rata ta’ imgħax oħra fuq dak l-ammont. Barra minn hekk, din ir-rata tikkorrispondi għar-rata tal-imgħax applikabbli fir-rigward tad-debitur meta d-debitur jagħżel li jiddifferixxi l-ħlas ta’ multa, penali oħra jew sanzjoni, u tipprovdi garanzija finanzjarja minflok pagament. Bil-għan li jkun iggarantit biżżejjed fluss ta’ flus biex jiġu kkumpensati l-partijiet terzi kkonċernati għat-telf tat-tgawdija ta’ flejjes fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 109(4), hemm bżonn li l-ammonti riċevuti permezz ta’ multi, penali jew sanzjonijiet oħra u kwalunkwe imgħax dovut jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-baġit sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.

(43)Fid-dawl tal-volum akbar ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self imwettqa mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni għall-finanzjament tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li t-trasparenza fir-rigward ta’ dawn l-operazzjonijiet tissaħħaħ aktar. Sabiex tiġi indirizzata l-kumplessità akbar ta’ dawn l-operazzjonijiet u sabiex tiġi ggarantita viżibbiltà aħjar tal-kontenut tagħhom, jenħtieġ li mad-dokument anness mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tiżdied ħarsa ġenerali komprensiva tal-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self imwettqa mill-Kummissjoni .

🡻 2018/1046 premessa 23

(44)Huwa xieraq li tkun prevista l-possibilità li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ xulxin sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet tagħhom u wkoll il-possibilità ta’ konklużjoni ta’ tali ftehimiet bejn id-dipartimenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni, l-uffiċċji Ewropej, il-korpi jew il-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-iskejjel Ewropej għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti jew għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti tal-bini.

 ġdid

(45)Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li l-liġi applikabbli, li skontha għandha tittieħed kull azzjoni xierqa fir-rigward tal-kunflitt ta’ interessi, tinkludi l-liġi tal-UE u dik nazzjonali relatati mal-kunflitt ta’ interess.

(46)Sabiex tiżdied l-inklużività, jenħtieġ li korpi tad-dritt privat jew tal-UE stabbiliti fi Stat Membru u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji, jiżdiedu mal-lista ta’ entitajiet fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) sa fejn dawn ikunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi tad-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku eliġibbli fl-ambitu ta’ ġestjoni indiretta, u jingħatawlhom garanziji finanzjarji adegwati. Meta tali korpi privati jew tal-liġi tal-UE ma jibbenefikawx minn sostenn finanzjarju pprovdut minn Stat Membru, jenħtieġ li garanziji finanzjarji adegwati jieħdu l-forma ta’ obbligazzjoni in solidum mill-korpi ta’ kontroll jew garanziji finanzjarji ekwivalenti.

🡻 2018/1046 premessa 24

(47)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-proċedura biex jiġu stabbiliti uffiċċji Ewropej ġodda u li ssir distinzjoni bejn il-kompiti obbligatorji u dawk mhux obbligatorji tat-tali uffiċċji. Jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibilità għal istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-korpi tal-Unjoni u għal uffiċċji Ewropej oħrajn li jiddelegaw is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew. L-uffiċċji Ewropej jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibilità li jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti jew għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti tal-bini. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għat-tfassil ta’ rekords kontabilistiċi, dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni sabiex jiddelega wħud mill-kompiti tiegħu lill-persunal f’dawk l-uffiċċji u proċeduri operatorji għal kontijiet bankarji li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiftaħ f’isem uffiċċju Ewropew.

🡻 2018/1046 premessa 25

(48)Sabiex titjieb il-kosteffikaċja tal-aġenziji eżekuttivi u fid-dawl tal-esperjenza prattika miksuba ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jiġi inkarigat bil-kompiti kollha jew b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata.

🡻 2018/1046 premessa 26

(49)Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-diretturi tal-aġenziji eżekuttivi jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega meta jimmaniġġjaw approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ programmi delegati lill-aġenziji tagħhom. Sabiex jinkiseb l-effett sħiħ tal-gwadanji fl-effiċjenza li jirriżultaw minn ċentralizzazzjoni globali ta’ ċerti servizzi ta’ appoġġ, jenħtieġ li jsir provvediment b’mod espliċitu għall-possibilità li l-aġenziji eżekuttivi jimplimentaw nefqiet amministrattivi.

🡻 2018/1046 premessa 27

(50)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji, b’mod partikolari l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u l-uffiċjali tal-kontabbiltà.

🡻 2018/1046 premessa 28

(51)Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri u l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jiġu infurmati dwar il-ħatra ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, ta’ awditur intern u ta’ uffiċjal tal-kontabbiltà, jew dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tiegħu, fi żmien ġimagħtejn minn tali ħatra jew terminazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 29

(52)Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jkunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ dħul u ta’ nefqa eżegwiti taħt l-awtorità tagħhom, u għal sistemi ta’ kontroll intern, u jenħtieġ li jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inkluż, fejn hemm bżonn, permezz ta’ proċeduri dixxiplinari.

🡻 2018/1046 premessa 30

(53)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-prinċipji tal-proċeduri li jridu jiġu osservati mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega jiżguraw li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni u taħriġ dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki rispettivi u li jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jirrapporta, f’forma ta’ rapport annwali, lill-istituzzjoni tiegħu tal-Unjoni dwar it-twettiq tad-dmirijiet. Dak ir-rapport jenħtieġ li jinkludi l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni meħtieġa sabiex jappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ garanzija ta’ dak l-uffiċjal dwar it-twettiq ta’ dmirijietu, inkluża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet imwettqin. Id-dokumenti ta’ appoġġ relatati mal-operazzjonijiet imwettqa jenħtieġ li jinżammu għal mill-inqas ħames snin. Jenħtieġ li l-forom diversi kollha ta’ proċeduri nnegozjati għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi jkunu s-suġġett ta’ rapport speċjali mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni u ta’ rapport minn dik l-istituzzjoni tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, minħabba li dawk il-proċeduri jirrappreżentaw derogi mill-proċeduri normali ta’ aġġudikazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 31

(54)Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat ir-rwol doppju ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u tad-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom, bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u, fir-rigward ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, għall-Kummissjoni.

🡻 2018/1046 premessa 32

(55)Jenħtieġ li d-delega tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess tal-baġit lid-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni tkun ristretta għal sitwazzjonijiet li fihom it-twettiq ta’ dawk il-kompiti mid-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkun strettament neċessarju sabiex tiġi żgurata kontinwità tal-operat fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma jitħallewx jeżerċitaw dawk is-setgħat fuq bażi sistematika jew għal raġunijiet ta’ qsim ta’ xogħol intern.

🡻 2018/1046 premessa 33

(56)Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkun reponsabbli għall-implimentazzjoni korretta tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti riċevibbli. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jimmaniġġja t-teżor, il-kontijiet tal-bank u l-fajls ta’ partijiet terzi, iżomm il-kontijiet u jkun responsabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun l-unika persuna li hija intitolata li tistabbilixxi r-regoli tal-kontabbiltà u t-tabelli tal-kontijiet armonizzati, filwaqt li jenħtieġ li l-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet kollha l-oħrajn tal-Unjoni jistabbilixxu l-proċeduri tal-kontabbiltà applikabbli fl-istituzzjonijiet tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 34

(57)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll l-arranġamenti għall-ħatra u għat-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

🡻 2018/1046 premessa 35

(58)Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-kontabbiltà jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-kontijiet miftuħin għar-rekwiżiti tal-immaniġġjar ta’ flus u l-kontijiet tal-imprest ma jkunux f’sitwazzjoni midjuna.

 ġdid

(59)Huwa xieraq li l-mezzi ta’ pagament awtorizzati għall-ġestjoni tat-teżor jiġu allinjati ma’ metodi moderni ta’ pagament, inklużi karti ta’ kreditu u portafolli elettroniċi.

(60)Meta jitqies li l-pagamenti mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz tar-regoli standard għall-operazzjonijiet baġitarji, tat-teżor u tal-kontabbiltà (“proċeduri baġitarji”) qed jiġu eżegwiti dejjem aktar permezz tat-teżor ċentrali u, bħala konsegwenza, l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u l-ammonti mħallsa permezz ta’ kontijiet imprest jonqsu, huwa xieraq li r-regoli dwar il-ħolqien, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-kontijiet imprest jiġu ssimplifikati.

🡻 2018/1046 premessa 36

(61)Jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-kontijiet tal-imprest, sistema ta’ ġestjoni li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-proċeduri baġitarji normali u li tikkonċerna biss ammonti limitati, filwaqt li jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-amministraturi tal-imprest, kif ukoll dawk tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà b’rabta mal-kontroll tal-kontijiet tal-imprest. Jenħtieġ li l-Qorti tal-Awdituri tkun informata dwar kwalunkwe ħatra ta’ amministratur tal-imprest. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kontijiet tal-imprest fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għal approprjazzjonijiet mit-taqsimiet tal-baġit relatati kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mas-SEAE. Huwa xieraq ukoll li, f’ċerti kundizzjonijiet, ikun awtorizzat l-użu ta’ kontijiet tal-imprest fid-delegazzjoni tal-Unjoni għal pagamenti ta’ ammonti limitati bi proċeduri baġitarji. Rigward il-ħatra ta’ amministraturi tal-imprest, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn jintgħażlu anki minn fost il-persunal fl-impjieg tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkunx hemm persunal tal-Kummissjoni disponibbli kopert mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 36 (“Regolamenti tal-Persunal”).

🡻 2018/1046 premessa 37

(62)Sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkun hemm disponibbli ebda persunal tal-Kummissjoni kopert mir-Regolamenti tal-Persunal u jkun hemm diffikultajiet tekniċi sabiex l-impenji legali kollha jiġu ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jenħtieġ li jkun awtorizzat li l-persunal imħaddem mill-Kummissjoni f’dak il-qasam jassumi impenji legali ta’ valur baxx ħafna li jasal sa EUR 2500 li jkunu marbutin ma’ pagamenti eżegwiti mill-kontijiet tal-imprest, u li jkun awtorizzat li Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew id-deputati tagħhom jassumu impenji legali fuq l-istruzzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni.

🡻 2018/1046 premessa 38

(63)Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji, huwa biss possibbli li dawn jinżammu responsabbli taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal. Fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni ġew stabbiliti bordijiet speċjalizzati dwar l-irregolaritajiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta’ każijiet ippreżentati lilhom u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li l-funzjonijiet tagħhom jiġu ttrasferiti lil bord interistituzzjonali mwaqqaf skont dan ir-Regolament (“il-bord”). Jenħtieġ li l-bord jitwaqqaf bil-għan li jivvaluta t-talbiet u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji riferiti lilu mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija amministrattiva tagħhom fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħhom. Dak it-trasferiment għandu wkoll l-għan li jevita xogħol doppju u li jimmitiga r-riskji ta’ rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet kontradittorji, f’każijiet li fihom ikunu involuti kemm attur ekonomiku kif ukoll membru tal-persunal ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Hemm bżonn li tinżamm il-proċedura li permezz tagħha jkun possibbli għal uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jfittex konferma ta’ struzzjoni li dak l-uffiċjal iqis li tkun irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b’hekk jinħeles minn kull obbligazzjoni. Il-kompożizzjoni tal-bord jenħtieġ li tiġi mmodifikata meta jaqdi dan ir-rwol. Jenħtieġ li l-bord ma jkollu l-ebda setgħa investigattiva.

🡻 2018/1046 premessa 39

 ġdid

(64)Fir-rigward tad-dħul, hemm bżonn li jiġu indirizzati l-aġġustamenti negattivi tar-riżorsi proprji koperti mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 37  , ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 38 u r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) [XXX] dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi proprji bbażati fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera u l-profitti riallokati u dwar il-miżuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti fi flus kontanti 39 . Ħlief fil-każ ta’ riżorsi proprji, jenħtieġ li jinżammu l-kompiti u l-kontrolli eżistenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fl-istadji differenti tal-proċedura: l-istabbiliment tal-istima tal-ammonti riċevibbli, il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru, il-ħruġ tan-nota ta’ debitu li tinforma lid-debitur li ġie stabbilit l-ammont riċevibbli, u d-deċiżjoni, fejn neċessarju, li jiġi rrinunzjat intitolament soġġett għall-kriterji li jiggarantixxu l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jiġi żgurat ġbir effiċjenti tad-dħul.

🡻 2018/1046 premessa 40

(65)Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jirrinunzja għalkollox jew parzjalment għall-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit meta d-debitur ikun daħal f’xi wieħed mill-proċedimenti ta’ insolvenza ddefiniti fir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 , b’mod partikolari f’każijiet ta’ arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi.

🡻 2018/1046 premessa 41

(66)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar proċeduri għall-aġġustament jew għat-tnaqqis sa żero ta’ stima tal-ammont riċevibbli.

🡻 2018/1046 premessa 42

(67)Jenħtieġ li jiġi ċċarat iż-żmien tad-dħul fil-baġit ta’ ammonti riċevuti bħala multi, penali oħrajn u sanzjonijiet, u ta’ kwalunkwe imgħax akkumulat jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom.

🡻 2018/1046 premessa 43

(68)Minħabba l-iżviluppi reċenti fis-swieq finanzjarji u r-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, jenħtieġ li jiġu rieżaminati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rata tal-imgħax għal multi jew għal penali oħrajn u jiġu previsti regoli f’każijiet ta’ rata tal-imgħax negattiva.

🡻 2018/1046 premessa 44

(69)Sabiex tkun riflessa n-natura speċifika ta’ ammonti riċevibbli li jikkonsistu f’multi jew penali oħrajn imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt it-TFUE jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat Euratom”), jenħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għal ammonti dovuti iżda li għadhom ma tħallsux, f’każ li tali ammonti jiżdiedu mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

🡻 2018/1046 premessa 45

(70)Ir-regoli dwar l-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati u imsaħħa. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jirkupra l-ammonti billi jpaċihom ukoll kontra ammonti dovuti lid-debitur minn aġenzija eżekuttiva meta jimplimenta l-baġit.

🡻 2018/1046 premessa 46

(71)Sabiex ikunu garantiti ċ-ċertezza legali u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu ddefiniti regoli dwar skadenzi li fihom għandha tintbagħat nota ta’ debitu.

 ġdid

(72)Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni finanzjarja tajba u biex jiġi ggarantit l-irkupru effiċjenti tat-talbiet tal-Unjoni, hemm bżonn li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun jista’ jiddependi fuq l-assistenza mill-Istati Membri għan-notifika u l-irkupru tat-talbiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali assistenza titmexxa b’mod simili għal dik bejn l-Istati Membri għan-notifika u l-irkupru tat-talbiet tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE 41 . Jenħtieġ li l-għan tal-assistenza ma jkunx biss li tippermetti l-irkupru kull meta d-debitur ikollu assi mdaqqsa, iżda wkoll li tipprovdi informazzjoni suffiċjenti u affidabbli lill-uffiċjal tal-kontabbiltà f’każijiet ta’ insolvenza tad-debitur sabiex deċiżjoni ta’ rinunzja għall-irkupru tkun tista’ tiġi adottata f’każijiet fejn id-debitur ikun insolventi jew ma jkunx rintraċċabbli. Jenħtieġ li l-assistenza rigward in-notifika lid-debitur mill-Istat Membru ssir f’konformità mal-proċeduri nazzjonali applikabbli. Jenħtieġ li din tinkludi mhux biss id-deċiżjonijiet infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iżda wkoll l-atti preparatorji qabel l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, inkluża n-notifika ta’ noti ta’ debitu, tfakkiriet u ittri ta’ intimazzjoni u miżuri kawtelatorji biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-Unjoni f’każijiet fejn tkun ġiet adottata deċiżjoni infurzabbli iżda jew tkun għadha ma ġietx notifikata jew tkun qed tistenna biex l-ordni li tiġi eżegwita tiġi mehmuża skont l-Artikolu 299 TFUE. Jenħtieġ li d-dettalji ta’ tali assistenza jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jew bilateralment jew multilateralment. Madankollu, l-obbligu li tingħata tali assistenza għandu jeżisti anki jekk ma jiġi ffirmat l-ebda ftehim bħal dan.

🡻 2018/1046 premessa 47

(73)Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-assi waqt li l-ġenerazzjoni ta’ redditu pożittiv tkun ukoll fil-mira, jenħtieġ li l-ammonti relatati ma’ multi, penalitajiet jew sanzjonijiet oħrajn imposti taħt it-TFUE jew it-Trattat Euratom, bħal multi ta’ kompetizzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu kkontestati, jinġabru proviżorjament u jiġu investiti f’assi finanzjarji, u li tiġi ddeterminata l-assenjazzjoni tar-redditu fuqhom. Peress li l-Kummissjoni mhijiex l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li hija intitolata timponi multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar tali multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet imposti minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u li jiġu stabbiliti regoli għall-irkupru tagħhom li jenħtieġ ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni.

🡻 2018/1046 premessa 48

(74)Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fuq għotjiet, akkwisti, fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni (“fondi fiduċjarji tal-Unjoni”), premjijiet, strumenti finanzjarji, faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit u garanziji baġitarji. Fl-istess ħin, sabiex tingħata perspettiva aktar fit-tul lir-riċevituri potenzjali, jenħtieġ li jkun permess li jiġu adottati deċiżjonijiet ta’ finanzjament għal aktar minn sena finanzjarja filwaqt li jiġi speċifikat li l-implimentazzjoni tkun soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet baġitarji għas-snin finanzjarji rispettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitnaqqas l-għadd tal-elementi meħtieġa għad-deċiżjoni ta’ finanzjament. F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, id-deċiżjoni ta’ finanzjament jenħtieġ li fl-istess ħin tikkostitwixxi programm annwali jew pluriennali ta’ ħidma. Peress li huma diġà stabbiliti fil-baġit annwali l-kontribuzzjonijiet lill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda rekwiżit li tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifika f’dak ir-rigward.

🡻 2018/1046 premessa 49

(75)Fir-rigward tan-nefqa, jenħtieġ li jiġu ċċarati kemm ir-relazzjoni bejn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-impenji baġitarji globali u l-impenji baġitarji individwali kif ukoll il-kunċetti ta’ impenn baġitarju u legali sabiex jiġi stabbilit qafas ċar għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-baġit.

🡻 2018/1046 premessa 50

(76)Sabiex b’mod partikolari jitqies l-għadd ta’ impenji legali assunti minn delegazzjonijiet u rappreżentazzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju esperjenzat minnhom, jenħtieġ li l-impenji baġitarji proviżorji jkunu possibbli wkoll f’każijiet li fihom ir-riċevituri finali u l-ammont ikunu magħrufin.

 ġdid

(77)Sabiex il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jiġi allinjat mal-proċeduri kontabilistiċi u baġitarji ġenerali, jenħtieġ li hekk kif ikun teknikament possibbli jitħalla jipproċedi b’impenji baġitarji individwali biex isiru l-pagamenti, mingħajr il-bżonn li l-ewwel isir impenn proviżorju globali biex isiru l-pagamenti segwiti minn impenji individwali f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn, jew, f’ċerti kundizzjonijiet, perjodu itwal. Barra minn hekk, biex ikunu jistgħu jipproċedu l-impenji baġitarji individwali u l-pagamenti għall-ewwel xahar tas-sena finanzjarja f’Diċembru, jenħtieġ li n-nefqa ta’ ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG tiżdied mat-tipi ta’ nefqa li għalihom huma awtorizzati l-pagamenti li jsiru bil-quddiem.

🡻 2018/1046 premessa 51

(78)Rigward it-tipoloġija tal-pagamenti li huwa possibbli li jsiru mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li tiġi pprovduta kjarifika tad-diversi tipi ta’ pagamenti, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-regoli għall-ikklerjar tal-pagamenti tal-prefinanzjament jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx possibbli kklerjar interim. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali assunti.

🡻 2018/1046 premessa 52

(79)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula li l-pagamenti jridu jsiru f’limiti ta’ żmien speċifikati u li, f’każ ta’ nuqqas ta’ rispett ta’ tali limiti ta’ żmien, il-kredituri jkunu intitolati għal imgħaxijiet ta’ inadempjenza li jiġu addebitati għall-baġit, ħlief f’każ tal-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI).

 ġdid

(80)Jenħtieġ li l-elementi ewlenin tal-fatturi elettroniċi fl-akkwist pubbliku jkunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2014/55/UE.

(81)Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ offerti mhux xierqa fl-akkwist pubbliku tiġi riveduta biex tinkludi offerti fejn l-operatur ekonomiku ma jkollux aċċess għall-akkwist imsemmi fl-Artikoli 180,181 u 183.

(82)Hemm bżonn li jiġi ċċarat li kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta’ kuntratti qafas konklużi ma’ operatur ekonomiku wieħed jistgħu jiġu aġġudikati u mmodifikati fil-limiti tat-termini previsti fil-kuntratt qafas.

(83)Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tal-proprjetà immobbli u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ akkwist għall-bini, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit li jkun hemm għadd minimu ta’ kandidati li jipparteċipaw fil-proċeduri.

(84)Meta jitqies li l-miżuri ta’ pubbliċità ex ante huma l-istess bħal dawk għal proċeduri miftuħa, ristretti u kompetittivi b’negozjar, jenħtieġ li taħt ċerti kundizzjonijiet ikun permess l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt wara li tkun falliet proċedura kompetittiva b’negozjar.

(85)Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist ta’ dan ir-Regolament is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni tad-dokumenti li jipprovdu n-nutara, dment li l-proċeduri li jirregolaw dawn is-servizzi fl-Istat Membru kkonċernat ma jkunux miftuħa għall-kompetizzjoni.

(86)Huwa xieraq li tiġi prevista l-possibilità li jkun hemm proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal servizzi li jipprovdu organizzazzjonijiet tal-Istati Membri li ma jistgħux jipparteċipaw fi proċeduri kompetittivi.

(87)Sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-661/18, Securitec vs Il-Kummissjoni), jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jitlob li l-provi għall-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla jiġu ppreżentati qabel id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 53

(88)Huwa xieraq li jiġu integrati d-dispożizzjonijiet dwar il-validazzjoni u l-awtorizzazzjoni tan-nefqa f’artikolu wieħed u li tiddaħħal definizzjoni ta’ ‘diżimpenji’. Peress li t-tranżazzjonijiet jitwettqu f’sistemi kompjuterizzati, jeħtieġ li l-iffirmar ta’ kupun “mgħoddi għall-pagament” bħala espressjoni tad-deċiżjoni ta’ validazzjoni jiġi sostitwit minn firma b’sigurtà elettronika, ħlief f’għadd limitat ta’ każijiet. Jenħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li l-validazzjoni tan-nefqa tapplika għall-kostijiet kollha eliġibbli, inklużi, kif ikun il-każ għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, kostijiet li mhumiex assoċjati ma’ talba għall-pagament.

🡻 2018/1046 premessa 54

(89)Sabiex tonqos il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb il-leġġibbiltà ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal aktar minn strument ta’ implimentazzjoni tal-baġit wieħed. Għal dawn ir-raġunijiet, ċerti dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu raggruppati, l-għażla tal-kliem u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħrajn jenħtieġ li jiġu allinjati u ripetizzjonijiet u kontroreferenzi żejda jenħtieġ li jitneħħew.

🡻 2018/1046 premessa 55

(90)Jenħtieġ li kull Istituzzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi kumitat tal-progress dwar l-awditu intern bil-kompitu li jiggarantixxi l-indipendenza tal-awditur intern, jimmonitorja l-kwalità tax-xogħol ta’ awditu intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet dwar l-awditu intern u estern jiġu kkunsidrati kif suppost u jsir segwitu għalihom mis-servizzi tagħha. Il-kompożizzjoni ta’ dak il-kumitat tal-progress tal-awditjar intern jenħtieġ li jkun deċiż minn kull istituzzjoni tal-Unjoni b’kont meħud tal-awtonomija organizzattiva tagħha u l-importanza tal-pariri minn esperti indipendenti.

🡻 2018/1046 premessa 56

(91)Jenħtieġ li titpoġġa aktar enfasi akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi ddefinita forma addizzjonali ta’ finanzjament li mhijiex marbuta mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti minbarra l-forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà stabbiliti sew (rimborż tal-kostijiet eliġibbli fil-fatt imġarrbin, kostijiet unitarji, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa). Jenħtieġ li l-forma addizzjonali ta’ finanzjament tkun ibbażata fuq l-adempiment ta’ ċerti kundizzjonijiet ex ante jew fuq il-ksib ta’ riżultati mkejlin b’referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 57

(92)Meta l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tar-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni jew tas-sistemi u l-proċeduri tagħhom, jenħtieġ li tkun kapaċi tiddependi fuq il-valutazzjonijiet diġà mwettqin minnha, minn entitajiet oħrajn jew donaturi bħal aġenziji nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tevita valutazzjonijiet duplikati tal-istess riċevituri. Jenħtieġ li tintuża l-possibilità għal rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet imwettqin minn entitajiet oħrajn fejn tali valutazzjonijiet ikunu saru f’konformità ma’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni applikabbli. Għaldaqstant, sabiex jitrawwem ir-rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet fost id-donaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati f’livell internazzjonali jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 58

(93)Huwa importanti wkoll li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni jiġu awditjati diversi drabi minn entitajiet differenti dwar l-użu ta’ dawn il-fondi. Għaldaqstant jenħtieġ li tkun possibbli d-dipendenza fuq awditi diġà mwettqin minn awdituri indipendenti dment li jkun hemm evidenza suffiċjenti tal-kompetenza u l-indipendenza tagħhom u dment li x-xogħol tal-awditjar ikun ibbażat fuq standards aċċettati ta’ awditjar fil-livell internazzjonali li jipprovdu aċċertazzjoni raġonevoli u li jkunu twettqu fuq id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti finanzjarji li jistipulaw l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali awditi sussegwentement jifformaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva fuq l-użu tal-fondi tal-Unjoni. Għal dak l-għan huwa importanti li jkun żgurat li r-rapport tal-awditur indipendenti u d-dokumentazzjoni tal-awditjar relatata isiru disponibbli, fuq talba, lill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

🡻 2018/1046 premessa 59

(94)Sabiex tkun possibbli d-dipendenza fuq valutazzjonijiet u awditi u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq persuni u entitajiet li jirċievu fondi tal-Unjoni, huwa importanti li jiġi ggarantit li kwalunkwe informazzjoni diġà disponibbli fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jew korpi u entitajiet oħra li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni, terġa’ tintuża sabiex ikunu evitati talbiet multipli lir-riċevituri jew il-benefiċjarji.

🡻 2018/1046 premessa 60

(95)Sabiex ikun previst mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fit-tul mar-riċevituri, jenħtieġ li tkun prevista l-possibilità li jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta’ għotjiet jew ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni. Għal dak l-għan, il-kontenut minimu ta’ tali ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jenħtieġ li jiġi speċifikat. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jenħtieġ li ma jillimitawx indebitament l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 61

(96)Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sospensjoni, it-terminazzjoni jew it-tnaqqis ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni jiġu armonizzati fl-istrumenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit differenti, bħal għotjiet, akkwist, ġestjoni indiretta, premjijiet, eċċ. Jenħtieġ li jiġu definiti r-raġunijiet għal tali sospensjoni, terminazzjoni jew tnaqqis.

🡻 2018/1046 premessa 62

(97)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi perjodi standard li għalihom jenħtieġ li r-riċevituri jżommu d-dokument relatati mal-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni sabiex jiġu evitati rekwiżiti kuntrattwali diverġenti jew sproporzjonati filwaqt li xorta jiġi pprovdut biżżejjed żmien għall-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex jiksbu aċċess għal tali data u dokumenti u jwettqu l-kontrolli u l-awditi ex post. Barra minn hekk, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni jenħtieġ li tkun obbligata tikkoopera fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 63

(98)Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-parteċipanti u lir-riċevituri u sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-possibilità li jeżerċitaw id-dritt ta’ difiża tagħhom, jenħtieġ li l-parteċipanti u r-riċevituri jitħallew jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom qabel ma jadottaw xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet tagħhom u jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-mezzi ta’ rimedju disponibbli sabiex jikkontestaw tali miżura.

 ġdid

(99)Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ aġġudikazzjoni ma hemmx bżonn li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprovdi opportunità lil parteċipant biex jippreżenta osservazzjonijiet meta dan il-parteċipant ikun ġie rifjutat minn proċedura ta’ aġġudikazzjoni. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ikun speċifikat ukoll fid-dispożizzjoni dwar proċeduri kontradittorji u mezzi ta’ rimedju.

(100)Meta wieħed iqis l-ambjent ġeopolitiku dejjem aktar diffiċli b’theddid ibridu u ċibernetiku li qed jevolvi b’mod rapidu, kif ukoll il-bżonn għal trasformazzjoni diġitali bl-esponiment inerenti tagħha għal vulnerabbiltajiet tekniċi, l-Unjoni għandha bżonn tiggarantixxi l-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, kif rifless fil-politika pubblika u fil-liġi. Dan jikkonċerna l-preservazzjoni tal-interessi fundamentali tas-soċjetà bħall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-frodi. Filwaqt li tirrispetta kull ftehim internazzjonali tal-Unjoni, l-aġġudikazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni fir-rigward ta’ assi u interessi strateġiċi, bħal infrastruttura diġitali jew spazjali, u sistemi u servizzi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, tista’ teżiġi l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi biex tiġi ggarantita tali protezzjoni inkluż għall-integrità tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, u ktajjen tal-provvista relatati. Jenħtieġ li t-tipi ta’ kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-applikazzjoni tagħhom jiġu ċċarati.

🡻 2018/1046 premessa 64

(101)Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema unika ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni.

🡻 2018/1046 premessa 65

(102)Jenħtieġ li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tapplika għal parteċipanti, riċevituri, entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom il-kandidat jew l-offerent ikun biħsiebu joqgħod, għal sottokuntratturi ta’ kuntrattur, għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fejn il-baġit ikun implimentat b’ġestjoni indiretta, għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fl-ambitu ta’ strumenti finanzjarji implimentati b’ġestjoni diretta, għal parteċipanti jew riċevituri li dwarhom taw informazzjoni entitajiet li jimplimentaw il-baġit b’ġestjoni kondiviża, u għal sponsors.

 ġdid

(103)Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi rinfurzata s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Huwa importanti li jiġi evitat li persuna jew entità f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni tkun tista’ tapplika għall-implimentazzjoni ta’ fondi, jew tintgħażel għall-implimentazzjoni tagħhom, jew li tirċievi tali fondi fil-kuntest ta’ programm f’ġestjoni kondiviża. Meta jkun hemm sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun jista’ jeskludi persuna jew entità, dment li din tal-aħħar tkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u titqies bħala mhux affidabbli billi tkun wettqet ċerta mġiba ħażina serja msemmija fl-Artikolu 139(1). Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ikollu s-setgħa ta’ esklużjoni, abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi magħmula mill-bord imsemmi fl-Artikolu 146, wara li jikkunsidra l-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) jew xi verifika, awditu jew kontroll ieħor imwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li tali esklużjoni tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 138(1). Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jqisuha billi jirrifjutaw tali persuni jew entitajiet milli jintgħażlu biex jimplimentaw fondi tal-Unjoni jew milli jirċievu tali fondi. Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet għal pagament mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża, li jinkludu nefqa relatata ma’ persuna jew entità li tkun ġiet eskluża, ma jiġux rimborżati. Meta l-fondi jiġu żborżati lill-Istati Membri skont oqfsa bbażati fuq il-prestazzjoni, għandhom japplikaw regoli speċifiċi, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

(104)Huwa importanti li jiġi enfasizzat li s-sistema EDES jenħtieġ li tapplika biss fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni żborżati lill-Istati Membri b’ġestjoni diretta, bħal dawk skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , fejn l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sal-punt li l-Kummissjoni jkollha responsabbiltajiet rilevanti skont il-qafas legali rispettiv u b’kunsiderazzjoni xierqa għan-natura sui generis tal-fondi. Għalhekk, ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu limitati għall-obbligu li tirreferi każ lill-bord għall-fini tal-esklużjoni ta’ persuna jew entità jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jsir konxju ta’ mġiba ħażina serja permezz ta’ sentenzi finali u deċiżjonijiet amministrattivi jew fatti u konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqa li jikkonċernaw dawk il-fondi mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) jew kwalunkwe verifika, awditu, jew kontroll ieħor imwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal dawn ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ esklużjoni rreġistrati fil-bażi tad-data tal-EDES, biex jinfurzaw tali deċiżjonijiet u biex jiżguraw li ma tiġi ppreżentata l-ebda applikazzjoni għal pagament relatata ma’ persuna jew entità li tinsab f’tali sitwazzjoni ta’ esklużjoni.

🡻 2018/1046 premessa 66

(105)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta deċiżjoni li tiġi rreġistrata persuna jew entità fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija jew ta’ esklużjoni tittieħed fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni ta’ esklużjoni fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun membru tal-korp amministrattiv, dak maniġerjali jew dak superviżorju ta’ dik il-persuna jew l-entità, jew li għandha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dik il-persuna jew entità, jew fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni illimitata għad-djun ta’ dik il-persuna jew entità jew fir-rigward ta’ persuna fiżika li tkun essenzjali għall-aġġudikazzjoni jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali, l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta’ data trid tinkludi l-informazzjoni dwar dawk il-persuni.

🡻 2018/1046 premessa 67

(106)Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni ta’ persuna jew entità mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq persuna jew entità u d-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, fid-dawl tal-awtonomija tiegħu fi kwistjonijiet amministrattivi. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali u f’każijiet marbuta ma’ ksur serju tal-kuntratt, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jieħdu d-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi wara li jikkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-bord. Jenħtieġ li l-bord jivvaluta wkoll id-durata tal-esklużjoni f’ każijiet fejn id-durata ma tkunx ġiet stabbilita permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali.

🡻 2018/1046 premessa 68

(107)Jenħtieġ li r-rwol tal-bord ikun li jiżgura t-tħaddim koerenti tas-sistema ta’ esklużjoni. Jenħtieġ li l-bord ikun magħmul minn president permanenti, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba.

 ġdid

(108)Sabiex is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tiġi allinjata mar-regoli tal-akkwist pubbliku u biex tissaħħaħ l-effettività tagħha, it-tentattiv li tiġi influwenzata l-aġġudikazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew il-ksib mhux dovuta ta’ fondi tal-Unjoni inkluż fir-rigward ta’ kunflitti ta’ interess għandu jiġi inkluż b’mod espliċitu bħala sitwazzjoni speċifika ta’ esklużjoni għar-raġuni ta’ mġiba professjonali ħażina serja b’penali proporzjonata, konsistenti mas-serjetà tal-imġiba ħażina.

(109)B’kont debitu għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jeskludi persuna jew entità meta tkun uriet nuqqas ta’ integrità billi assuma mġiba ħażina li tkun inkompatibbli mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħall-inċitament għad-diskriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza kontra grupp ta’ persuni jew membru ta’ grupp, fejn l-imġiba tista’ taffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-kuntratt.

(110)Jenħtieġ li tiżdied raġuni awtonoma ta’ esklużjoni b’penali proporzjonata, konsistenti mas-serjetà tal-imġiba ħażina, fil-każ ta’ nuqqas mhux ġustifikat ta’ kooperazzjoni fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet, kontrolli jew awditi mwettqa minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF, l-UPPE jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri peress li dan jista’ jkollu implikazzjonijiet serji fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 69

(111)Il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ma tippreġudikax il-valutazzjoni finali tal-imġiba tal-persuna jew tal-entità kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li r-rakkomandazzjoni tal-bord, kif ukoll id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jiġu riveduti wara n-notifika ta’ din il-valutazzjoni finali.

🡻 2018/1046 premessa 70

 ġdid

(112)Jenħtieġ li persuna jew entità tiġi eskluża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fejn ikun ġie stabbilit minn sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja, ta’ nonkonformità, kemm jekk intenzjonata jew le, mal-obbligi marbuta mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew ta’ taxxi, ta’ ħolqien ta’ entità taħt ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati l-obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor, ta’ frodi li jaffettwa l-baġit, ta’ korruzzjoni, ta’ mġiba marbuta ma’ organizzazzjoni kriminali, ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, ta’ reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin jew tat-twettiq ta’ irregolarità. Jenħtieġ li persuna jew entità tiġi eskluża wkoll fil-każ ta’ ksur serju ta’ impenn legali jew ta’ falliment jew f’każi ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni mal-investigazzjonijiet, il-kontrolli u l-awditi. Fil-valutazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet għall-esklużjoni, atti dannużi b’mod mhux raġonevoli kkundannati fil-liġi internazzjonali tal-kummerċ jistgħu jitqiesu bħala fattur rilevanti, fejn jinvolvu mġiba professjonali ħażina serja.  

🡻 2018/1046 premessa 71

(113)Meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-esklużjoni ta’ persuna jew entità, jew l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq persuna jew entità, u dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiżgura konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, billi jqis b’mod partikolari s-serjetà tas-sitwazzjoni, l-impatt baġitarju tagħha, iż-żmien li għadda mill-imġiba rilevanti, id-durata tal-imġiba u r-rikorrenza tagħha, jekk l-imġiba kinitx intenzjonata jew il-livell ta’ negliġenza li ntwera u l-livell ta’ kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità mal-awtorità kompetenti u l-kontribut ta’ dik il-persuna jew entità fl-investigazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 72

(114)Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun jista’ wkoll jeskludi lil persuna jew entità fejn persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni illimitata għad-djun tal-attur ekonomiku tkun falluta jew f’sitwazzjoni simili ta’ insolvenza jew fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew it-taxxi, fejn tali sitwazzjonijiet għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dak l-attur ekonomiku.

 ġdid

(115)Sabiex tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jeskludi jew jimponi penali finanzjarja fuq is-sidien benefiċjarji u l-entitajiet affiljati tal-entità eskluża li kienu involuti fl-imġiba ħażina tal-entità eskluża. Il-possibilità li jiġu esklużi s-sidien benefiċjarji u l-entitajiet affiljati hija maħsuba biex ma tħallix li persuna jew entità li tkun ġiet eskluża milli tintgħażel biex timplimenta l-fondi tal-Unjoni tkun tista’ tkompli tipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist u aġġudikazzjoni, permezz ta’ kumpanija ġdida jew entitajiet affiljati eżistenti.

(116)Sabiex tiżdied l-effettività tagħha, jenħtieġ li s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tapplika wkoll għal persuni fiżiċi li jitqiesu responsabbli għall-imġiba ħażina ta’ entità, sabiex ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni jew jintgħażlu biex jimplimentaw fondi tal-Unjoni f’kapaċità personali jew permezz ta’ identità korporattiva ġdida, mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinstemgħu.

(117)Fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-bord tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni jkollu l-fakultà li joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta’ proċedura mħaffa, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal smigħ. Jenħtieġ li tali proċedura tintuża meta ċ-ċirkostanzi jew in-natura tal-każ jeżiġu dan, pereżempju meta sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali tkun inħarġet minn awtorità ta’ Stat Membru iżda t-tul ta’ żmien tal-esklużjoni ma jkunx stabbilit; jew tkun inħarġet sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali minn pajjiż terz; jew tkun diġà ġiet imposta sanzjoni ekwivalenti għal esklużjoni fuq il-persuna jew l-entità bis-saħħa ta’ deċiżjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 73

(118)Jenħtieġ li persuna jew entità ma tkunx soġġetta għal deċiżjoni dwar esklużjoni meta tkun ħadet miżuri ta’ rimedju, u b’hekk tkun uriet li tista’ tiġi fdata. Jenħtieġ li dik il-possibilità ma tapplikax f’każ tal-aktar attivitajiet kriminali serji.

🡻 2018/1046 premessa 74

(119)Fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn każijiet li fihom huwa possibbli li tiġi imposta penali finanzjarja bħala alternattiva għall-esklużjoni, fuq naħa waħda, u każijiet li fihom is-serjetà tal-imġiba tar-riċevitur ikkonċernat meta jkun ipprova indebitament jikseb fondi tal-Unjoni tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja apparti l-esklużjoni sabiex jiġi żgurat effett deterrenti, fuq in-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jiġi ddefinit ukoll l-ammont massimu tal-penali finanzjarja li tista’ tiġi imposta mill-awtorità kontraenti.

🡻 2018/1046 premessa 75

(120)Jenħtieġ li penali finanzjarja tiġi imposta biss fuq riċevitur u mhux fuq parteċipant peress li l-ammont tal-penali finanzjarja li tiġi imposta jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-impenn legali inkwistjoni.

🡻 2018/1046 premessa 76

(121)Il-possibilità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar esklużjoni jew li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi ma tiddependix mill-possibilità li jiġu applikati penali kuntrattwali, bħal danni likwidati.

🡻 2018/1046 premessa 77

(122)Jenħtieġ li d-durata ta’ esklużjoni tkun limitata fiż-żmien, bħal fil-każ taħt id-Direttiva 2014/24/UE, u jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità.

🡻 2018/1046 premessa 78

(123)Jeħtieġ li jiġu determinati d-data tal-bidu u d-durata tal-perjodu ta’ limitazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji.

🡻 2018/1046 premessa 79

(124)Huwa importanti li jkun jista’ jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent miksub permezz tal-esklużjoni u tal-penali finanzjarja. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-effett ta’ deterrent jissaħħaħ bil-possibilità li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mal-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja, b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 (KE) Nru 45/2001 u (UE) 2016/679. Tali pubblikazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi sabiex ikun żgurat li l-istess mġiba ma tirrepetix ruħha. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità jenħtieġ li jiġi speċifikat f’liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. Fl-valutazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jikkunsidra kull rakkomandazzjoni tal-bord. Sa fejn huma kkonċernati l-persuni fiżiċi, jenħtieġ li d-data personali tiġi ppubblikata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-imġiba jew l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 80

(125)Jenħtieġ li l-informazzjoni relatata ma’ esklużjoni jew ma’ penali finanzjarja tiġi ppubblikata biss f’ċerti każijiet bħal mġiba professjonali ħażina serja, frodi, nuqqas sinifikanti fl-adempiment tal-obbligi ewlenin ta’ impenn legali ffinanzjat mill-baġit, jew irregolarità, jew fejn tinħoloq entità taħt ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor.

🡻 2018/1046 premessa 81

(126)Jenħtieġ li l-kriterji għall-esklużjoni jkunu separati b’mod ċar mill-kriterji li jwasslu għal ċaħda possibbli minn proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 82

(127)L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni bikrija ta’ riskji u dwar deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq persuna jew entità jenħtieġ li tiġi ċċentralizzata. Għal dak l-għan, jenħtieġ li informazzjoni relatata tinħażen f’bażi ta’ data maħluqa u mħaddma mill-Kummissjoni bħala sidt is-sistema ċentralizzata. Jenħtieġ li dik is-sistema taħdem f’konformità mad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

🡻 2018/1046 premessa 83

(128)Filwaqt li l-ħolqien u t-tħaddim tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni jenħtieġ li jkunu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, jenħtieġ li istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, kif ukoll il-persuni u l-entitajiet kollha li jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta, jieħdu sehem f’dik is-sistema billi jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-bord jiggarantixxu d-dritt ta’ difiża tal-persuna jew l-entità. Jenħtieġ li l-istess dritt jingħata lil persuna jew entità, fil-kuntest ta’ identifikazzjoni bikrija, fejn att previst minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet tal-persuna jew entità kkonċernata. Fil-każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għadhom mhumiex soġġetti għal sentenza finali, jenħtieġ li jkun possibbli għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jiddifferixxi n-notifika tal-persuna jew entità u għall-bord li jiddifferixxi d-dritt tal-persuna jew entità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Tali differiment jenħtieġ li jiġi ġustifikat biss fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 84

(129)Jenħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tingħata ġuriżdizzjoni mingħajr limitu fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni u tal-penali finanzjarji imposti skont dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 261 TFUE.

 ġdid

(130)Sabiex jiġu indirizzati t-tentattivi minn entitajiet biex jevitaw il-konsegwenzi negattivi possibbli tal-imġiba ħażina tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ notifika soġġetti għal kundizzjonijiet preċiżi fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu ta’ sistema ta’ skambji elettroniċi japplika għal proċeduri bħal dawn.

🡻 2018/1046 premessa 85

(131)Sabiex jiffaċilitaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-metodi kollha ta’ implimentazzjoni tal-baġit, jenħtieġ li ikun possibbli li l-persuni u l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni kondiviża u indiretta jqisu, skont kif xieraq, esklużjonijiet deċiżi mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 86

(132)Jenħtieġ li dan ir-Regolament irawwem l-objettiv tal-amministrazzjoni elettronika, b’mod partikolari l-użu tad-data elettronika fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni u partijiet terzi.

🡻 2018/1046 premessa 87

(133)Jenħtieġ li l-progress lejn l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni u l-preżentazzjoni elettronika tad-dokumenti, inkluż l-akkwist elettroniku, fejn ikun xieraq, li jikkostitwixxu miżura ewlenija ta’ simplifikazzjoni, ikun akkumpanjat minn kundizzjonijiet ċari biex jiġu aċċettati s-sistemi li jridu jintużaw, bil-għan li jiġi stabbilit ambjent legalment b’saħħtu filwaqt li tinżamm il-flessibilità fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-parteċipanti, għar-riċevituri u għall-uffiċċji tal-awtorizzazzjoni kif stipulat f’dan ir-Regolament.

 ġdid

(134)Sabiex jittejbu l-governanza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 70 u 71, isegwu u japplikaw kemm jista’ jkun il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà.

🡻 2018/1046 premessa 88

(135)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kompożizzjoni u l-kompiti tal-kumitat inkarigat mill-valutazzjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, mill-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet u f’kompetizzjonijiet għal premjijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumitat li jinkludi esperti esterni fejn tkun prevista dik il-possibilità fl-att bażiku.

🡻 2018/1046 premessa 89

(136)B’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jitlob kjarifiki jew dokumenti neqsin filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta’ trattament ugwali u mingħajr ma jbiddel b’mod sostanzjali d-dokumenti tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkollu l-possibilità li jiddeċiedi li ma jagħmilx dan biss f’każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jikkoreġi żball klerikali ovvju jew jitlob lill-parteċipant jikkoreġih.

🡻 2018/1046 premessa 90

(137)Jenħtieġ li l-ġestjoni finanzjarja tajba teżiġi li l-Kummissjoni tipproteġi lilha nfisha billi titlob garanziji fi żmien il-ħlas tal-prefinanzjament. Jenħtieġ li r-rekwiżit għall-kuntratturi u għall-benefiċjarji li jippreżentaw garanziji ma jkunx awtomatiku, iżda jenħtieġ li jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskji. Meta, matul l-implimentazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jiskopri li garanti mhuwiex jew ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista’ jitlob li tinbidel il-garanzija.

🡻 2018/1046 premessa 91

(138)Is-settijiet ta’ regoli differenti għal ġestjoni diretta u indiretta, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċett tal-‘kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit’, ħolqu konfużjoni u involvew riskji ta’ żbalji ta’ kwalifikazzjoni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għas-sħab tagħha u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u armonizzati.

🡻 2018/1046 premessa 92

 ġdid

(139)Id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni ex ante tal-pilastri ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni b’ġestjoni indiretta jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddependi kemm jista’ jkun fuq is-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri , inkluża d-diliġenza dovuta, ta’ dawk il-persuni u entitajiet li tqiesu ekwivalenti għal dawk użati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, importanti li jiġi ċċarat li, fejn il-valutazzjoni ssib oqsma li fihom il-proċeduri fis-seħħ ma jkunux biżżejjed sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni filwaqt li tieħu miżuri superviżorji adegwati. Importanti wkoll li jiġi ċċarat f’liema każijiet huwa possibbli għall-Kummissjoni li tiddeċiedi li ma teżiġix valutazzjoni ex ante tal-pilastri sabiex tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni.

 ġdid

(140)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi ċċarata ulterjorment l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għall-ġestjoni indiretta. Filwaqt li l-prinċipju tal-proporzjonalità ma jistax jaffettwa n-natura tal-obbligi imposti mill-qafas legali applikabbli rilevanti, jenħtieġ li jintuża b’mod sistematiku fil-kooperazzjoni mas-sħab ta' implimentazzjoni tal-Unjoni, sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-preservazzjoni tal-kapaċità tal-Unjoni li timplimenta l-politiki tagħha. Jenħtieġ li jsiru ċerti aġġustamenti u ristrutturar tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Jenħtieġ li din ma tiġi interpretata bħala li tillimita d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri, u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(141)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, hemm bżonn li tkun prevista applikazzjoni tal-obbligi previsti minn dan ir-Regolament għar-riċevituri finali li jirċievu appoġġ mill-baġit tal-Unjoni fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji. Jenħtieġ li din l-applikazzjoni debitament tqis in-natura tar-riċevituri finali u tal-azzjoni, u r-riskji finanzjarji involuti u tkun proporzjonata magħhom. Jenħtieġ li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn b’mod partikolari meta r-riċevituri finali huma Impriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju u operaturi ekonomiċi komparabbli b’fatturat jew total tal-karta tal-bilanċ ekwivalenti.

(142)Jenħtieġ li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi applikat ukoll għall-valutazzjoni tar-regoli, is-sistemi u l-proċeduri ta’ entitajiet li diġà saritilhom valutazzjoni pożittiva, bħal entitajiet li jużaw regoli stabbiliti mill-Kummissjoni, li għandhom jiġu eżentati minn valutazzjoni ex ante. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża jiġu eżentati mill-valutazzjoni ex ante.

(143)Hemm bżonn li jiġi ċċarat li meta l-entitajiet jintgħażlu biex jaħdmu b’ġestjoni indiretta bħala riżultat ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess, jitħaddmu l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 93

(144)Jenħtieġ li r-remunerazzjoni ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw il-baġit tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni, fejn rilevanti u possibbli.

 ġdid

(145)Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-baġit tal-Unjoni meta jiġi implimentat b’ġestjoni indiretta, huwa xieraq li s-sħab ta’ implimentazzjoni jintalbu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar każijiet suspettati ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra u li jinkludu tali obbligu fi ftehimiet li huma kkonkludew ma’ partijiet terzi b’ġestjoni indiretta.

🡻 2018/1046 premessa 94

(146)Il-Kummissjoni tidħol fi sħubijiet ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ ftehimiet ta’ finanzjament. Importanti li jiġi ċċarat il-kontenut ta’ tali ftehimiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari għal dawk il-partijiet ta’ azzjoni li huma implimentati mill-pajjiż terz b’ġestjoni indiretta.

🡻 2018/1046 premessa 95

(147)Importanti li tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika ta’ faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit fejn il-Kummissjoni tħallat il-kontribuzzjoni tagħha ma’ dik ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

🡻 2018/1046 premessa 96

(148)Jenħtieġ li r-regoli u l-prinċipji tal-akkwist applikabbli għall-kuntratti pubbliċi aġġudikati minn istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess ikunu bbażati fuq regoli stabbiliti fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 u fid-Direttiva 2014/24/UE.

 ġdid

(149)L-esperjenza wriet li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist skont dan ir-Regolament mhijiex adatta għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi finanzjarji relatati direttament mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, użati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-għoti u tat-teħid b’self, il-ġestjoni tal-assi u l-operazzjonijiet tat-teżor tagħha. Dan jinkludi s-servizzi li jipprovdu l-banek ċentrali, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, u entitajiet nazzjonali fdati bil-ħruġ u l-ġestjoni tad-dejn sovran. Għal din ir-raġuni u f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti f’dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawn is-servizzi.

(150)Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta’ kriżi, li tapplika b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet komuni u għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni u li jenħtieġ li tkopri s-saħħa pubblika u tal-annimali, l-emerġenzi tas-sikurezza tal-ikel u t-theddid għas-saħħa globali. Sabiex tippermetti l-flessibilità meħtieġa biex tiġi ggarantita reazzjoni rapida għal ċirkostanzi mhux previsti ta’ urġenza estrema li jirriżultaw minn kriżi, jenħtieġ li l-awtorità kontraenti titħalla tapplika regoli ta’ akkwist simplifikati, bħall-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt applikabbli għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-aċċettazzjoni ta’ evidenza dwar kriterji ta’ esklużjoni u għażla mill-offerent preżunt rebbieħ wara d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni iżda fi kwalunkwe każ qabel jiġi ffirmat il-kuntratt. Jenħtieġ li l-awtorità kontraenti jkollha wkoll il-flessibilità li b’mod eċċezzjonali timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas, lil hinn mil-limiti msemmija fl-Artikolu 176(3), mingħajr proċedura ta’ akkwist sabiex tirrispondi għal kriżi. Jenħtieġ li tkun mitluba dikjarazzjoni ta’ kriżi f’konformità mar-regoli interni rilevanti qabel ma jsir rikors għal tali regoli simplifikati, ħlief għall-akkwist fil-qasam tal-azzjoni esterna fejn tali dikjarazzjoni ma tkunx mitluba. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiġġustifikaw każ b’każ l-urġenza estrema li tirriżulta mill-kriżi ddikjarata.

🡻 2018/1046 premessa 97

(151)Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-awtoritajiet kontraenti għad-determinazzjoni tar-regoli applikabbli tkun iċċarata.

🡻 2018/1046 premessa 98

(152)Jenħtieġ li l-miżuri ta’ pubbliċità ex ante u ex post meħtieġa biex titnieda proċedura ta’ akkwist jiġu ċċarati għal kuntratti bl-istess livelli limitu jew akbar minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE, għal kuntratti inqas dawk il-livelli limitu u għal kuntratti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

🡻 2018/1046 premessa 99

(153)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi lista eżawrjenti tal-proċeduri kollha ta’ akkwist disponibbli għal istituzzjonijiet tal-Unjoni irrispettivament mil-limiti.

🡻 2018/1046 premessa 100

(154)Fl-interessi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jenħtieġ li jsir provvediment għal proċeduri nnegozjati għal kuntratti b’valur medju.

 ġdid

(155)Meta hemm bżonn, jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettaq akkwist konġunt bejn, minn naħa waħda, awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 jew l-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69, mingħajr ma dawn l-istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji jkunu obbligati jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi. Sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jibbenefikaw għalkollox mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u tal-benefiċċji, jenħtieġ li jitwessgħu l-possibbiltajiet għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-korpi tal-Unjoni jew għall-aġenziji eżekuttivi biex jixtru provvisti jew servizzi f’isem l-Istati Membri. Istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni jew aġenzija eżekuttiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta’ akkwist rilevanti akkont tal-Istati Membri jew f’isimhom abbażi ta’ ftehim bejn il-partijiet, jew jaġixxu bħala bejjiegħa bl-ingrossa, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu provvisti u servizzi, inklużi kirjiet, lil Stati Membri jew organizzazzjonijiet sħab li jkunu għażlu.

🡻 2018/1046 premessa 101

(156)Bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti li jiġi kkonsultat is-suq qabel it-tnedija ta’ proċedura ta’ akkwist. Sabiex jiġi żgurat li sħubija tal-innovazzjoni tintuża biss meta x-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi mixtieqa ma jkunux jeżistu fis-suq jew bħala attività ta’ żvilupp qrib is-suq, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stabbilit obbligu li tali konsultazzjoni tas-suq preliminari ssir qabel ma tintuża sħubija tal-innovazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 102

(157)Jenħtieġ li tiġi ċċarata l-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet kontraenti għall-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat li jiksbu l-aħjar valur għall-flus fil-kuntratti tagħhom, b’mod partikolari billi jintalbu tikketti speċifiċi jew bl-użu ta’ metodi ta’aġġudikazzjoni xierqa.

 ġdid

(158)F’konformità mal-objettivi tal-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li jiġi ggarantit progress lejn l-implimentazzjoni ta’ aspetti ekoloġiċi billi jiġu inklużi, meta rilevanti, għas-sejħiet għall-offerti, kriterji ekoloġiċi ta’ għażla u aġġudikazzjoni, li jinċentivaw lill-operaturi ekonomiċi biex joffru għażliet aktar sostenibbli.

🡻 2018/1046 premessa 103

(159)Sabiex jiġi żgurat li, fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti, l-atturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi ambjentali, soċjali u tal-liġi tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali, minn ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali internazzjonali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li dawn l-obbligi jkunu parti mir-rekwiżiti minimi definiti mill-awtorità kontraenti u jenħtieġ li jiġu integrati fil-kuntratti ffirmati mill-awtorità kontraenti.

🡻 2018/1046 premessa 104

(160)Huwa xieraq li każijiet differenti normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess jiġu identifikati u ttrattati b’mod differenti. Jenħtieġ li l-kunċett ta’ “kunflitt ta’ interess” jintuża biss għal każijiet li fihom persuna jew entità b’responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit, għall-awditjar jew għall-kontroll jew uffiċjal jew aġent ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jew awtoritajiet nazzjonali f’kull livell ikun jinsab f’sitwazzjoni bħal din. Jenħtieġ li t-tentattivi biex tiġi influwenzata proċedura ta’ aġġudikazzjoni b’mod mhux xieraq jew biex tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali jiġu ttrattati bħala mġiba professjonali ħażina serja li tista’ twassal għal ċaħda mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni u/jew esklużjoni mill-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-atturi ekonomiċi għandhom mnejn ikunu f’sitwazzjoni fejn jenħtieġ li ma jintgħażlux biex jimplimentaw kuntratt minħabba interess professjonali li joħloq kunflitt. Pereżempju, jenħtieġ li kumpanija ma tevalwax proġett li ħadet sehem fih jew awditur ma jkunx f’pożizzjoni li jawditja kontijiet li jkun iċċertifika fl-imgħoddi.

 ġdid

(161)Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm interessi kunfliġġenti professjonali li jistgħu jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-kapaċità li l-kuntratt jitwettaq b’mod indipendenti, imparzjali u oġġettiv, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi tal-awtorità kontraenti u tal-kandidati jew l-offerenti. Minn naħa, jenħtieġ li l-kandidati, l-offerenti, u, fejn xieraq, l-entitajiet li jiddependu fuq il-kapaċità tagħhom kif ukoll is-sottokuntratturi previsti jiddikjaraw li ma hemmx tali interessi kunfliġġenti, u li jipprovdu informazzjoni relatata meta mitluba. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-awtorità kontraenti tivvaluta l-eżistenza ta’ tali interessi kunfliġġenti professjonali meta jiġu ddikjarati jew abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali. Meta jiġu stabbiliti tali interessi professjonali kunfliġġenti, jenħtieġ li dan iwassal għal rifjut mill-aġġudikazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 105

(162)F’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk attur ekonomiku huwiex eskluż, li jiġu applikati kriterji ta’ għażla u aġġudikazzjoni, kif ukoll li tiġi vverifikata l-konformità mad-dokumenti ta’ akkwist f’kull ordni. Bħala riżultat, jenħtieġ li jkun possibbli li offerti jiġu miċħudin fuq il-bażi tal-kriterji għall-aġġudikazzjoni mingħajr kontroll minn qabel tal-offerent korrispondenti fir-rigward tal-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla.

🡻 2018/1046 premessa 106

(163)Jenħtieġ li l-kuntratti jiġu aġġudikati fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f’konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE.

🡻 2018/1046 premessa 107

 ġdid

(164)Fl-interess taċ-ċertezza legali, hu meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterji tal-għażla huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni ta’ kandidati jew ta’ offerenti u li l-kriterji għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni tal-offerti. Sabiex ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jiġu allinjati mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew ukoll jużaw bħala kriterju għall-aġġudikazzjoni l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, meta dan jista’ jkollu impatt fuq il-kwalità tal-prestazzjoni tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti li jagħmlu użu minn xi wieħed minn dawn il-kriterji għall-aġġudikazzjoni jiggarantixxu, b’mezzi kuntrattwali xierqa, li l-persunal assenjat għall-prestazzjoni tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalità speċifikati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-kunsens tagħhom għal kwalunkwe sostituzzjoni ta’ tali persunal u jivverifikaw jekk il-persunal sostitut joffrix livell ekwivalenti ta’ kwalità bħall-persunal sostitwit. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda trikkib u evalwazzjoni doppja tal-istess element skont il-kriterji ta’ għażla u aġġudikazzjoni. B’mod partikolari, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt jenħtieġ li jintużaw biss bħala kriterju tal-għażla u mhux bħala kriterju tal-għoti, għax dan jintroduċi riskju ta’ duplikazzjoni u ta’ evalwazzjoni doppja tal-istess element. Barra minn hekk, jekk tali kwalifiki u esperjenza ntużaw bħala kriterju ta’ għoti, kwalunkwe bidla fil-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, anke meta tkun iġġustifikata minn mard jew bidla fil-pożizzjoni, titfa’ dubji fuq il-kondizzjonijiet li fihom ingħata l-kuntratt u għaldaqstant toħloq inċertezza legali.

 ġdid

(165)Hemm bżonn li jiġu ssimplifikati r-regoli li jirregolaw is-sistemi dinamiċi ta’ xiri sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dan il-metodu ta’ xiri. B’mod partikolari, jenħtieġ li s-sistemi jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk kull operatur ekonomiku li jippreżenta talba biex jipparteċipa u jissodisfa l-kriterji ta’ esklużjoni u għażla jkun jista’ jieħu sehem fi proċeduri ta’ akkwist li jsiru permezz tas-sistema dinamika ta’ xiri matul il-perjodu ta’ validità tagħha, li jenħtieġ li ma jkunx limitat għal erba’ snin. L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-forma ta’ katalogu elettroniku b’mod partikolari għal prodotti jew servizzi kummerċjalment disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minħabba n-natura dinamika tas-sistemi, jenħtieġ li r-rekwiżit li jinħatar kumitat tal-ftuħ u tal-evalwazzjoni jitneħħa għal akkwisti speċifiċi fl-ambitu ta’ sistema dinamika ta’ xiri. Meta jitqies il-progress fid-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-ftuħ fil-pubbliku għal proċeduri miftuħa jista’ jiġi organizzat mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenzi.

(166)Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati mar-regoli applikabbli għall-akkwist mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess, jenħtieġ li jitneħħa, fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, l-obbligu li tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni il-lista ta’ kandidati magħżula li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw l-offerta.

🡻 2018/1046 premessa 108

(167)L-akkwist mill-Unjoni jenħtieġ li jiggarantixxi li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod effettiv, trasparenti u xieraq, filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni. B’rabta ma’ dan, jenħtieġ li l-akkwist elettroniku jikkontribwixxi għall-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti għall-atturi ekonomiċi kollha. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jwettqu akkwist jippubblikaw regoli ċari fuq is-siti web tagħhom dwar l-akkwiżizzjoni, l-infiq u l-monitoraġġ, kif ukoll il-kuntratti kollha aġġudikati, inkluż il-valur tagħhom.

 ġdid

(168)Fl-akkwist elettroniku, jenħtieġ li l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-parteċipanti jiddependi kemm jista’ jkun fuq standards eżistenti, bħad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist u l-istandards ta’ Fatturazzjoni elettronika b’mandat rispettivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 u mid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku.

🡻 2018/1046 premessa 109

(169)Jenħtieġ li tiġi ċċarata l-eżistenza ta’ fażi ta’ ftuħ u evalwazzjoni għal kwalunkwe proċedura. Jenħtieġ li deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni dejjem tkun ir-riżultat ta’ evalwazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 110

(170)Meta jiġu nnotifikati dwar l-eżitu ta’ proċedura, jenħtieġ li l-kandidati u l-offerenti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni u jirċievu dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li jkun ibbażat fuqhom il-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 111 (adattata)

 ġdid

(171)Minħabba li l-kriterji jiġu applikati mingħajr ebda ordni partikolari,  Huwa xieraq li jiġi speċifikat li, meta mitlub, jenħtieġ li l-offerenti li ma jiġux aċċettati  miċħuda li  u li  jkunu ppreżentaw offerti konformi jirċievu informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta li ntgħażlet jekk huma jitolbu dan. Jenħtieġ li l-offerenti li ma jirbħux, fuq talba, jirċievu informazzjoni addizzjonali anki meta l-konformità tal-offerta tagħhom ma tkunx ġiet ivverifikata minħabba l-ordni magħżula tal-kriterji. 

 ġdid

(172)Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-offerenti rifjutati abbażi tal-Artikolu 144 jew għal xi raġuni oħra ta’ rifjut ma jkollhomx aċċess għal tali informazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 112

(173)Għal kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li ma jkunx hemm l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta ta’ suċċess lil xi kuntrattur li l-offerta tiegħu ma kinitx suċċess, għar-raġuni li l-wasla ta’ tali informazzjoni minn partijiet għall-istess kuntratt qafas kull darba li terġa’ tinfetaħ kompetizzjoni tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

🡻 2018/1046 premessa 113

(174)Jenħtieġ li awtorità kontraenti tkun tista’ tikkanċella proċedura ta’ akkwist qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati jitolbu kumpens. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kontraenti tkun aġixxiet b’tali mod li huwa possibbli li tinżamm responsabbli għad-danni f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

 ġdid

(175)Fil-każ ta’ proċeduri aġġudikati f’lottijiet jew permezz ta’ akkwist minn diversi sorsi jenħtieġ li awtorità kontraenti tkun tista’ tikkanċella parzjalment proċedura ta’ akkwist qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati jitolbu kumpens. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kontraenti tkun aġixxiet b’tali mod li huwa possibbli li tinżamm responsabbli għad-danni f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

(176)Jenħtieġ li l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti wara akkwist minn diversi sorsi jkun permess f’każijiet debitament ġustifikati, b’mod partikolari, sabiex tiġi evitata d-dipendenza żejda fuq fornitur wieħed, għal tagħmir u servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika u l-kontinwità tas-servizzi.

🡻 2018/1046 premessa 114

(177)Kif huwa l-każ fid-Direttiva 2014/24/UE, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li fihom huwa possibbli li jiġi mmodifikat kuntratt matul l-eżekuzzjoni tiegħu mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida. B’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn ta’ proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ ta’ bidliet amministrattivi, suċċessjoni universali u applikazzjoni ta’ klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari u inekwivoki li ma jibdlux ir-rekwiżiti minimi tal-proċedura inizjali. Jenħtieġ li proċedura ta’ akkwist ġdida tkun meħtieġa fil-każ ta’ modifiki materjali għall-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-ambitu u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluż fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-modifiki juru l-intenzjoni tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini jew il-kundizzjonijiet essenzjali ta’ dak il-kuntratt, b’mod partikolari jekk il-modifiki kien ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura kieku t-termini jew kundizzjonijiet modifikati kienu parti mill-proċedura inizjali.

 ġdid

(178)L-esperjenza miksuba wriet li hemm bżonn jiġi ċċarat f’liema każijiet modifika titqies li tbiddel is-suġġett tal-kuntratt.

🡻 2018/1046 premessa 115

(179)Huwa meħtieġ li tkun prevista l-għażla li tiġi rikjesta garanzija ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi kumplessi sabiex tiġi garantita l-konformità ma’ obbligi kuntrattwali sostanzjali u sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni tajba matul id-durata kollha tal-kuntratt. Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għall-għażla li tiġi rikjesta garanzija taż-żamma ta’ flus biex ikun kopert il-perjodu ta’ obbligazzjoni kuntrattwali, skont il-prattika komuni fis-setturi kkonċernati.

🡻 2018/1046 premessa 116

(180)Sabiex jiġu determinati l-limiti u l-proċeduri applikabbli, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-aġenziji u l-korpi eżekuttivi tal-Unjoni humiex meqjusa bħala awtoritajiet kontraenti. Jenħtieġ li ma jitqisux bħala awtoritajiet kontraenti f’każijiet fejn huma jixtru minn korp ċentrali għall-akkwisti. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jifformaw entità legali waħda u d-dipartimenti tagħhom ma jistgħux jikkonkludu kuntratti, iżda jistgħu biss jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejniethom stess.

🡻 2018/1046 premessa 117 (adattata)

 ġdid

(181)Huwa xieraq li tiġi inkluża referenza f’dan ir-Regolament għall-ż-żewġ limiti stipulati fid-Direttiva 2014/24/UE applikabbli għal xogħlijiet, u għal provvisti u servizzi, u fid-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet  , rispettivament. Jenħtieġ li dawk il-limiti jkunu applikabbli wkoll għal kuntratti ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, kif ukoll ta’ ġestjoni finanzjarja soda, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ħtiġijiet kontraenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-reviżjoni ta’ dawn il-limiti kif previst fid-Direttiva  Direttivi 2014/24/UE u 2014/23/UE jkunu direttament applikabbli għall-akkwist u respettivament għall-konċessjonijiet skont dan ir-Regolament.

 ġdid

(182)Jenħtieġ li l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jkunu ssimplifikati billi jiġu applikati l-limiti tad-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet.

🡻 2018/1046 premessa 118

(183)Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni u ta’ simplifikazzjoni, il-proċeduri standard applikabbli għall-akkwist jenħtieġ li jiġu applikati wkoll għal xiri previst fis-sistema simplifikata għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/24/UE. Għalhekk, il-limitu minimu għal xiri bis-sistema simplifikata jenħtieġ li jkun allinjat mal-limitu minimu għal kuntratti ta’ servizz.

 ġdid

(184)Sabiex il-proċeduri jiġu adattati aħjar għall-kundizzjonijiet tas-suq barra mill-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li taħthom id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġġudikaw kuntratti f’isimhom stess f’pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-limiti għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti applikati mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li dawn jiġu allinjati ma’ dawk applikati għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti fil-qasam tal-azzjonijiet esterni.

🡻 2018/1046 premessa 119

(185)Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-perjodu ta’ sospensjoni li jkollhom jiġu osservati qabel l-iffirmar ta’ kuntratt jew kuntratt qafas.

🡻 2018/1046 premessa 120

(186)Ir-regoli applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/24/UE.

 ġdid

(187)Jenħtieġ li r-regoli dwar l-aċċess għall-akkwist, applikabbli kemm fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-offerti kif ukoll matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt, jinkludu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni (miżuri tal-Istrument ta’ Akkwist Internazzjonali) adottati skont ir-Regolament 20xx/xxx 44 [ir-Regolament IPI] kif ukoll l-obbligi rispettivi fuq l-offerenti li jirbħu stabbiliti f’dak ir-Regolament.

🡻 2018/1046 premessa 121

(188)Sabiex titnaqqas il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb iċ-ċarezza tar-regoli tal-akkwist, jenħtieġ li jerġgħu jiġu raggruppati d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni u li jitneħħew ir-ripetizzjonijiet żejda u l-kontroreferenzi.

🡻 2018/1046 premessa 122

(189)Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema atturi ekonomiċi għandhom aċċess għall-akkwist taħt dan ir-Regolament skont il-post ta’ stabbiliment tagħhom u li tiġi prevista b’mod espliċitu l-possibilità ta’ tali aċċess ukoll għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

 ġdid

(190)F’każijiet debitament ġustifikati, meta l-kuntratt ikun se jiġi aġġudikat f’pajjiż terz, jenħtieġ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jitħalla jiftaħ l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkollux ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist. Jenħtieġ li din il-flessibilità tingħata b’mod partikolari fejn ma jkun hemm l-ebda persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiżi li għandhom aċċess għall-akkwist skont ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist li jistgħu jipprovdu x-xogħol, il-provvisti jew is-servizzi meħtieġa. Ir-regoli dwar l-aċċess għall-akkwist, applikabbli kemm fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-offerti kif ukoll matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt, jenħtieġ li jinkludu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni (miżuri tal-Istrument ta’ Akkwist Internazzjonali) adottati skont ir-Regolament 20xx/xxx [ir-Regolament IPI].

🡻 2018/1046 premessa 123

(191)Sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-bżonn ta’ trasparenza u ta’ koerenza akbar fir-regoli tal-akkwist minn naħa, u l-bżonn li tiġi pprovduta flessibilità fuq ċerti aspetti tekniċi ta’ dawk ir-regoli min-naħa l-oħra, jenħtieġ li r-regoli tekniċi dwar l-akkwist jiġu stabbiliti f’anness għal dan ir-Regolament u jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ emendi għal dak l-anness.

🡻 2018/1046 premessa 124

(192)Hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu fuq l-għotjiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ azzjoni jew korp eliġibbli għal għotja, kif ukoll fir-rigward tal-impenji legali li jistgħu jintużaw biex ikopru l-għotjiet. B’mod partikolari, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta’ għotja jiġu eliminati b’mod gradwali minħabba l-użu limitat tagħhom u l-introduzzjoni progressiva tal-għotjiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-istruttura tiġi ssimplifikata billi d-dispożizzjonijiet fuq l-istrumenti li mhumiex għotjiet jitmexxew għal partijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament. In-natura tal-korpi li jistgħu jirċievu għotjiet operatorji jenħtieġ li tiġi ċċarata billi ma tibqax issir referenza għal korpi bi skop ta’ interess ġenerali għall-Unjoni billi dawk il-korpi huma koperti mill-kunċett ta’ korpi li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika tal-Unjoni u li jsostniha.

🡻 2018/1046 premessa 125

(193)Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u titjieb iċ-ċarezza ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontenut tal-applikazzjoni għall-għotja, tas-sejħa għal proposti u tal-ftehim ta’ għoti jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u jsiru uniformi.

🡻 2018/1046 premessa 126

(194)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn diversi donaturi meta l-finanzjament ġenerali tal-azzjoni ma jkunx magħruf fi żmien l-impenn tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat il-mod li bih tiġi ddefinita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-metodu ta’ kif jiġi vverifikat l-użu tagħha.

🡻 2018/1046 premessa 127

(195)L-esperjenza miksuba fl-użu ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi uriet li tali forom ta’ finanzjament jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi b’mod sinifikanti u jnaqqsu r-riskju ta’ żball b’mod sostanzjali. Irrispettivament mill-qasam ta’ intervent tal-Unjoni, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji u r-rati fissi huma forom adegwati ta’ finanzjament, b’mod partikolari għal azzjonijiet standardizzati u rikorrenti, bħall-mobilità jew attivitajiet ta’ taħriġ. Barra minn hekk, billi l-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u tal-pajjiżi benefiċjarji jew sħab (il-ġemellaġġ istituzzjonali) jiġi implimentat mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, l-użu ta’ għażliet ta' spejjeż issimplifikati hu ġustifikat u jenħtieġ li jrawwem l-involviment tagħhom. Fl-interess ta’ effiċjenza akbar, jenħtieġ li l-Istati Membri u riċevituri oħrajn ta’ fondi tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħmlu użu aktar frekwenti mill-għażliet ta' spejjeż issimplifikati. F’dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi jenħtieġ li jsiru aktar flessibbli. Jenħtieġ li jiġi previst b’mod espliċitu l-istabbiliment ta’ somom f’daqqa uniċi li jkopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma. Barra minn hekk, sabiex titrawwem enfasi fuq ir-riżultati, jenħtieġ li tingħata prijorità lil finanzjament ibbażat fuq l-output. Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi bbażati fuq l-input jenħtieġ li jibqgħu possibilità meta dawk ibbażati fuq l-output ma jkunux possibbli jew xierqa.

 ġdid

(196)Sabiex żgur ikun hemm iċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li, fejn għotja tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, id-dispożizzjonijiet dwar estimu tal-baġit, kofinanzjament u ebda finanzjament doppju ma japplikawx peress li ma jistgħux jiġu applikati f’każ fejn l-ammont li għandu jiġi rimborżat huwa marbut ma’ kundizzjonijiet jew riżultati definiti u huwa diżakkoppjat mill-ispejjeż sottostanti.

🡻 2018/1046 premessa 128

(197)Il-proċeduri amministrattivi għall-awtorizzazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi s-setgħa għal tali awtorizzazzjoni tingħata lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Fejn xieraq, tali awtorizzazzjoni tista’ tingħata mill-Kummissjoni fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tal-għadd ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati.

🡻 2018/1046 premessa 129

(198)Sabiex titneħħa d-diskrepanza fid-disponibbiltà ta’ data użata sabiex jiġu stabbiliti somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi, jenħtieġ li jkun permess l-użu ta’ ġudizzju espert.

🡻 2018/1046 premessa 130

(199)Filwaqt li jenħtieġ li jiġi attwat il-potenzjal tal-użu aktar frekwenti ta’ forom simplifikati ta’ finanzjament, jenħtieġ li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ekonomija, effiċjenza u ebda finanzjament doppju. Għal dan l-għan, jenħtieġ li forom issimplifikati ta’ finanzjament jiggarantixxu li r-riżorsi użati jkunu adegwati għall-għanijiet li għandhom jintlaħqu, li l-istess spejjeż ma jiġux iffinanzjati aktar minn darba mill-baġit, li l-prinċipju ta’ kofinanzjament jiġi rispettat u li jiġi evitat kumpens żejjed kumplessiv tar-riċevituri. Għalhekk, forom simplifikati ta’ finanzjament jenħtieġ li jkunu bbażati fuq data statistika jew kontabilistika, fuq mezzi oġġettivi simili jew fuq ġudizzji esperti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw verifiki, kontrolli u valutazzjonijiet perjodiċi xierqa.

🡻 2018/1046 premessa 131

(200)Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli għall-kuntrarju tal-valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jenħtieġ li jiġi ċċarat. Jenħtieġ li dawn il-verifiki u kontrolli jiffokaw fuq l-adempiment tal-kundizzjonijiet li jattivaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, inkluż, fejn meħtieġa, il-ksib ta’ outputs u/jew riżultati. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux jeħtieġu r-rapportar fuq il-kostijiet li fil-fatt iġarrab il-benefiċjarju. Meta l-ammonti ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi jkunu ġew determinati ex ante mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni, jenħtieġ li dawn ma jiġux ikkontestati b’kontrolli ex post. Jenħtieġ li dan ma jipprevenix it-tnaqqis ta’ għotja f’każ ta’ implimentazzjoni fqira, parzjali jew tardiva jew ta’ irregolarità, frodi jew ksur ta’ obbligi oħrajn. B’mod partikolari, jenħtieġ li għotja titnaqqas meta l-kundizzjonijiet li jattivaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi ma jkunux ġew issodisfati. Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet perjodiċi jenħtieġ li jiddependu fuq l-evoluzzjoni u n-natura tal-kostijiet, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu bidliet sostanzjali fil-prezzijiet tas-suq u ċirkostanzi rilevanti oħra. Il-valutazzjoni perjodika tista’ twassal għal aġġustamenti tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal ftehimiet futuri iżda jenħtieġ li ma tintużax sabiex jinxteħet dubju fuq il-valur tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi diġà miftehmin. Il-valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi għandha mnejn teħtieġ aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjarju għal skopijiet statistiċi u metodoloġiċi u tali aċċess huwa meħtieġ ukoll għal skopijiet ta’ prevenzjoni u individwazzjoni ta’ frodi.

 ġdid

(201)Meta għotja tieħu l-forma ta’ rata fissa, kost unitarju jew somma f’daqqa u għalhekk ma jkun hemm l-ebda verifika ex post tal-ispejjeż sottostanti, ma jkunx possibbli li jiġi vverifikat li l-ispejjeż eliġibbli ġġarrbu matul il-ħajja tal-azzjoni. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-verifiki u l-kontrolli ex post fuq il-benefiċjarji jivverifikaw li l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament tar-rata fissa, tal-kostijiet unitarji, jew tas-somma f’daqqa nkiseb matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 132

(202)Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni f’ambjent ta’ disponibbiltà limitata ta’ riżorsi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-valur tal-ħidma pprovduta mill-voluntiera bħala kostijiet eliġibbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li tali organizzazzjonijiet jkunu jistgħu jiddependu aktar fuq il-volontarjat sabiex jipprovdu kofinanzjament għall-azzjoni jew għall-programm tax-xogħol. Mingħajr preġudizzju għar-rata ta’ kofinanzjament massima speċifikata fl-att bażiku, f’dawn il-każijiet l-għotja tal-Unjoni tenħtieġ li tkun limitata għall-kostijiet eliġibbli stmati għajr dawk li jkopru l-volontarjat. Peress li l-volontarjat jipprovduh partijiet terzi mingħajr ma dawn jitħallsu remunerazzjoni mill-benefiċjarju, il-limitazzjoni tevita r-rimborż ta’ kostijiet li l-benefiċjarju ma jkunx ġarrab. Barra minn hekk il-valur tal-volontarjat jenħtieġ li ma jaqbiżx 50 % tal-kontribuzzjonijiet in natura u kwalunkwe kofinanzjament ieħor.

 ġdid

(203)Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta l-kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi fil-forma ta’ volontarjat jiġu ppreżentati bħala spejjeż eliġibbli fl-estimu tal-baġit, jenħtieġ li l-kofinanzjament li għalih jiġi applikat il-limitu ta’ 50 % ikun jinkludi s-sorsi kollha ta’ finanzjament, jiġifieri l-għotja tal-Unjoni, il-kontribuzzjonijiet in natura u sorsi oħra ta’ finanzjament.

🡻 2018/1046 premessa 133

(204)Sabiex jiġi protett wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-finanzi pubbliċi, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jinżamm il-prinċipju ta' nonprofitt.

 ġdid

(205)Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza tad-dritt meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-każ ta’ profitt f’għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-irkupru tal-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli jenħtieġ li ma jiddifferenzjax bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-ispejjeż simplifikati.

🡻 2018/1046 premessa 134

(206)Fil-prinċipju jenħtieġ li l-għotjiet jiġu aġġudikati wara sejħa għal proposti. Meta jiġu permessi eċċezzjonijiet, jenħtieġ li dawn jiġu interpretati u applikati b’mod restrittiv f’termini ta’ kamp ta’ applikazzjoni u durata. Il-possibilità eċċezzjonali li jiġu aġġudikati għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil korpi b’monopolju de facto jew de jure jenħtieġ li tintuża biss meta l-korpi kkonċernati jkunu l-uniċi kapaċi li jimplimentaw it-tipi rilevanti ta’ attivitajiet jew ikunu ngħataw tali monopolju mil-liġi jew minn awtorità pubblika.

🡻 2018/1046 premessa 135

(207)Fil-qafas tal-bidla għal għotjiet elettroniċi u akkwist elettroniku, jenħtieġ li l-applikanti u l-offerenti jintalbu jagħtu prova tal-istatus legali u l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom darba biss fi żmien perjodu speċifiku u jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jerġgħu jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ f’kull proċedura ta’ aġġudikazzjoni. Għaldaqstant hemm bżonn li jiġu allinjati r-rekwiżiti għall-għadd ta’ snin li għalihom ikunu se jintalbu dokumenti fil-qafas ta’ proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet u ta’ proċeduri ta’ akkwist.

 ġdid

(208)Benefiċjarju ta’ għotja jista’ jipprovdi appoġġ finanzjarju lil parti terza abbażi tal-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet, u jenħtieġ li l-ammont imħallas lil xi parti terza ma jaqbiżx EUR 60 000. Dan il-limitu jista’ jinqabeż meta jkun b’xi mod ieħor impossibbli jew diffiċli wisq li jinkisbu l-objettivi tal-azzjonijiet. Sabiex ikun hemm aktar flessibilità għall-implimentazzjoni tal-baġit f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ emerġenza, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jinqabżu s-EUR 60 000 mingħajr ġustifikazzjoni każ b’każ fil-każijiet ta’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ emerġenza, operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

(209)Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew programm ta’ ħidma teżiġi li benefiċjarju jwettaq akkwist, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kull benefiċjarju jista’ juża l-prattiki ta’ xiri tiegħu stess sakemm dawn jiggarantixxu l-aħjar valur għall-flus, jew kif xieraq, l-aktar prezz baxx, irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju jaġġudikax kuntratt pubbliku u huwiex awtorità kontraenti skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ “kuntratt” tiġi emendata skont dan.

🡻 2018/1046 premessa 136

(210)Bħala tip siewi ta’ appoġġ finanzjarju mhux relatat ma’ kostijiet prevedibbli, l-użu ta’ premjijiet jenħtieġ li jiġi ffaċilitat u r-regoli applikabbli jenħtieġ li jiġu ċċarati. Jenħtieġ li l-premjijiet jitqiesu li huma komplementari, u mhux sostituti, għal strumenti ta’ finanzjament oħrajn bħall-għotjiet.

🡻 2018/1046 premessa 137

(211)Sabiex il-premjijiet jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod aktar flessibbli, l-obbligu taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jiġu ppubblikati kompetizzjonijiet għal premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1000000 jew aktar fid-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw l-abbozz ta’ baġit jenħtieġ li jiġi sostitwit b’obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel u li tali premjijiet jissemmew b’mod espliċitu fid-deċiżjoni ta’ finanzjament.

🡻 2018/1046 premessa 138

(212)Jenħtieġ li l-premjijiet jiġu aġġudikati skont il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi minimi tal-kompetizzjonijiet, b’mod partikolari l-arranġamenti għall-ħlas tal-premju lir-rebbieħa wara l-aġġudikazzjoni tiegħu, u l-mezzi xierqa ta’ pubblikazzjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ aġġudikazzjoni ddefinita b’mod ċar ukoll, mill-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet sal-informazzjoni lill-applikanti u n-notifika tal-applikant rebbieħ, li tirrifletti l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet.

🡻 2018/1046 premessa 139

(213)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u r-regoli dwar il-limitazzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus, l-istralċ ta’ strumenti finanzjarji u r-rapportar.

🡻 2018/1046 premessa 140

(214)Fl-aħħar snin l-Unjoni użat dejjem aktar strumenti finanzjarji li jippermettu ingranaġġ akbar tal-baġit li jrid jinkiseb, iżda, fl-istess ħin, jiġġeneraw riskju finanzjarju għall-baġit. Dawk l-istrumenti finanzjarji jinkludu mhux biss l-istrumenti finanzjarji koperti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, iżda anki strumenti oħrajn, bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja, li fl-imgħoddi kienu rregolati biss mir-regoli stabbiliti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom. Importanti li jiġi stabbilit qafas komuni sabiex tiġi żgurata l-omoġeneità tal-prinċipji applikabbli għal dak is-sett ta’ strumenti u li jerġgħu jiġu raggruppati taħt Titolu ġdid f’dan ir-Regolament, li jinkludi taqsimiet dwar garanziji baġitarji u dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi minbarra r-regoli eżistenti applikabbli għall-istrumenti finanzjarji.

🡻 2018/1046 premessa 141

(215)L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jistgħu jkunu siewja fit-tkattir tal-effett tal-fondi tal-Unjoni meta dawn il-fondi jiġu raggruppati ma’ fondi oħra u jinkludu effett ta’ ingranaġġ. L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jenħtieġ li jiġu implimentati biss jekk ma jkun hemm ebda riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew inkonsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

🡻 2018/1046 premessa 142

(216)Fil-qafas tal-approprjazzjonijiet annwali awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal programm partikolari, jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jintużaw abbażi ta’ evalwazzjoni ex ante li turi li huma effettivi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 143

(217)Jenħtieġ li strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jiġu awtorizzati permezz ta’ att bażiku. Meta, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-istrumenti finanzjarji jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku, jenħtieġ li jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-baġit.

🡻 2018/1046 premessa 144

(218)L-istrumenti li potenzjalment jaqgħu taħt it-Titolu X, bħal għoti b’self, garanziji, investimenti ta’ ekwità, investimenti ta’ kważi ekwità u strumenti għall-‘kondiviżjoni tar-riskji’ jenħtieġ li jiġu definiti. Id-definizzjoni ta’ strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji jenħtieġ li tippermetti l-inklużjoni ta’ titjib tal-kreditu għal bonds tal-proġetti, li jkopru r-riskju tal-ħlas tad-dejn ta’ proġett u jtaffu r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds permezz ta’ titjib tal-kreditu fil-forma ta’ self jew garanzija.

🡻 2018/1046 premessa 145

(219)Kwalunkwe pagament mill-ġdid minn strument finanzjarju jew garanzija baġitarja jenħtieġ li jintuża għall-istrument jew garanzija li pproduċew il-pagament mill-ġdid bil-għan li tissaħħaħ l-effiċjenza ta’ dak l-istrument jew garanzija, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, u jenħtieġ li jitqies meta jiġu proposti approprjazzjonijiet futuri għal dak l-istrument jew garanzija.

 ġdid

(220)Huwa importanti li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji implimentati b’ġestjoni indiretta jingħataw fil-ħin biex il-Qorti tal-Awdituri tikkunsidrahom meta tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji.

🡻 2018/1046 premessa 146

(221)Hu xieraq li jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-interessi fit-tiftix tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li l-BEI u l-FEI ikollhom il-kompetenza speċifika li jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

🡻 2018/1046 premessa 147

(222)Il-BEI u l-FEI, filwaqt li jaġixxu bħala grupp, jenħtieġ li jkollhom il-possibilità li jittrasferixxu parti mill-implimentazzjoni lil xulxin, fejn tali trasferiment għandu mnejn ikun ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni partikolari u kif iddefinit aktar fil-ftehim rilevanti mal-Kummissjoni.

 ġdid

(223)Għall-konsistenza u sabiex jittieħed kont tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027, għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, hemm bżonn li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar mill-persuni jew l-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 62(1)(c), dwar l-applikazzjoni tat-Titolu X f’każ li dawn jiġu kkombinati ma’ appoġġ anċillari mill-baġit, inklużi għotjiet, u dwar kombinament ma’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża.

🡻 2018/1046 premessa 148

(224)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, fejn l-istrumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji jkunu kkombinati ma’ forom anċillari ta’ appoġġ mill-baġit, jenħtieġ li r-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji jkunu japplikaw għall-miżura kollha. Jenħtieġ li tali regoli jkunu kkomplementati, fejn applikabbli, minn rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

🡻 2018/1046 premessa 149

(225)L-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li timxi mal-politika tal-Unjoni dwar ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u l-aġġornamenti għaliha, kif stipulata fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2016 dwar il-kriterji u l-proċess li jwassal għall-istabbiliment tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa 45 u l-Anness għalihom, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 dwar il-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa 46 u l-Annessi għalihom.

🡻 2018/1046 premessa 150

(226)Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi ġeneralment ikunu operazzjonijiet li ma jidhrux fil-baġit li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-karta bilanċjali tal-Unjoni. Filwaqt li ġeneralment jibqgħu operazzjonijiet li ma jidhrux fil-baġit, l-inklużjoni tagħhom f’dan ir-Regolament tipprovdi protezzjoni akbar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u qafas aktar ċar għall-awtorizzazzjoni, għall-ġestjoni u għall-kontabbiltà tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 151

(227)Dan l-aħħar l-Unjoni nediet inizjattivi importanti fuq il-bażi tal-garanziji baġitarji bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Il-karatteristiċi ta’ dawk l-istrumenti huma li jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni u jimplikaw il-proviżjonament ta’ fondi sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni marġini ta’ likwidità li jippermetti sabiex il-baġit iwieġeb fil-ħin għall-obbligi ta’ pagament li għandhom mnejn jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Sabiex tiġi ggarantita l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Unjoni u, b’hekk, il-kapaċità tagħha li tforni finanzjament effettiv, huwa essenzjali li l-awtorizzazzjoni, il-proviżjonament u l-monitoraġġ tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jsegwu sett robust ta’ regoli li jenħtieġ li jiġi applikat għall-garanziji baġitarji kollha.

🡻 2018/1046 premessa 152

(228)L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment. Il-possibilità li tissejjaħ garanzija baġitarja ma tistax tiġi skedata b’ċertezza sħiħa fuq bażi annwali kif inhu l-każ ta’ self li jkollu skeda definita għall-pagament mill-ġdid. Għaldaqstant huwa indispensabbli li jitwaqqaf qafas għall-awtorizzazzjoni u għall-monitoraġġ ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jiggarantixxi l-osservanza sħiħa, fi kwalunkwe waqt, tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet annwali għall-pagamenti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/20532014/335/UE, Euratom 47 .

🡻 2018/1046 premessa 153

(229)Dak il-qafas jenħtieġ li jipprevedi wkoll il-ġestjoni u l-kontroll, inkluż ir-rapportar regolari dwar l-iskopertura finanzjarja tal-Unjoni. Ir-rata ta’ proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-istrument relatat. Is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jenħtieġ li tiġi vvalutata kull sena fil-kuntest tal-proċedura baġitarja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ twissija bikrija sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ provvedimenti biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

🡻 2018/1046 premessa 154

(230)L-użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji u tal-assistenza finanzjarja jitlob li jiġi mmobilizzat u pproviżjonat volum sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament. Sabiex jingħata ingranaġġ filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni kontra obbligazzjonijiet finanzjarji, importanti li jiġi ottimizzat l-ammont ta’ proviżjonament meħtieġ u li jinkisbu żidiet fl-effiċjenza billi dawk il-provvedimenti jinġabru f’fond ta’ proviżjonament komuni. Barra minn hekk, l-użu aktar flessibbli ta’ dawk il-provvedimenti miġburin jippermetti rata ta’ proviżjonament globali effettiva li tagħti l-protezzjoni mitluba b’ammont ottimizzat ta’ riżorsi.

🡻 2018/1046 premessa 155

(231)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif xieraq tal-fond ta’ proviżjonament komuni għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju 2019, tippreżenta evalwazzjoni esterna indipendenti tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-immaniġġjar finanzjarju tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jiġi fdat lill-Kummissjoni, lill-BEI, jew lil taħlita tat-tnejn, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tekniċi u istituzzjonali rilevanti użati biex jitqabblu s-servizzi ta’ mmaniġġjar tal-assi, fosthom l-infrastruttura teknika, it-tqabbil tal-kostijiet għas-servizzi mogħtija, l-istruttura istituzzjonali, ir-rapportar, il-prestazzjoni, l-irfigħ tar-responsabbiltà u l-għarfien espert ta’ kull istituzzjoni u l-mandati l-oħrajn ta’ mmaniġġjar tal-assi għall-baġit. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tiġi akkumpanjata, fejn ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.

🡻 2018/1046 premessa 156

(232)Ir-regoli applikabbli għall-proviżjonament u għall-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jipprovdu qafas ta’ kontroll intern sod. Il-linji gwida applikabbli għall-immaniġġjar tar-riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-uffiċjal kontabilistiku tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja jissorveljaw b’mod attiv l-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jieħu ħsieb il-flus u l-assi fil-fond skont ir-regoli u l-proċeduri stipulati mill-uffiċjal kontabilistiku tal-Kummissjoni.

🡻 2018/1046 premessa 157

(233)Jenħtieġ li l-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jsegwu l-istess sett ta’ prinċipji stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji. Il-garanziji baġitarji, b’mod partikolari, jenħtieġ li jkunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba. Jenħtieġ li jiġu implimentati b’ġestjoni indiretta jew, f’każijiet eċċezzjonali biss, b’ġestjoni diretta. Jenħtieġ li jkopru biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u jenħtieġ li l-kontropartijiet tagħhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti.

🡻 2018/1046 premessa 158

(234)L-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi jenħtieġ tieħu l-forma ta’ selfa, linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa fl-att bażiku rilevanti biex tissellef il-fondi meħtieġa fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġi evitat l-involviment tal-Unjoni fi kwalunkwe trasformazzjoni ta’ maturitajiet li tkun tesponiha għal riskju tal-imgħax jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

🡻 2018/1046 premessa 159

(235)Id-dispożizzjonijiet relatati mal-istrumenti finanzjarji jenħtieġ li japplikaw mill-aktar fis possibbli sabiex jinkisbu s-simplifikazzjoni u l-effettività fil-mira. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanziji baġitarji u mal-assistenza finanzjarja, kif ukoll mal-fond ta’ proviżjonament komuni, jenħtieġ li japplikaw mill-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020. Dak il-kalendarju ser jippermetti li ssir preparazzjoni dettaljata tal-għodod il-ġodda għall-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti. Ser jippermetti wkoll li jsir allinjament bejn il-prinċipji stipulati fit-Titolu X u, minn naħa, il-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020 u, min-naħa l-oħra, il-programmi speċifiċi relatati ma’ dak il-qafas.

🡻 2018/1046 premessa 160

(236)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 jistabbilixxi regoli ġodda għal, fost affarijiet oħra, il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament, l-aġġudikazzjoni u t-tqassim tal-fondi, id-donazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet, il-finanzjament ta’ kampanji għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-infieq rimborżabbli, il-projbizzjoni ta’ ċertu finanzjament, il-kontijiet, ir-rapportar u l-awditjar, l-implimentazzjoni u l-kontroll, il-penali, il-kooperazzjoni bejn l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, u t-trasparenza.

🡻 2018/1046 premessa 161

(237)Jenħtieġ li jiġu inklużi regoli f’dan ir-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit għall-partiti politiċi Ewropej kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

🡻 2018/1046 premessa 162

(238)L-appoġġ finanzjarju mogħti lill-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni speċifika, li tikkorrispondi għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ dawk il-partiti.

🡻 2018/1046 premessa 163

(239)Għalkemm l-appoġġ finanzjarju jiġi aġġudikat mingħajr il-ħtieġa ta’ programm ta’ ħidma annwali, jenħtieġ li l-partiti politiċi Ewropej jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jenħtieġ li jivverifika jekk il-finanzjament ikunx intuża sabiex titħallas nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jintefqu sal-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ wara dik tal-aġġudikazzjoni tagħhom, wara liema, kwalunkwe finanzjament li ma jintefaqx jenħtieġ li jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

🡻 2018/1046 premessa 164

(240)Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni aġġudikat għall-finanzjament tal-kostijiet operatorji tal-partiti politiċi Ewropej ma jintużax għal skopijiet oħra għajr dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari biex jiffinanzja direttament jew indirettament terzi persuni bħall-partiti politiċi nazzjonali. Il-partiti politiċi Ewropej jenħtieġ li jużaw il-kontribuzzjonijiet biex iħallsu perċentwal tan-nefqa attwali u futura, u mhux nefqa jew dejn imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal kontribuzzjonijiet.

🡻 2018/1046 premessa 165

(241)L-aġġudikazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet jenħtieġ ukoll li jiġi ssimplifikat u adattat għall-ispeċifiċitajiet ta’ partiti politiċi Ewropej, b’mod partikolari bin-nuqqas ta’ kriterji tal-għażla, bl-istabbiliment ta’ pagament ta’ prefinanzjament sħiħ wieħed bħala regola ġenerali, u bil-possibilità li jintużaw somom f’daqqa, u finanzjament ta’ rata fissa u ta’ kostijiet unitarji.

🡻 2018/1046 premessa 166

(242)Il-kontribuzzjonijiet mill-baġit jenħtieġ li jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jintemmu jekk partiti politiċi Ewropej jiksru r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

🡻 2018/1046 premessa 167

(243)Jenħtieġ li l-penali li jkunu bbażati kemm fuq dan ir-Regolament kif ukoll fuq ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġu imposti b’mod koerenti u jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta’ ne bis in idem. Bi qbil mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-penali amministrattivi u/jew finanzjarji previsti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux imposti f’xi wieħed mill-każijiet li għalihom diġà jkunu ġew imposti penali abbażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

🡻 2018/1046 premessa 168

(244)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali li bih l-appoġġ mill-baġit jista’ jintuża bħala strument fil-qasam tal-azzjonijiet esterni inkluż l-obbligu għall-pajjiż terz li jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni adegwata u puntwali sabiex tevalwa l-adempiment tal-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet miftehmin li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 169

(245)Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-proċedura għall-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni tenħtieġ li tiġi ċċarata. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-prinċipji applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari l-importanza li jiġu żgurati kontribuzzjonijiet minn donaturi oħrajn li jiġġustifikaw l-istabbiliment tagħhom b’rabta mal-valur miżjud. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji u tal-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u li jiġu ddefiniti regoli li jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi parteċipanti fil-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u vot pożittiv mill-Kummissjoni għall-użu tal-fondi. Huwa importanti wkoll li jiġi stabbilit f’aktar dettall ir-rekwiżiti tar-rapportar applikabbli għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni.

 ġdid

(246)Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista’ tipparteċipa f’inizjattivi globali, meta tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. Sabiex jiġi pprovdut qafas legali xieraq għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’inizjattivi globali, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal inizjattivi bħal dawn tiġi inkluża bħala strument ġdid għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-użu ta’ dan il-veikolu finanzjarju ġdid ikun soġġett għal kundizzjonijiet u limitat għal każijiet fejn strumenti oħra previsti fir-Regolament Finanzjarju ma jippermettux li jinkisbu l-objettivi ta’ politika rispettivi tal-UE bl-istess skala u impatt.

(247)Sabiex jadattaw għall-progress fid-diġitalizzazzjoni, jenħtieġ li l-listi ta’ esperti esterni mfassla wara sejħa għal espressjoni ta’ interess jkunu validi għal aktar mid-durata tal-programm pluriennali dment li tiġi ggarantita rotazzjoni tal-esperti u li esperti ġodda jkunu jistgħu jesprimu l-interess tagħhom. Barra minn hekk, hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitħallew jattiraw esperti esterni b’ħiliet għolja sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ evalwazzjoni u l-opinjonijiet u l-pariri speċifiċi pprovduti mill-esperti jkunu ta’ kwalità għolja. Sabiex jirnexxilhom jikkompetu ma’ atturi oħra fis-suq, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitħallew joffru remunerazzjoni aktar kompetittiva f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Fl-aħħar nett, fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-esperti esterni remunerati jiġu ċċarati biex jirriflettu l-istadji differenti tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni.

(248)Sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħatalhom qafas legali ċar biex jagħtu servizzi, provvisti jew xogħlijiet, jenħtieġ li d-donazzjonijiet mhux finanzjarji jiġu inklużi bħala strument ġdid għall-implimentazzjoni tal-baġit. Jenħtieġ li dan l-istrument ma jiġix konfuż mal-qafas ġenerali ta’ appoġġ ipprovdut mill-Unjoni lil pajjiżi terzi, li huwa ta’ natura usa’, iżda jista’ jinkludi donazzjonijiet mhux finanzjarji. Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li tali strument jipprovdi bażi ġuridika stabbli b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet futuri ta’ kriżi u ta’ emerġenza u jiggarantixxi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom l-għodod xierqa ta’ appoġġ baġitarju biex jgħinu lill-Istati Membri, lil persuni u lil entitajiet oħra meta l-appoġġ ikun l-aktar meħtieġ. Jenħtieġ li dan l-istrument jiġi implimentat b’ġestjoni diretta. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati, bħad-definizzjonijiet, is-sospensjoni, it-terminazzjoni u t-tnaqqis, u l-kumitat ta’ evalwazzjoni jiġu għaldaqstant aġġustati.

(249)L-istess bħall-introduzzjoni tad-donazzjonijiet mhux finanzjarji, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu jistgħu wkoll jaġġudikaw premjijiet li mhumiex finanzjarji. Dan huwa importanti wkoll sabiex ikunu jistgħu jsiru kompetizzjonijiet fost iż-żgħażagħ li ma jkollhomx kont bankarju fl-Istat Membru tagħhom, iżda li jkunu jistgħu faċilment jirċievu l-premju tagħhom b’mod prattiku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni u d-dispożizzjonijiet dwar “premjijiet” jiġu għaldaqstant aġġustati.

🡻 2018/1046 premessa 170

(250)B’konformità mas-simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti u sabiex tiġi evitata ripetizzjoni żejda, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, applikabbli għall-FAEG, għar-riċerka, għall-azzjonijiet esterni u għal fondi speċifiċi tal-Unjoni, jiddaħħlu biss fil-partijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, sakemm id-dispożizzjonijiet għadhom jintużaw u għadhom rilevanti.

🡻 2018/1046 premessa 171

(251)Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabbiltà jiġu ssimplifikati u ċċarati. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu raggruppati flimkien id-dispożizzjonijiet kollha dwar il-kontijiet annwali u rapportar finanzjarju ieħor.

 ġdid

(252)Jenħtieġ li l-iskadenzi għall-osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji u għall-preżentazzjoni tal-kontijiet finali jiġu aġġustati biex titqies l-iskeda tal-proċedura ta’ kwittanza.

🡻 2018/1046 premessa 172

(253)Il-mod li bih istituzzjonijiet tal-Unjoni bħalissa jirrappurtaw dwar proġetti ta’ bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jenħtieġ li jittejjeb. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti ta’ bini ġodda bid-dħul li jirċievu għal binjiet diġà mibjugħin. Konsegwentement, jenħtieġ li tiddaħħal referenza dwar id-dħul assenjat intern fid-dispożizzjonijiet dwar proġetti ta’ bini. Dan jippermetti li jintlaħqu l-bidliet li jinbidlu fil-politika ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jiġu ffrankati spejjeż u tiddaħħal flessibilità akbar.

 ġdid

(254)Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni tħeġġeġ ir-rinnovazzjoni tal-binjiet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u jsiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Filwaqt li titqies l-evoluzzjoni rapida tas-suq għal bini effiċjenti fl-enerġija, hemm bżonn akut li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinkorporaw l-impenji tal-Patt Ekoloġiku fil-politika tal-bini tagħhom stess u jirrinnovaw il-binjiet tagħhom. Barra minn hekk, l-iżvilupp reċenti tal-metodi ta’ ħidma aċċellerati mill-pandemija tal-COVID-19 jirrikjedi li l-istokk tal-uffiċċju tal-istituzzjonijiet jiġi adattat sabiex tiġi żviluppata politika dinamika tal-uffiċċju. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li jkun permess il-finanzjament ta’ rinnovazzjonijiet strutturali permezz ta’ self. Jenħtieġ li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ proġetti ġodda ta’ bini titwessa’ u, b’mod partikolari, tinkludi kwalunkwe proġett li jikkonċerna r-rinnovazzjoni strutturali.

🡻 2018/1046 premessa 173

(255)Sabiex jiġu adattati r-regoli applikabbli għal ċerti korpi tal-Unjoni, ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist u dwar il-kundizzjonijiet dettaljati u l-proporzjon minimu għar-rata ta’ proviżjonament effettiva, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati taħt l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regolament finanzjarju qafas għal korpi mwaqqfin taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom, il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata, emendi fl-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet dettaljati u l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva u l-emendar tal-proporzjon minimu definit tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, li jenħtieġ li ma jiġix iffissat f’livell aktar baxx minn 85 %. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

🡻 2018/1046 premessa 174 (adattata)

Sabiex jiġi żgurat li l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , jipprovdi riżorsi adegwati fil-pront sabiex jappoġġa prijoritajiet politiċi li jinbidlu, jenħtieġ li l-ishma indikattivi għal kull wieħed mit-tliet assi u l-perċentwali minimi għal kull waħda mill-prijoritajiet tematiċi fi ħdan kull assi jipprovdu għal flessibilità akbar, filwaqt li jżommu rata ta’ użu ambizzjuża għal sħubiji transfruntiera EURES. Dan għandu jtejjeb il-ġestjoni tal-EaSI u jippermetti li jiġu ffokati riżorsi baġitarji fuq azzjonijiet li jipproduċu riżultati aħjar fil-livell soċjali u ta’ impjiegi.

🡻 2018/1046 premessa 175 (adattata)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fl-infrastruttura għat-turiżmu kulturali u sostenibbli, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta’ atti legali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, b’mod partikolari d-Direttivi 2001/42/KE 50 u 2011/92/UE 51 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont kif meħtieġ, jenħtieġ li jiġu kjarifikati ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-ambitu tal-appoġġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 għal tali investimenti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti restrizzjonijiet ċari fir-rigward tal-limitar tal-livell ta’ kontribuzzjoni mill-FEŻR għal tali investimenti mit-2 ta’ Awwissu 2018.

🡻 2018/1046 premessa 176 (adattata)

Sabiex ikun hemm rispons għall-isfidi imposti mill-flussi akbar ta’ migranti u refuġjati, jenħtieġ li jiġu spjegati l-objettivi li għalihom jista’ jikkontribwixxi l-FEŻR fl-appoġġ tiegħu tal-migranti u tar-refuġjati bil-ħsieb li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu investimenti li jiffukaw fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom soġġorn legali, inklużi l-applikanti għall-asil u l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 177 (adattata)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 , jenħtieġ li jitkabbar l-ambitu tal-benefiċjarji potenzjali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jikkunsidraw persuni fiżiċi bħala benefiċjarji u jenħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni aktar flessibbli ta’ benefiċjarji fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat.

🡻 2018/1046 premessa 178 (adattata)

Bħala kwistjoni ta’ prattika, l-istrateġiji makroreġjonali jiġu maqbula mal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill. Bħal kif ilu jsir mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tali konklużjonijiet jistgħu, fejn meħtieġ, jiġu approvati mill-Kunsill Ewropew, b’kont meħud tas-setgħat ta’ dik l-istituzzjoni stipulati fl-Artikolu 15 TUE. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ ‘strateġiji makroreġjonali’ stabbilita f’dak ir-Regolament tiġi emendata kif meħtieġ.

🡻 2018/1046 premessa 179 (adattata)

Bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (“il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” - “Fondi ESI”) li huma implimentati taħt ġestjoni kondiviża, u li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirreferu għall-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar il-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interessi.

🡻 2018/1046 premessa 180 (adattata)

Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi kollha tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tal-asil b’mod effettiv, jenħtieġ li jiġi żgurat li, meta l-objettivi tematiċi jiġu tradotti fi prijoritajiet fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, dawn il-prijoritajiet ikopru l-użu xieraq ta’ kull Fond ESI għal dawk l-oqsma. Fejn xieraq, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 181 (adattata)

Sabiex tiġi żgurata koerenza tal-arranġamenti ta’ pprogrammar, darba kull sena jenħtieġ li jsir allinjament bejn il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-emendi ta’programmi approvati mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

🡻 2018/1046 premessa 182 (adattata)

Sabiex jiġu ffaċilitati t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, il-Fond prinċipali jenħtieġ li jkun jista’ jkopri kostijiet preparatorji, operazzjonali u tal-animazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 183 (adattata)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ investimenti għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u investimenti territorjali integrati, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali fir-rigward ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, u ta’ awtoritajiet lokali, ta’ korpi ta’ żvilupp reġjonali jew ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi fir-rigward ta’ investimenti territorjali integrati (ITIs), relattivament għal korpi oħrajn tal-programmi. Jenħtieġ li n-nomina bħala korp intermedju skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi tkun meħtieġa biss f’każijiet li fihom il-korpi rilevanti jwettqu kompiti addizzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jew taċ-ċertifikazzjoni jew tal-aġenzija tal-pagamenti.

🡻 2018/1046 premessa 184 (adattata)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom il-possibilità li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta’ għoti ta’ kuntratt dirett lill-BEI u lil istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 185 (adattata)

Ħafna Stati Membri stabbilixxew banek bi sjieda pubblika jew istituzzjonijiet li joperaw b’mandat ta’ politika pubblika sabiex jippromwovu attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku. Tali banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika għandhom karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuhom minn banek kummerċjali privati b’rabta mas-sjieda tagħhom, il-mandat tal-iżvilupp tagħhom u l-fatt li primarjament ma jiffokawx fuq l-immassimizzar tal-profitti. Ir-rwol primarju tat-tali banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika huwa li jimmitigaw il-fallimenti tas-suq fejn f’ċerti reġjuni jew għal ċerti oqsma jew setturi ta’ politika, is-servizzi finanzjarji mhumiex ipprovduti biżżejjed mill-banek kummerċjali. Dawk il-banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika jinsabu f’pożizzjoni tajba sabiex jippromwovu l-aċċess għall-Fondi ESI filwaqt li jżommu newtralità kompetittiva. Ir-rwol u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jistgħu jippermettu lill-Istati Membri jżidu l-użu ta’ strumenti finanzjarji sabiex jimmassimizzaw l-impatt tal-Fondi ESI fl-ekonomija reali. Tali eżitu jkun konformi mal-politika tal-Kummissjoni li tiffaċilita r-rwol tat-tali banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika bħala maniġers ta’ fondi kemm fl-implimentazzjoni ta’ Fondi ESI kif ukoll fit-tħallit tal-Fondi ESI ma’ finanzjament tal-FEIS, kif stipulat b’mod partikolari fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. Mingħajr preġudizzju għal kuntratti diġà mogħtija għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-liġi applikabbli, huwa ġustifikat li jiġi ċċarat li huwa possibli għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni li jagħtu kuntratti direttament lil tali banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika. Minkejja dan, sabiex jiġi żgurat li l-possibilità ta’ għoti dirett tibqa’ konsistenti mal-prinċipji tas-suq intern, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet stretti li jridu jissodisfaw il-banek jew l-istituzzjonijiet bi sjieda pubblika.

Jenħtieġ li tali kondizzjonijiet jinkludu li m’għandux ikun hemm parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat, bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew imblokkar skont ir-rekwiżiti stabbilit fid-Direttiva 2014/24/UE. Barra minn hekk, u limitat strettament għall-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jenħtieġ li bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika jitħallew jimplimentaw ukoll strumenti finanzjarji fejn il-parteċipazzjoni tal-kapital privat ma tagħti l-ebda influwenza lil deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ kuljum tal-istrumenti finanzjarji appoġġati mill-Fondi ESI.

🡻 2018/1046 premessa 186 (adattata)

Sabiex tinżamm il-possibilità għall-FEŻR u l-FAEŻR li jikkontribwixxu għall-garanzija illimitata konġunta u strumenti finanzjarji ta’ titolizzazzjoni favur l-SMEs, jeħtieġ li jiġi pprovdut li jkun possibbli għall-Istati Membri li jużaw l-FEŻR u l-FAEŻR biex jikkontribwixxu għal tali strumenti matul il-perijodu ta’ programmazzjoni sħiħ u li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar dik l-għażla, bħal dawk dwar valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet ex ante u li tiġi introdotta, għall-FEŻR, il-possibilità ta’ programmazzjoni fil-livell ta’ assi ta’ prijorità.

🡻 2018/1046 premessa 187 (adattata)

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 kienet maħsuba biex l-Istati Membri jitħallew jużaw il-Fondi ESI sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ proġetti eliġibbli appoġġati taħt il-FEIS. Jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li jippermettu għal interazzjoni u komplementarjetà aħjar li ser jiffaċilitaw il-possibilità li l-Fondi ESI jitħalltu ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Garanzija tal-UE tal-FEIS.

🡻 2018/1046 premessa 188 (adattata)

Fit-twettiq tal-ħidma tagħhom, jenħtieġ li l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jikkonformaw mal-politika tal-Unjoni dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u l-aġġornamenti tagħha, kif ikun stabbilit fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2016 u l-Anness għalihom, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 u l-Annessi għalihom.

🡻 2018/1046 premessa 189 (adattata)

Sabiex jiġu ssimplifikati u armonizzati r-rekwiżiti ta’ kontroll u ta’ awditjar u sabiex tittejjeb ir-responsabbiltà tal-istrumenti finanzjarji implimentati mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn, jenħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal-istrumenti finanzjarji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ garanzija. Jenħtieġ li dik l-emenda ma tapplikax għall-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) u fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li kienu ġew stabbiliti minn ftehim ta’ finanzjament iffirmat qabel it-2 ta’ Awwissu 2018. Għal tali strumenti finanzjarji, jenħtieġ li jibqa’ japplika l-Artikolu 40 ta’ dak ir-Regolament kif applikabbli fil-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament.

🡻 2018/1046 premessa 190 (adattata)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-mudelli tar-rapporti ta’ kontroll u tar-rapporti tal-awditjar annwali msemmija fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 55 .

🡻 2018/1046 premessa 191 (adattata)

Sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-trattament tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, hemm bżonn li jiġi ċċarat li, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, jenħtieġ li jkun possibbli li kontribuzzjoni li tiġi kkanċellata bħala riżultat ta’ irregolarità individwali tintuża mill-ġdid għal nefqa regolari fi ħdan l-istess operazzjoni sabiex il-korrezzjoni finanzjarja relatata ma jkollhiex il-konsegwenza ta’ telf nett għall-operazzjoni tal-istrument finanzjarju.

🡻 2018/1046 premessa 192 (adattata)

Sabiex jagħtu aktar żmien għall-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament li jippermettu l-użu ta’ kontijiet miżmuma minn terzi għal pagamenti għal investimenti f’riċevituri finali wara tmiem il-perijodu ta’ eliġibbiltà għal strumenti bbażati fuq l-ekwità, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza għall-iffirmar ta’ tali ftehimiet ta’ finanzjament tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2018.

🡻 2018/1046 premessa 193 (adattata)

Sabiex l-investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq jkunu inċentivati biex jikkoinvestu fi proġetti tal-politika pubblika, jenħtieġ li jiġi introdott il-kunċett ta’ trattament differenzjat tal-investituri, li jippermetti taħt kondizzjonijiet speċifiċi li l-Fondi ESI jieħdu pożizzjoni subordinata għal investitur li jopera skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u għal prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Garanzija tal-UE tal-FEIS. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ trattament differenzjat bħal dan meta jiġu implimentati l-Fondi ESI.

🡻 2018/1046 premessa 194 (adattata)

Fid-dawl tal-ambjent dejjiemi ta’ mgħax baxx u sabiex ma jiġux ippenalizzati indebitament korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, jenħtieġ li, soġġett għall-immaniġġjar attiv ta’ flus, ikun jista’ jsir finanzjament tal-imgħax negattiv iġġenerat bħala riżultat tal-investimenti tal-Fondi ESI skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 minn riżorsi mħallsin lura fl-istrument finanzjarju.

🡻 2018/1046 premessa 195 (adattata)

Sabiex jiġu allinjati l-obbligi ta’ rapportar mad-dispożizzjonijiet ġodda dwar it-trattament differenzjat ta’ investituri u sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

🡻 2018/1046 premessa 196 (adattata)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Fondi ESI, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibilità li jimplimentaw azzjonijiet ta’ assistenza teknika permezz tal-għoti dirett ta’ kuntratt lill-BEI, lil istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u lil banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika.

🡻 2018/1046 premessa 197 (adattata)

Sabiex jiġu armonizzati aktar il-kondizzjonijiet għal operazzjonijiet li jiġġeneraw introjtu nett wara t-tlestija tagħhom, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal operazzjonijiet diġà magħżula iżda li għadhom għaddejjin u għal operazzjonijiet li għad iridu jiġu magħżula taħt dak il-perijodu ta’ programmazzjoni.

🡻 2018/1046 premessa 198 (adattata)

Sabiex jingħata inċentiv b’saħħtu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, jenħtieġ li l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżultaw minn titjib fl-effiċjenza enerġetika permezz ta’ operazzjoni ma jiġix trattat bħala dħul nett.

🡻 2018/1046 premessa 199 (adattata)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li t-tnaqqis tar-rata ta’ kofinanzjament ikun awtorizzat fi kwalunkwe ħin tul l-implimentazzjoni tal-programm, u jenħtieġ li jiġu pprovduti possibbiltajiet għall-istabbiliment ta’ perċentwali tad-dħul nett b’rata fissa f’livell nazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 200 (adattata)

Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 ġie adottat tard u l-fatt li l-livelli ta’ intensità tal-għajnuna ġew stabbiliti minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti eżenzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEMS fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul. Billi dawk l-eżenzjonijiet jipprovdu kondizzjonijiet aktar favorevoli għal ċerti operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul li għalihom huma definiti ammonti jew rati ta’ appoġġ fir-Regolament (UE) Nru 508/2014, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni differenti għal dawk l-eżenzjonijiet sabiex ikun żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet appoġġati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

🡻 2018/1046 premessa 201 (adattata)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiżdied il-limitu li jeżenta lil ċerti operazzjonijiet mir-rekwiżit tal-kalkolu u t-teħid f’kunsiderazzjoni tad-dħul iġġenerat matul l-implimentazzjoni tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 202 (adattata)

Sabiex jiġu ffaċilitati s-sinerġiji bejn il-Fondi ESI u strumenti oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li n-nefqa mġarrba tiġi rimborżata minn Fondi ESI u minn strumenti tal-Unjoni differenti fuq il-bażi ta’ proporzjon miftiehem minn qabel.

🡻 2018/1046 premessa 203 (adattata)

Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ somom f’daqqa, u fid-dawl tal-fatt li s-somom f’daqqa jeħtieġu li jkunu bbażati fuq metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu superjuri applikabbli għall-użu tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 204 (adattata)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv tal-implimentazzjoni tal-proġetti mill-benefiċjarji, jenħtieġ li tiġi introdotta forma ġdida ta’ għażla ġdida tal-kostijiet issimplifikata għall-finanzjament fuq il-bażi ta’ kondizzjonijiet li mhumiex kostijiet tal-operazzjonijiet.

🡻 2018/1046 premessa 205 (adattata)

Sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli li jirregolaw l-użu ta’ fondi u jitnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu akbar minn għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

🡻 2018/1046 premessa 206 (adattata)

Minħabba l-fatt li, skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-obbligu li tiġi żgurata d-durabilità tal-operazzjonijiet ta’ investiment japplika mill-pagament finali lill-benefiċjarju, u li, meta l-investiment ikun jikkonsisti f’lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid, il-pagament finali jseħħ fi tmiem il-perijodu tal-kuntratt, dak l-obbligu jenħtieġ li ma japplikax għal dak it-tip ta’ investiment.

🡻 2018/1046 premessa 207 (adattata)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni ġenerali ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, jenħtieġ li jiġi stabbilit użu obbligatorju ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa jew ta’ rati fissi għal operazzjonijiet jew proġetti li jagħmlu parti minn operazzjoni li tirċievi appoġġ mill-FEŻR u mill-FSE taħt ċertu limitu, soġġett għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali rilevanti. Jenħtieġ li tingħata l-possibilità lill-awtorità ta’ ġestjoni, jew lill-kumitat tal-monitoraġġ għal programmi li jaqgħu taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, li jestendu l-perijodu tranżizzjonali għal perijodu li jqisu adatt jekk iqisu li tali obbligu joħloq piż amministrattiv sproporzjonat. Jenħtieġ li tali obbligu ma japplikax għal operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fil-qafas tal-għajnuna mill-Istat li ma tikkostitwixxix għajnuna de minimis. Għal tali operazzjonijiet, jenħtieġ li l-forom kollha ta’ għotjiet u assistenza ripagabbli jibqgħu bħala alternattiva. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi introdott l-użu ta’ abbozz ta’ baġits bħala metodoloġija addizzjonali għad-determinazzjoni ta’ kostijiet issimplifikati għall-Fondi ESI kollha.

🡻 2018/1046 premessa 208 (adattata)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar bikrija u aktar immirata ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 TFUE tiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-issupplimentar tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligi u r-responsabbiltà ta’ korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kriterji ta’ għażla relatati u prodotti li huwa possibbli li jingħataw permezz strumenti finanzjarji, tal-issupplimentar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar l-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa, il-metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li bih jistgħu jiġu stabbiliti, u billi jiġu speċifikati modalitajiet dettaljati dwar il-finanzjament ibbażati fuq l-adempiment tal-kondizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba ta’ objettivi ta’ programmi pjuttost milli fuq kostijiet u l-applikazzjoni tagħhom. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

🡻 2018/1046 premessa 209 (adattata)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jiżdied l-użu ta’ rati fissi li ma jeħtieġx li tiġi stabbilita metodoloġija mill-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu introdotti żewġ rati fissi addizzjonali: waħda għall-kalkolu tal-kostijiet diretti tal-persunal u l-oħra għall-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli li jifdal fuq il-bażi tal-kostijiet tal-persunal. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta kjarifika ulterjuri fuq il-metodi għall-kalkolu tal-kostijiet tal-persunal.

🡻 2018/1046 premessa 210 (adattata)

Bil-għan li jitjiebu l-effettività u l-impatt tal-operazzjonijiet, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jkopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru jew ta’ operazzjonijiet li jkopru oqsma tal-programmi differenti u jenħtieġ li jiżdiedu l-possibbiltajiet għan-nefqa barra mill-Unjoni għal ċerti investimenti.

🡻 2018/1046 premessa 211 (adattata)

Sabiex l-Istati Membri jitħeġġu jagħmlu użu minn valutazzjonijiet ta’ proġetti kbar minn esperti indipendenti, id-dikjarazzjoni tan-nefqa relatata mal-proġett kbir lill-Kummissjoni qabel il-valutazzjoni pożittiva mill-espert indipendenti jenħtieġ li tkun awtorizzata ladarba l-Kummissjoni tkun ġiet informata dwar is-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-espert indipendenti.

🡻 2018/1046 premessa 212 (adattata)

Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ pjanijiet ta’ azzjoni konġunta li ser inaqqsu l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jitnaqqsu r-rekwiżiti regolatorji marbutin mat-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta filwaqt li jinżamm fokus xieraq fuq prinċipji orizzontali li jinkludu l-ugwaljanza tal-ġeneru u l-iżvilupp sostenibbli, li ġġeneraw kontribuzzjonijiet importanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi ESI.

🡻 2018/1046 premessa 213 (adattata)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għall-benefiċjarji, jenħtieġ li r-regoli dwar l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Kif xieraq, importanti li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

🡻 2018/1046 premessa 214 (adattata)

Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi żgurat l-użu effettiv tal-assistenza teknika fost il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni u fost il-kategoriji ta’ reġjuni, jenħtieġ li tiżdied il-flessibilità għall-kalkolu u għall-monitoraġġ tal-limiti rispettivi applikabbli għall-assistenza teknika tal-Istati Membri.

🡻 2018/1046 premessa 215 (adattata)

Bil-għan li jiġu ssimplifikati strutturi ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-possibilità għall-awtorità ta’ ġestjoni, għall-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u għall-awtorità tal-awditjar li jkunu parti mill-istess korp pubbliku tkun disponibbli wkoll għal programmi li jaqgħu taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea.

🡻 2018/1046 premessa 216 (adattata)

Jenħtieġ li r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni rigward il-verifika tan-nefqa meta jintużaw għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jiġu speċifikati f’aktar dettall.

🡻 2018/1046 premessa 217 (adattata)

Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-potenzjal ta’ simplifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ governanza elettronika fl-implimentazzjoni tal-Fondi ESI u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), b’mod partikolari bil-għan li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni elettronika sħiħa tad-dokumenti, jenħtieġ li jiġi ċċarat li ż-żamma ta’ rekords fuq il-karta ma tkunx neċessarja jekk ikunu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet.

🡻 2018/1046 premessa 218 (adattata)

Sabiex tiżdied il-proporzjonalità tal-kontrolli u biex jitħaffef il-piż amministrattiv li jirriżulta minn kontrolli li jikkoinċidu, partikolarment għall-benefiċjarji ż-żgħar, mingħajr ma jiġi mminat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jieħu preċedenza l-prinċipju ta’ awditu uniku għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS u jenħtieġ li l-livelli li taħthom operazzjoni ma tkunx soġġetta għal aktar minn awditu wieħed jiġu rduppjati.

🡻 2018/1046 premessa 219 (adattata)

Huwa importanti li tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-Fondi ESI u li jiżdied l-għarfien tar-riżultati u l-kisbiet tagħhom mal-pubbliku. L-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u l-miżuri biex iżidu l-viżibbiltà għall-pubbliku jibqgħu essenzjali għall-pubbliċità tal-kisbiet tal-Fondi ESI u biex jintwera kif qed jiġu investiti r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 premessa 220 (adattata)

Bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ ċerti gruppi fil-mira għall-FSE, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ il-ġbir ta’ data għal ċerti indikaturi msemmija fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 .

🡻 2018/1046 premessa 221 (adattata)

Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tal-operazzjonijiet appoġġati fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

🡻 2018/1046 premessa 222 (adattata)

Sabiex jiġi żgurat li l-perijodu sħiħ ta’ programmazzjoni għar-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 ikun regolat minn sett ta’ regoli koerenti, jenħtieġ li wħud mill-emendi għal dawk ir-Regolamenti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014. Billi tkun prevista applikazzjoni retroattiva ta’ dawk l-emendi, qed jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi.

🡻 2018/1046 premessa 223 (adattata)

Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li jgħaqqdu flimkien għajnuna mill-Fondi ESI ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-garanzija tal-UE tal-FEIS u biex jipprovdu bażi legali kontinwa għall-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament li jippermettu l-użu ta’ kontijiet miżmuma minn terzi għall-istrumenti bbażati fuq l-ekwità, jenħtieġ li uħud mill-emendi għal dan ir-Regolament japplikaw b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018. Billi tkun prevista applikazzjoni retroattiva ta’ dawk l-emendi, tkun żgurata l-faċilitazzjoni avvanzata tal-finanzjament ta’ proġetti permezz tal-għajnuna kombinata mill-Fondi ESI u mill-FEIS u b’hekk tiġi evitata lakuna legali bejn id-data ta’ skadenza ta’ ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-estensjoni tagħhom permezz ta’ dan ir-Regolament.

🡻 2018/1046 premessa 224 (adattata)

Jenħtieġ li s-simplifikazzjonijiet u l-bidliet li jsiru fir-regoli speċifiċi għas-settur japplikaw mill-aktar fis possibbli sabiex tkun faċilitata l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali u, għaldaqstant, jenħtieġ li japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2018.

🡻 2018/1046 premessa 225 (adattata)

Jenħtieġ li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jkompli jipprovdi assistenza wara l-31 ta’ Diċembru 2017, b’mod temporanju lil żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) li jgħixu f’reġjuni milquta b’mod sproporzjonat minn rata maġġuri ta’ sensji. Sabiex ikun hemm assistenza kontinwata lil NEETs, jenħtieġ li l-emenda għar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 , li tiżgura tali assistenza kontinwata, tapplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018.

🡻 2018/1046 premessa 226 (adattata)

Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu stabbiliti faċilitajiet tat-taħlit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 għal xi wieħed jew aktar mis-setturi tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF, Connecting Europe Facility). Tali faċilitajiet tat-taħlit jistgħu jiffinanzjaw operazzjonijiet ta’ taħlit li huma azzjonijiet li jikkombinaw forom mhux rimborżabbli ta’ appoġġ, bħal appoġġ mill-baġits tal-Istati Membri, għotjiet tas-CEF, il-Fondi ESI u strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, inklużi kombinamenti ta’ ekwità tas-CEF u strumenti finanzjarji tad-dejn tas-CEF u finanzjament mill-Grupp tal-BEI, minn banek nazzjonali ta’ promozzjoni, minn istituzzjonijiet ta’ żvilupp jew ta’ finanzjament oħrajn jew minn investituri u appoġġ finanzjarju privat. Jenħtieġ li l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI jinkludi finanzjament mill-BEI taħt il-FEIS u jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju privat jinkludi kontribuzzjonijiet finanzjarji kemm diretti kif ukoll indiretti, kif ukoll appoġġ riċevut permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

🡻 2018/1046 premessa 227 (adattata)

Jenħtieġ li t-tfassil u t-twaqqif tal-faċilitajiet ta’ taħlit ikunu bbażati fuq valutazzjoni ex ante li ssir skont dan ir-Regolament u jenħtieġ li dawn jirriflettu r-riżultati ta’ lezzjonijiet misluta mill-implimentazzjoni tas-“Sejħa għat-Taħlit” tas-CEF msemmija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1921 li tistabbilixi Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2014 - 2020 għal assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) - Is-settur tat-Trasport. Il-faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-programmi ta’ ħidma pluriennali u/jew annwali adottati skont l-Artikoli 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura rapportar trasparenti u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe faċilità ta’ taħlit tas-CEF.

🡻 2018/1046 premessa 228 (adattata)

Jenħtieġ li l-objettiv tal-faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF ikun li jiffaċilitaw u jissimplifikaw applikazzjoni waħda għal kull forma ta’ appoġġ, inklużi għotjiet tal-Unjoni mis-CEF u finanzjament mis-settur privat. Tali faċilitajiet ta’ taħlit jenħtieġ li jkollhom l-għan li jottimizzaw il-proċess ta’ applikazzjoni għal promoturi ta’ proġetti billi jipprovdu proċess ta’ evalwazzjoni wieħed, mill-perspettivi tekniċi u finanzjarji.

🡻 2018/1046 premessa 229 (adattata)

Jenħtieġ li l-faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF iżidu l-flessibilità għas-sottomissjoni tal-proġetti, u jissimplifikaw u jiffaċilitaw il-proċess tal-identifikazzjoni u l-finanzjament ta’ proġetti. Jenħtieġ li jżidu wkoll is-sjieda u l-impenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji involuti, u b’hekk jimmitigaw ir-riskji assoċjati mal-proġetti.

🡻 2018/1046 premessa 230 (adattata)

Jenħtieġ li l-faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF iġibu koordinazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali nazzjonali u l-investituri privati bil-għan li jiġġeneraw u jappoġġaw sensiela sana ta’ proġetti li jsegwu l-objettivi tal-politika tas-CEF.

🡻 2018/1046 premessa 231 (adattata)

Jenħtieġ li l-faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF ikollhom l-għan li jtejbu l-effett multiplikatur tal-infiq tal-Unjoni billi jattiraw riżorsi addizzjonali minn investituri privati, u b’hekk jiżguraw l-ogħla livell ta’ involviment mill-investituri privati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati jsiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli u jgħinu jevitaw nuqqas ta’ ingranaġġ tal-investiment. Jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-kisba tal-miri stabbiliti fil-Konferenza ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21), il-ħolqien tal-impjiegi u l-konnettività transfruntiera. Huwa importanti li, meta s-CEF u l-FEIS jintużaw it-tnejn għal azzjonijiet ta’ finanzjament, il-Qorti tal-Awdituri teżamina jekk il-ġestjoni finanzjarja kinitx soda f’konformità mal-Artikolu 287 TFUE u mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

🡻 2018/1046 premessa 232 (adattata)

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-għotjiet fis-settur tat-trasport huma mistennija li jibqgħu l-mezzi primarji ta’ sostenn għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF ma tnaqqasx id-disponibbiltà ta’ dawn l-għotjiet.

🡻 2018/1046 premessa 233 (adattata)

Il-parteċipazzjoni ta’ koinvestituri privati fil-proġetti tat-trasport jistgħu jiġu faċilitati permezz ta’ mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju. Garanziji kontra l-ewwel telf ipprovduti mill-BEI taħt il-mekkaniżmi finanzjarji konġunti appoġġati mill-baġit bħall-faċilitajiet tat-taħlit jistgħu jkunu adatti għal dak il-għan.

🡻 2018/1046 premessa 234 (adattata)

Il-finanzjament mis-CEF jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 irrispettivament mill-forma ta’ finanzjament użat, jew it-taħlita tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 235 (adattata)

L-esperjenza miksuba permezz ta’ faċilitajiet ta’ taħlit jenħtieġ li titqies fil-valutazzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

🡻 2018/1046 premessa 236 (adattata)

Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta’ faċilitajiet ta’ taħlit tas-CEF b’dan ir-Regolament ma tinftehimx bħala li tiġġudika minn qabel ir-riżultat tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020.

🡻 2018/1046 premessa 237 (adattata)

B’kont meħud tar-rata għolja ħafna tal-eżekuzzjoni tas-CEF fis-settur tat-trasport u sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ proġetti bl-aktar valur miżjud għan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew rigward kurituri tan-netwerk ewlieni, proġetti transfruntiera, proġetti fuq it-taqsima l-oħra tan-netwerk ewlieni u proġetti eliġibbli taħt il-prijoritajiet orizzontali kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, huwa meħtieġ li b’mod eċċezzjonali titħalla flessibilità addizzjonali fl-użu tal-programm ta’ ħidma pluriennali li tippermetti li l-ammont tal- pakkett finanzjarju jilħaq sa 95 % tar-riżorsi baġitarji finanzjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013. Madankollu, huwa importanti li jingħata aktar appoġġ fil-perijodu ta’ implimentazzjoni li fadal tas-CEF għal prijoritajiet koperti mill-programmi ta’ ħidma annwali.

🡻 2018/1046 premessa 238 (adattata)

Minħabba n-natura differenti tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet tas-CEF meta mqabbel mas-setturi tat-trasport tas-CEF u tal-enerġija tas-CEF, jiġifieri d-daqs medju iżgħar ta’ għotjiet u d-differenzi fit-tip ta’ kostijiet u t-tip ta’ proġetti, jenħtieġ li jiġi evitat piż bla bżonn fuq il-benefiċjarji u fuq l-Istati Membri li jipparteċipaw f’azzjonijiet relatati, permezz ta’ obbligu ta’ ċertifikazzjoni inqas oneruż, mingħajr ma jiddgħajjef il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

🡻 2018/1046 premessa 239 (adattata)

Taħt ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 , bħalissa huwa possibbli li jintużaw biss għotjiet u l-akkwist sabiex jappoġġaw azzjonijiet fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali. Sabiex jiġi żgurat li l-Infrastrutturi tas-servizz diġitali jiffunzjonaw b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, strumenti finanzjarji oħra li attwalment jintużaw skont is-CEF, inklużi l-istrumenti finanzjarji innovattivi, jenħtieġ li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni wkoll sabiex jappoġġaw tali azzjonijiet.

🡻 2018/1046 premessa 240 (adattata)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet maniġerjali li jista’ jxekkel l-implimentazzjoni effiċjenti tal-FEAD, xieraq li tiġi ssimplifikata u ffaċilitata l-proċedura għall-emendar ta’ elementi mhux essenzjali tal-programmi operazzjonali.

🡻 2018/1046 premessa 241 (adattata)

Bil-għan li jkompli jiġi ssimplifikat l-użu tal-FEAD, xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali rigward l-eliġibbiltà tan-nefqa, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa u ta’ rati fissi.

🡻 2018/1046 premessa 242 (adattata)

Sabiex jiġi evitat it-trattament inġust tal-organizzazzjonijiet sħab, jenħtieġ li l-irregolaritajiet li huma imputabbli biss lill-korp inkarigat mix-xiri tal-assistenza ma jaffettwawx l-eliġibbiltà tan-nefqa tal-organizzazzjonijiet sħab.

🡻 2018/1046 premessa 243 (adattata)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-Fondi ESI u tal-FEAD u tiġi evitata inċertezza legali, jenħtieġ li ċerti responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll jiġu ċċarati.

 ġdid

(256)Jenħtieġ li xi modifiki rigward it-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ data dwar ir-riċevituri għall-finijiet ta’ pubblikazzjoni, u fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi ta’ data dwar ir-riċevituri u l-użu tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju għall-aċċess u l-analiżi ta’ dik id-data japplikaw biss għal programmi adottati fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu, sabiex tiġi ggarantita tranżizzjoni bla xkiel billi jingħata biżżejjed żmien għall-adattament meħtieġ tas-sistemi tad-data elettronika u tal-ftehimiet rilevanti, kif ukoll l-għoti ta’ gwida u taħriġ.

(257)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ppreżenta opinjoni fi XX/XX 20XX.

(258)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

🡻 2018/1046 premessa 244 (adattata)

Meta wieħed iqis l-ħtieġa għal applikazzjoni koerenti tar-regoli finanzjarji rilevanti tas-sena finanzjarja, fil-prinċipju huwa rakkomandabbli li l-Ewwel Parti ta’ dan ir-Regolament (‘ir-Regolament Finanzjarju’) tibda tapplika fil-bidu ta’ sena finanzjarja. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li s-simplifikazzjoni importanti prevista f’dan ir-Regolament, kemm fir-rigward tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll fir-rigward tal-emendi fir-regoli speċifiċi għas-settur, tkun ta’ benefiċċju għar-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni l-aktar kmieni possibbli, huwa xieraq li tiġi eċċezzjonalment prevista l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Fl-istess waqt, sabiex jingħata żmien addizzjonali għall-adattament tar-regoli l-ġodda, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkomplu japplikaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sa tmiem is-sena finanzjarja 2018 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi rispettivi tagħhom.

🡻 2018/1046 premessa 245 (adattata)

Jenħtieġ li xi modifiki rigward strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja japplikaw biss mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-adattament tal-bażijiet legali applikabbli u tal-programmi mar-regoli l-ġodda.

🡻 2018/1046 premessa 246 (adattata)

L-informazzjoni dwar il-medja annwali ta’ ekwivalenti full-time u dwar l-ammont stmat ta’ dħul assenjat riportat mis-snin preċedenti jenħtieġ li tkun provduta għall-ewwel darba flimkien mal-abbozz ta’ baġit li għandu jiġi ppreżentat fl-2021 sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-Kummissjoni biex tadatta għall-obbligu l-ġdid,

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI

IR-REGOLAMENT FINANZJARJU

TITOLU I

SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (‘il-baġit’) u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“applikant” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li ppreżentat applikazzjoni fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet , jew fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ donazzjoni mhux finanzjarja jew f’kompetizzjoni għal premjijiet;

(2)“dokument ta’ applikazzjoni” tfisser offerta, talba għal parteċipazzjoni, applikazzjoni wara talba għal espressjoni ta’ interess, applikazzjoni għal għotja  , applikazzjoni għal donazzjoni mhux finanzjarja  jew applikazzjoni f’kompetizzjoni għal premjijiet;

(3)“proċedura ta’ aġġudikazzjoni” tfisser proċedura ta’ akkwist, proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet, kompetizzjoni għal premjijiet , proċedura ta' aġġudikazzjoni ta’ donazzjoni mhux finanzjarja , jew proċedura għall-għażla ta’ esperti jew persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);

(4)“att bażiku” tfisser att legali, minbarra rakkomandazzjoni jew opinjoni, li jipprovdi bażi legali għal azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit jew tal-garanzija baġitarja jew tal-assistenza finanzjarja appoġġata mill-baġit, u li jista’ jieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-forom:

(a)fl-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom), il-forma ta’ regolament, direttiva jew deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE; jew

(b)fl-implimentazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 28(1) u 31(2), l-Artikolu 33, u l-Artikoli 42(4) u 43(2) TUE;

(5)“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għotja;

(6)“faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit” tfisser qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliċi oħrajn bil-ħsieb li jikkombinaw forom mhux ripagabbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit u forom ripagabbli ta’ appoġġ minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliċi oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament fis-settur privat u investituri tas-settur privat;

(7)“implimentazzjoni tal-baġit” tfisser it-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar ta’ approprjazzjonijiet baġitarji f’konformità mal-metodi previsti fl-Artikolu 62;

(8)“impenn baġitarju” tfisser l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jirriserva l-approprjazzjonijiet tal-baġit li huma meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex jiġu onorati l-impenji legali;

(9)“garanzija baġitarja” tfisser impenn legali ta’ strument li permezz tiegħu l-Unjoni sabiex tappoġġa  tappoġġa  programm ta’ azzjonijiet billi fil-baġit iddaħħal fil-baġit obbligu finanzjarju  irrevokabbli u inkundizzjonat  li jkun jista’ jsir rikors għalih jekk iseħħ avveniment speċifikat matul l-implimentazzjoni tal-programm, u li jibqa’ validu għad-durata tal-maturità tal-impenji li jkunu saru skont il-programm appoġġat;

(10)“kuntratt ta’ bini” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, l-iskambju, il-lokazzjoni fit-tul, l-użufrutt, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, bil-possibilità jew le ta’ xiri, ta’ art, ta’ bini jew ta’ proprjetà immobbli oħra. Dan ikopri kemm bini eżistenti kif ukoll bini qabel it-tlestija dment li l-kandidat ikun kiseb permess tal-bini validu għalih. Dan ma jkoprix bini mfassal skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-awtorità kontraenti li huwa kopert minn kuntratti ta’ xogħlijiet;

(11)“kandidat” tfisser attur ekonomiku li jkun talab stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta, proċedura kompetittiva bin-negozjar, djalogu kompetittiv, sħubija għall-innovazzjoni, kompetizzjoni dwar id-disinn jew proċedura nnegozjata;

(12)“korp ċentrali għall-akkwisti” tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist u, fejn applikabbli, attivitajiet anċillari ta’ akkwist;

(13)“verifika” tfisser l-ivverifikar ta’ aspett speċifiku ta’ operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nefqa;

(14)“kuntratt ta’ konċessjoni” tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar fis-sens tal-Artikoli 178174 u 182178, sabiex it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi jiġu fdati f’idejn attur ekonomiku (il-“konċessjoni”), u fejn:

(a)ir-remunerazzjoni tikkonsisti jew biss fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi jew f’dak id-dritt flimkien ma’ pagament;

(b)l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operatorju fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi riskju operattiv, meta, f’kundizzjonijiet operatorji normali, ma jkunx hemm garanzija li jiġu rkuprati l-investimenti magħmula jew il-kostijiet imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi kkonċernati;

 ġdid

(15) “fażi tal-kostituzzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-proviżjonament globali jitħallas fil-fond ta’ proviżjonament komuni;

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

(1615) “obbligazzjoni kontinġenti” tfisser obbligazzjoni finanzjarja potenzjali li tista’ tiġġarrab skont l-eżitu ta’ avveniment futur;

(1716)“kuntratt” tfisser kuntratt pubbliku jew kuntratt ta’ konċessjoni jew, għat-Titolu VIII, sottokuntratt jew kuntratt ta’ xiri konkluż minn benefiċjarju ;

(1817)“kuntrattur” tfisser attur ekonomiku li miegħu ġie ffirmat kuntratt pubbliku;

(1918)“ftehim ta’ kontribuzzjoni” tfisser ftehim konkluż ma’ persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punti (c)(ii) sa (viii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1);

(2019)“kontroll” tfisser kwalunkwe miżura li tittieħed biex tingħata aċċertazzjoni raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtar, is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet u s-segwitu tagħhom, u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b’kont meħud tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-pagamenti kkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe politika u proċedura għall-ksib tal-objettivi msemmija fl-ewwel sentenza;

(2120)“kontroparti” tfisser il-parti li tingħata garanzija baġitarja;

(2221)“kriżi” tfisser:

(a)sitwazzjoni ta’ periklu immedjat jew imminenti b’riskju li tiggrava f’konflitt bl-armi jew li tiddestabbilizza pajjiż jew il-viċinat tiegħu;

(b)sitwazzjoni kkawżata minn diżastri naturali, kriżi maħluqa mill-bniedem bħal gwerer u konflitti oħrajn jew ċirkustanzi straordinarji b’effetti paragunabbli relatati, fost l-oħrajn, mat-tibdil fil-klima,  mas-saħħa pubblika u tal-annimali, mal-emerġenzi ta’ sikurezza alimentari u ma’ theddidiet għas-saħħa globali bħall-pandemiji, mad-degradazzjoni tal-ambjent, maċ-ċaħda tal-aċċess għall-enerġija u r-riżorsi naturali jew mal-faqar estrem;

(2322)“diżimpenn” tfisser operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jkun responsabbli jħassar ir-riżerva kollha tal-approprjazzjonijiet jew parti mit-tali riżerva li qabel tkun saret permezz ta’ impenn baġitarju;

(2423)“sistema dinamika ta’ xiri” tfisser proċess kompletament elettroniku biex isir xiri ta’ oġġetti użati b’mod komuni li ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq;

(2524)“attur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż entità pubblika, jew grupp ta’ persuni tali, li joffru l-forniment ta’ prodotti, twettaq xogħlijiet jew tipprovdi servizzi jew proprjetà immobbli;

(2625)“investiment ta’ ekwità” tfisser l-għoti ta’ kapital lil kumpannija, b’investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik il-kumpannija, u fejn l-investitur fil-kapital jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-kumpannija u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti tal-kumpannija;

(2726)“uffiċċju Ewropew” tfisser struttura amministrattiva stabbilita mill-Kummissjoni, jew mill-Kummissjoni flimkien ma’ xi istituzzjoni waħda jew aktar oħrajn tal-Unjoni, sabiex jitwettqu kompiti trasversali speċifiċi;

(2827)“deċiżjoni amministrattiva finali” tfisser deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva b’effett finali u vinkolanti skont il-liġi applikabbli;

(2928)“assi finanzjarji” tfisser kwalunkwe assi fil-forma ta’ flus, jew strument ta’ ekwità ta’ entità pubblika jew privata jew dritt kuntrattwali li wieħed jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor mingħand tali entità;

(3029)“strument finanzjarju” tfisser miżura tal-Unjoni ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat objettiv speċifiku ta’ politika tal-Unjoni wieħed jew aktar li tista’ tkun fil-forma ta’ investimenti ta’ ekwità jew ta’ kważi ekwità, self jew garanziji, jew ta’ strumenti oħrajn ta’ qsim tar-riskju, u li tista’, fejn adatt, tkun ikkombinata ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ finanzjarju jew ma’ fondi taħt ġestjoni kondiviża jew fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ);

(3130)“obbligazzjoni finanzjarja” tfisser obbligazzjoni li hija obbligu kuntrattwali sabiex jiġu forniti flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra;

(3231)“kuntratt qafas” tfisser kuntratt pubbliku konkluż bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar, li l-iskop tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw kuntratti speċifiċi li jaqgħu taħtu li għandhom jiġu aġġudikati matul perjodu speċifiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista;

(3332)“proviżjonament globali” tfisser l-ammont totali ta’ riżorsi meqjusa meħtieġa matul il-ħajja kollha ta’ garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz b’riżultat tal-applikazzjoni tar-rata ta’ proviżjonament msemmija fl-Artikolu 215211(1) għall-ammont tal-garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz awtorizzata mill-att bażiku msemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 214210(1);

(3433)“għotja” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja permezz ta’ donazzjoni. Meta tali kontribuzzjoni tingħata b’ġestjoni diretta, għandha tkun regolata mit-Titolu VIII;

(3534)“garanzija” tfisser impenn bil-miktub ta’ assunzjoni ta’ responsabbiltà sħiħa jew parzjali għad-dejn jew l-obbligu ta’ parti terza jew għall-prestazzjoni sħiħa u tajba min-naħa ta’ dik il-parti terza f’każ li jseħħ avveniment li jiskatta tali garanzija, bħal fil-każ ta’ morożità;

(3635)“garanzija fuq talba” tfisser garanzija li trid tkun onorata mill-garanti fuq talba tal-kontroparti, minkejja kwalunkwe nuqqas fl-infurzabbiltà tal-obbligu sottostanti;

(3736)“kontribuzzjoni in natura” tfisser riżorsi mhux finanzjarji li partijiet terzi jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas lil benefiċjarju;

(3837)“impenn legali” tfisser att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jassumi jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’ xi pagament jew f’pagamenti sussegwenti u r-rikonoxximent tan-nefqa koperta minn impenn baġitarju  ddebitata lill-baġit, jew obbligu li tingħata donazzjoni mhux finanzjarja, u li jinkludi ftehimiet speċifiċi u kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja u kuntratti qafas;

(3938)“effett ta’ ingranaġġ” tfisser l-ammont ta’ finanzjament rimborżabbli pprovdut lir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(4039)“riskju ta’ likwidità” tfisser ir-riskju li assi finanzjarji miżmuma fil-fond komuni ta’ proviżjonament jistgħu ma jinbiegħux matul ċertu perjodu ta’ żmien mingħajr telf sinifikanti;

(4140)“self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwant iqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu miftiehem u li taħtu, il-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fil-perjodu miftiehem;

(4241)“għotja ta’ valur baxx” tfisser għotja ta’ EUR 60000 jew anqas;

(4342)“organizzazzjoni ta’ Stat Membru” tfisser entità stabbilita fi Stat Membru bħala korp regolat mill-liġi pubblika jew bħala korp regolat mill-liġi privata fdata b’missjoni ta’ servizz pubbliku u pprovduta b’garanziji finanzjarji adegwati mill-Istat Membru;

(4443)“metodu ta’ implimentazzjoni” tfisser kwalunkwe mill-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 62, jiġifieri l-ġestjoni diretta, il-ġestjoni indiretta u l-ġestjoni kondiviża;

(4544)“azzjoni b’bosta donaturi” tfisser kwalunkwe azzjoni fejn il-fondi tal-Unjoni jinġabru flimkien ma’ mill-inqas donatur ieħor;

 ġdid

(46) “akkwist minn diversi sorsi” tfisser akkwist fejn ikun maħsub li jiġu aġġudikati kuntratti multipli konklużi bil-miktub b’mod parallel bejn diversi operaturi ekonomiċi u awtorità kontraenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1), sabiex tiġi fdata l-eżekuzzjoni ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet identiċi jew kważi identiċi li għandhom jitwettqu b’mod parallel minn kuntratturi differenti;

🡻 2018/1046

(4745)“effett multiplikatur” tfisser l-investiment mir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

 ġdid

(48) “organizzazzjoni mhux governattiva” tfisser organizzazzjoni volontarja, indipendenti mill-gvern, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li mhijiex partit politiku jew trejdjunjin;

🡻 2018/1046

 ġdid

(4946)“output” tfisser l-eżiti ġġenerati mill-azzjoni ddeterminata f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur;

(5047)“parteċipant” tfisser kandidat jew offerent fi proċedura ta’ akkwist, applikant fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet jew fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ donazzjoni mhux finanzjarja , espert fi proċedura għall-għażla ta’ esperti, applikant f’kompetizzjoni għal premjijiet jew persuna jew entità li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);

 ġdid

(51) “offerent rebbieħ preżunt” tfisser kwalunkwe offerent fi proċedura ta’ akkwist li jiġi kklassifikat l-ewwel, soġġett għal aktar verifiki u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn dwar il-kriterji tal-esklużjoni u/jew tal-għażla sabiex jiġi propost mill-kumitat ta’ evalwazzjoni bħala offerent rebbieħ. Meta l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tipprevedi l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt lil diversi offerenti, allura “offerent rebbieħ preżunt” titqies li tirreferi għall-offerenti daqs l-għadd ta’ kuntratti li għandhom jiġu aġġudikati, li jkunu kklassifikati l-aħjar.

🡻 2018/1046

(5248)“premju” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija bħala premju wara kompetizzjoni. Meta tali kontribuzzjoni tingħata taħt ġestjoni diretta, hija għandha tkun regolata mit-Titolu IX;

(5349)“akkwist” tfisser l-akkwiżizzjoni permezz ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi u l-akkwiżizzjoni jew il-kiri ta’ art, ta’ bini jew ta’ proprjetà immobbli oħra, minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti;

(5450)“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti biex jiddeskrivi jew jiddetermina elementi tal-proċedura ta’ akkwist, inkluż:

(a)il-miżuri ta’ pubbliċità stipulati fl-Artikolu 167163;

(b)l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, li jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji rilevanti, jew id-dokumenti deskrittivi fil-każ ta’ djalogu kompetittiv;

(d)l-abbozz ta’ kuntratt;

 ġdid

(55) “interessi professjonali kunfliġġenti” tfisser sitwazzjoni li fiha l-attivitajiet professjonali preċedenti jew li jkunu jinsabu għaddejjin ta’ operatur ekonomiku jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-kapaċità tiegħu li jwettaq kuntratt b’mod indipendenti, imparzjali u oġġettiv;

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

(5651)“kuntratt pubbliku” tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar fis-sens tal-Artikoli 178174 u 182178, sabiex tinkiseb, bil-pagament ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi, li jinkludu:

(a)kuntratti ta’ bini;

(b)kuntratti ta’ forniment;

(c)kuntratti ta’ xogħlijiet;

(d)kuntratti ta’ servizz;

(5752)“investiment ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jinkwadra ruħu bejn l-ekwità u d-dejn, li għandu riskju akbar mid-dejn superjuri u riskju iżgħar mill-ekwità komuni u li jista’ jiġi strutturat bħala dejn, tipikament mingħajr garanzija u subordinat u f’xi każijiet konvertibbli f’ekwità, jew f’ekwità preferuta;

(5853)“riċvitur” tfisser benefiċjarju, kuntrattur, espert estern remunerat jew persuna jew entità li tirċievi premjijiet , donazzjonijiet mhux finanzjarji jew fondi  sostenn mill-baġit minn strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, jew li timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1);

(5954)“ftehim ta’ riakkwist” tfisser il-bejgħ ta’ titoli għal flus bi ftehim li jerġgħu jinxtraw lura f’data futura speċifikata, jew fuq talba;

(6055)“approprjazzjoni tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku” tfisser approprjazzjoni li tkun imdaħħla jew f’wieħed mit-titoli tal-baġit relatati mal-qasam ta’ politika marbutin ma’ “Riċerka indiretta” jew “Riċerka diretta” jew f’kapitolu li jirrigwarda l-attivitajiet tar-riċerka f’titolu ieħor;

(6156)“riżultat” tfisser l-effetti tal-implimentazzjoni ta’ azzjoni ddeterminata f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur;

(6257)“strument ta’ qsim tar-riskju” tfisser strument finanzjarju li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ riskju definit bejn żewġ entitajiet jew aktar, fejn ikun xieraq bi skambju għal remunerazzjoni li jkun intlaħaq qbil dwarha;

(6358)“kuntratt ta’ servizz” tfisser kuntratt li jkopri s-servizzi intellettwali u mhux intellettwali kollha għajr dawk li huma koperti minn kuntratti ta’ provvista, kuntratti ta’ xogħlijiet jew kuntratti ta’ bini;

(6459)“ġestjoni finanzjarja tajba” tfisser l-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;

(6560)“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68;

(6661)“sottokuntrattur” tfisser attur ekonomiku li jkun propost minn kandidat jew offerent jew kuntrattur biex iwettaq parti minn kuntratt jew minn benefiċjarju sabiex iwettaq parti mill-kompiti kofinanzjati minn għotja;

(6762)“abbonament” tfisser somom imħallsa lill-korpi li l-Unjoni hija membru fihom, skont id-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta’ pagament stabbiliti mill-korp ikkonċernat;

(6863)“kuntratt ta’ provvista” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, bil-possibilità jew le ta’ xiri, ta’ prodotti u li jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, operazzjonijiet fuq il-post u ta’ installazzjoni;

(6964)“assistenza teknika” tfisser, bla preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-setturi, l-appoġġ u l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, b’mod partikolari attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ kontroll;

(7065)“offerent” tfisser attur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(7166)“Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma, skont il-kuntest;

(7267)“istituzzjoni tal-Unjoni” tfisser il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”); il-Bank Ċentrali Ewropew ma għandux jitqies bħala istituzzjoni tal-Unjoni;

(7368)“bejjiegħ” tfisser attur ekonomiku rreġistrat f’lista ta’ bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni fi jew għall-preżentazzjoni ta’ offerti;

(7469)“voluntier” tfisser persuna li taħdem fuq bażi mhux obbligatorja mingħajr ħlas għal organizzazzjoni;

(7570)“xogħol” tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħuda fl-intier tagħhom li minnu nnifsu jaqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(7671)“kuntratt ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt li jkopri:

(a)l-eżekuzzjoni jew kemm l-eżekuzzjoni kif ukoll it-tfassil ta’ xi xogħol; jew

(b)l-eżekuzzjoni jew kemm l-eżekuzzjoni kif ukoll it-tfassil ta’ xi xogħol  xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II għad-Direttiva 2014/24/UE; jew

(c)it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tax-xogħol.

Artikolu 3

Konformità ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament

1.    Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tal-baġit, u li jinsabu f’att bażiku, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stabbiliti fit-Titolu II.

2.    Bla preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe proposta jew emenda għal proposta mressqa lill-awtorità leġiżlattiva li jkun fiha derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minbarra dawk stabbiliti fit-Titolu II, jew mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandha tindika b’mod ċar dawn id-derogi u għandha tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom fil-premessi u fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ tali proposti jew emendi.

Artikolu 4

Perjodi, dati u limiti ta’ żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 62 għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Protezzjoni ta’ data personali

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001 u (UE) 2016/679.

TITOLU II

IL-BAĠIT U L-PRINĊIPJI BAĠITARJIPRINĊIPJI

Artikolu 6

Rispett għall-prinċipji baġitarji  u r-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni 

1. Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji tal-unità, l-akkuratezza baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

 ġdid

2. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

🡻 2018/1046

 ġdid

KAPITOLU 1

Prinċipji tal-unità u tal-a baġitarja

Artikolu 7

Ambitu tal-baġit

1.    Għal kull sena finanzjarja, il-baġit għandu jipprevedi u jawtorizza d-dħul u l-infiq kollu meqjus neċessarju għall-Unjoni. Għandu jinkludi:

(a)id-dħul u l-infiq tal-Unjoni, inkluż in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TUE li jirrigwardaw il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), u n-nefqa operazzjonali kkaġunata mill-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet meta tkun iddebitata lill-baġit;

(b)id-dħul u n-nefqa mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2.    Il-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet differenzjati, li jikkonsistu f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament, u approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

L-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja jikkonsistu minn:

(a)approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż minn baġits emendatorji;

(b)approprjazzjonijiet riportati minn snin finanzjarji preċedenti;

(c)approprjazzjonijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 15;

(d)approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn pagamenti ta’ prefinanzjament li jkunu tħallsu lura skont il-punt (b) tal-Artikolu 12(4);

(e)approprjazzjonijiet ipprovduti wara li jasal id-dħul assenjat matul is-sena finanzjarja jew riportat minn snin finanzjarji preċedenti.

3.    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja, soġġetti għall-Artikolu 115114(2).

4.    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għadhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti. Għandhom ikopru wkoll il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215.

5.    Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu milli jiġu impenjati approprjazzjonijiet b’mod globali jew milli jsiru impenji baġitarji f’pagamenti parzjali annwali kif previst b’mod rispettiv fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113112(1) u fl-Artikolu 113112(2).

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-akkuratezza baġitarja

1.    Id-dħul u l-infiq kollu għandu jiġi rreġistrat f’linja baġitarja.

2.    Mingħajr preġudizzju għal infiq awtorizzat li jirriżulta minn obbligazzjonijiet kontinġenti previsti fl-Artikolu 214210(2), l-ebda nefqa ma tista’ tkun impenjata jew awtorizzata li tiżboq l-approprjazzjonijiet awtorizzati.

3.    Approprjazzjoni għandha tiddaħħal fil-baġit biss jekk din tkun għal element ta’ nefqa meqjus bħala meħtieġ.

4.    L-imgħax iġġenerat mill-pagamenti tal-prefinanzjament magħmulin mill-baġit ma għandux ikun dovut lill-Unjoni ħlief kif ikun previst mod ieħor fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehimiet ta’ finanzjament ikkonċernati.

KAPITOLU 2

Prinċipju tal-annwalità

Artikolu 9

Definizzjoni

L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 10

Kontabbiltà baġitarja għad-dħul u l-approprjazzjonijiet

1.    Id-dħul ta’ sena finanzjarja għandu jiddaħħal fil-kontijiet għal dik is-sena fuq il-bażi tal-ammonti miġbura matulha. Madankollu, ir-riżorsi proprji għax-xahar ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn qabel skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

2.    L-entrati fir-rigward tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u r-riżorsi proprji bbażati fuq l-Dħul Nazzjonali Gross jistgħu jiġu aġġustati skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

 ġdid

3. L-entrati fir-rigward tar-riżorsi proprji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 jistgħu jiġu aġġustati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770.

4. [L-entrati fir-rigward tar-riżorsi proprji msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 jistgħu jiġu aġġustati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) [XXX].]

🡻 2018/1046

 ġdid

53.    L-impenji għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji legali u fuq il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215 li jsiru, sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Madankollu, l-impenji baġitarji globali msemmija fl-Artikolu 113112(4) għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji baġitarji sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

64.    Il-pagamenti jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-pagamenti magħmulin mill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

75.    B’deroga mill-paragrafi 53 u 64:

(a)in-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tal-pagamenti mill-ġdid magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, dment li l-ordni għall-pagament tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara;

(b)in-nefqa implimentata taħt ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rimborżi magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, inkluż in-nefqa ddebitata sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara kif stipulat fl-Artikoli 30 u 31.

Artikolu 11

Impenjar tal-approprjazzjonijiet

1.    L-approprjazzjonijiet mdaħħla fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta’ Jannar, ladarba l-baġit jiġi adottat b’mod definittiv.

2.    Mill-15 ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja, l-infiq segwenti jista’ jiġi impenjat bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta’ wara:

(a)nefqa amministrattiva ta’ rutina, dment li tali nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit adottat kif xieraq, u sa massimu ta’ kwart wieħed biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għas-sena finanzjarja kurrenti;

(b)nefqa tal-ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG, dment li l-bażi għal tali nefqa tkun stabbilita f’att bażiku eżistenti, u sa massimu ta’ tliet kwarti biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-Parlament u mill-Kunsill għas-sena finanzjarja kurrenti.

Artikolu 12

Tħassir u riporti ta’ approprjazzjonijiet

1.    L-approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew imdaħħla għandhom jitħassru, sakemm ma jiġux riportati skont il-paragrafi 2 sa 8.

2.    L-approprjazzjonijiet segwenti jistgħu jiġu riportati b’deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 3, iżda għas-sena finanzjarja ta’ wara biss:

(a)approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li għalihom il-parti l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura ta’ impenn tkun tlestiet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, bl-eċċezzjoni ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati ma’ proġetti ta’ bini li jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara;

(b)approprjazzjonijiet li huma meħtieġa meta l-awtorità leġiżlattiva tkun adottat att bażiku fil-kwart finali tas-sena finanzjarja u l-Kummissjoni ma tkunx tista’ timpenja l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għal dak l-iskop sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara;

(c)approprjazzjonijiet ta’ pagament li huma meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati, meta l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li hemm provvediment dwarhom fil-linji baġitarji rilevanti għas-sena finanzjarja ta’ wara ma jkunux biżżejjed;

(d)approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 2021/2116tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 .

 ġdid

B’deroga mill-punt (d), l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu riportati mingħajr limitu ta’ żmien għall-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura fis-snin finanzjarji ta’ wara. Dawn il-kalkoli għandhom jiġu riportati f’konformità mal-paragrafu 4.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha l-ewwel tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma għandhiex tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet li jiġu riportati sakemm l-oħrajn ikunu għadhom ma ġewx eżawriti.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet mhux impenjati kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ f’dan il-paragrafu , l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ma għandhomx jeċċedu, fil-limitu ta’ 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali vvotati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, l-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti applikati skont l-Artikolu 1726 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 2021/2116 matul is-sena finanzjarja preċedenti. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu riversati lil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116 fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.    L-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar ir-riporti msemmija fil-paragrafu 2 sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. Hi għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Marzu bid-deċiżjoni ta’ riport li tkun ħadet. Hija għandha tiddikjara wkoll, għal kull linja baġitarja, kif il-kriterji fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ġew applikati għal kull riport.

4.    L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati fir-rigward ta’:

(a)approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza u għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara u jistgħu jintużaw jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena . Fis-sena finanzjarja ta’ wara l-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw l-ewwel ;

(b)approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat intern. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, bl-eċċezzjoni tad-dħul assenjat intern minn kirjiet u minn bejgħ ta’ bini u art li jista’ jiġi riportat sakemm jiġi eżawrit. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64   u r-Regolament (UE) 2021/1060 , li jkunu disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jiġu minn pagamenti mill-ġdid ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament, jistgħu jiġu riportati sal-għeluq tal-programm u jiġu użati meta meħtieġ, dment li ma jkunx għad hemm approprjazzjonijiet għall-impenji oħra disponibbli;

(c)approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat estern. Tali approprjazzjonijiet għandhom jintużaw għalkollox sakemm l-operazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-programm jew l-azzjoni li jkunu ġew assenjati għalihom ikunu twettqu jew huma jkunu jistgħu jiġu riportati u jintużaw għall-programm jew għall-azzjoni sussegwenti. Dan ma għandux ikun japplika għad-dħul imsemmi fil-punt (iii) tal-Artikolu 21(2)(g) li għalih għandhom jiġu kkanċellati l-approprjazzjonijiet mhux impenjati fi żmien ħames snin;

 ġdid

(d)approprjazzjonijiet ta’ pagament li jirriżultaw minn sospensjonijiet ta’ pagament skont il-FAEG. Minkejja l-paragrafu 7, dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw għar-rimborż tal-ammonti sospiżi wara li jitneħħew is-sospensjonijiet tal-pagamenti tal-FAEG.

(e)approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament skont ir-Regolament (UE) 2021/947, ir-Regolament (UE) 2021/1529, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 u, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati u użati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. Fis-sena finanzjarja ta’ wara l-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel;

(f)approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Tali approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati u użati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. Dawn l-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għal azzjonijiet ta’ rispons u fis-sena finanzjarja ta’ wara għandhom jintużaw l-ewwel;

(g)approprjazzjonijiet relatati mar-riżerva għall-agrikoltura f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116.

   

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

5.    It-trattament tad-dħul assenjat estern kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) f’ċerti programmi tal-Unjoni f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 21(2) għandu jkun konformi mal-Protokoll Nru 32 anness mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE).

6.    Barra mill-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar approprjazzjonijiet li ġew riportati awtomatikament, inklużi l-ammonti involuti u d-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu li taħtu l-approprjazzjonijiet ġew riportati.

7.    L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati legalment impenjati fi tmiem is-sena finanzjarja għandhom jitħallsu sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.

8.    Bla preġudizzju għall-paragrafu 4, approprjazzjonijiet imqiegħda f’riżerva u approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-persunal ma għandhomx jiġu riportati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, in-nefqa għall-persunal tinkludi r-remunerazzjoni u l-allokazzjonijiet għall-membri u għall-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li huma soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet dettaljati dwar tħassir u riporti ta’ approprjazzjonijiet

1.    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) jistgħu jiġu riportati biss jekk l-impenji ma setgħux isiru qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja għal raġunijiet mhux attribwibbli ħall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u jekk l-istadji ta’ tħejjija jkunu avvanzati biżżejjed sabiex ikun raġonevoli li wieħed jistenna li l-impenn ikun ser isir sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jew, relattivament għal proġetti ta’ bini, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

2.    L-istadji ta’ tħejjija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2), li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja sabiex ikun jista’ jsir riport għas-sena finanzjarja ta’ wara, huma b’mod partikolari:

(a)għal impenji baġitarji individwali fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113112(1), meta titlesta l-għażla ta’ kuntratturi, benefiċjarji, rebbieħa tal-premjijiet jew delegati potenzjali;

(b)għal impenji baġitarji globali fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113112(1), l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament jew l-għeluq tal-konsultazzjoni mad-dipartimenti kkonċernati f’kull istituzzjoni tal-Unjoni għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament.

3.    L-approprjazzjonijiet riportati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) li ma jkunux ġew impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara għal ammonti relatati ma’ proġetti ta’ bini, għandhom jitħassru awtomatikament.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet li jkunu tħassru taħt l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar wara t-tħassir.

Artikolu 14

Diżimpenji

1.    Meta jiġu diżimpenjati l-impenji baġitarji fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha jkunu saru bħala riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom dawn kienu allokati, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal tali diżimpenji għandhom jitħassru, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, u ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 , ir-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/2116 u mingħajr ħsara għal  minkejja l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

2.    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn imsemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament u (UE) Nru 514/2014 , ir-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/2116  għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament f’konformità ma’ dawn ir-Regolamenti.

3.    Dan l-Artikolu ma japplikax għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 15

It-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji

1.    L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-diżimpenji msemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament(UE) Nru 223/2014 , ir-Regolamentu (UE) Nru 514/2014 , ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/2116 jistgħu jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’każ ta’ żball evidenti attribwibbli biss għall-Kummissjoni.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina d-diżimpenji magħmula matul is-sena finanzjarja preċedenti u għandha tiddeċiedi, sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja kurrenti, fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet, jekk ikunx meħtieġ li tagħmel l-approprjazzjonijiet korrispondenti disponibbli mill-ġdid.

2.    Barra l-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal diżimpenji għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta’ diżimpenn ta’ riżorsi trasferiti lura lejn il-Fond li minnu ġew inizjalment trasferiti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060.:

   (a)    id-diżimpenn minn programm skont l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

   (b)    id-diżimpenn minn programm iddedikat għal strument finanzjarju speċifiku favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) wara li Stat Membru ma jkunx kompla l-parteċipazzjoni tiegħu fl-istrument finanzjarju, kif imsemmi fis-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont tad-diżimpenji magħmula bħala riżultat ta’ non implimentazzjoni parzjali jew totali tal-proġetti ta’ riċerka korrispondenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-programm ta’ riċerka li għalih jappartjenu l-proġetti jew is-suċċessur tiegħu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja.

 ġdid

4.    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ diżimpenji magħmula bħala riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali ta’ azzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/947, ir-Regolament (UE) 2021/1529, id-Deċiżjoni (UE) 2021/1764 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.

🡻 2018/1046

 ġdid

Artikolu 16

Regoli applikabbli fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit

1.    Jekk il-baġit ma jkunx ġie adottat b’mod definittiv fil-bidu tas-sena finanzjarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 315 TFUE (is-sistema ta’ dodiċeżmi proviżorji). L-impenji u l-pagamenti jistgħu jsiru fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.    L-impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa massimu ta’ kwart tat-total tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma’ dodiċeżmu għal kull xahar li jkun għadda.

Il-limitu tal-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwaru fl-abbozz ta’ baġit ma għandux ikun maqbuż.

Il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa massimu ta’ dodiċeżmu tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, dik is-somma ma għandhiex tkun aktar minn dodiċeżmu tal-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu tal-abbozz ta’ baġit.

3.    L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti, kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-approprjazzjonijiet ivvotati fil-baġit, inkluż permezz ta’ baġits emendatorji, u wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru matul dik is-sena finanzjarja.

4.    Jekk il-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni jkunu jitolbu dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza nefqa li tkun aktar minn dodiċeżmu proviżorju iżda li ma jaqbiżx total ta’ erba’ dodiċeżmi proviżorji, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti b’mod addizzjonali ma’ dawk li jsiru disponibbli b’mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Il-Kunsill għandu mingħajr dewmien jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew ma jiħux xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)waqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, jiddeċiedi li jnaqqas in-nefqa qabel l-iskadenza tat-30 jum, f’liema każ il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida;

(b)jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li ma jixtieqx inaqqas in-nefqa, f’liema każ id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza tat-30 jum.

Id-dodiċeżmi addizzjonali għandhom ikunu awtorizzati b’mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.

5.    Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta’ erba’ dodiċeżmi proviżorji mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx suffiċjenti biex tiġi koperta n-nefqa meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam kopert mill-kapitolu kkonċernat, tista’ eċċezzjonalment tingħata awtorizzazzjoni biex jinqabeż l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont il-proċeduri previsti fil-paragrafu 4. Madankollu, it-total kumplessiv disponibbli tal-approprjazzjonijiet fil-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti jew l-abbozz ta’ baġit, kif propost, ma għandux jinqabeż fl-ebda ċirkostanza.

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 17

Definizzjoni u ambitu

1.    Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2.    L-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 ma għandhomx jidħlu għal dejn fil-qafas tal-baġit.

Artikolu 18

Bilanċ mis-sena finanzjarja

1.    Il-bilanċ minn kull sena finanzjarja għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta' wara bħala dħul fil-każ ta' surplus jew bħala approprjazzjoni ta' pagament fil-każ ta' defiċit.

2. L-estimi għad-dħul jew l-approprjazzjonijiet ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fil-baġit matul il-proċedura baġitarja u f’ittra ta’ emenda ppreżentata skont l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament. L-estimi għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 65 No 608/2014 66 .

3.    Wara li jiġu ppreżentati l-kontijiet proviżorji għal kull sena finanzjarja, kull diskrepanza bejn dawn il-kontijiet u l-estimi għandha tiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti permezz ta’ baġit emendatorju ddedikat għal dik id-diskrepanza biss. F’tali każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ baġit emendatorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament fi żmien 15 il-jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji.

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Artikolu 19

Użu tal-euro

1.    Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-baġit għandhom jitħejjew u jiġu implementati f’euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f’euro. Madankollu, għall-finijiet ta’ flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 77, l-uffiċjal tal-kontabbiltà, u fil-każ ta’ kontijiet tal-imprest, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u tas-SEAE, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandhom ikunu awtorizzati jwettqu operazzjonijiet f’muniti oħrajn.

2.    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, jew f’kuntratti, ftehimiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u ftehimiet ta’ finanzjament speċifiċi, il-konverżjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha ssir bir-rata tal-kambju tal-euro ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea dakinhar li d-dipartiment tal-awtorizzazzjoni joħroġ l-ordni ta’ pagament jew l-ordni ta’ rkupru.

Jekk ma tiġi ppubblikata ebda rata ta’ kuljum bħal din, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu juża dik imsemmija fil-paragrafu 3.

3.    Għall-finijiet tal-kontijiet previsti fl-Artikoli 82, 83 u 84, il-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra ssir bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabbiltà għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni meqjus bħala kredibbli, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-jum preċedenti tal-aħħar tax-xogħol tax-xahar qabel dak li għalih tiġi stabbilita r-rata.

4.    L-operazzjonijiet ta’ konverżjoni tal-munita għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġi evitat milli jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament tal-Unjoni jew impatt detrimentali fuq il-baġit. Meta xieraq, ir-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tista’ tiġi kkalkolata billi tittieħed il-medja tar-rata tal-kambju ta’ kuljum f’perjodu partikolari.

KAPITOLU 5

Prinċipju tal-universalità

Artikolu 20

Ambitu

Bla preġudizzju għall-Artikolu 21, id-dħul totali għandu jkopri t-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Bla preġudizzju għall-Artikolu 27, id-dħul u n-nefqa jiddaħħlu bis-sħiħ fil-baġit mingħajr tpaċija diretta.

Artikolu 21

Dħul assenjat

1.    Id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw elementi speċifiċi tan-nefqa.

2.    Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern:

(a)kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi addizzjonali minn Stati Membri , inklużi kontribuzzjonijiet volontarji,  għat-tipi segwenti ta’ azzjonijiet u programmi: Programmi, strumenti u attivitajiet tal-Unjoni; (i)ċertu programmi supplimentari ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku;

(ii)ċertu azzjonijiet jew programmi ta’ għajnuna esterna ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni;

(b)approprjazzjonijiet relatati mad-dħul iġġenerat mill-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar stabbilit mill-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal- KEFA u dwar il-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar anness għat-TUE u għat-TFUE.

(c)għall-imgħax fuq id-depożiti u l-multi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 67 ;

(d)id-dħul allokat għal skop speċifiku, bħall-introjtu minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati, inkluż id-dħul allokat speċifiku għal kull istituzzjoni tal-Unjoni;

(e)il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-attivitajiet tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mingħand korpi barra minn dawk stabbiliti taħt it-TFUE jew it-Trattat Euratom;

(f)id-dħul assenjat intern imsemmi fil-paragrafu 3, sal-punt li dan ikun anċillari għad-dħul estern assenjat imsemmi f’dan il-paragrafu;

(g)id-dħul mill-attivitajiet ta’ natura kompetittiva mwettqin miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre) li jikkonsistu fi kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(i)proċeduri ta’ għoti u ta’ akkwist li fihom jipparteċipa l-JRC;

(ii)attivitajiet tal-JRC f’isem partijiet terzi;

(iii)attivitajiet li saru taħt ftehim amministrattiv ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 59, għall-għoti ta’ servizzi tekniċi-xjentifiċi.

3.    Dawn li ġejjin jikkostitwixxu dħul assenjat intern:

(a)dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ oġġetti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom;

(b)dħul li joriġina mir-ripagament, f’konformità mal-Artikolu 101, ta’ ammonti mħallsa bi żball;

(c)ir-rikavat mill-forniment ta’ oġġetti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet lil dipartimenti oħrajn f’istituzzjoni tal-Unjoni, jew lil istituzzjonijiet jew korpi oħrajn tal-Unjoni, inkluż rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn tal-Unjoni ta’ allokazzjonijiet ta’ missjonijiet imħallsa f’isimhom;

(d)pagamenti tal-assigurazzjoni riċevuti;

(e)id-dħul mill-kirjiet u mill-bejgħ ta’ bini u ta’ art;

(f)pagamenti mill-ġdid għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 213209(3);

(g)dħul li jirriżulta mir-rimborż sussegwenti ta’ taxxi skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(3).

4.    Id-dħul assenjat għandu jiġi riportat u ttrasferit skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 32.

5.    Att bażiku jista’ jassenja d-dħul li huwa jipprevedi għal partiti speċifiċi tan-nefqa. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, tali dħul għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern.

6.    Il-baġit għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern u għandu, fejn possibbli, jindika l-ammont.

Artikolu 22

Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti

1.    Bla preġudizzju għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 24, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-baġit irid ikollha:

(a)fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ kull taqsima tal-istituzzjoni tal-Unjoni, linja baġitarja biex tirċievi d-dħul;

(b)fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kummenti, inklużi kummenti ġenerali, li juru liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jsiru disponibbli;.

 ġdid

(c)anness mehmuż, li jifforma parti integrali mill-baġit, li jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li għalihom huwa previst dħul assenjat estern u li jipprovdi informazzjoni dwar l-estimu tal-ammont ta’ tali dħul li għandu jiġi riċevut.

🡻 2018/1046 (adattat)

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandha tiddaħħal pro memoria, filwaqt li l-estimu tad-dħul għandu jiddaħħal fil-kummenti għal skopijiet ta’ informazzjoni.

2.    L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament, meta d-dħul jiġi riċevut mill-istituzzjoni tal-Unjoni, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)fil-każ previst fil-punt (a) tal-Artikolu 21(2) għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u meta l-ftehim ta’ kontribuzzjoni jkun espress f’euro, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni meta l-Istat Membru jiffirma l-ftehim ta’ kontribuzzjoni;

(b)fil-każ previst fil-punt (b) tal-Artikolu 21(2) u fil-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 21(2)(g), l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni malli jsir l-estimu tal-ammont riċevibbli;

(c)fil-każ previst fil-punt (c) tal-Artikolu 21(2), id-dħul tal-ammonti fid-dikjarazzjoni tad-dħul iwassal għall-provvediment, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

L-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 20.

3.    L-estimi tal-ammonti riċevibbli msemmija fil-punti (b) u (g) tal-Artikolu 21(2) għandhom jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 23

Kontribuzzjonijiet minn Stati Membri għal programmi ta’ riċerka

1.    Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-finanzjament ta’ ċerti programmi supplimentari ta’ riċerka, previsti  imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandhom jitħallsu kif ġej:

(a)seba’ dodiċeżmi tas-somma li tiddaħħal fil-baġit għandhom jitħallsu sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja kurrenti;

(b)il-ħames dodiċeżmi li jifdal għandhom jitħallsu sal-15 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti.

2.    Jekk il-baġit ikun għadu ma ġiex adottat definittivament fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq is-somma mdaħħla fil-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti.

3.    Kwalunkwe kontribuzzjoni jew pagament ieħor li l-Istati Membri jridu jagħmlu lill-baġit għandhom jiddaħħlu fil-kont jew kontijiet tal-Kummissjoni sa tletin jum mis-sejħa għall-fondi.

4.    Il-pagamenti li jsiru għandhom jiddaħħlu fil-kont previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament.

Artikolu 24

Dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni

1.    L-istruttura tal-baġit, biex takkomoda d-dħul mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni, għandha tkun kif ġej:

(a)fid-dikjarazzjoni tad-dħul, għandha tiddaħħal linja baġitarja b’entrata pro memoria sabiex takkomoda l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mill-Istati tal-EFTA għas-sena finanzjarja;

(b)fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, anness, li jifforma parti integrali mill-baġit, għandu jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li jkopru l-attivitajiet tal-Unjoni li jieħdu sehem fihom l-Istati tal-EFTA, u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-estimu tal-ammont tal-parteċipazzjoni ta’ kull Stat tal-EFTA.

2.    Taħt l-Artikolu 82 tal-Ftehim ŻEE, l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali tal-Istati tal-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll Nru 32 anness mal-Ftehim ŻEE, għandhom iwasslu għad-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, tal-ammonti sħaħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti.

3.    L-użu tad-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ Stati tal-EFTA għandu jiġi ssorveljat separatament.

Artikolu 25

Donazzjonijiet

1.    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni magħmula lill-Unjoni, bħall-introjtu minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.

2.    L-aċċettazzjoni ta’ donazzjoni ta’ valur ta’ EUR 50000 jew aktar li tinvolvi miżata finanzjarju, inklużi kostijiet ta’ segwitu, li taqbeż l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq il-kwistjoni fi żmien xahrejn mindu jirċievu talba għal tali awtorizzazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-Unjoni. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni matul dak il-perjodu, l-istituzzjonijiet kkonċernati tal-Unjoni għandhom jieħdu deċiżjoni finali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-donazzjoni. L-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-Unjoni għandhom, fit-talba tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jispjegaw l-imposti finanzjarji li jirriżultaw meta jiġu aċċettati donazzjonijiet magħmula lill-Unjoni.

 ġdid

3.    Minkejja l-paragrafu 2, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kwalunkwe donazzjoni in natura magħmula lill-Unjoni, irrispettivament mill-valur tagħha, meta tali donazzjoni ssir għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, appoġġ ta’ emerġenza, protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta tali donazzjoni sakemm:

(a)l-aċċettazzjoni hija f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza;

(b)ma tagħtix lok għal kunflitti ta’ interess;

(c)ma tagħmilx ħsara lill-immaġni tal-Unjoni;

(d)id-donatur ma jkunx, fil-mument tal-proċedura ta’ aċċettazzjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139(1) u 144(1) u ma jkunx irreġistrat bħala eskluż fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 145(1). Id-donatur għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 140.

🡻 2018/1046 (adattat)

Artikolu 26

Sponsorizzar korporattiv

1.    “Sponsorizzar korporattiv” tfisser ftehim li bih persuna ġuridika tappoġġa, in natura, avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.

2.    Fuq il-bażi tar-regoli interni speċifiċi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-siti web rispettivi tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu f’ċerti eċċezzjonijiet jaċċettaw sponsorizzar korporattiv dment li:

(a)ikun hemm kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali u trasparenza fl-istadji kollha tal-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ sponsorizzar korporattiv;

(b)jikkontribwixxi għall-immaġni pożittiva tal-Unjoni u jkollu rabta diretta mal-objettiv prinċipali ta’ avveniment jew ta’ attività;

(c)la jiġġenera kunflitt ta’ interess u lanqas ma jikkonċerna esklużivament avvenimenti soċjali;

(d)l-avveniment jew l-attività ma tkunx iffinanzjata esklużivament permezz ta’ sponsorizzar korporattiv;

(e)is-servizz bi tpattija għal sponsorizzar korporattiv ikun limitat għall-viżibbiltà pubblika tal-marka kummerċjali jew isem l-isponsor;

(f)l-isponsor mhuwiex, fil-ħin tal-proċedura ta’ sponsorizzar, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139136(1) u 144141(1) u mhuwiex irreġistrat bħala eskluż fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 145142(1).

3.    Meta l-valur tal-isponsorizzar korporattiv jaqbeż l-EUR 5000, l-isponsor għandu jiġi elenkat f’reġistru pubbliku li jinkludi informazzjoni dwar it-tip ta’ avveniment jew ta’ attività li jkunu sponsorizzati.

Artikolu 27

Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti tar-rati tal-kambju

1.    Jista’ jsir it-tnaqqis li ġej minn talbiet għall-pagament, li imbagħad jingħaddew għall-pagament tal-ammont nett:

(a)penali imposti fuq partijiet għal kuntratti jew fuq benefiċjarji;

(b)skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u dikjarazzjonijiet tal-kostijiet;

(c)imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament;

(d)aġġustamenti għal ammonti mħallsa indebitament.

L-aġġustamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru bi tnaqqis dirett minn pagament ġdid interim jew mill-pagament tal-bilanċ lill-istess persuna li għandha titħallas taħt il-kapitolu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-pagament eċċessiv.

Ir-regoli tal-kontabbiltà tal-Unjoni għandhom japplikaw għat-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu.

2.    Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi rifużi lura mill-Istati Membri skont il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, għandu jiġi ddebitat mill-baġit għall-ammont qabel it-taxxa.

3.    Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi rifużi lura minn pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-ftehimiet rilevanti jista’ jiġi ddebitat lill-baġit għal kwalunkwe wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a)l-ammont qabel it-taxxa;

(b)l-ammont li jinkludi t-taxxa.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, it-taxxi rimborżati sussegwentement għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern.

4.    Aġġustamenti jistgħu jsiru fir-rigward tad-differenzi fil-kambju li jseħħu fl-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qligħ jew it-telf finali għandu jkun inkluż fil-bilanċ tas-sena finanzjarja.

KAPITOLU 6

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.    L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u bil-kapitolu. Il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f’artikoli u partiti.

2.    Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni jistgħu jittrasferixxu approprjazzjonijiet fil-baġit soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 32.

L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji baġitarji li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollhom entrata pro memoria.

Il-limiti msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż il-baġits emendatorji.

L-ammont li jrid jiġi kkunsidrat għall-fini ta’ kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja baġitarja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel. L-ammont li jikkorrispondi għat-trasferimenti li jitwettqu b’mod awtonomu mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra kkonċernata tal-Unjoni mingħajr deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jittiħidx inkunsiderazzjoni.

Il-proposti għat-trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar trasferimenti magħmula skont l-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn adatti u dettaljati li juru l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tal-ħtiġijiet sal-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji baġitarji li fihom għandhom jiġu ttrasferiti l-approprjazzjonijiet, kif ukoll għal dawk li minnhom iridu jittieħdu l-approprjazzjonijiet.

Artikolu 29

Trasferimenti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni

1.    Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

(a)minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment;

(b)minn kapitolu wieħed għal ieħor mingħajr limitu.

2.    Bla preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tliet ġimgħat qabel ma tagħmel trasferiment, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu oġġezzjonijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

3.    Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fit-taqsima tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

4.    Kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fl-artikoli bla ma tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel.

Artikolu 30

Trasferimenti mill-Kummissjoni

1.    Il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha stess tal-baġit, b’mod awtonomu:

(a)tittrasferixxi approprjazzjonijiet fl-istess kapitolu;

(b)fir-rigward tan-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni li hija komuni għal diversi titoli, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja li tidher fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta’ 30 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja li tidher fil-linja baġitarja li jsir it-trasferiment għaliha;

(c)fir-rigward tan-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu sa total massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment;

(d)fir-rigward tal-approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku implimentati mill-JRC, fit-titolu tal-baġit li jirrigwarda il-qasam ta’ politika “Riċerka diretta”, titrasferixxi approprazzjonijiet bejn kapitoli sa massimu ta’ 15 % tal-approprjazzjonijiet fil-linja baġitarja li minnha jkun sar it-trasferiment;

(e)fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, titrasferixxi approprjazzjonijiet operazzjonali minn titolu għal ieħor, dment li l-approprjazzjonijiet jintużaw għall-istess fini;

(f)fir-rigward tan-nefqa operazzjonali tal-fondi implimentata taħt ġestjoni kondiviża, bl-eċċezzjoni tal-FAEG, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, dment li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati jkunu għall-istess objettiv fis-sens tar-Regolament li jistabbilixxi l-fond ikkonċernat jew jikkostitwixxu nefqa ta’ assistenza teknika;

(g)tittrasferixxi approprjazzjonijiet mill-partita tal-baġit ta’ garanzija baġitarja lill-partita tal-baġit ta’ garanzija baġitarja oħra, fil-każijiet eċċezzjonali meta r-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ proviżjonament komuni ta’ din tal-aħħar ma jkunux biżżejjed sabiex iħallsu talba għal pagament ta’ garanzija u soġġett għall-irkupru sussegwenti tal-ammont trasferit skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 216212(4).

In-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkopri l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(4) għal kull qasam ta’ politika.

Meta l-Kummissjoni tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont l-ewwel subparagrafu wara l-31 ta’ Diċembru, għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel it-trasferimenti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu oġġezzjonijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

Permezz ta’ deroga mir-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni tista’, matul l-aħħar xahrejn tas-sena finanzjarja, b’mod awtonomu tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

2.    Il-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi dwar it-trasferimenti li ġejjin ta’ approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, sakemm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha:

(a)trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mit-titolu tal-“provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tkun l-adozzjoni ta’ att bażiku skont l-Artikolu 294 TFUE;

(b)f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati bħal diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu wara l-1 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja, trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati għal dik is-sena li jkunu għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali ddedikat għall-azzjoni esterna tal-Unjoni għat-titoli li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja.

Artikolu 31

Proposti ta’ trasferiment ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tissottometti l-proposti ta’ trasferiment tagħha b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.    Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-fondi implimentati taħt ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-pagament jista’ jsir minn kwalunkwe partita baġitarja. F’tali każijiet, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

Jekk it-trasferiment ma jkunx approvat jew ikun approvat biss parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-parti korrispondenti tan-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(5) għandha tiġi ddebitata mill-approprjazzjonijiet tal-pagament fis-sena finanzjarja ta’ wara.

3.    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet f’konformità mal-paragrafi 4 sa 8.

4.    Ħlief f’ċirkustanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’dan tal-aħħar jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandhom jiddeliberaw fuq kull proposta ta’ trasferiment fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. F’ċirkostanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fi żmien tliet ġimgħat mir-riċezzjoni tal-proposta.

5.    Meta l-Kummissjoni jkun beħsiebha tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont dan l-Artikolu, din għandha tissottometti proposti ta’ trasferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. F’tali każijiet, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

6.    Proposta ta’ trasferiment għandha tiġi approvata jew ikkunsidrata biex tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta’ sitt ġimgħat, iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha;

(b)jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill japprovaha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;

(c)la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jieħdu deċiżjoni biex jemendaw jew jirrifjutaw il-proposta ta’ trasferiment.

7.    Sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jitolbux mod ieħor, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat fil-każijiet li ġejjin:

(a)it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment u ma jaqbiżx il-EUR 5000000;

(b)it-trasferiment jirrigwarda biss l-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ammont globali tat-trasferiment ma jaqbiżx il-EUR 100000000.

8.    Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun emenda l-ammont tat-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra tkun approvatu jew ma tkunx ħadet azzjoni, jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma emendaw l-ammont tat-trasferiment, l-iżgħar miż-żewġ ammonti għandu jitqies bħala approvat, sakemm l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata ma tirtirax il-proposta ta’ trasferiment tagħha.

Artikolu 32

Trasferimenti soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali

1.    L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul jintuża għall-iskop li għalih ikun assenjat.

2.    Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza skont l-Artikolu 9(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 għandhom jittieħdu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill wara proposta mill-Kummissjoni.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(3) u (4). Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma jistgħux jilħqu pożizzjoni komuni dwar l-użu tar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza, huma ma għandhomx jaġixxu fuq dik il-proposta.

Il-proposti għal trasferimenti mir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza għall-assistenza skont il-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn xierqa u dettaljati li juru:

(a)l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet u l-estimu tar-rekwiżiti sa tmiem is-sena finanzjarja għal-linja baġitarja li għaliha jrid isir it-trasferiment;

(b)analiżi tal-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

KAPITOLU 7

Prinċipju tal-ġestjoni u l-prestazzjoni finanzjarja tajba

Artikolu 33

Prestazzjoni u prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja

1.    L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u b’hekk għandhom jiġu implimentati b’osservanza lejn il-prinċipji li ġejjin:

(a)il-prinċipju tal-ekonomija li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli fi żmien debitu, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz;

(b)il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-ksib tal-objettivi;

(c)il-prinċipju tal-effikaċja li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira permezz tal-attivitajiet imwettqa.

2.    F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dak il-għan:

(a)l-objettivi għall-programmi u għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti ex-ante;

(b)il-progress fil-ksib tal-objettivi għandu jiġi ssorveljati bl-indikaturi tal-prestazzjoni;

(c)il-progress fil-ksib ta’ dawk l-objettivi u l-problemi dwarhom għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), u mal-punt (e) tal-Artikolu 253247(1), il-punt (e);.

 ġdid

(d)jenħtieġ li jiġu implimentati programmi u attivitajiet biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti tagħhom mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 .

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

3.    Meta rilevanti, għandhom jiġu definiti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta bil-ħin kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u indikaturi rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti.

Artikolu 34

Evalwazzjonijiet

1.    Programmi u attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ex ante u retrospettivi, li għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi u n-nefqa.

2.    L-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq evidenza dwar il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni, l-objettivi, l-effetti mistennija tal-alternattivi differenti u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

Għal programmi jew attivitajiet kbar li jkunu mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali sinifikanti, l-evalwazzjoni ex ante tista’ tieħu l-forma ta’ valutazzjoni tal-impatt li, minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, tanalizza d-diversi alternattivi dwar metodi ta’ implimentazzjoni.

3.    L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti u l-indikaturi ta’ monitoraġġ stabbiliti għall-azzjoni kkonċernata. Dawn għandhom isiru tal-anqas darba matul it-terminu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali u fejn possibbli f’biżżejjed żmien sabiex il-konstatazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.

Artikolu 35

Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja

1.    Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva mill-Kummissjoni, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jew minn Stat Membru, li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inkluż bidliet fl-għadd ta’ pożizzjonijiet, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja li turi l-estimi f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u ta’ impenn, permezz ta’ valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, u minn evalwazzjoni ex ante jew valutazzjoni tal-impatt kif previst fl-Artikolu 34.

Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva li jista’ jkollha impatt konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fl-għadd ta’ pożizzjonijiet, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja mħejjija mill-istituzzjoni tal-Unjoni li tkun qed tipproponi l-emenda.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tinkludi d-data finanzjarja u ekonomika meħtieġa għall-valutazzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-ħtieġa għal azzjoni mill-Unjoni. Għandha tipprovdi informazzjoni xierqa fir-rigward tal-koerenza ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni u kwalunkwe sinerġija possibbli.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet pluriennali, id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tinkludi l-iskeda prevedibbli ta’ rekwiżiti annwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament u pożizzjonijiet, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju u, fejn possibbli, dak twil.

2.    Matul il-proċedura baġitarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal paragun bejn bidliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u l-previżjonijiet inizjali magħmula fid-dikjarazzjoni finanzjarja fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet dwar il-proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva.

3.    Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi, ta’ irregolaritajiet u ta’ nuqqas ta’ ksib tal-objettivi, id-dikjarazzjoni finanzjarja għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita, stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikati b’tali sistema u valutazzjonital-livell mistenni ta’ riskju ta’ żbalji, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri eżistenti u ppjanati ta’ prevenzjoni ta’ frodi u ta’ protezzjoni mill-frodi.

Tali valutazzjoni għandha tqis il-kobor u t-tip probabbli ta’ żbalji, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-qasam ta’ politika kkonċernat u r-regoli applikabbli għalih.

4.    Meta jiġu ppreżentati proposti ta’ nfiq riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tagħmel estimu tal-kostijiet u tal-benefiċċji tas-sistemi ta’ verifika, kif ukoll il-livell mistenni ta’ riskju ta’ żbalji kif imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 36

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.    Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti adatt għal kull metodu ta’ implimentazzjoni, u skont ir-regoli speċifiċi għas-settur.

2.    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern għandu jiġi applikat fil-livelli kollha tal-ġestjoni u għandu jitfassal biex jipprovdi aċċertazzjoni raġonevoli għall-ksib tal-objettivi li ġejjin:

(a)l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)l-affidabbiltà tar-rapportar;

(c)is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess, finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra, inkluż permezz tar-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi ta’ data dwar ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni inkluż is-sidien benefiċjarji tagħhom, kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849, u permezz tal-użu ta’ sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju pprovduta mill-Kummissjoni biex taċċessa u tanalizza dik id-data  ;

(e)l-amministrazzjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

3.    Il-kontroll intern effettiv għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(a)segregazzjoni tal-kompiti;

(b)strateġija xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju li tinkludi l-kontroll fil-livell tar-riċevitur;

(c)evitar ta’ kunflitt ta’ interessi;

(cd)rekord adegwat tal-awditjar u integrità tad-data f’sistemi tad-data  inklużi dawk elettroniċi  ;

(de)proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza;

(ef)proċeduri għas-segwitu ta’ dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

(fg)valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll intern.

4.    Il-kontroll intern effiċjenti jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a)l-implimentazzjoni ta’ strateġija xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju kif ukoll strateġija kontra l-fordi kkoordinati fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;

(b)l-aċċessibilità għall-atturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa;

(c)is-serħan, meta jkun xieraq, fuq dikjarazzjonijiet ta’ sħab ta’ implimentazzjoni u fuq opinjonijiet tal-awditjar indipendenti, dment li l-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret bi qbil mal-istandards miftehma;

(d)l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, pieni dissważivi;

(e)leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa bħala bażi għal-linji politiċi, inkluż atti bażiċi dwar l-elementi tal-kontroll intern;

(f)l-eliminazzjoni ta’ kontrolli multipli;

(g)it-titjib tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-kontrolli.

5.    Jekk, matul l-implimentazzjoni, il-livell ta’ żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa, bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u d-disinn mill-ġdid tal-programm jew tas-sistemi ta’ kunsinna.

 ġdid

6.    Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 2, id-data li ġejja għandha tiġi rreġistrata u maħżuna elettronikament f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni u ssir disponibbli regolarment fis-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju pprovduta mill-Kummissjoni:

(a)l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, l-isem u l-kunjom fil-każ ta’ persuni fiżiċi, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor fil-livell tal-pajjiż u l-ammont ta’ finanzjament. Jekk persuna fiżika, ukoll id-data tat-twelid;

(b)l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data tat-twelid, u n-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor fil-livell tal-pajjiż tas-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevituri, meta r-riċevituri mhumiex persuni fiżiċi.

7.    Is-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-valutazzjoni tar-riskju għandha titfassal biex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tal-għażla, l-aġġudikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni, il-kontroll u l-awditjar u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu effettivi tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra.

L-użu u l-aċċess għad-data pproċessata mis-sistema tal-IT unika integrata għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u għandhom ikunu limitati għall-Kummissjoni jew għal aġenzija eżekuttiva kif imsemmi fl-Artikolu 69, l-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-implimentazzjoni tal-baġit fl-ambitu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri, l-UPPE u korpi investigattivi u ta’ kontroll oħra tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-ġestjoni u s-superviżjoni tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-punteġġ tar-riskju, għall-iżgurar tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, għall-awtentikazzjoni tal-utenti u għall-protezzjoni tas-sistema tal-IT kontra ġestjoni ħażina u użu ħażin.

8.    L-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni, skont l-implimentazzjoni tal-baġit fl-ambitu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom japplikaw il-paragrafi minn 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

9. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-referenzi għar-riċevituri għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-benefiċjarji kif definit fir-regoli speċifiċi għas-settur.

10.    Bħala parti mill-istrateġija ta’ kontroll tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tfassal u twettaq kontrolli u awditi li jużaw għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti.

🡻 2018/1046

 ġdid

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 37

Pubblikazzjoni ta’ kontijiet u baġits

1.    Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati b’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.    Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u kwalunkwe baġit emendatorju, kif ikunu adottati b’mod definittiv, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu iddikjarat adottat b’mod definittiv.

Sakemm jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċifri dettaljati finali tal-baġit għandhom jiġu ppubblikati bil-lingwi kollha fuq is-sit web ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit.

Il-kontijiet annwali kkonsolidati għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 38

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra

1.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fis-sit web tagħha, b’mod xieraq u f’waqtu, informazzjoni dwar ir-riċevituri ta’ fondi ffinanzjati mill-baġit sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha l-fondi jkunu ġew impenjati legalment, fejn il-baġit jiġi implimentat minnha f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), , l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1), u mill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 .

 ġdid

Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), u mal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fis-sit web tagħha informazzjoni dwar ir-riċevituri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt jew il-ftehim li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-appoġġ. Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-referenzi f’dan l-Artikolu għar-riċevituri għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-benefiċjarji kif definit fir-regoli speċifiċi għas-settur.

🡻 2018/1046

 ġdid

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni meta jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 59(1).

2.    Minbarra fil-każijiet imsemmija fil-paragrafui 3 u 4, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata, f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, li jippermetti li d-data tiġi ssortjata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid, filwaqt li jiġu debitament ikkunsidrati r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ data personali:

 ġdid

(a)jekk ir-riċevitur huwiex persuna fiżika jew ġuridika;

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

(ba) l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur fil-każ ta’ persuna ġuridika u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħha meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell tal-pajjiż,   l-isem u l-kunjom tar-riċevitur fil-każ ta’ persuna fiżika ;

(cb)il-post fejn jinsab ir-riċevitur, jiġifieri:

(i)l-indirizz tar-riċevitur meta r-riċevitur ikun persuna ġuridika;

(ii)ir-reġjun fil-livell NUTS 2 meta r-riċevitur ikun persuna fiżika u jkun domiċiljat fl-Unjoni Ewropea jew fil-pajjiż meta r-riċevitur ikun persuna fiżika u ma jkunx domiċiljat fl-Unjoni Ewropea;

(dc)l-ammont impenjat legalment  u, fil-każ ta’ impenn b’riċevituri multipli, id-diżaggregazzjoni ta’ dan l-ammont għal kull riċevitur meta disponibbli;

(ed)in-natura u l-iskop tal-miżura.L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata biss għal premji, għal għotjiet u għal kuntratti li jkunu ngħataw bħala riżultat ta’ kompetizzjonijiet, proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet jew proċeduri ta’ akkwist, u għal esperti magħżulin skont l-Artikolu 237(2).

3.    L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi ppubblikata u ma għandhiex tiġi ppreżentata għall-pubblikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għal:

(a)ammonti ta’ appoġġ għall-edukazzjoni mħallsin lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 195191(4), il-punt (b);

(b)kuntratti ta’ valur baxx ħafna aġġudikati lil esperti magħżulin skont l-Artikolu 242237(2) kif ukoll kuntratti ta’ valur baxx ħafna anqas mill-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal- Anness I;

(c)appoġġ finanzjarju pprovdut permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji għal ammont inqas minn EUR 500 000;

(d)każijiet fejn id-divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni jew entitajiet ikkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jekk tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri;.

 ġdid

(e) meta ma jkunx hemm bżonnha għall-pubblikazzjoni f’regoli speċifiċi għas-settur fejn il-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

🡻 2018/1046

 ġdid

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni li ssir disponibbli għandha tkun limitata għal data statistika, miġbura f’konformità ma’ kriterji rilevanti, bħal sitwazzjoni ġeografika, tipoloġija ekonomika tar-riċevituri, tip ta’ appoġġ riċevut u l-qasam politiku tal-Unjoni li fl-ambitu tiegħu jkun ingħata l-appoġġ.

Meta huma kkonċernati persuni fiżiċi, id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-fil-paragrafu 2 għandha tkun ibbażata fuq kriterji rilevanti bħall-frekwenza, jew it-tip ta’ miżura u l-ammonti involuti.

4.    Persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom jippubblikaw l-informazzjoni dwar ir-riċevituri skont ir-regoli u l-proċeduri tagħhom, sal-punt fejn dawn ir-regoli jitqiesu ekwivalenti wara l-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 158 (3) u  154(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e),, u dment li kull pubblikazzjoni ta’ data personali tkun soġġetta għal salvagwardji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Il-korpi nnominati skont l-Artikolu 63(3) għandhom jippubblikaw informazzjoni skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawn ir-regoli speċifiċi għas-setturi jistgħu, f’konformità mal-bażi legali rilevanti, jidderogaw mill-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari għall-pubblikazzjoni ta’ data personali, fejn dan ikun iġġustifikat abbażi tal-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat.

 ġdid

L-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni, skont l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiggarantixxu l-pubblikazzjoni ex post tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom, f’sit web uniku, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

🡻 2018/1046

 ġdid

5.    L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti web ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha kienu impenjati legalment dawk il-fondi.

Is-siti web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu mill-inqas referenza għall-indirizz tas-sit elettroniku fejn tista’ tinstab l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk ma tkunx ippubblikata direttament f’sit web dedikat ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni b’mod xieraq u f’waqtu, informazzjoni dwar sit uniku tal-web, inkluża referenza għall-indirizz tiegħu, fejn tkun tista’ tinstab l-informazzjoni pprovduta mill- Istati Membri, il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4.

 ġdid

6.    Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 u għar-regoli speċifiċi għas-settur, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 59(1), l-Istati Membri li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri li jirċievu u jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jittrażmettu elettronikament lill-Kummissjoni, f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, mill-inqas darba fis-sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha l-fondi jkunu ġew impenjati legalment jew li fiha jkun ġie stabbilit il-kuntratt jew il-ftehim li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-appoġġ, skont liema jkun applikabbli, id-data dwar ir-riċevituri tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu bl-eċċezzjoni tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Barra minn hekk, id-data li għandha tiġi trażmessa għandha tinkludi wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa ta’ persuni fiżiċi meta disponibbli jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell tal-pajjiż bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tad-data trażmessa mingħajr ma tintuża għall-pubblikazzjoni.

🡻 2018/1046

76.    Meta tiġi ppubblikata data personali, l-informazzjoni għandha titneħħa sentejn wara l-għeluq tas-sena finanzjarja li matulha l-fondi jkunu ġew impenjati legalment. Dan għandu japplika wkoll għal data personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li l-isem uffiċjali tagħhom jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

 ġdid

Meta l-baġit jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), id-data personali għandha titneħħa sentejn wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha jkun ġie stabbilit il-kuntratt jew il-ftehim li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ.

🡻 2018/1046

 ġdid

TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 39

Estimi ta’ dħul u nfiq

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni barra mill-Kummissjoni għandha tħejji estimu tad-dħul u l-infiq tagħha, li għandha tibgħat lill-Kummissjoni u, b’mod parallel, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

2.    Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkollu konsultazzjonijiet mal-membri tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika tal-iżvilupp, il-politika tal-viċinat, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u r-rispons f’każ ta’ kriżi, rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

3.    Il-Kummissjoni għandha tħejji l-istimi tagħha, li hija, eżatt wara li tadottahom, għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-preparazzjoni tal-istimi tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 40.

Artikolu 40

Estimu tal-baġit tal-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70

Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull wieħed mill-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 għandu, b’konformità mal-istrument li jkun stabbilieh, jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz tiegħu tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih l-ipprogrammar annwali u pluriennali bl-ippjanar korrispondenti għar-riżorsi umani u finanzjarji.

Artikolu 41

Abbozz ta’ baġit

1.    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz ta’ baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru tas-sena preċedenti dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Hija għandha tippreżenta dik il-proposta, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-parlamenti nazzjonali.

L-abbozz ta’ baġit għandu jinkludi sommarju tad-dikjarazzjoni ġenerali rigward id-dħul u l-infiq tal-Unjoni u għandu jikkonsolida l-estimi msemmija fl-Artikolu 39. Jista’ jkun fih ukoll estimi differenti minn dawk imfassla minn istituzzjonijiet tal-Unjoni.

L-abbozz ta’ baġit għandu jsegwi l-istruttura u l-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 47 sa 52.

Kull waħda mit-taqsimiet tal-abbozz ta’ baġit għandha tiġi ppreċeduta minn introduzzjoni magħmula mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-introduzzjoni ġenerali għall-abbozz ta’ baġit. L-introduzzjoni ġenerali għandha tikkonsisti f’tabelli finanzjarji li jkopru d-data prinċipali skont it-titoli u l-ġustifikazzjonijiet għall-bidliet fl-approprjazzjonijiet minn sena finanzjarja għal dik ta’ warajha skont il-kategoriji tan-nefqa tal-qafas finanzjarju pluriennali.

2.    Sabiex jiġu pprovduti previżjonijiet aktar preċiżi u affidabbli tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tal-proposti leġiżlattivi pendenti, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit l-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għas-snin ta’ wara strutturat skont il-kategorija tan-nefqa, il-qasam ta’ politika u l-linja baġitarja. L-ipprogrammar finanzjarju sħiħ għandu jkopri l-kategoriji ta’ nefqa koperti mill-punt 2630 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16tat-2  ta’ Diċembru 20202013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 69 . Għandu jiġi pprovdut sommarju tad-data għall-kategoriji ta’ nefqa mhux koperti mill-punt 2630 ta’ dak il-Ftehim Interistituzzjonali.

L-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għandu jiġi aġġornat wara l-adozzjoni tal-baġit sabiex jinkorpora r-riżultati tal-proċedura baġitarja u kull deċiżjoni rilevanti oħra.

3.    Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit:

(a)tabella komparattiva li tinkludi l-abbozz ta’ baġit għal istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u l-estimi oriġinali ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni kif mibgħuta lill-Kummissjoni u, fejn applikabbli, li tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn l-abbozz ta’ baġit fih estimi differenti minn dawk imfassla minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni;

(b)kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis siewi b’rabta mat-tabella tal-persunal ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, li juri l-aħħar tabella tal-persunal awtorizzata u li jippreżenta:

(i)il-persunal kollu impjegat mill-Unjoni, muri skont it-tip ta’ kuntratt tal-impjieg;

(ii)dikjarazzjoni tal-politika dwar il-pożizzjonijiet u l-persunal estern u dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri;

(iii)l-għadd ta’ pożizzjonijiet attwalment mimlija fl-aħħar jum tas-sena qabel is-sena li fiha jkun ġie ppreżentat l-abbozz ta’ baġit u l-medja annwali ta’ pożizzjonijiet ekwivalenti full-time attwalment stabbiliti għal dik is-sena preċedenti, flimkien mad-distribuzzjoni tagħhom skont il-grad, il-ġeneru u l-unità amministrattiva;

(iv)lista tal-pożizzjonijiet skont il-qasam ta’ politika;

(v)għal kull kategorija ta’ persunal estern, l-estimu l-għadd inizjali ta’ ekwivalenti ta’ ngaġġ full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, kif ukoll l-għadd ta’ persuni effettivament fis-servizz fil-bidu tas-sena li fiha jiġi ppreżentat l-abbozz ta’ baġit, b’indikazzjoni tat-tqassim tagħhom skont il-grupp ta’ funzjoni u, kif ikun xieraq, skont il-grad;

(c)għall-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71, dokument ta’ ħidma li jippreżenta d-dħul u n-nefqa, kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-persunal kif imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(d)dokument ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni ppjanata tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat fis-sena preċedenti, inkluża informazzjoni dwar l-ammonti riportati għas-sena finanzjarja u dwar l-impenji pendenti;

(e)fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-amministrazzjoni, dokument ta’ ħidma li jippreżenta n-nefqa amministrattiva li għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont it-taqsima tagħha tal-baġit u dokument ta’ ħidma dwar il-politika tal-bini tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 271(1) ;

(f)dokument ta’ ħidma dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li għandu jkun fihom valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst;

(g)fir-rigward tal-finanzjament għal organizzazzjonijiet internazzjonali, dokument ta’ ħidma li jkun fih:

(i)sommarju tal-kontribuzzjonijiet kollha, bl-ammonti diżaggregati skont il-programm jew il-fond tal-Unjoni u skont l-organizzazzjoni internazzjonali;

(ii)dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ikun aktar effiċjenti għall-Unjoni li tiffinanzja lil dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali minflok ma taġixxi hi direttament;

(h)dikjarazzjonijiet tal-programm jew kwalunkwe dokument rilevanti ieħor li jkun fih dan li ġej:

(i)indikazzjoni ta’ liema politiki u objettivi tal-Unjoni ser jikkontribwixxi għalihom il-programm;

(ii)motivazzjoni ċara għal intervent fil-livell tal-Unjoni li jkun konformi, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

(iii)il-progress fil-ksib tal-objettivi tal-programm, kif speċifikat fl-Artikolu 33;

(iv)ġustifikazzjoni sħiħa, inkluża analiżi kost-benefiċċji għall-bidliet proposti fil-livell tal-approprjazzjonijiet;

(v)informazzjoni dwar ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-programm għas-sena finanzjarja kurrenti u s-sena finanzjarja preċedenti;

(i)sommarju tal-iskeda tal-pagamenti li jagħti fil-qosor skont il-programm u skont it-titolu il-pagamenti dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti biex jiġu ssodisfati l-impenji baġitarji proposti fl-abbozz ta’ baġit li jkunu ġew impenjati fi snin finanzjarji preċedenti.

Meta s-sħubijiet pubbliċi-privati jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji, l-informazzjoni relatata ma’ dawk l-istrumenti għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 4.

4.    Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn strumenti finanzjarji, għandha tehmeż dokument ta’ ħidma mal-abbozz ta’ baġit, li għal kull strument finanzjarju għandu jipprovdi dawn li ġejjin:

(a)referenza għall-istrument finanzjarju u l-att bażiku tiegħu, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-istrument, l-impatt tiegħu fuq il-baġit, id-durata ta’ żmien tiegħu u l-valur miżjud tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b)l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implementazzjoni, inkluża kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 159(2)155(2);

(c)il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-ksib tal-objettivi tal-programm ikkonċernat kif imkejjel bl-indikaturi stabbiliti inkluża, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika;

(d)l-operazzjonijiet previsti, inkluż il-volumi mira abbażi tal-ingranaġġ fil-mira u l-kapital privat mistenni li jiġi mobilizzat jew, meta dan ma jkunx disponibbli, tal-effett ta’ ingranaġġ li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji eżistenti;

(e)il-linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti u l-impenji baġitarji aggregati u l-pagamenti mill-baġit;

(f)il-medja tad-durata ta’ żmien bejn l-impenn baġitarju għall-istrumenti finanzjarji u l-impenji legali għal proġetti individwali fil-forma ta’ ekwità jew dejn, fejn dik id-durata ta’ żmien taqbeż it-tliet snin;

(g)id-dħul u l-pagamenti mill-ġdid skont l-Artikolu 213209(3), ippreżentati separatament, inkluż evalwazzjoni tal-użu tagħhom;

(h)il-valur tal-investimenti ta’ ekwità, fir-rigward ta’ snin preċedenti;

(i)l-ammont totali ta’ provvedimenti għal riskji u obbligazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskopertura tal-Unjoni għal riskji finanzjarji, inkluż kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti;

(j) telf li jsir minn  l-indeboliment ta’ assi u talbiet għal ħlas ta’ garanzija kemm għas-sena preċedenti kif ukoll iċ-ċifri akkumulati rispettivi;

(k)il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-investimenti magħmulin, l-ingranaġġ fil-mira u l-ingranaġġ miksub u l-effetti multiplikatur, u wkoll l-ammont ta’ kapital privat mobilizzat;

(l)ir-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ proviżjonament komuni u, fejn applikabbli, il-bilanċ fuq il-kont fiduċjarju.

Id-dokument ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi fih ukoll ħarsa ġenerali lejn in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mit-tariffi tal-ġestjoni u imposti finanzjarji u debiti operatorji mħallsin għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji b’kollox u għal kull entità ġestjonarja u għal kull strument finanzjarju ġestit.

Il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet tad-durata msemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu u għandha, fejn adatt, tipprovdi pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tad-durata fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza.

Id-dokument ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jagħti sommarju f’tabella ċara u konċiża b’informazzjoni għal kull strument finanzjarju.

5.    Meta l-Unjoni tkun tat garanzija baġitarja, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit dokument ta’ ħidma li, għal kull garanzija baġitarja u għall-fond ta’ proviżjonament komuni, jippreżenta dawn li ġejjin:

(a)referenza għall-garanzija baġitarja u għall-att bażiku tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-garanzija baġitarja, l-impatt tagħha fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-baġit, id-durata tagħha u l-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni;

(b)il-kontropartijiet għall-garanzija baġitarja, inkluż kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 159(2)155(2);

(c)il-kontribut tal-garanzija baġitarja għall-ksib tal-objettivi tal-garanzija baġitarja kif imkejjel bl-indikaturi stabbiliti, inkluż, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat;

(d)informazzjoni dwar l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja fuq bażi aggregata skont is-setturi, il-pajjiżi u l-istrumenti, inklużi, fejn applikabbli, portafolli u appoġġ kombinat ma’ azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni;

(e)l-ammont trasferit lir-riċevituri kif ukoll valutazzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ miksub mill-proġetti appoġġati mill-garanzija baġitarja;

(f)informazzjoni aggregata fuq l-istess bażi kif imsemmi fil-punt (d) dwar talbiet għal garanzija baġitarja, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut;

(g) l-ammont ta’ proviżjonament għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kull garanzija baġitarja, valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament tagħha u tal-ħtieġa għar-rikostituzzjoni  informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta’ proviżjonament komuni fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti;

(h)ir-rata ta’ proviżjonament effettiva tal-fond ta’ proviżjonament komuni u, fejn applikabbli, l-operazzjonijiet sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 217213(4).;

(i)il-flussi finanzjarji fil-fond ta’ proviżjonament komuni matul is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-iskopertura għal riskji finanzjarji tal-Unjoni;

(j)skont l-Artikolu 210(3), valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit li jirriżultaw minn garanziji baġitarji jew minn assistenza finanzjarja.

6.    Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni, għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit dokument ta’ ħidma dettaljat dwar l-attivitajiet appoġġati minn dawk il-fondi fiduċjarji, inklużi:

(a)dwar l-implimentazzjoni tagħhom, inter alia informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ monitoraġġ mal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi fiduċjarji;

(b)l-ispejjeż ta’ ġestjoni tagħhom;

(c)il-kontribuzzjonijiet minn donaturi oħrajn barra l-Unjoni;

(d)valutazzjoni preliminari tal-prestazzjoni tagħhom ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 238234(3);

(e)deskrizzjoni dwar kif l-attivitajiet tagħhom ikkontribwew għall-objettivi stabbiliti fl-att bażiku tal-istrument li minnu toħroġ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fondi fiduċjarji.

7.    Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz ta’ baġit lista tad-deċiżjonijiet tagħha li jimponu multi fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-ammont ta’ kull multa imposta, flimkien ma’ informazzjoni dwar jekk il-multi sarux definittivi jew jekk dawn humiex jew għad jistgħu jsiru soġġetti għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll, fejn possibbli, informazzjoni dwar meta kull multa hija mistennija li ssir definittiva.

8.    Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta’ ħidma li jindika, għal kull linja baġitarja li tirċievi dħul assenjat intern jew estern:

   (a)    l-ammont stmat ta’ dħul bħal dan li għandu jiġi riċevut;

   (b)    l-ammont stmat ta’ dħul bħal dan riportat minn snin preċedenti.

89.    Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz ta’ baġit kwalunkwe dokument ta’ ħidma ieħor li tqis bħala utli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill sabiex jivvalutaw it-talbiet tal-baġit.

910.    F’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 70 , il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz ta’ baġit, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b’mod komprensiv:

(a)in-nefqa amministrattiva u operazzjonali kollha relatata mal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, inklużi l-kompiti tal-PESK u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u ffinanzjata mill-baġit;

(b)l-infiq amministrattiv globali tas-SEAE għas-sena preċedenti, imqassam f’infiq skont id-delegazzjoni tal-Unjoni u nfiq għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE, flimkien mal-infiq operattiv, imqassam skont iż-żona ġeografika (reġjuni, pajjiżi), l-oqsma tematiċi, id-delegazzjonijiet u l-missjonijiet tal-Unjoni.

1011.    Id-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 10 għandu wkoll:

(a)juri l-għadd ta’ pożizzjonijiet għal kull grad f’kull kategorija u l-għadd ta’ pożizzjonijiet permanenti u temporanji, inkluż il-persunal kuntrattwali u lokali awtorizzat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet f’kull Delegazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE;

(b)juri kwalunkwe żieda jew tnaqqis, meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti, fil-pożizzjonijiet skont il-grad u l-kategorija fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni;

(c)juri l-għadd ta’ pożizzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja u għas-sena finanzjarja preċedenti, kif ukoll l-għadd ta’ pożizzjonijiet okkupati minn uffiċjali diplomatiċi ssekondati mill-Istati Membri, u minn uffiċjali tal-Unjoni;

(d)jipprovdi stampa dettaljata tal-persunal kollu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-mument tal-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ baġit, diżaggregata skont iż-żona ġeografika, il-ġeneru, il-pajjiż individwali u l-missjoni, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal, l-aġenti kuntrattwali, l-aġenti lokali u l-esperti nazzjonali ssekondati, u tal-approprjazzjonijiet mitluba fl-abbozz tal-baġit għal tipi simili ta’ persunal flimkien ma’ estimi korrispondenti tal-għadd ta’ ekwivalenti ta’ ngaġġ full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet mitluba.

Artikolu 42

Ittra ta’ emenda għall-abbozz ta’ baġit

Fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta ġie stabbilit l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni fir-rigward tat-taqsima rispettiva tagħha, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittra jew ittri emendatorji għall-abbozz ta’ baġit qabel ma jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 TFUE. Tali ittri jistgħu jinkludu ittra emendatorja li taġġorna, b’mod partikolari, l-estimi ta’ nfiq għall-agrikoltura.

Artikolu 43

Obbligi tal-Istati Membri bħala riżultat tal-adozzjoni tal-baġit

1.    Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara l-baġit adottat b’mod definittiv f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 314(9) TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

2.    Ladarba l-baġit ikun iddikjarat bħala adottat b’mod definittiv, kull Stat Membru għandu, mill-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jew mid-data tad-dikjarazzjoni tal-adozzjoni definittiva tal-baġit jekk dik isseħħ wara l-1 ta’ Jannar, ikun marbut li jagħmel il-pagamenti dovuti lill-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 , ir-Regolament (UE, Euratom) 2021/770 u r-Regolament (UE, Euratom) [XXX] .

Artikolu 44

Abbozzi ta’ baġits emendatorji

1.    Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozzi ta’ baġits emendatorji li jkunu primarjament ibbażati fuq id-dħul fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)biex iddaħħal fil-baġit il-bilanċ tas-sena finanzjarja preċedenti, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18;

(b)biex tirrevedi t-tbassir tar-riżorsi proprji abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aġġornati;

(c)biex taġġorna t-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji u ta’ dħul ieħor, kif ukoll biex teżamina mill-ġdid id-disponibbiltà ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ħtiġijiet għalihom.

Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jkunux jistgħu jiġu evitati u li jkunu eċċezzjonali u mhux previsti, b’mod partikolari minħabba l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozz ta’ baġits emendatorji bbażati primarjament fuq l-infiq.

2.    Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, minn istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Qabel jippreżentaw abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati tal-Unjoni għandhom jeżaminaw il-possibilità ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet rilevanti, b’referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta’ approprjazzjonijiet.

L-Artikolu 43 għandu japplika għal baġits emendatorji. Il-baġits emendatorji għandhom ikunu sostanzjati permezz ta’ referenza għall-baġit li jkunu qed jemendaw l-estimi tiegħu.

3.    Il-Kummissjoni għandha, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati jew fil-każ ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li għaliha jista’ jiġi ppreżentat abbozz ta’ baġit emendatorju fi kwalunkwe żmien tas-sena, tippreżenta l-abbozzi ta’ baġits emendatorji tagħha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja. Hi tista’ tehmeż opinjoni mat-talbiet minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għal baġits emendatorji.

4.    L-abbozzi ta’ baġits emendatorji għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji preċedenti u kurrenti li kienu disponibbli meta ġew stabbiliti.

Artikolu 45

Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit

Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu li jressqu ’l quddiem ċerti dati għat-trażmissjoni tal-estimi, u għall-adozzjoni u t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ baġit. Madankollu, tali arranġament ma għandux ikollu effett li jqassar jew jestendi l-perijodi li jkunu previsti għall-kunsiderazzjoni ta’ dawk it-testi skont l-Artikolu 314 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 46

Struttura tal-baġit

Il-baġit għandu jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

(a)dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa;

(b)taqsimiet separati għal kull istituzzjoni tal-Unjoni, ħlief il-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill li għandhom jaqsmu l-istess taqsima, suddiviżi f’dikjarazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa.

Artikolu 47

Nomenklatura tal-baġit

1.    Id-dħul tal-Kummissjoni u d-dħul u n-nefqa tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu kklassifikati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont it-tip tagħhom jew l-użu li għalih huma assenjati f’titoli, f’kapitoli, f’artikoli u f’partiti.

2.    Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ nomenklatura adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u kklassifikata skont il-fini tan-nefqa.

Kull titolu għandu jikkorrispondi għal qasam ta’ politika u kull kapitolu għandu, bħala regola, jikkorrispondi għal programm jew għal attività.

Kull titolu jista’ jinkludi approprjazzjonijiet operattivi u approprjazzjonijiet amministrattivi. L-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titolu għandhom ikunu miġbura flimkien f’kapitolu wieħed.

In-nomenklatura tal-baġit għandha tikkonforma mal-prinċipji tal-ispeċifikazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza. Hija għandha tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju, tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-objettivi ewlenin kif riflessi fil-bażijiet legali rilevanti, tagħmel l-għażliet dwar il-prijoritajiet politiċi possibbli u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva.

3.    Il-Kummissjoni tista’ titlob li tiddaħħal entrata pro memoria fuq entrata mingħajr approprjazzjonijiet awtorizzati. Tali talba għandha tiġi approvata f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

4.    Meta ppreżentati skont l-iskop, l-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titoli individwali għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a)in-nefqa fuq il-persunal awtorizzat fit-tabella tal-persunal, li għandha tinkludi ammont ta’ approprjazzjonijiet u għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal li jikkorrispondu għal dik in-nefqa;

(b)l-infiq fuq il-persunal estern u nfiq ieħor imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) u ffinanzjat mill-intestatura “amministrazzjoni” tal-qafas finanzjarju pluriennali;

(c)in-nefqa fuq bini u nefqa relatata oħra, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;

(d)in-nefqa fuq il-persunal estern u għajnuna teknika marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-programmi.

Kwalunkwe nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ta’ tip li jkun komuni għal bosta titoli għandha tiġi inkluża f’dikjarazzjoni sommarja separata u kklassifikata skont it-tip.

Artikolu 48

Dħul negattiv

1.    Il-baġit ma għandux ikun fih dħul negattiv , ħlief meta jkun ġej minn rimunerazzjoni negattiva tad-depożiti bħala total.

 ġdid

2.    B’deroga mill-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu mid-dħul tal-baġit:

(a) it-total tar-remunerazzjoni negattiva tad-depożiti;

(b) meta l-ammonti tal-multi, penali jew sanzjonijiet oħra skont it-TFUE jew it-Trattat Euratom imsemmija fl-Artikolu 109(1) jiġu kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe imgħax jew imposta oħra dovuta lill-partijiet ikkonċernati, inkluż kull redditu negattiv relatat ma’ dawk l-ammonti.

🡻 2018/1046

32. Ir-riżorsi proprji mħallsa skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 2014/335/EU, Euratom għandhom ikunu ammonti netti u għandhom jintwerew bħala tali fid-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul fil-baġit.

Artikolu 49

Dispożizzjonijiet

1.    Kull taqsima tal-baġit tista’ tinkludi titolu “dispożizzjonijiet”. L-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu f’dak it-titolu fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a)ma jkun jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun ġie stabbilit;

(b)ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jiddubita mill-adegwatezza tal-approprjazzjonijiet jew mill-possibilità tal-implimentazzjoni, f’kundizzjonijiet konformi mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-approprjazzjonijiet mdaħħla fil-linji baġitarji kkonċernati.

L-approprjazzjonijiet f’dak it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferimenti skont il-proċedura stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-fl-Artikolu 30(21), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn l-adozzjoni tal-att bażiku tkun soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament, għall-każijiet l-oħrajn kollha.

2.    Fil-każ ta’ diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fil-kors ta’ sena finanzjarja, tipproponi li l-approprjazzjonijiet ikunu ttrasferiti lejn it-titolu “provvedimenti”. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni rigward dawn it-trasferimenti kif previst fl-Artikolu 31.

Artikolu 50

Riżerva negattiva

It-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tal-baġit tista’ tinkludi “riżerva negattiva” limitata għal ammont massimu ta’ EUR 200 000 000. Tali riżerva, li għandha tkun mdaħħla f’titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Din ir-riżerva negattiva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferimenti b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 30 u 31.

Artikolu 51

Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza

1.    It-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni tal-baġit għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għal pajjiżi terzi.

2.    Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferimenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 30 u 32.

Artikolu 52

Preżentazzjoni tal-baġit

1.    Il-baġit għandu juri:

(a)fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u n-nefqa:

(i)l-estimi tad-dħul tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kurrenti kkonċernata (“sena n”);

(ii)l-estimi tad-dħul għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n-2;

(iii)l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena n;

(iv)l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja preċedenti;

(v)in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n–2, b’din tal-aħħar espressa wkoll bħala perċentwal tal-baġit tas-sena n;

(vi)kummenti xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif stipulat fl-Artikolu 47(1), inklużi r-referenzi tal-att bażiku, fejn tkun teżisti waħda, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet xierqa kollha rigward in-natura u l-iskop tal-approprjazzjonijiet;

(b)f’kull taqsima, id-dħul u n-nefqa li jsegwu l-istess struttura kif stabbilit fil-punt (a);

(c)fir-rigward tal-persunal:

(i)għal kull taqsima, tabella tal-persunal li tistabbilixxi l-għadd ta’ pożizzjonijiet għal kull grad f’kull kategorija u f’kull servizz u l-għadd ta’ pożizzjonijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(ii)tabella tal-persunal għall-persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u tabella tal-persunal għall-persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni indiretta; it-tabelli tal-persunal għandhom ikunu kklassifikati skont il-kategorija u skont il-grad u għandu jkun hemm distinzjoni bejn pożizzjonijiet permanenti u temporanji, awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(iii)tabella tal-persunal li tistabbilixxi l-għadd ta’ pożizzjonijiet skont il-grad u l-kategorija għal kull korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 70 li jirċievi kontribuzzjoni ddebitata mill-baġit. It-tabelli tal-persunal għandhom juru, maġenb l-għadd ta’ pożizzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd awtorizzat tas-sena preċedenti. Il-persunal tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għandu jidher separatament fit-tabella tal-persunal tal-Kummissjoni;

(d)fir-rigward tal-assistenza finanzjarja u tal-garanziji baġitarji:

(i)fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul, il-linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti u intiżi biex jirreġistraw kwalunkwe rimborż mingħand riċevituri li inizjalment kienu inadempjenti. Dawk il-linji għandu jkollhom entrata pro memoria u jkunu akkumpanjati minn kummenti xierqa;

(ii)fit-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni:

fil-linji tal-baġit li jkun fihom il-garanziji baġitarji fir-rigward tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Dawk il-linji għandhom ikollhom entrata pro memoria, dment li ma jkun hemm l-ebda imposta effettiva li tkun trid tiġi koperta b’riżorsi definittivi;

kummenti li jagħtu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum tal-operazzjonijiet previsti, id-durata u l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Unjoni fir-rigward ta’ tali operazzjonijiet;

(iii)f’dokument mehmuż mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni, tar-riskji korrispondenti wkoll:

l-operazzjoni kapitali kurrenti u l-immaniġġjar tad-dejn;

l-operazzjonijiet kapitali u l-ġestjoni tad-dejn għas-sena n;

 ġdid

ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self;

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

(e)fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku:

(i)linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti;

(ii)deskrizzjoni ġenerali tal-istrumenti finanzjarji, inkluż id-durata ta’ żmien tagħhom u l-impatt tagħhom fuq il-baġit;

(iii)l-operazzjonijiet previsti, inkluż il-volumi fil-mira bbażati fuq l-effett mistenni multiplikatur u ta’ ingranaġġ;

(f)fir-rigward tal-fondi implimentati minn persuni jew entitajiet skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1):

(i)referenza għall-att bażiku tal-programm rilevanti;

(ii)il-linji baġitarji korrispondenti;

(iii)deskrizzjoni ġenerali tal-azzjoni, inklużi d-durata tagħha u l-impatt tagħha fuq il-baġit;

(g)l-ammont totali tan-nefqa tal-PESK imdaħħla f’kapitolu, intitolat “PESK”, b’artikoli speċifiċi, li jkopru n-nefqa tal-PESK u li jkun fih linji baġitarji speċifiċi li jidentifikaw mill-inqas il-missjonijiet ewlenin individwali.

2.    Minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jehmżu mal-baġit kwalunkwe dokument rilevanti ieħor.

Artikolu 53

Regoli dwar it-tabelli tal-persunal

1.    It-tabelli tal-persunal imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 52(1) għandhom jikkostitwixxu limitu assolut għal kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Ma għandha ssir ebda ħatra li tiżboq il-limitu stabbilit.

Madankollu, apparti milli fil-każ tal-gradi AD 14, AD 15 u AD 16, kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jistgħu jimmodifikaw it-tabelli tal-persunal tagħhom b’sa 10 % tal-karigi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat;

(b)il-limitu tal-għadd totali ta’ pożizzjonijiet awtorizzati minn kull tabella tal-persunal ma jinqabiżx;

(c)l-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jkunu ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ benchmarking ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra kif mibdi permezz tal-eżerċizzju ta’ eżami analitiku tal-persunal tal-Kummissjoni.

Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel il-modifiki msemmija fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. F’każ li jitqajmu oġġezzjonijiet iġġustifikati kif xieraq f’dan il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, l-istituzzjoni għandha żżomm lura milli tagħmel il-modifiki u għandha tkun tapplika l-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 44.

2.    B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti tax-xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità tal-ħatra b’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu bbilanċjati b’ħatriet oħrajn.

KAPITOLU 3

Dixxiplina baġitarja

Artikolu 54

Konformità mal-Qqafas Ffinanzjarju Ppluriennali u  mad-deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea  Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom

Il-baġit għandu jkun konformi mal-Qqafas Ffinanzjarju Ppluriennali u mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/20532014/335/UE, Euratom.

Artikolu 55

Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit

Meta l-implimentazzjoni ta’ att tal-Unjoni teċċedi l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit, tali att ma għandux jiġi implimentat f’termini finanzjarji sa meta l-baġit ikun ġie emendat kif meħtieġ.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 56

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.    Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit f’konformità ma’ dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

2.    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet jintużaw f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 57

Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta’ data personali għal finijiet ta’ awditjar

Fi proċeduri ta' aġġudikazzjoni, fosthom  fFi kwalunkwe sejħa magħmula fil-kuntest ta’ għotjiet,  ta’ donazzjonijiet mhux finanzjarji, ta’ akkwisti jew ta’ premjijiet implimentati b’ġestjoni diretta, il-benefiċjarji, il-kandidati, l-offerenti u l-parteċipanti potenzjali, għandhom jiġu informati skont ir-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001 li, bl-iskop li jkunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-data personali tagħhom tista’ tiġi ttrasferita lis-servizzi ta’ awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri , lill-UPPE, jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u bejn l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, u l-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament u l-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikoli 70 u 71 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 58

Att bażiku u eċċezzjonijiet

1.    L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni għandhom jintużaw biss jekk ikun ġie adottat att bażiku.

2.    B’deroga mill-paragrafu 1 u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-approprjazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw ikunu fil-kompetenzi tal-Unjoni:

(a)approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha;

(b)approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-applikazzjoni tat-TFUE u t-Trattat Euratom, imfassla għat-tħejjija ta’ proposti li jwasslu għall-adozzjoni ta’ azzjonijiet futuri;

(c)approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE;

(d)approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew għal azzjonijiet ta’ durata indefinita, imwettqin mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi tagħha fil-livell istituzzjonali skont it-TFUE u t-Trattat Euratom, barra mid-dritt tagħha ta’ inizjattiva leġiżlattiva li tippreżenta proposti kif imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, u taħt setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament mill-Artikoli 154, 156, 159 u 160 TFUE, l-Artikoli 168(2), 171(2) u 173(2) TFUE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 175 TFUE, l-Artikolu 181(2) TFUE, l-Artikolu 190 TFUE u l-Artikoli 210(2) u 214(6) TFUE u l-Artikoli 70 u 77 sa 85 tat-Trattat Euratom;

(e)approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kull istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-awtonomija amministrattiva tagħha.

3.    Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ma għandux jaqbeż l-EUR 40000000 fi kwalunkwe sena finanzjarja.

4.    Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, azzjonijiet preparatorji għandhom isegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu forom diversi. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji konsekuttivi. Il-proċedura għall-adozzjoni tal-att bażiku rilevanti għandha tiġi konkluża qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul dik il-proċedura, l-impenn ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari tal-azzjoni preparatorja fir-rigward tal-attivitajiet previsti, l-għanijiet mixtieqa u r-riċevituri. Bħala riżultat, l-ammont tal-approprjazzjonijiet impenjati ma għandux jikkorrispondi fil-volum għall-ammont ta’ dawk previsti għall-iffinanzjar tal-azzjoni definittiva nnifisha.

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandux jaqbeż il-EUR 50000000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji ma għandux jaqbeż il-EUR 100000000.

5.    Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, miżuri preparatorji għandhom ikunu limitati għal perjodu qasir ta’ żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-azzjoni tal-Unjoni fil-ksib tal-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni tal-istrumenti legali meħtieġa.

Għall-fini tal-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, il-miżuri preparatorji għandhom jitfasslu, fost l-oħrajn, biex jivvalutaw il-ħtiġijiet operattivi, jipprevedu allokazzjoni inizjali mgħaġġla ta’ riżorsi, jew biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni. Il-miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentanti Għoli.

Sabiex tkun iggarantita l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kmieni kemm jista’ jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b’mod partikolari dwar ir-riżorsi meħtieġa stmati għal dak il-għan. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżborż rapidu tal-fondi.

Il-finanzjament tal-miżuri maqbula mill-Kunsill għat-tħejjija tal-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet skont it-Titolu V tat-TUE għandu jkopri l-kostijiet inkrementali li jirriżultaw direttament minn skjerament speċifiku fuq il-post ta’ missjoni jew tim li jinvolvi, fost l-oħrajn, persunal minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-assigurazzjoni għal riskju għoli, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni u l-pagamenti għal kull jum.

Artikolu 59

Implimentazzjoni tal-baġit minn istituzzjonijiet tal-Unjoni ħlief il-Kummissjoni

1.    Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom.

2.    Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet ma’ xulxin fil-livell ta’ servizz li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi, il-provvista ta’ prodotti, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ kuntratti ta’ bini.

Dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet jew l-irkupru tal-ispejjeż, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tagħhom.

3.    Il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu miftehmin ukoll bejn dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji tal-Unjoni, korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Il-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għandhom jirrapportaw regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz li jikkonkludu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.

Artikolu 60

Delegazzjoni tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.    Il-Kummissjoni u kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni jistgħu, fid-dipartimenti tagħhom, jiddelegaw is-setgħat tagħhom għall-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u bir-regoli interni tagħhom u fil-limiti li huma jistabbilixxu fl-istrument tad-delega. Dawk li jingħataw din is-setgħa għandhom jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ngħataw lilhom espressament.

2.    Barra mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħat tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess tal-baġit lil Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, sabiex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fin-nuqqas tagħhom, lil deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Tali delega għandha tkun mingħajr ħsara għar-responsabbiltà tal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit. Meta n-nuqqas tal-Kap ta’ delegazzjoni tal-Unjoni jaqbeż l-erba’ ġimgħat, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tiddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u d-deputati tagħhom fin-nuqqas ta’ dawn ta’ qabel, jaġixxu bħala uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni b’sottodelega tal-Kummissjoni, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega ta’ setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu skont ir-regoli tagħha stess.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-Kummissjoni.

3.    Eċċezzjonalment, is-SEAE jista’ jiddelega s-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet amministrattivi tat-taqsima tiegħu stess tal-baġit lill-persunal tal-Kummissjoni ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni fejn dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-amministrazzjoni ta’ tali delegazzjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti tas-SEAE mill-pajjiż fejn tkun ibbażata d-delegazzjoni tiegħu. F’każijiet eċċezzjonali li fihom il-persunal tal-Kummissjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxi bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega tas-SEAE, dan għandu japplika r-regoli interni tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandu jkun soġġett għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tas-SEAE.

Is-SEAE jista’ jirtira d-delega tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu skont ir-regoli tiegħu stess.

Artikolu 61

Il-kunflitt ta’ interess

1.    L-atturi finanzjarji fis-sens tal- Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu u persuni oħrajn, inkluż awtoritajiet nazzjonali fi kwalunkwe livell, involuti fil-ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża, inkluż l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex jipprevjenu li jqum kunflitt ta’ interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.

2.    Meta jkun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jinvolvi membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-każ lis-superjur ġerarkiku tagħha. Meta jkun jeżisti tali riskju għal persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-kwistjoni b’delega lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rilevanti. Is-superjur ġerarkiku rilevanti jew l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jikkonferma bil-miktub, jekk ġiex ikkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess. Meta jiġi kkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess, l-awtorità tal-ħatra jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li l-persuna inkwistjoni twaqqaf kull attività fil-kwistjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rilevanti b’delega jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li tittieħed kull azzjoni xierqa ulterjuri f’konformità mal-liġi applikabbli, inkluż, fil-każijiet li jinvolvu membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali, mal-liġi nazzjonali relatata mal-kunflitti ta’ interess.

3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta’ interess ikun jeżisti meta l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.

KAPITOLU 2

Metodi ta’ implimentazzjoni

Artikolu 62

Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit

1.    Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi:

(a)direttament (“ġestjoni diretta”), kif stabbilit fl-Artikoli minn 126125 sa 157153, permezz tad-dipartimenti tagħha, inkluż persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt l-awtorità tal-Kap tad-delegazzjoni rispettiv tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 60(2), jew permezz tal-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69;

(b)taħt ġestjoni kondiviża ma’ Stati Membri (“ġestjoni kondiviża”) kif stabbilit fl-Artikoli 63 u minn 126125 sa 130129;

(c)indirettament (“ġestjoni indiretta”) kif stabbilit fl-Artikoli minn 126125 sa 153149 u minn 158154 sa 163159, fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 58(2), billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

(i)pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu ħatru, kif imsemmi fl-Artikolu 162;

(ii)organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 160156;

(iii)il-Bank Ewropew tal-Investiment (“il-BEI”) jew il-Fond Ewropew tal-Investiment (“il-FEI”) jew it-tnejn li huma li jaġixxu bħala grupp (“il-grupp tal-BEI”);

(iv)il-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

(v)korpi tal-liġi pubblika, inkluż organizzazzjonijiet tal-Istati Membri;

(vi)korpi regolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, inkluż organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, sa fejn ikunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;

(vii)korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;

(viii)korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti;.

 ġdid

(ix)korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew id-dritt tal-Unjoni u eliġibbli li jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji, sal-punt li tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi kif stabbilit fil-punt (v) jew (vi) u jiġu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi ta’ kontroll jew garanziji finanzjarji ekwivalenti u li jistgħu jkunu, għal kull azzjoni, limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Fir-rigward tal-punti (c)(vi) u (vii) tal-ewwel subparagrafu, l-ammont ta’ garanziji finanzjarji meħtieġa jistgħu jkunu stipulati fl-att bażiku rilevanti u jista’ jkun limitat għall-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-korp ikkonċernat. Fil-każ ta’ aktar minn garanti wieħed, it-tqassim tal-ammont tal-obbligazzjoni totali li għandu jiġi kopert mill-garanziji għandu jiġi speċifikat fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, li jista’ jipprevedi li l-obbligazzjoni ta’ kull garanti tkun proporzjonata mas-sehem tal-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom lill-korp.

2.    Għall-finijiet ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-istrumenti msemmija fit-Titoli VII, VIII, IX, X u XII.

Għall-finijiet ta’ ġestjoni kondiviża, l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu dawk previsti f’regoli speċifiċi għas-settur.

Għall-finijiet ta’ ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tapplika t-Titolu VI u, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, it-Titoli VI u X. L-entitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni kkonċernat.

3.    Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 317 TFUE u ma għandhiex tiddelega dawk il-kompiti lil partijiet terzi, meta t-tali kompiti jkunu jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

Il-Kummissjoni ma għandhiex, permezz ta’ kuntratti skont it-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament, testernalizza kompiti li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u setgħat diskrezzjonali ta’ ġudizzju.

Artikolu 63

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

1.    Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni kondiviża, il-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jaċċertaw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplimentari għandhom jiġu stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-setturi.

2.    Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inkluż dawk leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi:

(a)jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu implimentati b’mod korrett u effikaċi u f’konformità mar-regoli speċifiċi applikabbli għas-settur;

(b)jinnominaw korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ fondi tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, u s-sorveljanza ta’ tali korpi;

(c)jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;

(d)jikkooperaw, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għas-settur, mal-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u, għal dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 71 , mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE).

Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, għandhom iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż, fejn meħtieġ, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju tat-tranżazzjonijiet. Għandhom ukoll jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ f’dan ir-rigward.

L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi jew f’dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tar-riskji u f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ta’ awditjar, għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-livell ta’ riskju evalwat b’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur.

3.    Skont il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi fil-livell xieraq sabiex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-korpi jistgħu jwettqu wkoll kompiti mhux relatati mal-ġestjoni ta’ fondi tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħrajn.

Meta jiddeċiedu dwar in-nomina ta’ korpi, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk li diġà qed jitħaddmu għall-perjodu preċedenti u jekk ħadmux b’mod effikaċi.

Jekk ir-riżultati tal-awditjar u tal-kontroll juru li l-korpi maħtura ma għadhomx konformi mal-kriterji stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi jinstab rimedju għalihom, inkluż billi tintemm il-ħatra f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-setturi.

Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom jiddefinixxu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess stabbilit f’dan il-paragrafu.

4.    Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom:

(a)jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha , li meta xieraq, tkun tista’ tistrieħ fuq kontrolli diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 36(9) ;

(b)jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f’waqtha;

(c)jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 5, 6 u 7;

(d)jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post f’konformità mal-Artikolu 38(2) sa (6  7  ).

Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679.

5.    Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara:

(a)bil-kontijiet tagħhom dwar l-infiq magħmul, waqt il-perjodu ta’ referenza rilevanti kif definit f’regoli speċifiċi għas-settur, fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u li jkunu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għar-rimborż;

(b)b’sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati f’sistemi, kif ukoll tal-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati.

6.    Il-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 għandhom jinkludu l-prefinanzjament u s-somom li fir-rigward tagħhom ikunu għaddejjin jew tlestew proċeduri ta’ rkupru. Għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta’ dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi:

(a)l-informazzjoni ġiet ippreżentata kif suppost, hija kompluta u preċiża;

(b)in-nefqa tkun intużat għall-iskop li kienet maħsuba għalih, kif definit f’regoli speċifiċi għas-settur;

(c)is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

7.    Il-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 u s-sommarju msemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa veritiera u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mingħand il-Kummissjoni hijiex legali u regolari, u jekk is-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost. L-opinjoni għandha tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-istqarrijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-iskadenza tal-15 ta’ Frar stipulata fil-paragrafu 5 tista’ tiġi estiża b’eċċezzjoni mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, abbażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu, fil-livell xieraq, jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u f’dan il-paragrafu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni abbażi tal-l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u f’dan il-paragrafu.

8.    Sabiex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha:

(a)tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet tal-korpi maħtura, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri;

(b)teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni in-nefqa li fir-rigward tagħha sar żborż bi ksur tal-liġi applikabbli;

(c)tinterrompi skadenzi għal pagamenti jew tissospendi pagamenti fejn dan ikun previst f’regoli speċifiċi għas-settur.

Il-Kummissjoni għandha ttemm l-interruzzjoni tal-iskadenzi għal pagament jew is-sospensjoni tal-pagamenti, għalkollox jew parzjalment, wara li Stat Membru jkun ippreżenta l-kummenti tiegħu u hekk kif ikun ħa l-miżuri neċessarji. Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9) għandu jkopri l-obbligi kollha skont dan il-paragrafu.

9.    Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea partikolarment rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-proċess stabbilit fil-paragrafu 3 u l-funzjoni tal-awditu.

10.    Il-Kummissjoni tiġbor reġistru ta’ entitajiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ ġestjoni, ta’ ċertifikazzjoni u tal-awditjar taħt regoli speċifiċi għas-settur.

11.    L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżorsi allokati lilhom taħt ġestjoni kondiviża flimkien ma’ operazzjonijiet u ma’ strumenti mwettqin skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur.

KAPITOLU 3

Uffiċċji Ewropej u korpi tal-Unjoni

Taqsima 1

Uffiċċji ewropej

Artikolu 64

Ambitu tal-kompetenzi tal-uffiċċji Ewropej

1.    Qabel ma twaqqaf uffiċċju Ewropew ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel studju tal-kost-benefiċċju u valutazzjoni tar-riskji assoċjati, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tagħhom u tipproponi li ddaħħal l-approprjazzjonijiet meħtieġa f’anness għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni.

2.    Fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom, l-uffiċċji Ewropej:

(a)għandhom iwettqu kompiti obbligatorji previsti fl-att ta’ stabbiliment tagħhom jew f’atti legali oħra tal-Unjoni;

(b)jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 66, iwettqu kompiti mhux obbligatorji awtorizzati mill-Kumitati Maniġerjali tagħhom wara li jikkunsidraw il-kost-benefiċċji u r-riskji assoċjati għall-partijiet involuti.

3.    Din it-Taqsima għandha tapplika għall-operat tal-OLAF, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 66 u tal-Artikolu 67(1), (2) u (3).

4.    L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu 8 ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 65

Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw uffiċċji Ewropej

1.    L-approprjazzjonijiet awtorizzati għall-implimentazzjoni tal-kompiti obbligatorji ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jiddaħħlu f’linja baġitarja speċifika fit-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni u għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall f’anness għal dik it-taqsima.

L-anness imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jieħu l-għamla ta’ dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa, suddiviża bl-istess mod bħat-taqsimiet tal-baġit.

L-approprjazzjonijiet imdaħħlin f’dak l-anness:

(a)għandhom ikopru r-rekwiżiti finanzjarji kollha ta’ kull uffiċċju Ewropew fit-twettiq tal-kompiti obbligatorji stipulati fl-att ta’ stabbiliment tiegħu jew f’atti legali oħra tal-Unjoni;

(b)jistgħu jkopru rekwiżiti finanzjarji ta’ uffiċċju Ewropew fil-prestazzjoni tal-kompiti mitlubin minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, minn korpi tal-Unjoni, minn uffiċċji Ewropej oħra u aġenziji mwaqqfin minn jew skont it-Trattati u awtorizzati skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju.

2.    Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imdaħħlin fl-anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skont l-Artikolu 73.

3.    It-tabella tal-persunal ta’ kull uffiċċju Ewropew għandha tkun annessa ma’ dik tal-Kummissjoni.

4.    Id-Direttur ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jieħu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti fl-anness imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’tali trasferimenti.

Artikolu 66

Kompiti mhux obbligatorji

1.    Għall-kompiti mhux obbligatorji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 64(2), uffiċċju Ewropew jista’:

(a)jirċievi delega għad-Direttur tiegħu mingħand istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn, flimkien ma’ delega tas-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rigward l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fit-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni jew ta’ uffiċċju Ewropew ieħor;

(b)jikkonkludi ftehimiet fil-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji oħra Ewropej jew partijiet terzi.

2.    Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati għandhom jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għad-delega tas-setgħat. It-tali delega għandha tkun maqbula skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tad-delega.

3.    Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew għandu, skont l-att ta’ stabbiliment tiegħu, jadotta d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-kompiti, l-irkupru tal-kostijiet imġarrba, u ż-żamma tar-rekords kontabilistiċi korrispondenti. L-uffiċċju Ewropew għandu jirrapporta r-riżultat ta’ tali rekords kontabilistiċi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni jew uffiċċji Ewropej oħra kkonċernati.

Artikolu 67

Rekords kontabilistiċi ta’ uffiċċji Ewropej

1.    Kull uffiċċju Ewropew għandu jħejji rekords kontabilistiċi tan-nefqa tiegħu, li jagħmluha possibbli li jkun iddeterminat il-proporzjon tas-servizzi tiegħu forniti lil kull istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni jew uffiċċju Ewropew ieħor. Id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tiegħu, jadotta l-kriterji li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-rekords kontabilistiċi.

2.    Il-kummenti rigward il-linja baġitarja speċifika, li fiha jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet totali għal kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati s-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 66 (1), għandhom juru estimu tal-kostijiet tas-servizzi forniti minn dak l-uffiċċju lil kull istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni u uffiċċju Ewropew ieħor ikkonċernat. Dan għandu jkun ibbażat fuq ir-rekords kontabilistiċi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.    Kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 66 (1) għandu jinnotifika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lill-korpi tal-Unjoni u lil uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati bir-riżultati tar-rekords kontabilistiċi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Ir-rekords kontabilistiċi ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jifformaw parti integrali mill-kontijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 247241.

5.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, jista’ jiddelega lil membru tal-persunal tal-uffiċċju Ewropew uħud mill-kompiti tal-uffiċjal relatati mal-ġbir tad-dħul u mal-pagament tan-nefqa li jsiru direttament mill-uffiċċju Ewropew ikkonċernat.

6.    Biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-flus tal-uffiċċju Ewropew, il-kontijiet tal-bank jew il-kontijiet giro tal-uffiċċju postali jistgħu jinfetħu f’ismu mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni. Il-pożizzjoni tal-likwidità finali għal kull sena għandha tiġi rrikonċiljata u aġġustata bejn l-Uffiċċju Ewropew ikkonċernat u l-Kummissjoni fi tmiem is-sena finanzjarja.

Taqsima 2

Aġenziji u korpi tal-unjoni

Artikolu 68

Applikabbiltà għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-baġit mill-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom.

Artikolu 69

Aġenziji eżekuttivi

1.    Il-Kummissjoni tista’ tiddelega setgħat lill-aġenziji eżekuttivi sabiex jimplimentaw programm jew proġett sħiħ tal-Unjoni jew parti minnu, inkluż proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u l-implimentazzjoni ta’ nefqiet amministrattivi, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 72 . L-aġenziji eżekuttivi għandhom jinħolqu permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandu jkollhom personalità ġuridika taħt id-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom jirċievu kontribuzzjoni annwali.

2.    Id-diretturi ta’ aġenziji eżekuttivi għandhom jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega rigward l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet operazzjonali relatati mal-programmi tal-Unjoni li jimmaniġġjaw bis-sħiħ jew b’mod parzjali.

3.    Il-kumitat ta’ tmexxija ta’ aġenzija eżekuttiva jista’ jaqbel mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata. Il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jinkariga lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-aġenzija eżekuttiva kkonċernata b’kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet kost-benefiċċji. Fiż-żewġ każijiet, għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interess.

Artikolu 70

Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom

1.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 269 274 ta’ dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regolament finanzjarju qafas għal korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità ġuridika u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit.

2.    Ir-regolament finanzjarju qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1.

3.    Ir-regoli finanzjarji tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

4.    Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

5.    L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

6.    Awditur indipendenti estern għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta’ kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw tajjeb l-introjtu, in-nefqa, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku rilevanti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar kull korp skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Waqt it-tħejjija ta’ dak ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għall-konstatazzjonijiet tal-awditur.

7.    L-aspetti kollha tal-awditjar estern indipendenti msemmi fil-paragrafu 6, inklużi l-konstatazzjonijiet rapportati, għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 71

Korpi ta’ sħubija pubblika-privata

Il-korpi li għandhom personalità ġuridika li huma stabbiliti b’att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi aċċertata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 274 269 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regolament finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata li jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi aċċertata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 158 154.

Ir-regoli finanzjarji tas-sħubija pubblika-privata ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju mudell għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 70(4) sa (7) għandu japplika għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata.

KAPITOLU 4

Atturi finanzjarji

Taqsima 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 72

Segregazzjoni tad-dmirijiet

1.    Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u esklużivi b’mod reċiproku.

2.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu jew tagħha u bi statut li jiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu jew tagħha.

Taqsima 2

Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

Artikolu 73

Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha twettaq id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

2.    Għall-fini ta’ dan it-Titolu, “persunal” tfisser persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.

3.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha, b’konformità mal-kundizzjonijiet fir-regoli ta’ proċedura tagħha, tiddelega d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lill-persunal fil-livell adegwat. Fir-regoli amministrattivi interni tagħha għandha tindika l-persunal li lilu tiddelega dawk id-dmirijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat delegati u jekk il-persuni delegati b’dawk is-setgħat jistgħux jissottodelegawhom.

4.    Is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu delegati jew sottodelegati biss lill-persunal.

5.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaġixxi fil-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sottodelega. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti jista’ jkun megħjun minn membru wieħed jew aktar tal-persunal fdat, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bit-twettiq ta’ ċerti operazzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni.

6.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni u kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 għandhom jinformaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bil-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega, ta’ awdituri interni u ta’ uffiċjali tal-kontabbiltà, u bi kwalunkwe regola interna li jadottaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet finanzjarji.

7.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri b’deċiżjonijiet ta’ delega u bil-ħatra ta’ amministraturi tal-imprest skont l-Artikoli 79 u 88.

Artikolu 74

Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli fl-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż permezz tal-iżgurar ta’ rappurtaġġ dwar il-prestazzjoni, u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità u ta’ trattament ugwali tar-riċevituri.

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, f’konformità mal-Artikolu 36 u mal-istandards minimi adottati minn kull istituzzjoni tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u għan-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali u s-sistemi ta’ kontroll intern xierqa għall-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta’ din l-istruttura u dawn is-sistemi għandu jkun appoġġat minn analiżi sħiħa tar-riskju, li tqis l-effikaċja tagħhom meta mqabbla mal-ispejjeż u l-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni.

3.    Sabiex jimplimenta n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu impenji baġitarji u legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti, u għandu jwettaq il-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

4.    Sabiex jimplimenta d-dħul, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jfassal l-estimi tal-ammonti riċevibbli, jistabbilixxi l-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u joħroġ l-ordnijiet ta’ rkupru. Fejn xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja għall-intitolamenti stabbiliti.

5.    Sabiex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet u biex jiġu mitigati r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi, kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta’ strateġija ta’ kontroll pluriennali li tqis ir-riskju. Kif imsemmi fl-Artikolu 36(9), il-kontrolli ex ante għandhom jużaw, fejn xieraq, għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti oħra.

Il-firxa f’termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività, abbażi tal-analiżi tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni stess tar-riskji. F’każ ta’ dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti għandu, bħala parti mill-kontroll ex-ante, jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb aċċertazzjoni raġonevoli.

Għal operazzjoni speċifika, il-verifika għandha ssir minn persunal għajr dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.

6.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta’ operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 36(9), il-kontrolli ex post għandhom jużaw, fejn xieraq, għodod awtomatizzati tal-IT u teknoloġiji emerġenti oħra.

Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal għajr dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.

Ir-regoli u l-modalitajiet, inkluż il-perijodi ta’ żmien, għat-twettiq tal-awditi tal-benefiċjarji għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u għandhom ikunu disponibbli għall-benefiċjarji meta jiffirmaw il-ftehim ta’ għotja.

7.    L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa.

F’kull istituzzjoni tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura dawn li ġejjin:

(a)li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni u taħriġ xierqa u aġġornata b’mod regolari dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan;

(b)li jittieħdu miżuri, fejn meħtieġa, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv u effiċjenti tas-sistemi ta’ kontroll skont il-paragrafu 2.

8.    Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b’dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bil-miktub. Jekk dak l-uffiċjal ma jweġibx f’perjodu ta’ żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar, il-membru tal-persunal għandu jgħarraf lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 146143.

F’każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bi kwalunkwe suspett ta’ attività illegali, ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi tal-Unjoni.

9.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu fil-forma ta’ rapport tal-attività annwali, li jkun fih informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni, inkluż ir-riżultati tal-kontrolli, u li jiddikjara li, minbarra kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma’ oqsma definiti ta’ dħul u nefqa, għandu aċċertazzjoni raġonevoli li:

(a)l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa veritiera u ġusta;

(b)ir-riżorsi assenjati għall-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-finijiet intenzjonati tagħhom u f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba; u

(c)il-proċeduri ta’ kontroll implimentati jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Ir-rapport annwali tal-attività għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin, b’referenza għall-objettivi u l-kunsiderazzjonijiet ta’ prestazzjoni stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi, ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni globali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-informazzjoni dwar kemm in-nefqa operazzjonali awtorizzata tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni u tiġġenera valur miżjud tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena preċedenti.

Ir-rapporti annwali tal-attività għas-sena finanzjarja tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji u aġenziji Ewropej għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja sussegwenti fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija Ewropej rispettivi b’mod faċilment aċċessibbli, soġġett għall-kunsiderazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ġġustifikati kif meħtieġ.

10.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, għal kull sena finanzjarja, jirreġistra kuntratti konklużi permezz ta’ proċeduri nnegozjati f’konformità mal-punti (a) sa (f) tal-punt 11.1 u l-punt 39 tal-Anness I. Jekk il-proporzjon ta’ proċeduri nnegozjati fir-rigward tal-għadd ta’ kuntratti  proċeduri aġġudikati mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jiżdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin preċedenti jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla sew mill-medja rreġistrata għall-istituzzjoni tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tal-Unjoni u jistabbilixxi kwalunkwe miżura meħuda sabiex titreġġa’ lura dik ix-xejra. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat rapport dwar il-proċeduri nnegozjati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 75

Żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi sistemi elettroniċi jew ibbażati fuq karta għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn oriġinali relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja marbuta mad-dokumenti.

Bla preġudizzju għall-ewwel paragrafu, id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet għandhom fi kwalunkwe każ jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik meta jingħalqu b’mod definittiv dawk l-operazzjonijiet.

Id-data personali inkluża fid-dokumenti ta’ sostenn għandha, fejn possibbli, titħassar meta dik id-data ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta’ kwittanza baġitarja, ta’ kontroll u ta’ awditjar. L-Artikolu 4 37(2) tar-Regolament (EE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data dwar it-traffiku.

Artikolu 76

Setgħat u dmirijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni

1.    Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2), huma għandhom ikunu soġġetti għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni tal-Unjoni responsabbli għad-definizzjoni, għall-eżerċizzju, għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni xierqa tal-fondi, sabiex tiġi żgurata b’mod partikolari l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fil-ġestjoni tal-fondi u l-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandhom ikunu soġġetti għar-regoli interni tal-Kummissjoni u għall-Istatut tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom. Huma jistgħu jkunu assistiti fi dmirijiethom mill-persunal tal-Kummissjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Għal dan il-għan, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni li x’aktarx tqiegħed f’riskju l-kapaċità tal-Kummissjoni biex twettaq ir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit sottodelegat lilhom kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta’ prijoritajiet li x’aktarx ikollu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.

Meta jinqalgħu sitwazzjoni jew kunflitt tat-tip imsemmi fit-tieni subparagrafu, Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu b’dan mingħajr dewmien lid-Diretturi Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni u tas-SEAE. Dawk id-Diretturi Ġenerali għandhom jieħdu passi xierqa biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni.

2.    Jekk il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu rwieħhom f’sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 74(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 146143. Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

3.    Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2) għandhom jagħmlu rapporti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tagħhom sabiex dan ikun jista’ jintegra r-rapporti tagħhom fir-rapport annwali ta’ attività tiegħu msemmi fl-Artikolu 74(9). Ir-rapporti ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll interni stabbiliti fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni ta’ operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u jipprovdu l-assigurazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 92(5). Dawk ir-rapporti għandhom jiġu mehmuża bħala annessi mar-rapport annwali tal-attività tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, u għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b’kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom.

Il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw b’mod sħiħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kull informazzjoni addizzjonali neċessarja. F’dan il-kuntest, jistgħu jintalbu jattendu laqgħat tal-korpi rilevanti u jassistu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’delega.

Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2) għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tal-Kummissjoni fuq talba tagħha stess jew, fil-kuntest tal-kwittanza, fuq talba mill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sottodelega ta’ setgħat lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma tkunx ta’ detriment għall-proċedura ta’ kwittanza, skont l-Artikolu 319 TFUE.

4.    Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Taqsima 3

Uffiċjal tal-kontabbiltà

Artikolu 77

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tappunta uffiċjal tal-kontabbiltà li għandu jkun responsabbli għal f’dik l-istituzzjoni għal dan li ġej:

(a)l-implimentazzjoni adegwata tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet skont it-Titolu XIII;

(c)iż-żamma tal-kontijiet skont l-Artikoli 82 u 84;

(d)l-istabbiliment tar-regoli kontabilistiċi, tal-proċeduri u tat-tabella tal-kontijiet skont l-Artikoli 80 sa 84;

(e)jistabbilixxi u jivvalida s-sistemi tal-kontijiet u, fejn meħtieġ, is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet;

(f)l-immaniġġjar ta’ flus.

Fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa mogħti s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe ħin il-konformità mal-kriterji ta’ validazzjoni.

2.    Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tas-SEAE għandhom jikkonċernaw biss it-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE kif implimentat mis-SEAE. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibqa’ responsabbli għat-taqsima kollha tal-baġit relatata mal-Kummissjoni, inklużi l-operazzjonijiet ta’ kontabbiltà li jirrigwardaw l-approprjazzjonijiet mgħoddija b’sottodelega lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE.

Artikolu 78

Il-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taħtar uffiċjal tal-kontabbiltà mill-uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jintgħażel mill-istituzzjoni tal-Unjoni fuq il-bażi tal-kompetenza partikolari tiegħu kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali ekwivalenti.

2.    Jista’ jkun hemm żewġ istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni jew aktar li jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabbiltà.

F’każ bħal dan, huma jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

3.    Irid jitħejja bilanċ ta’ tqabbil preliminari mingħajr dewmien f’każ ta’ terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

4.    Il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari akkumpanjat minn rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid mill-uffiċjal tal-kontabbiltà li jkun qiegħed itemm id-dmirijiet tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ ta’ tqabbil preliminari b’aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data tat-trażmissjoni u jista’ jagħmel riservi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u kull riserva li ssir.

Artikolu 79

Poteri li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat u lil amministraturi tal-imprest maħturin skont l-Artikolu 89(1).

L-istrument tad-delega għandu jistabbilixxi dawk il-kompiti.

Artikolu 80

Regoli tal-kontabbiltà

1.    Ir-regoli kontabilistiċi li jridu jiġu applikati minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, uffiċċji Ewropej u aġenziji u korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu bbażati fuq standards kontabilistiċi aċċettati f’livell internazzjonali għas-settur pubbliku. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-uffiċjali tal-kontabbiltà ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ uffiċċji Ewropej u ta’ korpi tal-Unjoni oħrajn.

2.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jiddevja mill-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-miżati, tal-introjtu u tal-fluss tal-flus. Meta regola kontabilistika tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dak il-fatt u r-raġunijiet għal dan.

3.    Ir-regoli kontabilistiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-prinċipji kontabilistiċi sottostanti għall-kontijiet.

4.    Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 247241 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f’dan ir-Regolament. Għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Għandhom jirreġistraw l-operazzjonijiet kollha tad-dħul u tan-nefqa previsti f’dan it-Titolu u jagħtu preżentazzjoni ġusta tagħhom.

Artikolu 81

Organizzazzjoni tal-kontijiet

1.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni għandu jfassal u jżomm aġġornati dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni tiegħu.

2.    Id-dħul u l-infiq għandhom jiġu rreġistrati f’sistema kompjuterizzata skont in-natura ekonomika tal-operazzjoni, bħala dħul jew nefqa kurrenti jew bħala kapital.

Artikolu 82

Żamma tal-kontijiet

1.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli sabiex jistabbilixxi t-tabelli armonizzati tal-kontijiet li jridu jiġu applikati minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, minn uffiċċji Ewropej u mill-aġenziji u korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

2.    L-uffiċjali tal-kontabbiltà għandhom jiksbu mingħand l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet li jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni baġitarja. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni.

3.    Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni tal-Unjoni jew mill-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 70, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiffirmahom u b’hekk jiċċertifika li huwa għandu aċċertazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 70.

Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 80 u l-proċeduri kontabilistiċi, imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(1), u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu, f’konformità mar-regoli adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, jibgħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà kwalunkwe informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni li tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiġi informat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, regolarment u mill-inqas għall-għeluq tal-kontijiet, dwar id-data finanzjarja rilevanti tal-kontijiet bankarji fiduċjarji sabiex jippermetti li l-użu tal-fondi tal-Unjoni jkun rifless fil-kontijiet tal-Unjoni.

L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom u l-kompletezza u l-akkuratezza tal-informazzjoni mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

5.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinnotifika lill-uffiċjal tal-kontabbiltà dwar l-iżviluppi jew il-modifiki sinifikanti kollha ta’ sistema ta’ ġestjoni finanzjarja, ta’ sistema ta’ inventarju jew ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, jekk din tipprovdi data għall-kontijiet tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tintuża biex tissostanzja d-data tagħha, sabiex l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkun jista’ jivverifika l-konformità mal-kriterji tal-validazzjoni.

Fi kwalunkwe waqt, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jerġa’ jeżamina sistema ta’ ġestjoni finanzjarja diġà vvalidata u jista’ jitlob li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jikkoreġi, b’mod puntwali, id-dgħufijiet possibbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun responsabbli għall-kompletezza tal-informazzjoni mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

6.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa mogħti s-setgħa jikkontrolla l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju sabiex jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu, jekk ikunu meħtieġa, jagħmel riżervi li jispjegaw eżattament in-natura u l-ambitu ta’ tali riżervi.

7.    Is-sistema kontabilistika ta’ istituzzjoni tal-Unjoni għandha sservi għall-organizzazzjoni tal-informazzjoni tal-baġit u tal-finanzi b’tali mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jinħażnu u jiġu rreġistrati.

8.    Is-sistema kontabilistika għandha tikkonsisti fil-kontijiet ġenerali u fil-kontijiet baġitarji. Il-kontijiet jinżammu f’euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.

9.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jżomm ukoll kontijiet tal-ġestjoni dettaljati.

10.    Id-dokumenti ta’ sostenn għas-sistema kontabilistika u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 247241 għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja li dwarha jkunu d-dokumenti.

Madankollu, id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għalkollox għandhom jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet. L-Artikolu 437(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data dwar it-traffiku.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tiddeċiedi f’liema dipartiment għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ sostenn.

Artikolu 83

Kontenut u żamma tal-kontijiet tal-baġit

1.    Għal kull sottodiviżjoni tal-baġit, il-kontijiet baġitarji għandhom juru:

(a)fil-każ ta’ nefqa:

(i)l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit, inklużi l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġits emendatorji, l-approprjazzjonijiet riportati, l-approprjazzjonijiet disponibbli wara l-ġbir tad-dħul assenjat, it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet u t-total ta’ approprjazzjonijiet li b’hekk ikunu disponibbli;

(ii)l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fir-rigward tas-sena finanzjarja;

(b)fil-każ ta’ dħul:

(i)l-estimi mdaħħla fil-baġit, inklużi l-estimi mdaħħla fil-baġits emendatorji, id-dħul assenjat u l-ammont totali ta’ dħul stmat;

(ii)l-intitolamenti stabbiliti u l-ammonti rkuprati fir-rigward tas-sena finanzjarja;

(c)l-impenji li għad iridu jitħallsu u d-dħul li għad irid jiġi rkuprat, riportati mis-snin finanzjarji preċedenti.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu u jintwerew b’mod separat.

2.    Il-kontijiet baġitarji għandhom juru b’mod separat:

(a)l-użu tal-approprjazzjonijiet riportati u l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja;

(b)l-approvazzjoni ta’ impenji pendenti.

Fuq in-naħa tad-dħul, l-ammonti li jkunu għad iridu jiġu rkuprati mis-snin finanzjarji preċedenti jintwerew b’mod separat.

Artikolu 84

Kontijiet ġenerali

1.    Il-kontijiet ġenerali għandhom, fl-ordni kronoloġika, bl-użu tal-metodu tal-kontroentrati, jirreġistraw l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-aġenziji u ta’ korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

2.    Il-bilanċi u ċ-ċaqliq fil-kontijiet ġenerali għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kontijiet.

3.    L-entrati kontabilistiċi kollha, inklużi l-aġġustamenti għall-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ sostenn, li għandhom jirreferu għalihom l-entrati.

4.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jħalli rekord tal-awditjar ċar għall-entrati kontabilistiċi kollha.

Artikolu 85

Kontijiet bankarji

1.    Għall-ħtiġijiet tal-immaniġġar ta’ flus, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, f’isem l-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu, jiftaħ kontijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ma’ banek ċentrali nazzjonali jew jitlob li jinfetħu tali kontijiet. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli wkoll għall-għeluq ta’ dawk il-kontijiet jew għall-iżgurar li jingħalqu.

2.    It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operat u l-użu tal-kontijiet għandhom, skont il-ħtiġijiet tal-kontroll intern, jistipulaw li ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju u kwalunkwe operazzjoni bankarja oħra, iridu jiġu ffirmati minn membru wieħed jew aktar tal-persunal awtorizzat. L-istruzzjonijiet manwali jiġu ffirmati minn tal-anqas żewġ membri tal-persunal li jkunu awtorizzati biex jiffirmaw, jew mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

3.    Fl-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni, jistgħu jinfetħu kontijiet fiduċjarji għan-nom tal-Kummissjoni sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tagħhom minn entità skont il-punt (c)(ii), (iii), (v) jew (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1).

Tali kontijiet għandhom jinfetħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Tali kontijiet huma ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

4.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi r-regoli għall-ftuħ, il-ġestjoni u l-għeluq tal-kontijiet fiduċjarji u l-użu tagħhom.

Artikolu 86

Amministrazzjoni tat-teżorerija

1.    Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontabbiltà biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.

2.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jara li l-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed fondi sabiex tkopri r-rekwiżiti ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni baġitarja fil-qafas regolatorju applikabbli u għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-ebda wieħed mill-kontijiet miftuħin skont l-Artikoli 85(1) u 89(3) ma jkun f’debitu.

3.    Il-pagamenti għandhom isiru bi trasferiment ta’ kreditu bankarju, b’ċekk jew minn kontijiet tal-imprest, jew jekk dan ikun awtorizzat b’mod speċifikat mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, b’karta ta’ kreditu, b’karta ta’ debitu, b’portafolli elettroniċi, b’debitu dirett jew b’mezzi oħra ta’ pagament, f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

Qabel ma jassumi impenn ma’ parti terza, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikkonferma l-identità tal-benefiċjarju, jistabbilixxi l-entità legali u d-dettalji tal-pagament tal-benefiċjarju u jdaħħalhom fil-fajl komuni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li għalih l-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa responsabbli sabiex jiġu żgurati trasparenza, responsabbiltà u implimentazzjoni korretta tal-ħlas.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jagħmel pagamenti biss jekk l-ewwel l-entità legali u d-dettalji tal-pagament tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu f’fajl komuni mill-istituzzjoni tal-Unjoni li għaliha jkun responsabbli l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jinformaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà dwar kwalunkwe bidla fl-entità legali u fid-dettalji tal-pagament ikkomunikati lilhom mill-benefiċjarju u għandhom jiċċekkjaw li dawk id-dettalji jkunu għadhom validi qabel ma jawtorizzaw xi pagament.

Artikolu 87

L-inventarju tal-assi

1.    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji jew il-korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom iżommu inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tagħhom, tanġibbli, mhux tanġibbli u finanzjarji, b’konformità ma’ mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Għandhom jivverifikaw ukoll li l-entrati fl-inventarji rispettivi tagħhom jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali.

L-oġġetti kollha miksuba b’perjodu ta’ użu ta’ aktar minn sena, li mhumiex konsumibbli, u li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni tagħhom ikun ogħla minn dak indikat fil-proċeduri kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 77 għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-assi fissi.

2.    Il-bejgħ tal-assi tanġibbli tal-Unjoni għandu jkun reklamat kif xieraq.

3.    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji jew il-korpi tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-assi inklużi fl-inventarji rispettivi tagħhom u jiddeċiedu liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema tal-inventarji.

Taqsima 4

Amministratur tal-imprest

Artikolu 88

Ħolqien ta’  kKontijiet tal-imprest

 ġdid

1.    Il-ħolqien ta’ kont tal-imprest u l-ħatra ta’ amministratur tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tispeċifika t-termini operatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kont tal-imprest.

🡻 2018/1046

 ġdid

21.    Il-kontijiet tal-imprest jistgħu jitwaqqfu għall-pagament tan-nefqa fejn, minħabba l-ammonti limitati involuti, ikun materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ pagament bi proċeduri baġitarji  skont ir-regoli ġenerali għal operazzjonijiet ta’ nefqa. L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur tal-imprest f’każijiet bħal dawn għandu jiġi stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabbiltà għal kull tip ta’ nefqa u fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-kontijiet tal-imprest jistgħu jitwaqqfu wkoll għall-ġbir ta’ dħul għajr ir-riżorsi proprji.

 ġdid

Fil-qasam tal-għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw mingħajr ebda limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-linja baġitarja li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja kurrenti u f’konformità mar-regoli interni tal-Kummissjoni.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw ukoll għall-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ta’ ammonti limitati permezz ta’ proċeduri baġitarji  f’konformità mar-regoli ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ nefqa ta’ ammonti limitati għal EUR 60 000 għal kull partita ta’ nefqa, jekk tali użu jkun effiċjenti u effettiv fid-dawl tar-rekwiżiti lokali. Meta jkunu meħtieġa għall-pagament tan-nefqa miż-żewġ taqsimiet tal-baġit relatati mal-Kummissjoni u mas-SEAE, dawn għandhom jiġu stabbiliti bħala kontijiet tal-imprest separati.  L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur tal-imprest meta jkun materjalment impossibbli jew mhux effiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ proċeduri baġitarji għandu jiġi stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabbiltà u ma għandux jaqbeż EUR 60000 għal kull nefqa.

Madankollu, fil-qasam tal-għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw mingħajr ebda limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-linja baġitarja li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja kurrenti u skont ir-regoli interni tal-Kummissjoni.

2.    Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti kontijiet tal-imprest għall-pagament tan-nefqa kemm mit-taqsima tal-baġit relatata mal-Kummissjoni kif ukoll mit-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE, sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tan-nefqa.

Artikolu 89

Ħolqien u Aamministrazzjoni ta’ kontijiet tal-imprest

1.    Il-ħolqien ta’ kont tal-imprest u l-ħatra ta’ amministratur tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni, fuq il-bażi ta’ proposta debitament issostanzjata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Dik id-deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tal-amministratur tal-imprest u tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

1. L-amministraturi tal-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk ikun hemm bżonn u f’każijiet debitament sostanzjati biss, minn membri oħrajn tal-persunal jew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli interni tal-Kummissjoni minn persunal imħaddem mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja diment li l-kuntratti ta’ impjieg tagħhom jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni f’termini ta’ obbligazzjoni kif applikabbli għall-persunal skont l-Artikolu 95. L-amministraturi tal-imprest għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kwalifiki partikolari tagħhom kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali xierqa, jew wara li jattendu programm ta’ taħriġ xieraq.

2.    Fil-proposti għal deċiżjonijiet sabiex jinħoloq kont tal-imprest, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li:

   (a)    tingħata prijorità lill-użu ta’ proċeduri baġitarji meta jkun hemm aċċess għas-sistema kompjuterizzata ċentrali tal-kontabbiltà;

   (b)    il-kontijiet tal-imprest jintużaw biss f’każijiet debitament sostanzjati.

F’deċiżjonijiet sabiex jinħoloq kont tal-imprest, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jispeċifika t-termini operazzjonali u l-kondizzjonijiet għall-użu tal-kont tal-imprest.

L-emendar tat-termini operazzjonali għal kont tal-imprest għandu jkun soġġett ukoll għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà fuq proposta debitament sostanzjata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

3.    Il-kontijiet tal-bank għall-imprest għandhom jinfetħu u jiġu mmonitorjati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, li għandu jawtorizza wkoll firem delegati fuqhom fuq il-bażi ta’ proposta debitament sostanzjata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

24.    Il-kontijiet tal-imprest għandhom ikunu alimentati bis-superviżjoni tal- mill- uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi tal-imprest.

35.    Il-pagamenti li jsiru jiġu segwiti minn deċiżjonijiet formali ta’ validazzjoni finali u/jew minn ordnijiet ta’ pagament iffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

It-tranżazzjonijiet tal-imprest li jitwettqu barra mir-regoli ġenerali għal operazzjoniet ta’ nefqa għandhom jiġu saldati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni sal-aħħar tax-xahar ta’ wara, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu rikonċiljati l-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ fil-bank.

46.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jissorvelja  jwettaq kontrolli, jew iqabbad lil membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment tal-awtorizzazzjoni li jkun ingħata speċifikament is-setgħa għal dak il-għan. Dawk il-kontrolli għandhom, bħala regola ġenerali, jsiru fuq il-post u, fejn meħtieġ, mingħajr ebda twissija, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u sabiex jiġi vverifikat jivverifika li t-tranżazzjonijiet tal-imprest ikunu saru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikkomunika s-sejbiet ta’ dawk il-kontrolli lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

KAPITOLU 5

Obbligazzjoni tal-atturi finanzjarji

Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 90

Irtirar ta’ delegi ta’ setgħat lil, u sospensjoni tal-kompiti ta’, atturi finanzjarji

1.    Fi kwalunkwe waqt, l-awtorità li taħtar lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli tista’ tneħħi d-delega jew is-sottodelega ta’ dawn b’mod temporanju jew definittiv.

2.    L-uffiċjali tal-kontabbiltà jew l-amministraturi tal-imprest, jew it-tnejn, jistgħu fi kwalunkwe waqt ikunu sospiżi temporanjament jew definittivament mid-dmirijiet tagħhom mill-awtorità li tkun ħatret lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

3.    Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari meħuda fir-rigward tal-atturi finanzjarji msemmija f’dawk il-paragrafi.

Artikolu 91

Obbligazzjoni tal-atturi finanzjarji għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni

1.    Dan il-Kapitolu huma bla preġudizzju għal kwalunkwe obbligazzjoni taħt id-dritt kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 90 jistgħu jeħlu kif previst fid-dritt nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.

2.    Bla preġudizzju għall-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ dan ir-Regolament, kull wieħed mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mill-uffiċjali tal-kontabbiltà jew mill-amministraturi tal-imprest għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta’ kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, jew għall-persunal imħaddem mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 89(1) ta’ dan ir-Regolament fil-kuntratti ta’ impjieg tiegħu. Fil-każ ta’ attività illegali, ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari lill-OLAF.

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli

Artikolu 92

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun soġġett għall-pagament ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal.

2.    L-obbligu li jitħallas kumpens għandu japplika b’mod partikolari jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu:

(a)jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet ta’ rkupru, jimpenja nefqa jew jiffirma ordni ta’ pagament mingħajr ma jkun konformi ma’ dan ir-Regolament;

(b)jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għal pagament, u b’hekk jesponi lill-istituzzjoni tal-Unjoni għal kawża ċivili minn partijiet terzi.

3.    Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega li jirċievi struzzjoni vinkolanti u li huwa jqis bħala irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, għandu jinforma dwar il-fatt lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega dwar dak il-fatt, bil-miktub. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fil-ħin u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega ma għandhiex tinżamm responsabbli. Huwa għandu jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sigurtà rilevanti.

L-istess proċedura għandha tapplika f’każijiet fejn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jikkonsidra li deċiżjoni li tkun fir-responsabilità tiegħu li jieħu tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew fejn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jsir jaf, waqt l-eżekuzzjoni ta’ struzzjoni vinkolanti, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu jagħtu lok għal tali sitwazzjoni.

Kwalunkwe struzzjoni li tiġi kkonfermata fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi rreġistrata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega responsabbli u tissemma fir-rapport annwali tal-attività tiegħu.

4.    Fil-każ ta’ sottodelega fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jibqa’ responsabbli għall-effiċjenza u għall-effikaċja tas-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll interni stabbiliti u għall-għażla tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega.

5.    Fil-każ ta’ sottodelega lil Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega għandhom ikunu responsabbli għad-definizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni fis-seħħ, kif ukoll l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom. Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għat-twaqqif u għall-funzjonament adegwat ta’ dawk is-sistemi, skont l-istruzzjonijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, u għall-ġestjoni tal-fondi u l-operazzjonijiet li dawn jeżegwixxu fid-delegazzjoni tal-Unjoni taħt ir-responsabilità tagħhom. Qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom, huma għandhom isegwu korsijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar il-kompiti u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, f’konformità mal-Artikolu 76(3), jirrapportaw dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Kull sena, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega tal-Kummissjoni l-assigurazzjoni dwar is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni stabbiliti fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u r-riżultati tagħhom, sabiex jippermettu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jifformula d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kif previst fl-Artikolu 74(9).

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas ta’ Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 93

It-trattament tal-irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta’ membru tal-persunal

1.    Bla preġudizzju għas-setgħat tal-OLAF u għall-awtonomija amministrattiva ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji Ewropej jew korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħhom u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-protezzjoni tal-informaturi, kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ membru tal-persunal għandu jiġi riferut, għal opinjoni, lill-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)l-awtorità tal-ħatra inkarigata minn kwistjonijiet dixxiplinari;

(b)l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, inklużi l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega skont l-Artikolu 60(2).

Meta l-bord jiġi mgħarraf direttament b’xi kwistjoni minn membru tal-persunal, huwa għandu jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni tal-Unjoni, lill-korp tal-Unjoni, lill-uffiċċju jew il-korp Ewropew jew lill-persuna kkonċernati u għandu jinforma lill-membru tal-persunal b’dan. L-awtorità tal-ħatra tista’ titlob l-opinjoni tal-bord dwar il-każ.

2.    Talba għal opinjoni tal-bord skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-fatti u l-att jew l-ommissjoni li l-bord jintalab biex jivvaluta, kif ukoll minn dokumenti rilevanti ta’ sostenn, inkluż rapporti ta’ kwalunkwe investigazzjoni li tkun saret. Kull fejn hu possibbli, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’forma anonimizzata.

Qabel ma tissottometti talba jew kwalunkwe tagħrif addizzjonali lill-bord, l-awtorità tal-ħatra jew l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, kif xieraq, għandhom jagħtu lill-membru tal-persunal involut l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, wara li jkunu notifikati lilu jew lilha d-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, sa fejn dik in-notifika ma timminax serjament it-twettiq ta’ investigazzjonijiet ulterjuri.

3.    Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-bord imsemmi fl-Artikolu 146143 għandu jkun kompetenti biex jivvaluta jekk, abbażi tal-elementi ppreżentati lilu skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe tagħrif addizzjonali riċevut, tkun seħħitx irregolarità finanzjarja. Abbażi tal-opinjoni tal-bord, l-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Jekk il-bord jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-membru tal-persunal involut, kif ukoll lill-awditur intern.

4.    Meta il-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jkun magħmul mill-membri msemmija fl-Artikolu 146143(2) , subparagrafu 1, il-punti (a) u (b), kif ukoll minn dawn it-tliet il-membri addizzjonali li ġejjin, li għandhom jinħatru b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interessi:

(a)rappreżentant tal-awtorità tal-ħatra inkarigata bi kwistjonijiet dixxiplinari tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati meta l-każ jiġi riferut f’konformità mal-paragrafu 1(a) tal-Artikolu jew rappreżentant tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-każ jiġi riferut f’konformità mal-paragrafu (1)(b) ;

(b)membru maħtur mill-kumitat tal-persunal tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati;

(c)membru tas-servizz legali tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tħaddem lill-membru tal-persunal ikkonċernat.

Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tkun indirizzata lill-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati.

5.    Il-bord ma għandu jkollu l-ebda setgħa investigattiva. L-istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew jew korp jew persuna kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-bord bil-ħsieb li jiġi żgurat li hija jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tagħti l-opinjoni tagħha.

6.    Meta l-bord jikkunsidra li l-każ huwa kwistjoni għall-OLAF, huwa għandu, f’konformità mal-paragrafu 1, jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra rilevanti mingħajr dewmien u jgħarraf lill-OLAF minnufih.

7.    L-Istati Membri għandhom jappoġġaw b’mod sħiħ lill-Unjoni fl-infurzar ta’ kwalunkwe obbligazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta’ persunal temporanju li għalih japplika l-punt (e) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 3

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabbiltà u għall-amministraturi tal-imprest

Artikolu 94

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabbiltà

Uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta’ kumpens, kif stabbilit fi u skont il-proċeduri fir-Regolamenti tal-Persunal. Uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, b’mod partikolari, isir soġġett għal dan b’riżultat ta’ xi waħda mill-forom li ġejjin ta’ mġiba ħażina min-naħa tiegħu jew tagħha:

(a)telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)bdil ta’ kontijiet bankarji jew kontijiet giro postali b’mod żbaljat;

(c)irkuprar jew pagament ta’ ammonti li ma jkunux konformi mal-ordnijiet ta’ rkupru jew ordnijiet ta’ pagament korrispondenti;

(d)huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

Artikolu 95

Regoli applikabbli għall-amministratur tal-imprest

B’mod partikolari, amministratur tal-imprest jista’ jsir soġġett għal dan bħala riżultat ta’ xi waħda mill-forom li ġejjin ta’ mġiba ħażina minn naħa tiegħu jew tagħha:

(a)telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn adegwati għall-pagamenti li jkun għamel;

(c)pagamenti magħmula lil persuni li mhumiex intitolati għal tali pagamenti;

(d)huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

KAPITOLU 6

Operazzjonijiet ta’ dħul

Taqsima 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji

Artikolu 96

Riżorsi proprji

1.    Estimu tad-dħul kostitwit mir-riżorsi proprji, kif imsemmi fid-Deċizjoni (UE, Euratom) 2020/2053 Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom għandu jiddaħħal fil-baġit f’euro. Ir-riżorsi proprji korrispondenti għandhom ikunu disponibbli skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 , mar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770 u mar-Regolament (UE, Euratom) [XXX] .

2.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jħejji skeda li tindika meta r-riżorsi proprji definiti fid-Deċżjoni (EU, Euratom) 2020/2053 Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

Ir-riżorsi proprji għandhom jiġu stabbiliti u rkuprati b’konformità mar-regoli adottati skont dik id-Deċiżjoni.

Għal skopijiet kontabilistiċi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu joħroġ ordni ta’ rkupru għal krediti u debiti għall-kont għal riżorsi proprji msemmija fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 , fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2021/770 u fir-Regolament (UE, Euratom) [XXX] .

Taqsima 2

Estimu tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 97

Estimu tal-ammonti riċevibbli

1.    Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli fir-rigward ta’ xi miżura jew sitwazzjoni li jistgħu jwasslu biex ikun hemm ammont dovut lill-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel estimu tal-ammont riċevibbli.

2.    L-estimu tal-ammont riċevibbli għandu jkun aġġustat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli malli dan isir jaf b’avveniment li jimmodifika l-miżura jew is-sitwazzjoni li wasslet biex isir l-estimu.

Meta jistabbilixxi l-ordni ta’ rkupru dwar miżura jew sitwazzjoni li qabel kienet wasslet biex isir estimu tal-ammonti riċevibbli, tali estimu għandu għaldaqstant jiġi aġġustat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Jekk l-ordni ta’ rkupru tinħareġ għall-istess ammont bħall-estimu oriġinali tal-ammonti riċevibbli, dan l-estimu għandu jitnaqqas għal żero.

3.    B’deroga mill-paragrafu 1, l-ebda estimu tal-ammont riċevibbli ma għandu jsir qabel mal-Istati Membri jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti tar-riżorsi proprji kif definiti fid-Deċżjoni (EU, Euratom) 2020/2053 Deċiżjoni 2014/335/KE, Euratom, li huma mħallsa f’intervalli stabbiliti mill-Istati Membri. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu joħroġ ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ dawk l-ammonti.

Taqsima 3

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 98

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

1.    Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:

(a)jivverifika li d-dejn jeżisti;

(b)jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tad-dejn; u

(c)jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom ikun dovut id-dejn.

L-istabbiliment tal-ammont riċevibbli għandu jikkostitwixxi r-rikonoxximent tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ debitur u l-istabbiliment tal-intitolament li d-debitur jintalab iħallas id-dejn.

2.    Kwalunkwe ammont riċevibbli li huwa identifikat bħala ammont fiss, ċert u dovut għandu jiġi stabbilit b’ordni ta’ rkupru li permezz tagħha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontabbiltà biex jirkupra l-ammont. Għandu jiġi segwit minn nota ta’ debitu mibgħuta lid-debitur, ħlief f’każijiet li fihom titwettaq proċedura ta’ rinunzja minnufih skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4. Kemm l-ordni ta’ rkupru kif ukoll in-nota ta’ debitu għandhom jitfasslu mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat in-nota ta’ debitu minnufih wara li jistabbilixxi l-ammont riċevibbli u mhux aktar tard minn fi żmien perjodu ta’ ħames snin minn meta l-istituzzjoni tal-Unjoni kienet, f’ċirkustanzi normali, f’pożizzjoni li tagħmel pretensjoni għad-dejn tagħha. Dan il-perjodu ma għandux ikun japplika meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi li, minkejja l-isforzi li għamlet l-istituzzjoni tal-Unjoni, id-dewmien fit-teħid ta’ azzjoni kien ikkaġunat mill-imġiba tad-debitur.

3.    Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li:

(a)l-ammont riċevibbli jkun ċert, jiġifieri ma jkun soġġett għall-ebda kundizzjoni;

(b)l-ammont riċevibbli jkun fiss, espress preċiżament f’termini ta’ flus kontanti;

(c)l-ammont riċevibbli jkun dovut u ma jkun soġġett għall-ebda żmien ta’ pagament;

(d)id-dettalji tad-debitur ikunu korretti;

(e)l-ammont ikun allokat għall-partita baġitarja korretta;

(f)id-dokumenti ta’ sostenn huma kif suppost; u

(g)ikun irrispettat il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101(2).

4.    In-nota ta’ debitu tinforma lid-debitur li:

(a)l-Unjoni stabbilixxiet l-ammont riċevibbli;

(b)jekk il-pagament tad-debitu jsirqabel id-data tal-għeluq, kif speċifikata fin-nota ta’ debitu, ma jkun dovut l-ebda imgħax ta’ inadempjenza;

(c)jekk il-pagament tad-dejn ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, id-dejn għandu jipproduċi mgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 99, bla l-ebda ħsara għal kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli;

(d)jekk il-pagament tad-dejn ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), l-istituzzjoni tal-Unjoni teżerċita l-irkupru permezz ta’ tpaċija jew permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

(e)f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jeffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta huwa jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun ser jintilef, wara li d-debitur ikun ġie mgħarraf bir-raġunijiet u d-data tal-irkupru permezz ta’ tpaċija;

(f)jekk, wara li jittieħdu l-passi kollha stipulati fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan is-subparagrafu, l-ammont ikun għadu ma ġiex irkuprat kollu, l-istituzzjoni tal-Unjoni teżerċita l-irkupru bl-infurzar ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 100(2) jew b’azzjoni legali.

Meta wara l-verifika tad-dettalji tad-debitur jew fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli dak iż-żmien, ikun ċar li d-dejn jaqa’ taħt il-każijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101(2), jew li n-nota ta’ debitu ma tkunx intbagħtet skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, jiddeċiedi li jagħti rinunzja direttament skont l-Artikolu 101 mingħajr ma jibgħat nota ta’ debitu, bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jistampa n-nota ta’ debitu u jibgħatha lid-debitur. L-uffiċjal tal-kontabbiltà jiġi mgħarraf li n-nota ta’ debitu ntbagħtet permezz tas-sistema ta’ informazzjoni finanzjarja.

5.    L-ammonti mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati.

Artikolu 99

Imgħax tal-inadempjenza

1.    Bla preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi, kwalunkwe ammont riċevibbli li ma jitħallasx lura fid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4) għandu jeħel imgħax skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.    Ħlief fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli li ma jitħallsux lura fid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun id-data tal-għeluq, u miżjuda hekk:

(a)bi tmien punti perċentwali meta l-avveniment li jobbliga jkun kuntratt ta’ provvista jew kuntratt ta’ servizz;

(b)bi tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħrajn kollha.

3.    L-imgħax għandu jiġi kkalkolat mill-jum kalendarju ta’ wara d-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4) sal-jum kalendarju meta d-dejn jitħallas kollu.

L-ordni ta’ rkupru li tikkorrispondi għall-ammont tal-imgħax awtomatiku tinħareġ meta dak l-imgħax fil-fatt jitħallas.

4.    Fil-każ ta’ multi, jew penali jew sanzjonijiet oħra, ir-rata tal-imgħax għal ammonti riċevibbli mhux imħallsa jew koperti minn garanzija finanzjarja aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni sal-iskadenza msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4)   stabbilita fid-deċiżjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali oħra jew sanzjoni għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, jewpenali jew sanzjoni oħra miżjuda bi:

(a)b’punt perċentwali u nofs meta d-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li hija aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà minflok pagament;

(b)tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE, iżżid l-ammont ta’ multa jew penali oħra, l-imgħax fuq l-ammont taż-żieda għandu jibda mid-data tas-sentenza tal-Qorti.

5.    F’każijiet li fihom ir-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din għandha tiġi stabbilita għal żero fil-mija.

Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Artikolu 100

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex jirkupra ammont riċevibbli li dak l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun stabbilixxa (‘l-awtorizzazzjoni ta’ rkupru’).

2.    Istituzzjoni tal-Unjoni tista’ formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni għajr Stati Membri permezz ta’ deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE.

Jekk il-protezzjoni effikaċi u f’waqtha tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tkun teħtieġ, istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta tali deċiżjoni infurzabbli għall-benefiċċju tagħhom fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jitqajmu fir-rigward ta’ persunal jew relatati ma’ membri jew ex Membri ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, dment li dawk l-istituzzjonijiet ikunu qablu mal-Kummissjoni dwar il-modalitajiet prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Tali ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom jitqiesu li jeżistu meta ma jkun hemm l-ebda prospett ta’ rkupru tad-dejn mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata permezz ta’ pagament volontarju jew permezz ta’ tpaċija kif previst fl-Artikolu 101(1) u l-kundizzjonijiet għar-rinunzja tal-irkupru skont l-Artikolu 101(2) u (3) ma jkunux ġew issodisfati. Fil-każijiet kollha, id-deċiżjoni infurzabbli għandha tispeċifika li l-ammonti mitlubin jiddaħħlu fit-taqsima tal-baġit relatata mal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, li għandha taġixxi bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Id-dħul għandu jiddaħħal bħala dħul ġenerali għajr jekk ikun jikkostitwixxi dħul assenjati kif previst fl-Artikolu 21(3).

L-istituzzjoni tal-Unjoni li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe avveniment li jista’ jbiddel l-irkupru u tintervjeni biex tappoġġa lill-Kummissjoni f’każ ta’ appell kontra d-deċiżjoni infurzabbli.

Taqsima 5

Irkupru

Artikolu 101

Regoli dwar l-irkupru

1.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jaġixxi fuq ordnijiet għall-irkupru għal ammonti riċevibbli li jkunu ġew iddeterminati b’mod xieraq mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jeżerċita diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-Unjoni tirċievi d-dħul tagħha u għandu jara li d-drittijiet tagħha jkunu salvagwardjati.

Rimborż parzjali minn debitur li jkun soġġett għal diversi ordnijiet ta’ rkupru jrid l-ewwel jitħallas fuq l-aktar intitolament antik sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mid-debitur. Kwalunkwe pagament parzjali l-ewwel irid ikopri l-imgħax.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jirkupra l-ammonti dovuti lill-baġit billi jpaċihom skont l-Artikolu 102.

2.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja parti mill-ammont riċevibbli stabbilit jew l-ammont kollu f’dawn il-każijiet biss:

(a)meta l-kost imbassar tal-irkupru jkun akbar mill-ammont li għandu jiġi rkuprat u r-rinunzja ma tkunx ta’ ħsara għall-immaġini tal-Unjoni;

(b)meta l-ammont riċevibbli ma jistax jiġi rkuprat fid-dawl taż-żmien tiegħu, tad-dewmien fid-dispaċċ tan-nota ta’ debitu fit-termini ddefiniti fl-Artikolu 98(2), jew tal-insolvenza tad-debitur, jew ta’ xi proċediment ieħor ta’ insolvenza;

(c)meta l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja għalkollox jew parzjalment għall-irkupru ta’ xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta’ rinunzja għal irkupru għandha tiġi sostanzjata. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddelega s-setgħa li tittieħed dik id-deċiżjoni.

3.    Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaġixxi skont il-proċeduri ddeterminati minn qabel stabbiliti fl-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu u għandu japplika l-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha:

(a)il-fatti, billi titqies il-gravità tal-irregolarità li twassal għall-istabbiliment tal-ammont riċevibbli (frodi, reat ripetut, intenzjoni, diliġenza, bona fede, żball ċar);

(b)l-impatt li r-rinunzja tal-irkupru jkollha fuq l-operazzjonijiet tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tagħha (l-ammont involut, ir-riskju li jinħoloq preċedent, imminar tal-awtorità tal-liġi).

4.    Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, fejn xieraq, iqis il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġi kkawżata mir-rinunzja tal-irkupru;

(b)id-danni ekonomiċi u soċjali li jistgħu jinħolqu li kieku d-dejn kellu jiġi rkuprat kollu.

5.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-rinunzji mogħtija minnha skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Informazzjoni dwar rinunzji taħt EUR 60000 għandha tingħata bħala ammont totali. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 74(9).

6.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jħassar ammont riċevibbli stabbilit b’mod sħiħ jew parzjali. Il-kanċellazzjoni parzjali ta’ ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax ir-rinunzja tal-intitolament stabbilit li jifdal tal-Unjoni.

Fil-każ ta’ żball, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jħassar totalment jew parzjalment l-ammont riċevibbli stabbilit u jagħti raġunijiet adegwati.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddelega s-setgħat ta’ tħassir ta’ ammont riċevibbli stabbilit.

7.    Stati Membri għandhom ikunu primarjament responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli u tal-awditi u għall-irkupru tal-ammonti minfuqa indebitament, kif previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Jekk l-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess, dawn għandhom ikunu eżentati mill-korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irregolaritajiet.

8.    Il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-Unjoni nfiq imġarrab bi ksur tal-liġi applikabbli. Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati b’mod preċiż, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa skont regoli speċifiċi għas-setturi.

Il-Kummissjoni għandha, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja, tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tad-dritt applikabbli kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit, inklużi nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

Il-kriterji biex jiġu definiti l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-proċedura li għandha tiġi segwita jistgħu jkunu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

9.    Il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa għandha tkun stabbilita skont regoli speċifiċi għas-setturi bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 102

Irkupru permezz ta’ tpaċija

1.    Meta d-debitur ikollu pretensjoni fuq l-Unjoni, jew fuq aġenzija eżekuttiva meta din timplimenta l-baġit, li tkun ċerta fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 98(3), ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta’ ordni ta’ pagament, l-uffiċjal tal-kontabbiltà, wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4), huwa għandu jirkupra l-ammonti riċevibbli stabbiliti permezz ta’ tpaċija.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun meħtieġ li jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u meta l-uffiċjal tal-kontabbiltà jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun r jintilef, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jikseb l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel l-iskadenza tad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4).

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jikseb ukoll l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel l-iskadenza tad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4) meta jaqbel id-debitur.

2.    Qabel jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikkonsulta mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jinforma lid-debituri kkonċernati, inkluż dwar il-mezzi ta’ rimedju taħt l-Artikolu 135133.

Meta d-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jinforma wkoll lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz ta’ tpaċija mill-anqas għaxart ijiem qabel ma jipproċedi biha. Madankollu, bi qbil mal-Istat Membru jew mal-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel tgħaddi dik id-data tal-għeluq.

3.    It-tpaċija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-istess effett daqs pagament u għandha teħles lill-Unjoni mill-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.

 ġdid

4. Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza ma għandux jaffettwa d-dritt tal-uffiċjal tal-kontabbiltà li jipproċedi b’irkupru permezz ta’ tpaċija kif imsemmi fil-paragrafu 1.

🡻 2018/1046

Artikolu 103

Proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx pagament volontarju

1.    Bla preġudizzju għall-Artikolu 102, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx ġie rkuprat sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4), l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u mingħajr dewmien għandu jibda l-proċedura sabiex isir irkupru b’kull mod previst mil-liġi, inkluż, fejn ikun xieraq, bl-infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem.

2.    Bla preġudizzju għall-Artikolu 102, meta ma jkunx jista’ jintuża l-metodu ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-debitur ikun naqas milli jħallas b’reazzjoni għal ittra ta’ avviż formali mibgħuta mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel irkupru billi jinforza deċiżjoni miksuba jew skont l-Artikolu 100(2) jew b’azzjoni legali.

 ġdid

Artikolu 104

Assistenza mill-Istati Membri fin-notifika u l-irkupru tal-pretensjonijiet tal-Unjoni

1.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jista’ jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/24/UE biex jipprovdu assistenza għan-notifika u l-irkupru ta’ kwalunkwe pretensjoni finanzjarja tal-Unjoni, jew ta’ aġenzija eżekuttiva meta timplimenta l-baġit, jew ta’ pretensjonijiet skont l-Artikolu 100(2), it-tieni subparagrafu ta’ dan ir-Regolament.

2.    Tali pretensjonijiet, inklużi l-interessi relatati magħhom, għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) pretensjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn xi kuntratt ta’ akkwist pubbliku, ftehim ta’ għotja jew minn deċiżjonijiet ta’ għotja aġġudikati mill-Kummissjoni jew aġenzija eżekuttiva, jew pretensjonijiet skont l-Artikolu 100(2), it-tieni subparagrafu;

(b) pretensjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn sanzjonijiet, miżuri amministrattivi ta’ rkupru u multi jew pagamenti ta’ penali imposti mill-Unjoni.

3.    L-Istat Membru rikjest għandu jassisti lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni billi jipprovdi informazzjoni dwar l-identità, is-solvenza u d-domiċilju magħruf jew l-indirizz irreġistrat tad-debitur, is-sidien benefiċjarji fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, kwalunkwe assi tad-debitur u kull informazzjoni rilevanti oħra. Fuq talba, għandu jinnotifika wkoll kull dokument meħtieġ lid-debituri, u jipproċedi għas-sekwestri u l-irkupri tat-talbiet u jieħu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa.

4.    Stat Membru ma għandux ikun obbligat li jagħti assistenza jekk l-ammont totali tat-talbiet li għalihom tintalab l-assistenza jkun taħt il-limitu previst fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.

5.    L-Istati Membri jistgħu jipproċedu biss għall-irkupru jew l-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji li jikkonċernaw talbiet skont il-paragrafu 1 wara Deċiżjoni infurzabbli skont l-Artikolu 299 TFUE.

6.    Fuq talba tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, u abbażi ta’ Deċiżjoni eżekuttiva skont l-Artikolu 299 TFUE, l-awtorità tal-Istat Membru rikjesta għandha:

(a) tieħu miżuri ta’ prekawzjoni hekk kif id-Deċiżjoni tkun ġiet adottata, jekk permess mil-liġi nazzjonali tagħha u skont il-prattiki amministrattivi tagħha, biex tiżgura l-irkupru.

(b) tinforza l-irkupru tat-talba, li għandha tiġi ttrattata daqslikieku kienet talba tal-Istat Membru rikjest tal-istess natura.

L-awtorità tal-Istat Membru rikjesta għandha tirkupra t-talba fil-munita tagħha stess. Il-konverżjonijiet għall-euro għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.

7.    L-awtorità tal-Istat Membru rikjest għandha tagħmel użu mis-setgħat u l-proċeduri previsti skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħha li japplikaw għal pretensjonijiet tal-istess natura, inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu lid-debitur żmien addizzjonali biex iħallas jew jawtorizza pagament bin-nifs.

8.    Kwistjonijiet ta’ proċedura għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru rikjest. Kwalunkwe kwistjoni sostantiva li tista’ tinqala’ għandha tkun irregolata mil-liġi sostantiva tal-Unjoni u, jekk applikabbli, mil-liġi nazzjonali applikabbli għat-talba. Kwistjonijiet li jikkonċernaw perjodi ta’ limitazzjoni inklużi s-sospensjoni, l-interruzzjoni jew l-estensjoni ta’ perjodi ta’ limitazzjoni, għandhom ikunu rregolati biss mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

9.    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim li jkopri arranġamenti ulterjuri dwar kwistjonijiet bħall-pagament mill-Kummissjoni ta’ tariffi u spejjeż lill-Istat Membru, mezzi ta’ komunikazzjoni jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni u l-lingwa li għandha tintuża.

🡻 2018/1046

Artikolu 105104

Żmien addizzjonali għall-pagament

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jagħti aktar żmien biex isir il-pagament biss b’talba bil-miktub mid-debitur, bir-raġunijiet għaliex għandu jagħmel dan, u bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)id-debitur jieħu impenn li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 99 għall-perjodu addizzjonali kollu miżjud, li jibda mid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4);

(b)sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-Unjoni, id-debitur jiddepożita garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb għas-somma prinċipali u għall-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni.

Il-garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tista’ tiġi sostitwita ma’ garanzija in solidum minn parti terza approvata mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-Unjoni.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara talba mid-debitur, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jista’ jirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tiegħu, id-debitur ikun irid u jkun jista’ jagħmel il-pagament fil-perjodu ta’ żmien addizzjonali, iżda ma jkunx jista’ jiddepożita tali garanzija u jkun jinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli.

Artikolu 106105

Perjodu ta’ limitazzjoni

1.    Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, id-drittijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.

2.    Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jibda mill-jum li fih ikun dovut il-pagament tal-intitolamenti lill-parti terza skont l-impenn legali korrispondenti.

3.    Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, jew ta’ Stat Membru li jaġixxi fuq it-talba ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, innotifikat lill-parti terza u bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att innotifikat lill-Unjoni mill-kredituri tagħha jew f’isem il-kredituri tagħha bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

4.    Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jibda mill-jum ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

5.    Kull azzjoni legali li tirrigwarda intitolament kif imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi azzjonijiet li jinġiebu quddiem qorti li aktar tard tiddikjara lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġuriżdizzjoni, għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin ma għandux jibda jiddekorri sakemm tinqata’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm tinstab soluzzjoni extraġudizzjarja bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.

6.    Meta l-uffiċjal tal-kontabbiltà jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-pagament skont l-Artikolu 105104, dan għandu jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jibda mill-jum ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-pagament.

7.    Ma għandhomx jiġu rkuprati intitolamenti tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif previst fil-paragrafi 2 sa 6.

Artikolu 107106

Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni

Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-intitolamenti tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istess trattament preferenzjali bħall-intitolamenti tal-istess natura dovuti lil korpi pubbliċi fl-Istati Membri fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti ta’ rkupru.

Artikolu 108107

Multi, penali oħrajn, sanzjonijiet u mgħax dovut imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni

1.    Ammonti riċevuti bħala multi, penali oħrajn u sanzjonijiet, u kull imgħax jew introjtu ieħor iġġenerat minnhom, ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit sakemm id-deċiżjonijiet li jimponuhom huma soġġetti, jew għad jistgħu jsiru soġġetti, għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.    L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fil-baġit mill-aktar fis possibbli wara l-eżawriment tar-rimedji kollha legali. Taħt ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati jew fejn jiġri li jiġu eżawriti r-rimedji legali kollha wara l-1 ta’ Settembru tas-sena finanzjarja kurrenti, l-ammonti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit fis-sena finanzjarja ta’ wara.

 ġdid

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 48 (2), l-ammonti meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddaħħlu fil-baġit sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

L-ammonti li għandhom ikunu rritornati lill-entità li ħallsithom, b’segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa, ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit.

3.    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni ta’ kontijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 109108

Irkupru ta’ multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet imposti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni

1.    Meta tiġi istitwita azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali oħra jew sanzjoni skont it-TFUE jew it-Trattat tal-Euratom u sa dak iż-żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, id-debitur għandu jħallas proviżorjament l-ammonti kkonċernati fil-kont tal-bank magħżul mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jew inkella għandu jippreżenta garanzija finanzjarja li tkun aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tkun indipendenti mill-obbligu ta’ pagament tal- ta’ multa, penali oħra jew sanzjoni u għandha tkun infurzabbli fuq talba. Għandha tkopri l-pretensjoni fir-rigward tal-kapital u tal-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 99(4).li d-debitur għandu jħallas fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, penali oħra jew sanzjoni, miżjuda b’punt perċentwali u nofs, mill-iskadenza stabbilita fid-deċiżjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni li timponi multa, penali oħra jew sanzjoni .

2.    Il-Kummissjoni tiżgura  tista’ tinvesti l-ammonti miġbura proviżorjament billi tara li dawn jiġu investiti f’assi finanzjarji, sabiex b’hekk jiġu żgurati   tagħti prijorità   lill-għan tas- sigurtà u l-likwidità tal-flejjes  f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjaraja tajba  filwaqt li timmira wkoll li tipproduċi redditu pożittiv.

3.    Wara l-eżawriment tar-rimedji legali kollha u fejn il-multa, penali oħra jew sanzjoni, tkun ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew fejn id-deċiżjoni li timponi tali multa, penali oħra jew sanzjoni, ma tkunx tista’ ssir soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tittieħed waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)l-ammonti miġbura proviżorjament u r-redditu minnhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 108107(2);

(b)fejn tkun ġiet iddepożitata garanzija finanzjarja, din għandha tiġi infurzata u l-ammonti korrispondenti għandhom jiddaħħlu fil-baġit.

Meta l-ammont tal-multa, penali oħra jew sanzjoni, ikun ġie miżjud mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw sal-ammonti tad-deċiżjoni oriġinali tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew, jekk applikabbli, sal-ammont stabbilit f’sentenza preċedenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-istess proċedimenti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jiġbor l-ammont korrispondenti għaż-żieda u l-imgħax dovut kif stipulat fl-Artikolu 99(4), li għandu jiddaħħal fil-baġit.

4.    Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha u, fejn il-multa, penali oħra jew sanzjoni jkunu tneħħew jew l-ammont ikun tnaqqas, għandha tittieħed waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)    l-ammonti miġbura proviżorjament jew, fil-każ ta’ tnaqqis, il-parti rilevanti tagħhom għandu jitħallas lill-parti terza kkonċernata;

(b)    meta tkun ġiet iddepożitata garanzija finanzjarja, din għandha tiġi rilaxxata kif adatt.

 ġdid

L-ammont jew il-parti rilevanti tiegħu msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiżdied bl-imgħax abbażi tar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa, penali oħra jew sanzjoni, miżjuda b’punt perċentwali u nofs.

🡻 2018/1046

 ġdid

Fil-każijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn ir-redditu globali fuq l-ammont miġbur b’mod proviżorju jkun negattiv, it-telf imġarrab għandu jitnaqqas mill-ammont li jrid jitħallas lura.

Artikolu 110109

Imgħaxijiet kompensatorji

Bla preġudizzju għall-Artikoli 99(2) u 117116(5) u għal każijiet apparti multi, penali oħrajn u sanzjonijiet kif imsemmija fl-Artikoli 108107 u 109108, meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew bħala riżultat ta’ soluzzjoni amikevoli, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. Ir-rata ta’ mgħax ma għandhiex tkun fin-negattiv. L-imgħax għandu jibda mid-data tal-pagament tal-ammont li jrid jiġi rimborżat sad-data li fiha jkun dovut ir-rimborż.

F’każijiet li fihom ir-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din għandha tiġi stabbilita għal żero fil-mija.

KAPITOLU 7

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 111110

Deċiżjonijiet ta’ finanzjament

1.    Impenn baġitarju għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni tal-Unjoni jew mill-awtorità li lilha ġew delegati setgħat mill-istituzzjoni tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom ikunu annwali jew pluriennali.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ kull istituzzjoni tal-Unjoni taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha li tista’ tiġi implimentata mingħajr att bażiku skont il-punt (e) tal-Artikolu 58(2), tan-nefqa għas-sostenn amministrattiv u tal-kontribuzzjonijiet għall-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71.

2.    Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha fl-istess ħin tikkostitwixxi programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali u għandha tiġi adottata, kif xieraq, mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-abbozz ta’ baġit u fil-prinċipju qatt wara l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni. Meta l-att bażiku rilevanti jipprevedi modalitajiet speċifiċi għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament jew programm ta’ ħidma jew dawn it-tnejn, dawk il-modalitajiet għandhom jiġu applikati lill-parti tad-deċiżjoni ta’ finanzjament li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dak l-att bażiku. Il-parti li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata minnufih wara l-adozzjoni tagħha u qabel l-implimentazzjoni tagħha. Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tindika l-ammont totali li tkopri u għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati. Din għandha tispeċifika:

(a)l-att bażiku u l-linja baġitarja;

(b)l-għanijiet fil-mira u r-riżultati mistennijin;

(c)il-metodi ta’ implimentazzjoni;

(d)kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-att bażiku għall-programm ta’ ħidma.

3.    Barra mill-elementi msemmija fil-paragrafu 2, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tistabbilixxi dawn li ġejjin:

(a)għall-għotjiet: it-tip ta’ applikanti fil-mira tas-sejħa għal proposti jew l-aġġudikazzjoni diretta u l-pakkett baġitarju globali riżervat għall-għotjiet;

(b)għall-akkwisti: il-pakkett baġitarju globali riżervat għal akkwisti;

(c)għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 238234: l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul id-durata tiegħu, mill-baġit kif ukoll minn donaturi oħra;

(d)għall-premjijiet: it-tip ta’ parteċipanti fil-mira tal-kompetizzjoni, il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-kompetizzjoni u referenza speċifika għall-premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1000000 jew aktar;

(e)għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju;

(f)fil-każ ta’ ġestjoni indiretta: il-persuna jew l-entità li timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew il-kriterji li jridu jintużaw sabiex tintgħażel il-persuna jew l-entità;

(g)għall-kontribuzzjonijiet għall-faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit: l-ammont allokat għall-faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit u l-lista tal-entitajiet li jieħdu sehem fil-faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit;

(h)għall-garanziji baġitarji: l-ammont ta’ proviżjonamen annwali u, fejn applikabbli, l-ammont tal-garanzija baġitarja li se jiġi rilaxxat.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jżid kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa xierqa jew fid-deċiżjoni ta’ finanzjament rispettiva li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma jew fi kwalunkwe dokument ieħor ippubblikat fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni.

Deċiżjoni ta’ finanzjament pluriennali għandha tkun konsistenti mal-ipprogrammar finanzjarju msemmi fl-Artikolu 41(2) u għandha tispeċifika li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-snin finanzjarji rispettivi wara l-adozzjoni tal-baġit jew kif stipulat fis-sistema ta’ dodiċeżmi proviżorji.

5.    Mingħajr ħsara għal xi dispożizzjoni ta’ att bażiku, kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni ta’ finanzjament diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni inizjali.

Artikolu 112111

Operazzjonijiet tan-nefqa

1.    Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u titħallas.

Fi tmiem il-perjodi msemmija fl-Artikolu 115114, il-bilanċ mhux użat tal-impenji baġitarji għandu jkun diżimpenjat.

Meta jeżegwixxi operazzjonijiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li n-nefqa tkun konformi mat-Trattati, mal-baġit, ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti oħrajn adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

2.    L-impenji baġitarji għandhom isiru u l-impenji legali għandhom jiġu assunti mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. B’mod partikolari, fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna operazzjonali, l-impenji legali jistgħu jiġu assunti minn Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, jew fin-nuqqas tagħhom mid-deputati tagħhom, fuq ordni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni li, però, jibqa’ responsabbli għalkollox għat-tranżazzjoni sottostanti. Il-persunal impjegat mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja jista’ jiffirma impenji legali marbutin ma’ pagamenti eżegwiti minn kontijiet tal-imprest b’valur li ma jaqbiżx l-EUR 2500.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel impenn baġitarju qabel ma jassumi impenn legali ma’ partijiet terzi , il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215, jew jittrasferixxi fondi f’fond fiduċjarju tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 238234.

It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika:

(a)għal impenji legali konklużi wara dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi fil-qafas tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju, f’konformità mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra tal-Unjoni taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha;

(b)fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta’ għajnuna għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, jekk l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-intervent tal-Unjoni teħtieġ li l-Unjoni tassumi impenn legali ma’ partijiet terzi immedjatament u jekk ma jkunx possibbli li l-impenn baġitarju individwali jiġi rreġistrat minn qabel;.

 ġdid

(c) għal donazzjonijiet mhux finanzjarji.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, l-impenn baġitarju għandu jiġi rreġistrat mingħajr dewmien wara l-assunzjoni ta’ impenn legali ma’ partijiet terzi.

3.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivvalida n-nefqa billi jaċċetta li partita tan-nefqa tiġi ddebitata mill-baġit, wara li jkun ivverifika d-dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw l-intitolament tal-kreditur skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-impenn legali fejn ikun hemm impenn legali. Għal dak il-għan, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:

(a)jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur;

(b)jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tal-pretensjoni permezz tal-ġira “[i]ċċertifikat korrett”;

(c)jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom huwa dovut il-pagament.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-validazzjoni tan-nefqa għandha tapplika wkoll għal rapporti interim jew finali mhux assoċjati ma’ talba għall-pagament, f’liema każ l-impatt fuq is-sistema kontabilistika jkun limitat għall-kontijiet ġenerali.

4.    Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni għandha tiġi espressa permezz ta’ firma b’sigurtà elettronika skont l-Artikolu 150146 mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti debitament mogħti s-setgħa b’deċiżjoni formali tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew, f’eċċezzjonijiet, għall-fluss tax-xogħol fuq il-karta fil-forma ta’ timbru li jinkorpora dik il-firma.

Bil-ġira “[i]ċċertifikat korrett”, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew membru tal-persunal teknikament kompetenti, debitament mogħti s-setgħa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandu jiċċertifika:

(a)għall-prefinanzjament: li l-kundizzjonijiet meħtieġa fl-impenn legali għall-pagament għall-prefinanzjament huma ssodisfati;

(b)għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’kuntratti: li s-servizzi stipulati fil-kuntratt ġew ipprovduti kif xieraq, il-provvisti ġew forniti kif xieraq jew li x-xogħol twettaq kif xieraq;

(c)għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’għotjiet: li l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma mwettqin mill-benefiċjarju huma f’kull aspett konformi mal-ftehim ta’ għotja, inkluż, fejn applikabbli, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju huma eliġibbli.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, l-estimi tal-kostijiet ma għandhomx jitqiesu li jaderixxu mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 190186(3). L-istess prinċipju għandu japplika wkoll għal rapporti interim u finali mhux assoċjati ma’ talba għall-pagament.

5.    Sabiex jawtorizza n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, għandu joħroġ ordni għall-pagament biex jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex iħallas l-ammont tan-nefqa li kien ġie vvalidat preċedentement.

Meta jsiru pagamenti perjodiċi fir-rigward tas-servizzi mogħtija, inklużi s-servizzi ta’ kiri jew ta’ merkanzija konsenjata, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’, soġġett għall-analiżi tar-riskju ta’ dak l-uffiċjal, jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett minn kont tal-imprest. L-applikazzjoni ta’ tali sistema tista’ tiġi ordnata wkoll jekk tkun awtorizzata b’mod speċifiku mill-uffiċjal tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 86(3).

Artikolu 113112

Tipi ta’ impenji baġitarji

1.    L-impenji baġitarji għandhom jidħlu f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)individwali: meta r-riċevitur u l-ammont tan-nefqa jkunu magħrufin jew l-impenn baġitarju jsir għall-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215;

(b)globali: meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf;

(c)proviżorji: sabiex ikopru n-nefqa tal-immaniġġjar ta’ rutina għall-FAEG kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), u n-nefqa amministrattiva ta’ rutina meta l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufin b’mod definittiv.

Minkejja l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, in-nefqa amministrattiva ta’ rutina relatata mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mar-rappreżentanti tal-Unjoni tista’ tkun koperta minn impenji baġitarji proviżorji anki meta l-ammont u l-benefiċjarju finali jkunu magħrufin.

2.    L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja jistgħu jitqassmu f’pagamenti parzjali annwali fuq diversi snin biss meta l-att bażiku jipprevedi dan jew meta jkunu għan-nefqa amministrattiva.

3.    Impenn baġitarju globali għandu jittieħed fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament.

L-aktar tard li jista’ jsir l-impenn baġitarju globali huwa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-riċevituri u l-ammonti u, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ikkonċernati tkun tinvolvi l-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma, kmieni kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni ta’ dak il-programm.

4.    Impenn baġitarju globali għandu jiġi implimentat billi jintlaħaq ftehim ta’ finanzjament, li fih innifsu jwassal għal jipprevedi l-assunzjoni sussegwenti ta’ impenn legali wieħed jew aktar, jew inkella bl-assunzjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar , jew bil-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215 .

Il-ftehimiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-għajnuna finanzjarja diretta lil pajjiżi terzi, inkluż l-appoġġ baġitarju, li jikkostitwixxu impenji legali, jistgħu jagħtu lok għal pagamenti mingħajr assunzjoni ta’ impenji legali oħra.

Meta l-impenn globali baġitarju jiġi implimentat billi jintlaħaq ftehim ta’ finanzjament, ma għandux ikun japplika t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.    Kull impenn legali individwali assunt wara impenn baġitarju globali għandu, qabel jiġi ffirmat, ikun irreġistrat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-kontijiet tal-baġit ċentrali u jiġi rreġistrat fl-impenn baġitarju globali.

6.    L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bl-assunzjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar li jwasslu għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f’każijiet relatati ma’ nfiq fuq l-immaniġġjar tal-persunal, infiq fuq membri jew ex membri ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jew nfiq fuq il-komunikazzjoni li ssir mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-kopertura ta’ avvenimenti tal-Unjoni, jew fil-każijiet imsemmija fil-punt 14.5 tal-Anness I, dawn jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett b’pagamenti mingħajr assunzjoni ta’ impenji legali minn qabel.

Artikolu 114113

Impenji għall-approprjazzjonijiet tal-FAEG

1.    Għal kull sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għandhom jinkludu approprjazzjonijiet mhux differenzjati għall-infiq relatat ma’ miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2)4(1) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116Nru 1306/2013. L-infiq relatat ma’ miżuri msemmija fl-Artikolu 5(3)4(2) u fl-Artikolu 76 ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri ffinanzjati minn assistenza teknika mhux operazzjonali u kontribuzzjonijiet lil aġenziji eżekuttivi, għandhom ikunu koperti minn approprjazzjonijiet differenzjati.

2.    Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammont tar-rimborż tan-nefqa marbuta mal-FAEG imġarrba mill-Istati Membri jistgħu  għandhom jikkostitwixxu impenji baġitarji proviżorji globali, li ma għandhomx jeċċedu l-approprjazzjonijiet totali mdaħħlin fil-baġit għall-FAEG.

3.    L-impenji baġitarji proviżorji globali għall-FAEG li jkunu saru għal sena finanzjarja u li ma jwasslux għal impenn fuq linji baġitarji speċifiċi sal-1 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara għandhom jiġu diżimpenjati fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata.

4.     Meta jiġi kostitwit impenn baġitarju ta’ proviżjonament globali msemmi fil-paragrafu 2,  nNefqa effettwata mill-awtoritajiet u mill-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn mir-riċevuta tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri, tkun is-soġġett ta’ impenn skont il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ xahrejn fejn tkun meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit rilevanti. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu rreġistrati bħala pagamenti fl-istess perjodu ta’ xahrejn.

L-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitnaqqsu mill-impenn baġitarji proviżorju globali msemmi fil-paragrafu 21.

5.    Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw soġġett għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 115114

Limiti ta’ żmien għall-impenji

1.    Bla preġudizzju għall-Artikoli 112111(2) u 269264(3), l-impenji legali li jirrigwardaw impenji individwali jew proviżorji tal-baġit għandhom jiġu assunti sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n, meta s-sena n tkun dik li jkun sar fiha l-impenn baġitarju.

2.    L-impenji baġitarji globali għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali korrispondenti assunti, jew l-ammonti tal-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 215 magħmula, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1.

Meta l-impenn baġitarju globali jwassal għall-aġġudikazzjoni ta’ premju msemmi fit-Titolu IX, l-impenn legali msemmi fl-Artikolu 211207(4) għandu jiġi assunt sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+3.

F’azzjonijiet esterni, fejn l-impenn baġitarju globali jwassal għal ftehim ta’ finanzjament konkluż ma’ pajjiż terz, il-ftehimiet ta’ finanzjament għandhom ikunu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1. F’dak il-każ, l-impenn baġitarju globali għandu jkopri l-ispejjeż totali tal-impenji legali li jimplimentaw il-ftehim ta’ finanzjament assunti f’perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, l-impenn baġitarju globali għandu jkopri l-ispejjeż totali tal-impenji legali assunti sa tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament:

(a)azzjonijiet b’bosta donaturi;

(b)operazzjonijiet ta’ taħlit;

(c)impenji legali relatati mal- komunikazzjoni u attivitajiet ta’ viżibilità,   mal-awditu u mal-evalwazzjoni;

(d)iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(i)modifiki li saru lil impenji legali li diġà ġew assunti;

(ii)impenji legali li għandhom jiġu assunti wara li impenn legali eżistenti jiġi mitmum kmieni;

(iii)bidliet tal-entità tal-implimentazzjoni.

3.    It-tielet u r-raba’ subparagrafui tal-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-programmi pluriennali li ġejjin, li huma implimentati permezz ta’ impenji mifruda skont :

(a)Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 73 ;

(b)l-Istrument Ewropew tal-Viċinat stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 74 .

 ġdid

(a)Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)Ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 75 fir-rigward ta’ programmi ta’ kooperazzjoni esterna;

(d)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/1764;

(e)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948.

🡻 2018/1046

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu awtomatikament diżimpenjati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

4.    L-impenji baġitarji individwali u proviżorji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda, ħlief fil-każ ta’ nefqa fuq il-persunal, għandu jkollhom data finali għal-implimentazzjoni stabbilita, f’konformità mal-kundizzjonijiet fl-impenji legali li jirreferu għalihom, u filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

5.    Kwalunkwe parti tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew implimentati bi pagamenti fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati.

6.    L-ammont ta’ impenn baġitarju li għalih ma sar l-ebda pagament fis-sens tal-Artikolu 116115 f’perjodu ta’ sentejn mill-assunzjoni tal-impenn legali għandu jkun diżimpenjat, ħlief fejn dak ammont ikun relatat ma’ każ f’litigazzjoni quddiem qrati ġudizzjarji jew korpi arbitrali, fejn l-impenn legali jieħu l-forma ta’ ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz jew fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali stipulati fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Artikolu 116115

Tipi ta’ pagamenti

1.    Il-pagament tan-nefqa għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabbiltà fil-limiti tal-fondi disponibbli.

2.    Il-pagament għandu jsir meta tingħata prova li l-azzjoni rilevanti tkun f’konformità mal-kuntratt, il-ftehim jew l-att bażiku u għandu jkopri waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)il-pagament tal-ammont kollu dovut;

(b)il-pagament tal-ammont dovut bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)prefinanzjament li jipprovdi antiċipu, li jista’ jinqasam f’għadd ta’ pagamenti skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; tali ammont ta’ prefinanzjament għandu jitħallas fuq il-bażi tal-kuntratt, tal-ftehim jew tal-att bażiku, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ sostenn li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li t-termini tal-kuntratt jew tal-ftehim inkwistjoni jkunu qed jiġu rrispettati;

(ii)pagament interim wieħed jew aktar bħala kontroparti għat-twettiq parzjali tal-azzjoni jew għall-eżekuzzjoni parzjali tal-kuntratt jew ftehim, li jista’ jikklerja l-prefinanzjament kollu jew parti minnu, bla preġudizzju għall-att bażiku;

(iii)pagament wieħed tal-bilanċ tal-ammonti dovuti meta l-azzjoni tkun imwettqa b’mod sħiħ, jew il-kuntratt jew ftehim jiġu eżegwiti b’mod sħiħ;

(c)il-pagament ta’ provvediment fil-fond ta’ proviżjonament komuni stabbilit skont l-Artikolu 216212.

Il-pagament tal-bilanċ għandu jikklerja n-nefqa preċedenti kollha. Għandha tinħareġ ordni ta’ rkupru sabiex jiġu rkuprati ammonti mhux użati.

3.    Għandha ssir distinzjoni fil-kontabbiltà baġitarja bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 2 fil-waqt li fih isir kull pagament.

4.    Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80 għandhom jinkludu r-regoli għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament fil-kontijiet u għar-rikonoxximent tal-eliġibbiltà tal-kostijiet.

5.    Il-pagamenti ta’ prefinanzjament għandhom ikunu approvati b’mod regolari mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont in-natura ekonomika tal-proġett u mhux aktar tard minn tmiem il-proġett. L-ikklerjar għandu jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-kostijiet imġarrba jew tal-konferma tal-adempiment tal-kundizzjonijiet għall-pagament skont l-Artikolu 126125 kif ivvalidati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 112111(3).

Għal ftehimiet ta’ għotja, għal kuntratti jew għal ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ta’ aktar minn EUR 5000000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikseb f’kull tmiem is-sena tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa sabiex jikkalkula estimu raġonevoli ta’ dawk il-kostijiet. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, iżda tista’ tintuża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kif ukoll l-uffiċjal tal-kontabbiltà biex jikkonformaw mal-Artikolu 82(2).

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali assunti.

Artikolu 117116

Limiti ta’ żmien għall-pagamenti

1.    Il-pagamenti għandhom isiru f’ perjodu ta’:

(a)90 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu servizzi tekniċi jew azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(b)60 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja kollha l-oħrajn li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(c)30 jum kalendarju għall-ftehimiet l-oħrajn kollha ta’ kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja.

2.    Iż-żmien permess sabiex isiru l-pagamenti jinftiehem bħala li jinkludi l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa.

Huwa jibda minn dakinhar li tasal it-talba għall-pagament.

3.    Talba għall-pagament tiġi rreġistrata mid-dipartiment awtorizzat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-aktar fis possibbli u titqies li ġiet riċevuta fid-data meta tiġi rreġistrata.

Id-data tal-pagament titqies li hija d-data meta jiġi ddebitat il-kont tal-istituzzjoni tal-Unjoni.

Talba għall-pagament tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni tal-kreditur;

(b)l-ammont;

(c)il-munita;

(d)id-data.

 ġdid

Fattura elettronika fl-akkwist pubbliku għandha tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:

(a) l-identifikaturi tal-proċess u tal-fattura;

(b) il-perjodu tal-fattura;

(c) l-informazzjoni dwar il-kuntrattur;

(d) l-informazzjoni dwar l-awtorità kontraenti;

(e) l-informazzjoni dwar ir-rappreżentant tat-taxxa tal-kuntrattur;

(f) ir-referenza tal-kuntratt;

(g) id-dettalji tal-kunsinna;

(h) l-istruzzjonijiet ta’ pagament;

(i) l-informazzjoni dwar it-tnaqqis jew l-imposti;

(j) l-informazzjoni dwar l-oġġett fil-fattura;

(k) it-totali tal-fattura;

(l) ir-ripartizzjoni tal-VAT (meta applikabbli);

(m) il-munita.

🡻 2018/1046

Meta jkun hemm mill-anqas element essenzjali wieħed nieqes, it-talba għall-pagament għandha tiġi rifjutata.

Il-kreditur għandu jiġi mgħarraf bil-miktub dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għalih mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum kalendarju mid-data meta tasal it-talba għall-pagament.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-pagament fejn:

(a)l-ammont tat-talba għall-pagament mhuwiex dovut; jew

(b)ma ġewx ipprovduti d-dokumenti ta’ sostenn xierqa.

Jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jsir jaf b’informazzjoni li tqiegħed f’dubju l-eliġibbiltà tan-nefqa f’talba għall-pagament, jista’ jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-pagament għall-fini ta’ verifika, inkluż permezz ta’ kontrolli fil-post, li n-nefqa hija eliġibbli. Il-bqija taż-żmien li jifdal għall-pagament għandu jibda mid-data li fiha jiġu riċevuti l-informazzjoni mitluba jew id-dokumenti riveduti jew titwettaq il-verifika ulterjuri meħtieġa, inklużi kontrolli fuq il-post.

Il-kredituri kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal sospensjoni.

5.    Ħlief fil-każ ta’ Stati Membri, il-BEI u l-FEI, malli jiskadu l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-rati tal-imgħax għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 99(2);

(b)l-imgħax għandu jkun jista’ jitħallas għall-perjodu bejn il-jum kalendarju wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament stabbilit fil-paragrafu 1 sal-jum tal-pagament.

Madankollu, f’każ li l-imgħax ikkalkolat f’konformità mal-ewwel subparagrafu jkun ta’ EUR 200 jew anqas, dan għandu jitħallas lill-kreditur biss fuq talba li tiġi sottomessa fi żmien xahrejn mill-wasla tal-pagament tard.

6.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-konformità ma’, u s-sospensjoni ta’, il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 74(9).

KAPITOLU 8

Awditur intern

Artikolu 118117

Il-ħatra tal-awditur intern

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi funzjoni tal-awditu intern li għandu titħaddem f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandu jwieġeb għal din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern ma għandux ikun la l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas l-uffiċjal tal-kontabbiltà.

2.    Għall-finijiet tal-awditjar intern tas-SEAE, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega f’konformità mal-Artikolu 60(2), għandhom ikunu soġġetti għas-setgħat ta’ verifika tal-awditur intern tal-Kummissjoni għall-ġestjoni finanzjarja sottodelegata lilhom.

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-awditur intern tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tal-baġit relatata mas-SEAE.

3.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taħtar l-awditur intern tagħha skont l-arranġamenti adattati għall-karatteristiċi u għar-rekwiżiti speċifiċi tagħha. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħatra tal-awditur intern tagħha.

4.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tiddetermina, skont il-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha, l-ambitu tal-missjoni tal-awditur intern tagħha u għandha tistabbilixxi fid-dettall l-objettivi u l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awditu intern b’rispett xieraq għall-istandards internazzjonali tal-awditu intern.

5.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ taħtar bħala awditur intern, permezz tal-kompetenza partikolari tiegħu, ufffiċjal jew xi aġent ieħor kopert mir-Regolamenti tal-Persunal magħżul minn fost ċittadini ta’ Stati Membri.

6.    Jekk ikun hemm żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni jew aktar li jaħtru l-istess awditur intern, dawn għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-awditur intern sabiex jiġi ddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 122121.

7.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jintemmu d-dmirijiet tal-awditur intern tagħha.

Artikolu 119118

Setgħat u dmirijiet tal-awditur intern

1.    L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-istituzzjoni tal-Unjoni tiegħu dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u billi jippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

L-awditur intern għandu jkun responsabbli b’mod partikolari sabiex:

(a)jivvaluta l-idoneità u l-effikaċja tas-sistemi interni tal-ġestjoni u l-prestazzjoni tat-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-politiki, tal-programmi u tal-azzjonijiet b’referenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b)jivvaluta l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni tal-baġit.

2.    L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni. Hu għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi.

L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

3.    L-awditur intern għandu jirrapporta lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni dwar dak li jirriżultalu u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tiżgura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-awditur intern tagħha humiex adatti għal skambju tal-aħjar prattiki ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.

4.    L-awditur intern għandu jippreżenta lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni rapport annwali tal-awditu intern li fih jindika l-għadd u t-tip ta’ awditi interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin magħmula u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Dak ir-rapport annwali tal-awditu intern għandu jsemmi kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-bord imwaqqaf skont l-Artikolu 146143 fejn jagħti l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 93.

5.    L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-prestazzjoni, u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb u tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħhom.

6.    Kull sena, il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u f’konformità mal-Artikolu 319 TFUE, tibgħat, fuq talba, ir-rapport annwali tal-awditu intern tagħha b’kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

7.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tagħmel disponibbli d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur intern tagħha għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f’operazzjonijiet ta’ nefqa, għall-finijiet ta' kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.

8.    Kull sena, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tabbozza rapport li jkun fih sommarju tal-għadd u tat-tip ta’ awditi interni mwettqin, sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 253247.

9.    Ir-rapporti u l-konstatazzjonijiet tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.

10.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lill-awditur intern tagħha r-riżorsi meħtieġa biex huwa jkun jista’ jaqdi sew il-funzjoni ta’ awditu intern, kif ukoll karta tal-missjoni li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tal-awditur intern tagħha.

Artikolu 120119

Programm ta’ ħidma tal-awditur intern

1.    L-awditur intern għandu jadotta l-programm ta’ ħidma u jissottomettih lill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.

2.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ titlob lill-awditur intern tagħha biex iwettaq awditi li ma jkunux inklużi fil-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 121120

Indipendenza tal-awditur intern

1.    L-awditur intern igawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi. Regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-awditur intern.

2.    L-awditur intern ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b’xi mod fir-rigward tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skont dan ir-Regolament.

3.    Jekk l-awditur intern ikun membru tal-persunal, huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet esklużivi ta’ awditur b’indipendenza totali u għandu jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 122121

Obbligazzjoni tal-awditur intern

Kull istituzzjoni tal-Unjoni weħidha, billi timxi skont dan l-Artikolu, tista’ taġixxi biex l-awditur intern tagħha, bħala membru tal-persunal, ikun iddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu deċiżjoni motivata biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-parti interessata. Taħt ir-responsabbiltà diretta tagħha, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni tista’ tgħaddi l-investigazzjoni f’idejn uffiċjal wieħed jew aktar, ta’ grad ugwali jew ogħla minn dak tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Il-fehmiet tal-parti interessata għandhom jinstemgħu matul l-investigazzjoni.

Ir-rapport tal-investigazzjoni għandu jintbagħat lill-parti interessata, li mbagħad għandha tinstema’ mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni fuq is-suġġett ta’ dak ir-rapport.

Abbażi tar-rapport u tas-smigħ, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tadotta deċiżjoni motivata li ttemm il-proċeduri jew deċiżjoni motivata skont l-Artikoli 22 u 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew penali finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u jintbagħtu, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lil istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Il-parti interessata tista’ tiftaħ kawża fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 123122

Kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Bla preġudizzju għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista’ jiftaħ kawża direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal kull att relatat mal-qadi ta’ dmirijietu bħala awditur intern. Huwa għandu jippreżenta tali kawża fi żmien tliet xhur mill-jum kalendarju li fih ikun sar jaf bl-att inkwistjoni.

Tali kawżi għandhom jiġu investigati u jinstemgħu f’konformità mal-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 124123

Kumitati tal-progress tal-awditjar intern

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi kumitat tal-progress tal-awditjar intern bil-kompitu li jiżgura l-indipendenza tal-awditur intern, jimmonitorja l-kwalità tax-xogħol ta’ awditjar intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet interni u esterni tal-awditjar jiġu kkunsidrati kif suppost u jsir segwitu għalihom mis-servizzi tagħha.

2.    Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-progress tal-awditjar intern għandu jkun deċiż minn kull istituzzjoni tal-Unjoni b’kont meħud tal-awtonomija organizzattiva tagħha u l-importanza tal-pariri minn esperti indipendenti.

TITOLU V

REGOLI KOMUNI

KAPITOLU 1

Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża

Artikolu 125124

Ambitu

Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 141138, ir-referenzi f’dan it-Titolu għal impenji legali li għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal impenji legali, kuntratti qafas u ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjara.

Artikolu 126125

Forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.    Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta għandhom jgħinu sabiex jinkisbu objettiv tal-politika tal-Unjoni u r-riżultati speċifikati u jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)finanzjament mhux marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta’:

(i)l-adempiment tal-kundizzjonijiet stipulati f’regoli speċifiċi għas-settur jew deċiżjonijiet tal-Kummissjoni; jew

(ii)il-ksib tar-riżultati mkejla b’referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni;

(b)rimborż ta’ kostijiet eliġibbli verament imġarrba;

(c)kostijiet unitarji li jkopru kull kategorija speċifika tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel b’referenza għal ammont għal kull unità;

(d)somom f’daqqa li jkopru f’termini globali l-kategoriji speċifiċi kollha tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel;

(e)finanzjament b’rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, li huma identifikati b’mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal;

(f)taħlita tal-forom imsemmija fil-punti minn (a) sa (e).

Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom, f’ġestjoni diretta jew indiretta, ikunu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 185181 jew regoli speċifiċi għas-settur jew ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u, fil-ġestjoni kondiviża, f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni taħt il-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom, f’ġestjoni diretta jew indiretta, ikunu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 185181, jew ma’ regoli speċifiċi għas-settur u, fil-ġestjoni kondiviża, f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur.

2.    Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta’ kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta’ kontabbiltà għandhom jitqiesu kemm jista’ jkun.

3.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta dwar finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet skont il-punt (a) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9).

Artikolu 127126

Rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet

Il-Kummissjoni tista’ tiddependi għalkollox jew b’mod parzjali fuq valutazzjonijiet magħmulin minnha stess jew minn entitajiet oħrajn, inklużi donaturi, sa fejn tali valutazzjonijiet ikunu saru dwar il-konformità ma’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni applikabbli. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati internazzjonalment jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

Artikolu 128127

Rikonoxximent reċiproku tal-awditi

Mingħajr preġudizzju għall-possibilitajiet eżistenti għat-twettiq ta’ aktar awditi, fejn awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards tal-awditi aċċettati internazzjonalment li jipprovdu aċċertazzjoni raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija globali, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur, dment li jkun hemm evidenza suffiċjenti tal-indipendenza u l-kompetenza tal-awditur. Għal dak il-għan, ir-rapport tal-awditur indipendenti u d-dokumentazzjoni relatata tal-awditjar għandhom, fuq talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Artikolu 129128

Użu ta’ informazzjoni diġà disponibbli

Sabiex ikun evitat li persuni u entitajiet li jirċievu fondi tal-Unjoni jintalbu l-istess informazzjoni aktar minn darba, l-informazzjoni diġà disponibbli fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, awtoritajiet ta’ ġestjoni jew korpi u entitajiet oħra li jimplimentaw il-baġit għandha tintuża sa fejn ikun l-iżjed possibbli.

Artikolu 130129

Kooperazzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.    Kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera għalkollox fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għandha, bħala kundizzjoni biex tirċievi l-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri, u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76 .

2.    Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni b’ġestjoni diretta u indiretta għandha taqbel bil-miktub li tagħti d-drittijiet neċessarji msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

 ġdid

Artikolu 131

Applikabbiltà parzjali tas-sistema ta’ esklużjoni għall-ġestjoni kondiviża

Is-sistema ta’ esklużjoni għandha tkun applikabbli fil-kuntest ta’ fondi tal-Unjoni żborżati skont l-Artikolu 62(1)(b), fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew entità li tapplika għal dawn il-fondi tal-Unjoni jew tirċevihom, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 139(2) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

KAPITOLU 2

Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta

Taqsima 1

Regoli dwar il-proċeduri u l-ġestjoni

Artikolu 132130

Sħubijiet finanzjarji qafas

1.    Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għal kooperazzjoni fit-tul ma’ persuni u ma’ entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew ma’ benefiċjarji. Bla preġudizzju għall-punt (c) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għandhom jiġu riveduti mill-anqas darba matul it-terminu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali. Ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ftehimiet ta’ għotja jistgħu jiġu ffirmati skont dawn il-ftehimiet.

2.    Il-fini ta’ ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jkun li jiffaċilita l-ksib ta’ objettivi ta’ politika tal-Unjoni billi jistabbilizza t-termini kuntrattwali tal-kooperazzjoni. Bħala tali, il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jispeċifika l-forom tal-kooperazzjoni finanzjarja u għandu jinkludi l-obbligu li jiġu stabbiliti, fil-ftehimiet speċifiċi iffirmati taħt il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja, arranġamenti għall-monitoraġġ tal-ksib ta’ objettivi speċifiċi. Dawk il-ftehimiet għandhom jindikaw ukoll, abbażi tar-riżultati ta’ valutazzjoni ex-ante, jekk il-Kummissjoni tistax tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew ta’ benefiċjarji, inklużi proċeduri tal-awditjar.

3.    Sabiex jiġu ottimizzati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-awditi u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta’ awditjar jew verifika ma’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew ma’ benefiċjarji. Tali ftehimiet għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-Artikoli 128127 u 130129.

4.    Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ għotjiet speċifiċi:

(a)il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu, minbarra l-paragrafu 2, jispeċifika:

(i)in-natura tal-azzjonijiet jew il-programmi ta’ ħidma previsti;

(ii)il-proċedura għall-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet speċifiċi, f’konformità mal-prinċipji u r-regoli proċedurali fit-Titolu VIII;

(b)il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ għoti speċifiku, ikkunsidrati flimkien, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 205201;

(c)id-durata tas-sħubija finanzjarja qafas ma għandhiex taqbeż l-erba’ snin ħlief f’każijiet debitament ġustifikati li għandhom ikunu indikati b’mod ċar fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9);

(d)ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-applikanti;

(e)is-sħubija finanzjarja qafas għandha tiġi ttrattata bħala għotja fir-rigward tal-programmazzjoni, il-pubblikazzjoni ex ante u l-aġġudikazzjoni;

(f)għotjiet speċifiċi bbażati fuq l-isħubija finanzjarja qafas għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ex ante stabbiliti fl-Artikolu 38.

5.    Ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi jista’ jipprevedi d-dipendenza fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-benefiċjarju skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn dawk is-sistemi u l-proċeduri jkunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu 158154(2), (3) u (4). F’dan il-każ, ma għandux ikun japplika point (d) of l-Artikolu 200196(1), il-punt (d),. Meta l-proċeduri tal-benefiċjarju għall-forniment ta’ finanzjament lil partijiet terzi msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu talfl-Artikolu 158(4)154(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ikunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 208204 u 209205.

6.    Fil-każ ta’ ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi, il-verifika tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 198 202 għandha ssir qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq verifika ekwivalenti tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali mwettqa minn donaturi oħrajn.

7.    Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ kontribuzzjoni, ikkunsidrati flimkien, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 130129 u mal-Artikolu 159(8)155(6).

Artikolu 133131

Sospensjoni, terminazzjoni u tnaqqis

1.    Meta proċedura ta’ aġġudikazzjoni tkun ġiet soġġetta għal irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jissospendi l-proċedura u jkun jista’ jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli minnufih jinforma lill-OLAF dwar suspett ta’ każijiet ta’ irregolaritajiet jew frodi.

2.    Meta, wara l-aġġudikazzjoni, jintwera bil-provi li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni kienet soġġetta għal irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’:

(a)jiċħad milli jassumi l-impenn legali jew iħassar l-aġġudikazzjoni ta’ premju;

(b)jissospendi l-pagamenti , jew il-kunsinna ;

(c)jissospendi l-implimentazzjoni tal-impenn legali;

(d)meta xieraq, jittermina l-impenn legali sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed jew aktar.

3.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-pagamenti jew il-kunsinna jew l-implimentazzjoni tal-impenn legali fejn:

(a)jintwera bil-provi li l-implimentazzjoni tal-impenn legali kienet soġġetta għal irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi;

(b)jenħtieġ li jiġi vverifikat jekk fil-fatt seħħewx l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti;

(c)irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi jixħtu dubju fuq l-affidabbiltà jew l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern ta’ persuna jew entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jew il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Meta l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma jkunux ikkonfermati, l-implementazzjoni jew il-pagamenti jew il-kunsinna għandhom jissoktaw mill-aktar fis possibbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jittermina l-impenn legali sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed jew aktar fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

4.    Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jew 3, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotja, il-premju, il-kontribuzzjoni skont il-ftehim ta’ kontribuzzjoni , id-donazzjoni mhux finanzjarja jew il-prezz dovut skont kuntratt b’mod proporzjonat għas-serjetà tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew tal-ksur ta’ obbligi, inkluż fejn l-attivitajiet ikkonċernati ma jkunux ġew implimentati jew ikunu ġew implimentati ħażin, b’mod parzjali jew tard.

Fil-każ tal-finanzjament imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tafl-Artikolu 126125(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a),, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas il-kontribuzzjoni b’mod proporzjonat jekk ir-riżultati jkunu nkisbu b’mod ħażin, b’mod parzjali biss jew tard jew jekk ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet.

5.    Il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal applikanti f’kompetizzjoni għal premjijiet.

Artikolu 134132

Żamma ta’ rekords  u aġġornament ta’ indirizzi postali u elettroniċi mir-riċevituri 

1.    Ir-riċevituri għandhom iżommu rekords u dokumenti ta’ prova, inklużi rekords statistiċi u rekords oħrajn li jappartjenu għall-finanzjament, kif ukoll rekords u dokumenti f’format elettroniku, għal ħames snin wara l-pagament tal-bilanċ jew, fin-nuqqas tat-tali pagament, it-tranżazzjoni. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet snin meta l-finanzjament ikun jammonta għal EUR 60000 jew anqas.

2.    Rekords u dokumenti li jappartjenu għal awditi, appelli, tilwim, it-tiftix ta’ pretensjonijiet relatati ma’ impenji legali jew li jirrigwardaw investigazzjonijiet tal-OLAFodi għandhom jinżammu sa meta tali awditi, appelli, tilwim, it-tiftix ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet ikunu ngħalqu. Għal rekords u dokumenti li jirrigwardaw investigazzjonijiet tal-OLAF, l-obbligu taż-żamma għandu japplika ladarba dawk l-investigazzjonijiet ikunu ġew innotifikati lir-riċevitur.

3.    Ir-rekords u d-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma oriġinali tagħhom, jew bħala kopji awtentikati tal-oriġinali, jew fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni inklużi verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss. Meta jkun hemm verżjonijiet elettroniċi, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal fejn tali dokumenti jissodisfaw ir-rekwiżiti legali applikabbli sabiex jitqiesu bħala ekwivalenti għall-oriġinali u sabiex wieħed ikun jista’ jiddependi fuqhom għal finijiet tal-awditjar.

 ġdid

4. Ir-riċevituri għandhom jinfurmaw lill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’kull tibdil fl-indirizzi postali u elettroniċi tagħhom. Dan l-obbligu għandu jkompli japplika matul il-ħames snin wara li jkun sar il-pagament tal-bilanċ jew, fin-nuqqas ta’ tali pagament, it-tranżazzjoni. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet snin meta l-finanzjament ikun jammonta għal EUR 60 000 jew inqas.

🡻 2018/1046

Artikolu 135133

Proċedura kontradittorja u mezzi ta’ rimedju

1.    Qabel ma jadotta xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li l-parteċipant jew ir-riċevitur ingħata l-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.

 ġdid

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni sakemm il-parteċipant ma jkunx ġie rrifjutat abbażi tal-punti (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 144(1).

🡻 2018/1046

2.    Meta miżura ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tolqot b’mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur l-att li jistabbilixxi dik il-miżura għandu jkun fih indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta’ rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-kontestazzjoni tiegħu.

Artikolu 136134

Tnaqqisiet tar-rata tal-imgħax u sussidji għat-tariffa ta’ garanzija

1.    Tnaqqisiet tar-rata tal-imgħax u sussidji għat-tariffa ta’ garanzija għandhom jiġu pprovduti skont it-Titolu X meta jkunu kombinati f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji.

2.    Meta t-tnaqqis tar-rata tal-imgħax u s-sussidji għat-tariffa ta’ garanzija ma jkunx ikkombinat f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji, jista’ jingħata skont it-Titolu VI jew VIII.

 ġdid

Artikolu 137

Protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku

1.    Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni tal-Unjoni għandhom jikkonformaw ma’ kull obbligu internazzjonali jew impenn ta’ aċċess għas-suq tal-Unjoni fi ftehimiet internazzjonali u ma għandhomx jillimitaw bla bżonn il-kompetizzjoni.

2.    Meta hemm bżonn u debitament ġustifikat, il-Kummissjoni għandha tindika, fid-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 111, li l-proċeduri speċifiċi tal-aġġudikazzjoni jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi u l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri tagħha, inklużi l-protezzjoni tal-integrità tal-infrastruttura diġitali, is-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, u l-ktajjen tal-provvista relatati. Meta ma tkun meħtieġa l-ebda deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(1), dan għandu jiġi stabbilit mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fid-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

3.    Għall-protezzjoni tas-sigurtà jew tal-ordni pubbliku, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni u għall-impenji legali kif imsemmi fl-Artikolu 125. Kull kundizzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1 u 2, u għandha tkun strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-sigurtà jew tal-ordni pubbliku tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri tagħha.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi jistgħu japplikaw għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni u għaċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-impenn legali li jirriżulta u jistgħu jikkonċernaw:

(a)    l-entità, b’mod partikolari l-kriterji għall-aċċess għall-proċedura jew l-eliġibbiltà abbażi tal-pajjiż ta’ stabbiliment tal-parteċipanti, inkluż il-kuntrattur jew il-benefiċjarju u l-entitajiet affiljati u kwalunkwe sottokuntrattur, kif ukoll fir-rigward tal-kontroll dirett jew indirett ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-parteċipanti minn entitajiet pubbliċi jew privati ta’ pajjiż terz;

(b)    l-attività, b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiż tal-oriġini tat-tagħmir, il-merkanzija, il-provvisti jew is-servizzi, kif ukoll fir-rigward tal-post tal-attwazzjoni, li tista’ tkun limitata għall-Istati Membri;

(c)    rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali għall-entitajiet u l-attivitajiet, b’mod partikolari kundizzjonijiet ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tat-tagħmir, tal-merkanzija, tal-provvisti jew tas-servizzi, tal-manifattur, tal-kuntrattur, tal-benefiċjarju, tal-entitajiet affiljati jew ta’ kwalunkwe sottokuntrattur.

Kwalunkwe kundizzjoni prevista f’att bażiku tista’ tikkomplementa dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi.

🡻 2018/1046

 ġdid

Taqsima 2

Sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni

Artikolu 138135

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-identifikazzjoni tar-riskji, l-esklużjoni u l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji

1.    Sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u tħaddem sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni.

L-għan ta’ din is-sistema għandu jkun li tiffaċilita:

(a)l-identifikazzjoni bikrija ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, li jippreżentaw riskju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)l-esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 139136(1);

(c)l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur skont l-Artikolu 141138.

2.    F’ġestjoni diretta u indiretta iIs-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tapplika għal:

(a)parteċipanti u riċevituri;

(b)entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom il-kandidat jew l-offerent biħsiebu jiddependi jew sottokuntratturi ta’ kuntrattur;

(c)kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fejn il-baġit tal-Unjoni jiġi implimentat skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u skont l-Artikolu 158154(4) fuq il-bażi tal-informazzjoni notifikata f’konformità mal-Artikolu 159(8)155(6);

 ġdid

(d) garanti;

🡻 2018/1046

(d)kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni minn strumenti finanzjarji implimentati b’mod eċċezzjonali skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62 (1);

(e)il-parteċipanti jew ir-riċevituri li dwarhom l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 63 ipprovdew informazzjoni, kif trażmessa mill-Istati Membri f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur skont il-punt (d) ta l-Artikolu 145142(2), il-punt (d);

(f)l-isponsors kif imsemmija fl-Artikolu 26;.

 ġdid

(g)sidien benefiċjarji u kull affiljat tal-persuna jew entità esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 139(6);

(h)persuni fiżiċi kif imsemmija fl-Artikolu 139(5), il-punti minn (a) sa (c);

(i)kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi permezz ta’ xi forma, inkluż appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli jew self jew it-tnejn, fejn il-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), mal-Istati Membri. F'tali każ għandu japplika l-Artikolu 139(2).

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (i), persuni jew entitajiet li jirċievu fondi għandhom jinkludu r-riċevituri finali ta’ fondi, kuntratturi, sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 158(7) u r-regoli stabbiliti fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehimiet ta’ finanzjament u fil-ftehimiet ta’ garanzija, fil-każ ta’ persuni jew entitajiet li jirċievu fondi tal-Unjoni fejn il-baġit jiġi implimentat skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c).

F’ġestjoni kondiviża, is-sistema ta’ esklużjoni għandha tapplika għal:

(j) kwalunkwe persuna jew entità li tapplika għal finanzjament fl-ambitu ta’ programm b’ġestjoni kondiviża, magħżula għal tali finanzjament, jew li tirċievi tali finanzjament;

(k) entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom biħsiebha tiddependi l-persuna jew l-entità msemmija fil-punt (j), jew sottokuntratturi ta’ tali persuna jew entità;

(l) sidien benefiċjarji u entitajiet affiljati tal-persuna jew l-entità msemmija fil-punt (j).

🡻 2018/1046

 ġdid

3.    Id-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar identifikazzjoni bikrija tar-riskji msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ta’ esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u/jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur, għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Informazzjoni relatata ma’ tali deċiżjonijiet għandha tiġi rreġistrata fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 145142(1). Meta tali deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-bażi tal-Artikolu 139(5)136(4), l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta’ data għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-persuni msemmija f’dak il-paragrafu.

4.    Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq riċevitur, għandha tkun ibbażata fuq sentenza finali jew, fis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 139136(1), fuq deċiżjoni amministrattiva finali, jew fuq klassifikazzjoni preliminari fil-liġi mill-bord kif imsemmi fl-Artikolu 146143 fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 139(3)136(2) sabiex tiġi żgurata valutazzjoni ċentralizzata ta’ dawn is-sitwazzjonijiet. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 144141(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrifjuta parteċipant minn proċedura partikolari ta’ aġġudikazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(7) u (8)136(5), l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jieħu deċiżjoni għall-esklużjoni ta’ parteċipant jew riċevitur u/jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarja fuq riċevitur u deċiżjoni biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata, abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari kif imsemmija fl-Artikolu 139(3)136(2), biss wara li tkun inkisbet rakkomandazzjoni mill-bord imsemmi fl-Artikolu 146143.

Artikolu 139136

Kriterji ta’ esklużjoni u deċiżjonijiet dwar esklużjonijiet

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) milli tieħu sehem fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni rregolati minn dan ir-Regolament jew milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni fejn dik il-persuna jew entità tkun tinsab f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:

(a)il-persuna jew l-entità tkun falliet, tkun soġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, ikollha l-assi tagħha qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, tkun tinsab fi ftehim ma’ kredituri, ikollha l-attivitajiet kummerċjali tagħha sospiżi, jew tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali;

(b)ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta f'xi mġiba illegali li jkollha impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn din it-tip ta’ mġiba tindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b’mod partikolari, xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)rappreżentazzjoni ħażina b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew għall-adempiment tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-implimentazzjoni tal-impenn legali;

(ii)id-dħul fi ftehim ma’ persuni jew ma’ entitajiet oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv) l-influwenzar indebitu jew it-tentattiv li indebitament jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli matul il- proċedura ta’ għoti il-proċess biex jinkisbu fondi tal-Unjoni billi jittieħed vantaġġ, permezz ta’ dikjarazzjoni falza, ta’ kunflitt ta’ interess li jinvolvi kwalunkwe attur finanzjarju jew persuna oħra msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 61;

(v)it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni;

 ġdid

(vi) inċitament għal diskriminazzjoni, mibegħda jew vjolenza kontra grupp ta’ persuni jew membru ta’ grupp meta tali mġiba ħażina jkollha impatt fuq l-integrità tal-persuna jew tal-entità li taffettwa b’mod negattiv jew tirriskja b’mod konkret li taffettwa l-attwazzjoni tal-impenn legali;

🡻 2018/1046 (adattat)

(d)ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-persuna tkun ħatja ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)frodi, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 77 u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995 78 ;

(ii)korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jew korruzzjoni attiva fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 79 , jew imġiba msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI 80 , jew korruzzjoni kif iddefinita f’liġijiet applikabbli oħrajn;

(iii)mġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI 81 ;

(iv)ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 82 ;

(v)reati terroristiċi jew reati marbuta  relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 31 u 123 tad-Direttiva 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 83  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI 84 , rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta’ tali reati, kif imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva;

(vi)tħaddim tat-tfal jew reati oħra li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 85 ;

(e)il-persuna jew l-entità tkun uriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ impenn legali iffinanzjat mill-baġit, li jkunu:

(i)wasslu għat-terminazzjoni bikrija ta’ impenn legali;

(ii)wasslu għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn; jew

(iii)ġew skoperti minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri wara verifiki, awditjar jew investigazzjonijiet;

(f)ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 86 ;

(g)ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità ħolqot entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali tan-negozju tagħha;

(h)ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g);.

 ġdid

(i) l-entità jew il-persuna tkun irreżistiet investigazzjoni, verifika jew awditu mwettqa minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew ir-rappreżentant jew l-awditur tiegħu, l-OLAF, l-UPPE, jew il-Qorti tal-Awdituri. Għandu jitqies li l-persuna jew l-entità tirreżisti investigazzjoni, kontroll jew awditu meta twettaq azzjonijiet bil-għan jew bl-effett li tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem it-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet meħtieġa biex jitwettqu l-investigazzjoni, il-verifika jew l-awditu. Tali azzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, intenzjonalment u mingħajr ġustifikazzjoni xierqa li tirrifjuta li tagħti l-aċċess meħtieġ għall-bini tagħha jew kwalunkwe żona oħra użata għal skopijiet ta’ negozju, il-ħabi jew ir-rifjut li tiġi divulgata informazzjoni jew l-għoti ta’ informazzjoni falza.

2.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138(2)(i), (j), (k) u (l) meta dik il-persuna jew entità tkun f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 139(1)(c) jew fil-punt (d) tal-Artikolu 139(1). Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali, id-deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ta’ mġiba kif imsemmi f’dawk il-punti, filwaqt li jitqiesu l-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 139, il-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (d), li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146.

Qabel ma jagħmel il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, il-bord imsemmi fl-Artikolu 146 għandu jagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63(2), l-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet għall-pagamenti relatati ma’ persuna jew entità li tinsab f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 139(1), il-punt (a), ma jiġux ippreżentati lill-Kummissjoni għar-rimborż.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

32. Fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fil-punti (c), (d), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fil-każ imsemmi fil-punti (e)  u (i)  tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ta’ mġiba kif imsemmi f’dawk il-punti, b’kont meħud tal-fatti stabbiliti jew konstatazzjonijiet oħra li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143.

Il-klassifikazzjoni preliminari msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tiġġudikax minn qabel il-valutazzjoni tal-imġiba tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ikkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jwettaq rieżami tad-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lill-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) u/jew li jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur mingħajr dewmien wara n-notifika ta’ sentenza finali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali. F’każijiet fejn is-sentenza finali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ma tistabbilixxix id-durata tal-esklużjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jistabbilixxi dik id-durata fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti u l-konstatazzjonijiet u filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143.

Meta tali sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali tgħid li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) mhijiex ħatja tal-imġiba soġġetta għal klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, li abbażi tagħha tkun ġiet eskluża l-persuna jew entità, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mingħajr dewmien, għandu jtemm dik l-esklużjoni u/jew jirrimborża, kif xieraq, kwalunkwe penali finanzjarja imposta.

Il-fatti u l-konstatazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)il-fatti stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew l-awditur intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor li jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni;

(b)deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħuda mill-korp ta’ sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ etika professjonali;

(c)il-fatti msemmija fid-deċiżjonijiet ta’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1);

(d)l-informazzjoni trażmessa f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 145142(2), il-punt (d)  , kif ukoll il-fatti u l-konstatazzjonijiet stabbiliti fil-kunċett ta’ proċeduri ġudizzjarji fil-livell nazzjonali dwar il-preżenza ta’ sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 139(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 139(1), il-punt (d), minn entitajiet li jimplementaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);

(e)deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta’ awtorità kompetenti nazzjonali relatati mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

43.    Kwalunkwe deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meħuda skont l-Artikoli minn 138135 sa 145142 jew, fejn applikabbli, kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, għandha tittieħed f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu:

(a)is-serjetà tas-sitwazzjoni, inkluż l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni;

(b)iż-żmien li għadda mindu seħħet l-imġiba rilevanti;

(c)id-durata tal-imġiba u r-rikorrenza tiegħu;

(d)jekk l-imġiba kinitx intenzjonata jew il-grad ta’ negliġenza li ntwera;

(e)fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, jekk ammont limitat huwiex f’riskju;

(f)kwalunkwe ċirkostanza mitiganti oħra, bħal:

(i)il-grad ta’ kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ikkonċernata mill-awtorità kompetenti rilevanti u l-kontribut ta’ dik il-persuna jew entità għall-investigazzjoni kif rikonoxxuta mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli; jew

(ii)id-divulgazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ esklużjoni permezz ta’ dikjarazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 140137(1);.  jew

 ġdid

(iii)il-miżuri li jkun ħa l-Istat Membru kontra l-persuna jew l-entità skont l-Artikolu 63(2).

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

54.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) meta:

(a)persuna fiżika jew ġuridika li hija membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2), jew li għandha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dik il-persuna jew entità, hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti minn (c) sa (h  i ) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)persuna fiżika jew ġuridika li tassumi obbligazzjoni bla limiti għad-djun ta’ dik il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(c)persuna fiżika li hija essenzjali għall-aġġudikazzjoni jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti minn (c) sa (h  i ) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu .

 ġdid

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li l-persuna fiżika li tinsab f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, tiġi eskluża.

6. Meta persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138(2), il-punti minn (a) sa (f) u (h) sa (k), tiġi eskluża, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jeskludi jew jimponi wkoll penali finanzjarja fuq is-sid benefiċjarju jew kwalunkwe affiljat tal-entità eskluża. Kull deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew, meta applikabbli, kull rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146, għandha tqis jekk (i) l-entità eskluża għandhiex indipendenza funzjonali mill-affiljat tagħha u mis-sid benefiċjarju; (ii) l-imġiba ħażina tal-entità eskluża ma tkunx dovuta għal nuqqas ta’ superviżjoni jew ta’ żamma ta’ kontrolli adegwati; (iii) l-entità eskluża tkun ħadet deċiżjoni kummerċjali mingħajr l-influwenza ta’ xi affiljat jew tas-sid benefiċjarju.

🡻 2018/1046

75. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 32 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) b’mod proviżorju mingħajr ir-rakkomandazzjoni minn qabel tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, meta l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni jew l-għażla tagħhom għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tkun tikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirreferi l-każ b’mod immedjat lill-bord imsemmi fl-Artikolu 146143 u għandu jieħu deċiżjoni finali mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni tal-bord.

 ġdid

8.    Fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, u meta n-natura jew iċ-ċirkostanzi tal-każ jeżiġu dan, riferiment għal rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146 jista’ jiġi ttrattat permezz ta’ proċedura mħaffa, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal smigħ tal-persuna jew tal-entità kkonċernata.

🡻 2018/1046

96.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, ma għandux jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) milli tieħu sehem fi proċedura ta' aġġudikazzjoni jew milli tingħażel għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni meta:

(a)il-persuna jew l-entità tkun ħadet biżżejjed miżuri ta’ rimedju speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu sabiex turi li hija affidabbli. Dan il-punt m’għandux japplika fil-każ imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, għal durata limitata u sakemm jiġu adottati miżuri ta’ rimedju speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu;

(c)esklużjoni bħal din tkun sproporzjonata fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Barra minn hekk, il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-każ ta’ xiri ta’ provvisti b’termini partikolarment vantaġġużi jew mingħand fornitur li żgur ikun ser itemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu jew fil-każ ta’ likwidaturi fi proċedura ta’ insolvenza, ta’ arranġament mal-kredituri, jew ta’ proċedura simili taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

Fil-każijiet ta’ nonesklużjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika r-raġunijiet li għalihom ma jeskludix lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) u jinforma lill-bord imsemmi fl-Artikolu 146143 b’dawk ir-raġunijiet.

107.    Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)miżuri sabiex tiġi identifikata l-oriġini tas-sitwazzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni u miżuri konkreti tekniċi, organizzazzjonali u tal-persunal fil-qasam rilevanti tal-attività jew tan-negozju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2), xierqa biex jikkoreġu l-imġiba u ma jħallux li jerġa’ jiġri darb’oħra;

(b)prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) tkun ħadet miżuri ta’ kumpens jew ta’ rimedju għall-ħsara jew għad-danni kkawżati lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-fatti sottostanti li jwasslu għas-sitwazzjoni ta’ esklużjoni;

(c)prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ħallset jew iggarantiet il-pagament ta’ kwalunkwe multa imposta mill-awtorità kompetenti jew ta’ kwalunkwe taxxa jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

 ġdid

Sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-persuna jew l-entità għandha tippreżenta l-miżuri ta’ rimedju li jkunu ġew ivvalutati minn awditur indipendenti estern jew li jitqiesu suffiċjenti b’deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali jew tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146.

🡻 2018/1046

 ġdid

118.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, filwaqt li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni riveduta tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, għandu, mingħajr dewmien, jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ex officio jew fuq talba ta’ dik il-persuna jew entità, fejn din tal-aħħar tkun ħadet miżuri ta’ rimedju suffiċjenti sabiex turi l-affidabbiltà tagħha jew ipprovdiet elementi ġodda li juru li ma għadhiex teżisti s-sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

129.    Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 138135(2), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrikjedi li l-kandidat jew l-offerent jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li fuq il-kapaċità tagħhom ikun biħsiebu jiddependi, li jkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 140137

Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta’ sitwazzjoni ta’ esklużjoni

1.    Parteċipant għandu jiddikjara jekk huwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139136(1) u 144141(1), u, fejn applikabbli, jekk ħax xi miżura ta’ rimedju kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(9)136(6).

Parteċipant għandu jiddikjara wkoll jekk il-persuni jew l-entitajiet segwenti humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (c) sa (h) tal-Artikolu 139136(1):

(a)persuni ġuridiċi jew naturali li huma membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward ta’ dak il-parteċipant;

(b)sidien benefiċjarji, kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849, tal-parteċipant.

Il-parteċipant jew ir-riċevitur għandu jinforma mingħajr dewmien lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjonijiet kif dikjarati.

Fejn xieraq, il-kandidat jew l-offerent għandu jipprovdi l-istess dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ffirmati minn sottokuntrattur jew minn kwalunkwe entità oħra li fuq il-kapaċità tagħha biħsiebu jiddependi, skont il-każ.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ma għandux jitlob id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu meta tali dikjarazzjonijiet diġà jkunu ġew sottomessi għall-finijiet ta’ proċedura oħra ta’ aġġudikazzjoni, dment li s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet, u li ma tkunx għaddiet aktar minn sena mid-data tad-dikjarazzjoni.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja r-rekwiżiti skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna liema valur ma jeċċedix l-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal-Anness I.

2.    Kull meta jintalbu hekk mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u fejn dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tajba tal-proċedura, il-parteċipant, is-sottokuntrattur jew l-entità li fuq il-kapaċità tagħhom biħsiebu jiddependi kandidat jew offerent għandhom jipprovdu:

(a)evidenza xierqa li mhijiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 139136(1);

(b)informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma membri tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dak il-parteċipant, inkluż persuni u entitajiet fl-istruttura tas-sjieda u l-kontroll u s-sidien benefiċjarji, u evidenza xierqa li ebda waħda minn dawk il-persuni ma tkun f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti minn (c) sa (f) tal-Artikolu 139136(1).

(c)evidenza xierqa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jassumu obbligazzjoni illimitata għad-djun ta’ dak il-parteċipant ma jkunux f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 139136(1).

3.    Meta applikabbli u f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jaċċetta bħala evidenza adegwata li parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 mhijiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (a), (c), (d), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 139136(1), estratt reċenti mir-rekords ġudizzjarji jew, f’nuqqas ta’ dan, dokument ekwivalenti maħruġ reċentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fil-pajjiż ta’ stabbiliment tiegħu li juri li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jaċċetta, bħala evidenza xierqa li parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 139136(1), ċertifikat reċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ stabbiliment. Meta tali tipi ta’ ċertifikati ma jkunux inħarġu fil-pajjiż tal-istabbiliment, il-parteċipant jista’ jipprovdi dikjarazzjoni ġuramentata magħmula quddiem awtorità ġudizzjarja jew nutar jew, fin-nuqqas ta’ dan, dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem awtorità amministrattiva jew korp professjonali kkwalifikat fil-pajjiż ta’ stabbiliment tiegħu.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja għall-obbligu ta’ parteċipant jew entità msemmija fil-paragrafu 2 li tissottometti l-evidenza dokumentarja msemmija fil-paragrafi 2 u 3:

(a)jekk huwa jista’ jkollu aċċess għal tali evidenza fuq bażi ta’ data nazzjonali mingħajr ħlas;

(b)jekk it-tali evidenza diġà tkun ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ proċedura oħra u dment li kwalunkwe dokument ippreżentat ikun għadu validu u li ma tkunx għaddiet sena mid-data tal-ħruġ tad-dokumenti;

(c)jekk huwa jagħraf li hemm impossibilità materjali sabiex tiġi pprovduta tali evidenza.

5.    Il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuni u entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew għal korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71.

Għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji u fin-nuqqas ta’ regoli u proċeduri kompletament ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 158154(4) , l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ir-riċevituri finali u l-intermedjarji għandhom jipprovdu lill-persuna jew lill-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), b’ dikjarazzjoni ffirmata fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d), (g) u (h) tal-Artikolu 139136(1), il-punti (a) sa (d), (g) u (h), jew il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 144141(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), jew f’sitwazzjoni meqjusa ekwivalenti wara l-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 158154(4).

Meta, eċċezzjonalment, strumenti finanzjarji jkunu implimentati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), ir-riċevituri finali għandhom jipprovdu lill-intermedjarji finanzjarji dikjarazzjoni ffirmata fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d), (g) u (h) tal-Artikolu 139136(1) jew fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 144141(1).

Artikolu 141138

Penali finanzjarji

1.    Sabiex jiżgura effett deterrent, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, filwaqt li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur li miegħu jkun ġie assunt impenn legali u li jkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (c), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 139136(1).

Rigward is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 139136(1), il-penali finanzjarja tista’ tkun imposta bħala alternattiva għal deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ riċevitur, fejn tali esklużjoni tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 139(4)136(3).

Rigward is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 139136(1), il-penali finanzjarja tista’ tkun imposta flimkien ma’ esklużjoni meta din tkun meħtieġa biex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minħabba l-imġiba sistemika u rikorrenti adottata mir-riċevituri bl-intenzjoni li jikseb indebitament fondi tal-Unjoni.

Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ma għandhiex tiġi imposta penali finanzjarja fuq riċevitur li, skont l-Artikolu 140137, ikun żvela li jinsab f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni.

2.    L-ammont tal-penali finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-valur totali tal-impenn legali. Fil-każ ta’ ftehim ta’ għotja ffirmat ma’ għadd ta’ benefiċjarji, il-penali finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-ammont tal-għotja li l-benefiċjarju kkonċernat huwa intitolat għalih skont il-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 142139

Id-durata tal-esklużjoni u l-perjodu ta’ limitazzjoni

1.    Id-durata tal-esklużjoni ma għandhiex taqbeż kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)id-durata, jekk teżisti, stabbilita bis-sentenza finali jew bid-deċiżjoni amministrattiva finali ta’ Stat Membru;

(b)fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali:

(i)ħames snin għall-każijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 139136(1), il-punti (d)  u (i) ;

(ii)tliet snin għall-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (e) sa (h) tal-Artikolu 139136(1).

Persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) għandha tkun eskluża dment li tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 139136(1).

2.    Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-esklużjoni ta’ persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) u/jew l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuqha għandu jkun ta’ ħames snin li jibdew jiġu kkalkolati minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)id-data li fiha tkun twettqet l-imġiba li wasslet għall-esklużjoni jew, fil-każ ta’ atti kontinwi jew ripetuti, id-data li fiha ntemmet l-imġiba, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) u (g) u (h) tal-Artikolu 139136(1);

(b)id-data tas-sentenza finali ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d), (g) u (h) tal-Artikolu 139136(1).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiġi interrott b’att ta’ awtorità nazzjonali, tal-Kummissjoni, tal-OLAF, tal-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143 ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kwalunkwe entità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit, jekk tali att jiġi nnotifikat lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ta’ dan ir-Regolament u jkun relatat mal-investigazzjonijiet jew mal-proċedimenti ġudizzjarji. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid għandu jibda mill-jum wara l-interruzzjoni.

Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 139136(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-esklużjoni ta’ persuna jew ta’ entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ta’ dan ir-Regolament u/jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq riċevitur prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

Meta l-imġiba ta’ persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ta’ dan ir-Regolament ikkonċernata tikkwalifika fuq il-bażi ta’ diversi raġunijiet minn fost dawk elenkati fl-Artikolu 139136(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni li jkun applikabbli għal dik l-aktar serja minn fost dawk ir-raġunijiet.

Artikolu 143140

Pubblikazzjoni tal-esklużjoni u tal-penali finanzjarji

1.    Sabiex fejn meħtieġ, jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent tal-esklużjoni u/jew tal-penali finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, soġġett għal deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni li ġejja dwar l-esklużjoni u, fejn applikabbli, il-penali finanzjarja fil-każijiet imsemmija fil-punti minn (c) sa (h) tal-Artikolu 139136(1):

(a)l-isem tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ikkonċernata;

(b)is-sitwazzjoni tal-esklużjoni;

(c)id-durata tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarja.

Meta d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja tkun ittieħdet abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 139(3)136(2), il-pubblikazzjoni għandha tindika li ma hemm l-ebda sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali. F’tali każijiet, informazzjoni dwar kwalunkwe appell, l-istatus tiegħu u l-eżitu tiegħu, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni riveduta tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien. Meta tkun ġiet imposta penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha tindika wkoll jekk dik il-penali tħallsitx.

Id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew wara sentenza finali rilevanti jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali, jew wara r-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 146143, skont il-każ. Dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tiġi nnotifikata lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 138135(2).

L-informazzjoni ppubblikata għandha titneħħa malli l-esklużjoni tasal fi tmiemha. Fil-każ ta’ penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha titneħħa sitt xhur wara li titħallas dik il-penali.

F’dak li jirrigwarda d-data personali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001, jinforma lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 138135(2) ta’ dan ir-Regolament, bid-drittijiet tagħhom skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u bil-proċeduri disponibbli għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.

2.    L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi ppubblikata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali;

(b)meta l-pubblikazzjoni tikkawża dannu sproporzjonat lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) ikkonċernata jew inkella jkun sproporzjonat abbażi tal-kriterji tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 139(4)136(3) u b’kont meħud tal-ammont tal-penali finanzjarja;

(c)fejn tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-data personali ma tkunx iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali, fost l-oħrajn, minħabba s-serjetà tal-imġiba jew l-impatt ta’ din fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’tali każijiet, id-deċiżjoni li tippubblika l-informazzjoni għandha tqis b’mod dovut id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħra previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001.

Artikolu 144141

Ċaħda minn proċedura ta' aġġudikazzjoni

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċħad minn proċedura ta' aġġudikazzjoni lil parteċipant li:

(a)ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 139136;

(b)ikun irrappreżenta b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni;

(c)qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta' aġġudikazzjoni fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament u, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor;.

 ġdid

(d) ikollu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-attwazzjoni tal-kuntratt skont il-punt 20.6 tal-Anness I.

🡻 2018/1046

 ġdid

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkomunika lill-parteċipanti l-oħrajn fil-proċedura ta' aġġudikazzjoni l-informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-parteċipant fit-tħejjija tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Qabel kwalunkwe ċaħda bħal din, il-parteċipant għandu jingħata l-opportunità li juri bil-provi li l-involviment tiegħu fit-tħejjija tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni ma jiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali.

2.    L-Artikolu 135133(1) għandu japplika sakemm iċ-ċaħda ma tkunx ġiet iġġustifikata skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’deċiżjoni dwar esklużjoni meħuda fir-rigward tal-parteċipant, wara eżami tal-osservazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 145142

Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni

1.    L-informazzjoni skambjata fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138135 għandha tkun iċċentralizzata f’bażi ta’ data stabbilita mill-Kummissjoni (“il-bażi ta’ data”) u għandha tiġi ġestita skont id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħrajn previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001.

L-informazzjoni dwar każijiet ta’ identifikazzjoni bikrija, ta’ esklużjoni u/jew ta’ penali finanzjarji għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara li jinnotifika lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, kif imsemmija fl-Artikolu 138135(2). Tali notifika tista’ tiġi differita f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sakemm it-tali raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ma jibqgħux jeżistu.

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tinforma lil persuna jew entità soġġetta għas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 138135(2), dwar id-data maħżuna fil-bażi ta’ data li tirrigwarda dik il-persuna jew entità.

L-informazzjoni li tinsab fil-bażi ta’ data għandha tiġi aġġornata, fejn xieraq, wara rettifika, tħassir jew kwalunkwe modifika oħra fid-data. Għandha tiġi ppubblikata biss skont l-Artikolu 143140.

2.    Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tkun ibbażata fuq fatti u konstatazzjonijiet kif imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 139(3)136(2) u fuq it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari minn:

(a)l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, jew l-OLAF f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fejn investigazzjoni li tkun tlestiet jew li tkun għaddejja turi li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri jew azzjonijiet ta’ prekawzjoni biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’kunsiderazzjoni dovuta għar-rispett tad-drittijiet proċedurali u fundamentali, u għall-ħarsien tal-informaturi;

(b)uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ uffiċċju Ewropew imwaqqaf mill-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva;

(c)istituzzjoni tal-Unjoni, uffiċċju Ewropew, jew aġenzija għajr dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jew korp jew persuna inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-PESK;

(d)entitajiet li jimplimentaw il-baġit f’konformità mal-Artikolu 63, f’każijiet ta’ frodi u/jew irregolarità individwati u s-segwitu tagħhom, fejn it-trażmissjoni tal-informazzjoni tkun meħtieġa mir-regoli speċifiċi għas-settur;

(e)persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), f’każijiet ta’ frodi u/jew irregolarità individwati u s-segwitu tagħhom.

3.    Ħlief fejn l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, l-informazzjoni li għandha tintbagħat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi:

(a)l-identifikazzjoni tal-entità jew tal-persuna kkonċernata;

(b)sommarju tar-riskji identifikati jew tal-fatti inkwistjoni;

(c)informazzjoni li tista’ tgħin lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fit-twettiq tal-verifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-esklużjoni kif imsemmija fl-Artikolu 139136(1) jew (32), jew deċiżjoni li timponi penali finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 141138;

(d)fejn applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe miżura speċjali meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mibgħuta, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-evidenza għall-protezzjoni tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali.

4.    Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tagħha u dawk tal-aġenziji eżekuttivi tagħha, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-korpi tal-Unjoni, tal-uffiċċji u tal-aġenziji Ewropej kollha l-oħrajn permezz tal-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni fis-seħħ u l-impenji legali eżistenti.

Fit-twettiq ta’ dik il-verifika, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 74 u ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa previst fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni u l-impenji legali.

Il-perjodu ta’ żamma għall-informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni bikrija trażmessa skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikun itwal minn sena. Jekk, matul dak il-perjodu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jitlob lill-bord sabiex joħroġ rakkomandazzjoni f’każ li jikkonċerna esklużjoni jew penali finanzjarji, il-perjodu ta’ żamma jista’ jiġi estiż sa tali żmien li fih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun ħa deċiżjoni.

5.    Il-persuni u l-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-Artikolu 62 għandhom jingħataw aċċess mill-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 139136 sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk hemmx esklużjoni fis-sistema bil-ħsieb li jieħdu kont ta’ din l-informazzjoni, kif xieraq u fuq responsabbiltà proprja, meta jagħtu kuntratti fl-implimentazzjoni tal-baġit.

 ġdid

Ħlief meta l-baġit ikun fdat lil persuni jew lil entitajiet fl-Artikolu 62, paragrafu 1, punt (c), skont il-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 158(4), il-persuni u l-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jinfurzaw tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuna jew l-entità li tapplika għal fondi tal-Unjoni, jew tagħżilhom jew tirċevihom.

🡻 2018/1046

6.    Bħala parti mir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 325(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni aggregata dwar id-deċiżjonijiet meħudin mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli minn 138135 sa 145142 ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jipprovdi wkoll aktar informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(9)136(6) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 143140(2) ta’ dan ir-Regolament u dwar kwalunkwe deċiżjoni mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni biex jiddevjaw mir-rakkomandazzjoni tal-bord skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 146143(6) ta’ dan ir-Regolament.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tingħata b’rispett xieraq għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u, b’mod partikolari, ma għandhiex tippermetti li tiġi identifikata l-persuna jew l-entità kkonċernata, kif imsemmija fl-Artikolu 138135(2).

Artikolu 146143

Bord

1.    Għandu jitlaqqa’ bord fuq it-talba ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni, uffiċċju jew korp Ewropew jew persuna inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE.

2.    Il-bord għandu jkun magħmul minn:

(a)president indipendenti permanenti ta’ livell għoli maħtur mill-Kummissjoni;

 ġdid

(b) viċi president indipendenti permanenti ta’ livell għoli maħtur mill-Kummissjoni, li għandu jkun sostitut għall-president;

🡻 2018/1046

(cb)żewġ rappreżentanti permanenti tal-Kummissjoni bħala s-sid tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, li għandhom jesprimu pożizzjoni komuni konġunta; u

(dc)rappreżentant wieħed tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba.

Il-kompożizzjoni tal-bord għandha tiżgura l-għarfien espert tekniku u legali xieraq. Il-bord għandu jkun assistit minn segretarjat permanenti, ipprovdut mill-Kummissjoni, li għandu jiżgura l-amministrazzjoni kontinwa tal-bord.

3.    Il-President għandu jintgħażel minn fost persuni li kienu membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali li jkunu mill-anqas fil-grad ta’ Direttur Ġenerali f’istituzzjoni tal-Unjoni li mhijiex il-Kummissjoni. Dan għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu, tal-esperjenza estensiva fi kwistjonijiet legali u finanzjarji u tal-kompetenza, tal-indipendenza u tal-integrità murija. Il-mandat għandu jkun għal ħames snin u ma għandux ikun jista’ jiġġedded. Il-President għandu jinħatar bħala konsulent speċjali fis-sens tal-Artikolu 5 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jippresiedi fis-sessjonijiet kollha tal-bord. Għandu jkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu. Huwa ma għandux ikollu kunflitt ta’ interess bejn id-dmirijiet tiegħu bħala President u kull dmir uffiċjali ieħor.

4.    Ir-regoli ta’ proċedura tal-bord għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

5.    Il-bord għandu jħares id-dritt tal-persuna jew tal-entità kkonċernata, kif imsemmija fl-Artikolu 138135(2) li tissottometti osservazzjonijiet dwar il-fatti jew il-konstatazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 139(3)136(2) u dwar il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi u qabel l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Id-dritt li jiġu sottomessi osservazzjonijiet jista’ jiġi differit f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sa meta tali raġunijiet leġittimi ma jibqgħux jeżistu.

6.    Ir-rakkomandazzjoni tal-bord għall-esklużjoni u/jew għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja għandha, fejn applikabbli, jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)il-fatti jew il-konstatazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 139(3)136(2) u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-liġi;

(b)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi imposta penali finanzjarja u l-ammont tagħha;

(c)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi eskluża l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) u, f’dak il-każ, id-durata ssuġġerita tat-tali esklużjoni;

(d)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-persuna jew mal-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) li hija eskluża u/jew soġġetta għal penali finanzjarja;

(e)valutazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju meħudin mill-persuna jew mill-entità msemmija fl-Artikolu 138135(2), jekk saret waħda.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprevedi deċiżjoni iktar severa minn dik li ġiet irrakkomandata mill-bord, huwa għandu jiżgura li t-tali deċiżjoni tittieħed bir-rispett dovut tad-dritt ta’ smigħ u tar-regoli ta’ protezzjoni tad-data personali.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi li jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-bord, dan għandu jiġġustifika din id-deċiżjoni lill-bord.

7.    Il-bord għandu jirrevedi r-rakkomandazzjoni tiegħu matul il-perjodu ta’ esklużjoni fuq talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu139(11)136(8) jew wara n-notifika ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi r-raġunijiet għal esklużjoni fejn tali sentenza jew deċiżjoni ma tistabbilixxix id-durata tal-esklużjoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 139(3)136(2).

8.    Il-bord għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba bir-rakkomandazzjoni riveduta tiegħu, sabiex wara l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu.

9.    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu biex tirrieżamina deċiżjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jeskludi persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 138135(2) u/jew jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur, inkluż it-tħassir tal-esklużjoni, it-tnaqqis jew iż-żieda tad-durata tagħha u/jew it-tħassir, it-tnaqqis jew iż-żieda tal-penali finanzjarja imposta. L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 ma għandux japplika meta d-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jeskludi jew jimponi penali finanzjarja tittieħed fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-bord.

 ġdid

Artikolu 147

Komunikazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni

1.    Il-Komunikazzjoni kollha, b’mod partikolari n-notifika ta’ deċiżjonijiet, ittri, dokumenti jew informazzjoni relatata ma’ proċeduri ta’ identifikazzjoni bikrija jew ta’ esklużjoni għandha ssir bil-miktub fuq karta jew f’format elettroniku.

2.    In-notifiki għal komunikazzjonijiet li joħolqu effetti legali jew jiskattaw limiti ta’ żmien għandhom isiru fuq karta bil-posta rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew b’servizz ta’ kurrier bi prova tal-konsenja, permezz ta’ sistema sigura ta’ skambju elettroniku skont l-Artikolu 152, jew bil-posta elettronika jew b’mezzi elettroniċi oħra.

3.    Il-komunikazzjonijiet għandhom:

a)Meta jsiru fuq karta, jitqiesu notifikati meta jkunu twasslu fl-aħħar indirizz postali disponibbli indikat mill-parti riċeventi. In-notifiki bil-posta rreġistrata b’konferma tal-wasla jew permezz ta’ servizz tal-kurrier bi prova tal-konsenja għandhom jitqiesu li jkunu waslu jew fid-data tal-konsenja rreġistrata mis-servizz postali jew mis-servizz tal-kurrier jew wara l-limitu ta’ żmien għall-ġbir fl-uffiċċju postali, jew, fin-nuqqas ta’ tali limitu ta’ żmien, tliet ġimgħat wara t-tentattiv ta’ konsenja, dment li n-notifika tkun intbagħtet għat-tieni darba u tħabbret elettronikament lill-aħħar indirizz tal-posta elettronika disponibbli indikat mill-parti riċeventi.

b) Meta jsiru permezz ta’ sistema sigura ta’ skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 152, jitqies li jkunu ġew notifikati fid-data u l-ħin li jkunu ġew aċċessati, kif indikat mir-reġistrazzjonijiet tal-ħin fis-sistema. In-notifiki formali li ma jkunux ġew aċċessati fi żmien għaxart ijiem wara li jintbagħtu, għandhom jitqiesu li ġew aċċessati.

c) Meta jsiru bil-posta elettronika jew b’mezzi elettroniċi oħra, jitqiesu li jkunu ġew innotifikati fil-jum li tintbagħat l-email, sakemm din tintbagħat fl-aħħar indirizz tal-posta elettronika disponibbli indikat mill-parti riċeventi u l-parti li tibgħat ma tirċevix rapport li l-email ma waslitx.

Meta r-riċevitur ikun jista’ juri li ma tħalliex jaċċessa komunikazzjoni minħabba ċirkostanzi barra mill-kontroll tiegħu, l-effetti legali tal-komunikazzjoni għandhom jibdew jiddekorru mill-mument li fih ir-riċevitur jista’ juri li kiseb aċċess għall-kontenut tagħha.

🡻 2018/1046

 ġdid

Artikolu 148144

Funzjonament tal-bażi ta’ data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni

1.    Informazzjoni mitluba mill-entitajiet msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 145142(2) għandha tintbagħat biss permezz tas-sistema awtomatizzata ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni li attwalment qed tintuża għar-rapportar ta’ frodi u irregolaritajiet (“is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet”), f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

2.    L-użu tad-data riċevuta permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet għandu jqis l-istatus tal-proċedura nazzjonali li kienet fis-seħħ meta din l-informazzjoni ntbagħtet. Tali użu għandu jkun ippreċedut minn konsultazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħat id-data rilevanti permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

Artikolu 149145

L-eċċezzjonijiet applikabbli għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

L-Artikoli minn 138135 sa 148144 ma għandhomx japplikaw għall-JRC.

Taqsima 3

Sistemi tal-IT u tal-gvern elettroniku

Artikolu 150146

Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet

1.    Meta l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa jew l-iskambji tad-dokumenti jkunu ġestiti permezz ta’ sistemi tal-kompjuter, id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati permezz ta’ proċedura kompjuterizzata jew elettronika li tipprovdi awtentikazzjoni tal-firmatarju. It-tali sistemi tal-kompjuter għandhom jinkludu deskrizzjoni sħiħa u aġġornata tas-sistema li tiddefinixxi l-kontenut tal-entrati tad-data kollha, billi jiddeskrivu kif inhi ttrattata kull operazzjoni individwali u jispjegaw f’dettall kif is-sistema tal-kompjuter tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rekord tal-awditjar sħiħ għal kull operazzjoni. L-informazzjoni elettronika tista’ tkun soġġetta għal kontrolli u awditi diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 36(9).

2.    Soġġett għall-qbil minn qabel tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri kkonċernati, kull trażmissjoni ta’ dokumenti bejniethom tista’ ssir b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 151147

Gvern elettroniku

1.    Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jistabbilixxu u japplikaw standards uniformi għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-parteċipanti. B’mod partikolari, dawn għandhom, sal-massimu possibbli, ifasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-preżentazzjoni, għall-ħżin u għall-ipproċessar tad-data ppreżentata fil-kuntest tal-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni, u għal dak il-għan, għandhom jiddefinixxu “spazju ta’ skambju elettroniku ta’ data” uniku għall-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar f’dak ir-rigward.

2.    Fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati f’regoli speċifiċi għas-setturi. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew riċevuta u trażmessa b’mod ieħor fil-ġestjoni tal-baġit.

Artikolu 152148

Sistemi ta’ skambju elettroniku

1.    L-iskambji kollha mar-riċevituri u mal-parteċipanti , inkluża l-assunzjoni ta’ impenji legali u ta’ kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku.

2.    Is-sistemi ta’ skambju elettroniku għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha;

(b)persuni awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema;

(c)persuni awtorizzati jiġu identifikati permezz tas-sistema b’mezzi stabbiliti;

(d)il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jiġu stabbiliti bi preċiżjoni;

(e)tinżamm l-integrità tad-dokumenti;

(f)tinżamm id-disponibbiltà tad-dokumenti;

(g)fejn ikun xieraq, tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti;

(h)tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001.

 ġdid

3.    Is-sistema ta’ skambju elettroniku tista’ tintuża wkoll mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli biex jikkomunika mal-parteċipanti, mar-riċevituri jew ma’ persuni jew entitajiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 138(2):

(a)    dwar l-inklużjoni tagħhom fil-bażi tad-data tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 138(1), il-punt (a);

(b)    il-kontenut ta’ ittri kontradittorji u informazzjoni jew talbiet oħra maħruġa mill-bord imsemmi fl-Artikolu 146, sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 146(5), u fl-eżerċizzju tal-kompetenzi skont dan ir-Regolament;

(c)    il-kontenut tad-deċiżjonijiet u ta’ informazzjoni jew talbiet oħra mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi skont l-Artikoli 138 sa 148 ta’ dan ir-Regolament.

🡻 2018/1046 (adattat)

43. Data mibgħuta jew riċevuta permezz ta’ sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-data u tal-akkuratezza tad-data u tal-ħin ta’ meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-data indikata mis-sistema.

Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta’ sistema bħal din għandu jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, għandu jkun ammissibbli bħala evidenza fi proċedimenti legali, għandu jitqies oriġinali u għandu jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u tal-integrità tiegħu, dment li d-dokument ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b’mod awtomatiku.

Il-firem elettroniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jkollhom effett legali ekwivalenti għal firem bl-idejn.

Artikolu 153149

Sottomissjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni

1.    L-arranġamenti għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiġu deċiżi mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li jista’ jagħżel il-metodu esklużiv ta’ sottomissjoni.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin jkunu tali li jiżguraw li hemm kompetizzjoni ġenwina u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b)tiġi ppreservata l-integrità tad-data;

(c)tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-dokumenti ta’ applikazzjoni;

(d)tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725(KE) Nru 45/2001.

2.    Il-Kummissjoni għandha tiżgura b’mezzi xierqa u skont l-Artikolu 151147(1) li l-parteċipanti jistgħu jressqu d-dokumenti ta’ applikazzjoni u kwalunkwe evidenza ta’ sostenn f’format elettroniku. Kwalunkwe sistema ta’ komunikazzjoni elettronika użata biex tappoġġa komunikazzjonijiet u skambji ta’ informazzjoni għandha tkun nondiskriminatorja, ġeneralment disponibbli u interoperabbli ma’ prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’użu ġenerali u ma għandhiex tillimita l-aċċess tal-parteċipanti għall-proċedura ta' aġġudikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.    L-apparati għar-riċevuta elettronika tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiggarantixxu, permezz ta’ mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

(a)il-parteċipant ikun jista’ jiġi awtentikat b’ċertezza;

(b)il-ħin u d-data eżatta tar-riċezzjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni jkunu jistgħu jiġu ddeterminati preċiżament;

(c)persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għad-data trażmessa u jistgħu jistabbilixxu jew ibiddlu d-dati għall-ftuħ tad-dokumenti tal-applikazzjoni;

(d)matul il-fażijiet differenti tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni, persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għad-data kollha ppreżentata u jistgħu jagħtu aċċess għal din id-data kif meħtieġ għall-proċedura;

(e)ikun raġonevolment żgurat li jista’ jiġi identifikat kwalunkwe tentattiv biex tinkiser kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (d).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kuntratti taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1).

4.    Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jawtorizza sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni b’mezzi elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi sottomessi b’dawn is-sistemi għandhom jitqiesu bħala l-oriġinali.

5.    Meta l-preżentazzjoni ssir b’ittra, il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jippreżentaw dokumenti ta’ applikazzjoni:

(a)jew bil-posta jew bis-servizz ta’ kurrier, f’liema każ l-evidenza tal-preżentazzjoni għandha tkun kostitwita mit-timbru jew mid-data tal-irċevuta tad-depożitu;

(b)billi titwassal bl-idejn sa għand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-parteċipant innifsu jew minn aġent, f’liema każ l-evidenza tal-preżentazzjoni għandha tkun il-konferma tar-riċevuta.

 ġdid

Għal kuntratti aġġudikati mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jew aġġudikati esklużivament fl-interess tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, l-awtorità kontraenti tista’ tillimita l-preżentazzjoni permezz ta’ ittra għal mezz wieħed biss minn dawk indikati hawn fuq.

🡻 2018/1046

6.    Bil-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ applikazzjoni, il-parteċipanti jaċċettaw li jirċievu notifika tal-eżitu tal-proċedura permezz ta’ mezzi elettroniċi.

 ġdid

7.    Il-parteċipanti jew ir-riċevituri jew kwalunkwe persuna jew entità oħra inkluża fl-Artikolu 138(2), jaċċettaw li jirċievu notifiki skont it-termini tal-impenn legali speċifiku jew tal-kuntratt ta’ konċessjoni, inkluża kull notifika dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 138(1). Għal dak li jikkonċerna persuni jew entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 138(2), l-applikant għandu jkun responsabbli biex jikkomunika lill-awtorità kontraenti l-indirizz tal-entità kkonċernata.

Sakemm l-iskambji ma jsirux permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 152, fejn il-persuna jew l-entità tkun ġiet innotifikata b’mezzi elettroniċi fl-indirizz indikat fl-applikazzjoni, u fin-nuqqas ta’ konferma espliċita tar-riċevuta tan-notifika elettronika, għandu jiġi preżunt li l-persuna tal-entità kellha l-opportunità li ssir taf bil-kontenut tal-iskambju u għalhekk għandu jitqies li notifika saret.

🡻 2018/1046

 ġdid

87.    Il-paragrafi minn 1 sa 6  7 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-għażla ta’ persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c).

KAPITOLU 3

Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta

Artikolu 154150

Kumitat tal-evalwazzjoni

1.    Id-dokumenti ta’ evalwazzjoni għandhom jiġu evalwati minn kumitat tal-evalwazzjoni.

2.    Il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun ifformat minn tal-anqas tliet persuni.

3.    Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotja  , l-applikazzjonijiet għal donazzjonijiet mhux finanzjarji jew l-offerti għandhom jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 68, 69, 70 u 71 mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, li mill-anqas wieħed minnhom ma jaqax taħt l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Meta r-rappreżentazzjonijiet u fl-unitajiet lokali barra mill-Unjoni, bħal delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa ta’ uffiċċju tal-Unjoni f’pajjiż terz, u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68, 69, 70 u 71 ma jkollhomx entitajiet separati, ir-rekwiżit ta’ entitajiet organizzazzjonali bl-ebda rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax.

Esperti esterni jistgħu jassistu lill-kumitat tal-evalwazzjoni skont deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni jistgħu jkunu esperti esterni meta dik il-possibilità tkun ipprovduta fl-att bażiku.

4.    Il-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni li jevalwaw l-applikazzjonijiet f’kompetizzjoni għal premjijiet jistgħu jkunu persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 jew esperti esterni.

5.    Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-esperti esterni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 61.

Artikolu 155151

Kjarifika u korrezzjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jikkoreġi żbalji klerikali ovvji f’dokumenti ta’ applikazzjoni wara l-konferma tal-korrezzjoni maħsuba mill-parteċipant.

Meta parteċipant jonqos milli jippreżenta provi jew jagħmel dikjarazzjonijiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew, jekk ikun il-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, jitlob lill-parteċipant iforni l-informazzjoni nieqsa jew jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn.

Tali informazzjoni, kjarifika jew konferma ma għandhiex tbiddel b’mod sostanzjali dokumenti ta’ applikazzjoni.

Artikolu 156152

Garanziji

1.    Ħlief għal kuntratti u għotjiet li l-valur tagħhom ma jeċċedix EUR 60000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk dan ikun proporzjonat u soġġett għal analiżi tar-riskju tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jesiġi li tiġi ddepożitata garanzija:

(a)mill-kuntratturi jew mill-benefiċjarji sabiex jiġu limitati r-riskji finazjarji relatati mal-pagament tal-prefinanzjament (“garanzija fuq il-prefinanzjament”);

(b)minn kuntratturi sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-obbligi kuntrattwali sostanzjali fil-każ ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi kumplessi (“garanzija tal-eżekuzzjoni”);

(c)minn kuntratturi sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt matul il-perjodu ta’ obbligazzjoni kuntrattwali (“garanzija taż-żamma tal-flus”).

Il-JRC għandu jkun eżentat mill-preżentazzjoni ta’ garanziji.

Bħala alternattiva għat-talba ta’ garanzija fuq il-prefinanzjament, għal għotjiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li jaqsam il-pagament f’diversi pagamenti parzjali.

2.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi jekk il-garanzija għandhiex tiġi ddenominata f’euro jew fil-munita tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja.

3.    Il-garanzija għandha tkun maħruġa minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja awtorizzata aċċettati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Fuq it-talba tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju u diment li din tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli:

(a)il-garanzija msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’ tiġi sostitwita minn garanzija in solidum tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju u parti terza;

(b)il-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’ tiġi sostitwita minn garanzija konġunta irrevokabbli u bla kundizzjoni tal-benefiċjarji li huma partijiet għall-istess ftehim ta’ għotja.

4.    Il-garanzija għandha jkollha l-effett li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja jew il-parti terza jipprovdu garanzija kollaterali u irrevokabbli, jew iservu bħala garanti li jissejħu l-ewwel tal-obbligi tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju.

5.    Meta, matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiskopri li garanti mhuwiex jew ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huwa għandu jesiġi li l-kuntrattur jew il-benefiċjarju jibdel il-garanzija maħruġa minn tali garanti.

Artikolu 157153

Garanzija fuq il-prefinanzjament

1.    Garanzija fuq il-prefinanzjament għandha tkun għal ammont li ma jaqbiżx l-ammont tal-prefinanzjament u għandha tkun valida għal perjodu twil biżżejjed biex tkun tista’ tiġi attivata.

2.    Il-garanzija fuq il-prefinanzjament għandha tiġi rilaxxata kif u meta l-prefinanzjament jitnaqqas mill-pagamenti interim jew il-pagamenti tal-bilanċ lill-kuntrattur jew lill-benefiċjarju skont it-termini tal-kuntratt jew il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.

TITOLU VI

ĠESTJONI INDIRETTA

Artikolu 158154

Ġestjoni indiretta

1.    L-għażla tal-persuni u tal-entitajiet li għandhom jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) għandha tkun trasparenti, iġġustifikata min-natura tal-azzjoni u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess. Għall-entitajiet imsemmija fil-punti (c)(ii), (v), (vi) u (vii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-għażla għandha tqis ukoll il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tagħhom.

Meta l-persuna jew l-entità tkun identifikata f’att bażiku, id-dikjarazzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 35 għandha tinkludi ġustifikazzjoni motivata għall-għażla ta’ dik il-persuna jew entità partikolari.

F’każijiet ta’ implimentazzjoni minn netwerk, li teħtieġ in-nomina ta’ mill-inqas korp wieħed jew entità waħda għal kull Stat Membru kkonċernat jew għal kull pajjiż ikkonċernat, il-korp jew l-entità għandhom jiġu nominati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat f’konformità mal-att bażiku. F’kull każ ieħor, il-Kummissjoni għandha tinnomina dawk il-korpi jew l-entitajiet bi qbil mal-Istati Membri jew mal-pajjiżi kkonċernati.

 ġdid

Meta l-għażla ssir wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, din għandha ssir f’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

2.    Il-persuni u l-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u tal-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja skont l-Artikolu 130, dawk il-prinċipji għandhom ikunu deskritti aktar fit-tali ftehimiet.

3.    Qabel ma jiġu ffirmati ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, ftehimiet ta’ finanzjament jew ftehimiet ta’ garanzija, il-Kummissjoni għandha tiżgura livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak li huwa previst meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan billi twettaq valutazzjoni tas-sistemi, tar-regoli u tal-proċeduri tal-persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jekk biħsiebha tiddependi fuq tali sistemi, regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew billi tieħu miżuri superviżorji xierqa f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u bil-konsiderazzjoni dovuta għan-natura tal-azzjoni u tar-riskji involuti, tivvaluta kemm il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c):

(a)jistabbilixxu u jiggarantixxu l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern ibbażata fuq l-aħjar prattiki internazzjonali inkluża ġestjoni adegwata tar-riskji u li tippermetti b’mod partikolari l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi; is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita tista’, fejn xieraq, tiddependi fuq kontrolli diġitali;

(b)jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f’waqtha;

(c)huma soġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-persuna jew entità kkonċernata;

(d)japplikaw regoli u proċeduri xierqa għall-għoti ta’ finanzjament lil partijiet terzi inkluż proċeduri ta’ reviżjoni trasparenti, nondiskriminatorji, effiċjenti u effettivi, regoli għall-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament u regoli għall-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament;

(e)jagħmlu informazzjoni adegwata pubblika dwar ir-riċevituri tagħhom ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 38;

(f)jiżguraw protezzjoni tad-data personali ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 5.

Barra minn hekk, bi qbil mal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta regoli u proċeduri oħrajn bħall-kostijiet tal-amministrazzjoni  prattiki kontabilistiċi relatati mal-ispiża amministrattiva tal-persuni jew entitajiet. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibbaża fuq dawk ir-regoli u l-proċeduri.

Il-persuni jew entitajiet li jkunu ġew ivvalutati taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed jekk issir kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi, regoli jew proċeduri tagħhom li tista’ tħalli impatt fuq l-affidabbiltà tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

5. Meta l-persuni jew entitajiet ikkonċernati jikkonformaw biss b’mod parzjali mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri superviżorji xierqa sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu speċifikati fil-ftehimiet rilevanti. Informazzjoni dwar kwalunkwe miżura bħal din għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.

 ġdid

6.    F’azzjonijiet b’diversi donaturi, li fihom il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tirrimborża n-nefqa, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fil-verifika li l-persuna jew l-entità użat ammont korrispondenti għal dak imħallas mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

76.    Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi  għandha  li ma teħtieġx valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4:

(a)għall-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 u għall-korpi jew il-persuni msemmija fil-punt (c)(viii) tal-ewwel subparagrafu tal fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(viii), li jkunu adottaw regoli finanzjarji bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni;

(bc)għal dawk il-proċeduri speċifikament meħtieġa mill-Kummissjoni, inklużi tagħha stess u dawk speċifikati fl-atti bażiċi jew fejn ir-regoli u l-proċeduri huma allinjati ma’ dawk meħtieġa mill-Kummissjoni;.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4:

(cb)    għall-pajjiżi terzi jew għall-korpi li jinnominaw, dment li l-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni finanzjarja li jiggarantixxu protezzjoni suffiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jew

 ġdid

(d)għall-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), il-punt (b), li għalihom il-Kummissjoni tkun ikkonfermat li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm qed tiffunzjona.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

87.    Meta s-sistemi, regoli jew proċeduri tal-persuni jew entitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) , l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jkunu vvalutati kif xieraq, il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lil dawk il-persuni jew entitajiet jistgħu jiġu implimentati skont dan it-Titolu. Meta tali persuni jew entitajiet jieħdu sehem f’sejħa għal proposti, huma għandhom jikkonformaw mar-regoli tas-sejħa għal proposti li jinsabu fit-Titolu VIII. F’tali każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddeċiedi li jiffirma ftehim ta’ kontribuzzjoni jew ftehim ta’ finanzjament minflok ftehim ta’ għotja.

Artikolu 159155

Implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji

1.    Il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’:

(a)rapport dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew tal-garanziji baġitarji, inkluż l-adempiment tal-kundizzjonijiet jew il-ksib tar-riżultati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1);

(b)fejn il-kontribuzzjoni tirrimborża nefqa, il-kontijiet tagħhom imfasslin għan-nefqa mġarrba;

(c)dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u, fejn xieraq, fil-punt (b) li tikkonferma li:

(i)l-informazzjoni ġiet ippreżentata kif suppost, hija kompluta u preċiża;

(ii)il-fondi tal-Unjoni ntużaw għall-fini intenzjonat tagħhom, kif iddefinit fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehimiet ta’ finanzjament jew fil-ftehimiet ta’ garanzija, jew fejn applikabbli, fir-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur;

(iii)is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(d)sommarju tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluż analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, u wkoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata.

Meta jkun hemm rikonoxximent reċiproku tal-awditi kif imsemmi fl-Artikolu 128127, is-sommarju msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi d-dokumentazzjoni tal-awditjar kollha rilevanti li wieħed għandu joqgħod fuqha.

Għal azzjonijiet li jintemmu qabel tmiem is-sena finanzjarja kkonċernata, ir-rapport finali għal tali azzjoni jista’ jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dment li dan jiġi ppreżentat qabel il-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll implimentati jaħdmux kif suppost u humiex kosteffikaċi, u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. L-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Meta tali opinjoni tkun nieqsa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jfittex livell ekwivalenti ta’ garanzija b’mezzi indipendenti oħrajn.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu ta’ dik is-sena.

L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu bla preġudizzju għall-ftehimiet konklużi mal-BEI, mal-FEI, mal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, it-tali ftehimiet għandhom jinkludu tal-anqas l-obbligu ta’ dawk l-entitajiet li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-fondi tal-Unjoni jkunu ntużaw u ġew kontabilizzati f’konformità mal-Artikolu 158154(3) u (4) u mal-obbligi stabbiliti fit-tali ftehimiet. It-tali dikjarazzjoni tista’ tkun inkorporata fir-rapport finali jekk l-azzjoni implimentata tkun limitata għal 18-il xahar.

2.    Meta jimplimentaw fondi tal-Unjoni, persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c) persuni u entitajiet għandhom:

(a)jaderixxu mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali u tal-Unjoni maqbula u, għaldaqstant, ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal ħasil tal-flus, finanzjament ta’ terroriżmu, evitar tat-taxxa, frodi tat-taxxa jew evażjoni tat-taxxa skont id-dritt applikabbli tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali u tal-Unjoni ;

(b)meta jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X, ma jidħlux f’operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma’ entitajiet inkorporati jew stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet elenkati taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li b’mod effettiv ma jaderixxux ma’ standards tat-taxxa tal-Unjoni jew maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni.

L-entitajiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu biss jekk l-azzjoni tkun fiżikament implimentata f’waħda minn dawn il-ġuriżdizzjonijiet, u ma tippreżenta l-ebda indikazzjoni li l-operazzjoni rilevanti taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Meta jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji,Ll-entitajiet li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. f’konformità mat-Titolu X għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f’dan il-paragrafu fil-ftehimiet rilevanti u għandhom jitolbu lill-intermedjarji finanzjarji sabiex jirrappurtaw dwar l-osservanza tagħhom.  jiggarantixxu li:

 ġdid

(a)partijiet terzi li jirċievu mingħandhom appoġġ direttament mill-baġit jikkonformaw mal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu;

(b)għal partijiet terzi oħra, regoli, proċeduri u miżuri ta’ rimedju vvalutati kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 158(4) u b’mod partikolari il-punt (a) tiegħu, sabiex jiġi żgurat li dawn il-partijiet terzi jibbenefikaw minn appoġġ mill-baġit soġġett għar-rispett tal-istandards tal-Unjoni jew dawk internazzjonali ekwivalenti dwar il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa.

 ġdid

Meta jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji, l-entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X għandhom jitolbu lill-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw dwar l-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

🡻 2018/1046

3.    Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji f’konformità mat-Titolu X, il-persuni u l-entitajiet għandhom japplikaw il-prinċipju u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 87 u d-Direttiva (UE) 2015/849. Għandhom jagħmlu l-finanzjament taħt dan ir-Regolament kontinġenti fuq id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u jippubblikaw id-data ta’ rappurtar pajjiż b’pajjiż fis-sens tal-Artikolu 89(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 88 .

4.    Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-fondi jew il-garanzija baġitarja tal-Unjoni ntużaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti. Meta l-kostijiet tal-persuna jew tal-entità jiġu rimborżati fuq il-bażi ta’ għażla tal-kost issimplifikata skont il-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu126125(1), l-Artikolu 185181minn (1) sa (5) u l-Artikoli minn 186182 sa 189185 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Meta fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji jkunu intużaw bi ksur tal-obbligi stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu133131.

 ġdid

5.    L-Artikolu 36(6), il-punti (a) u (b), għandu japplika għal persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) fir-rigward tar-riċevituri diretti tagħhom u fir-rigward tas-sidien benefiċjarji ta’ dawn ir-riċevituri sal-punt li d-data dwar is-sidien benefiċjarji tinġabar f’konformità mar-regoli u l-proċeduri tagħhom.

6.    Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 38 għandhom japplikaw għal persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt c), fejn l-appoġġ finanzjarju pprovdut direttament minn persuni jew entitajiet lil partijiet terzi jkun ta’ ammont ogħla minn EUR 500 000.

🡻 2018/1046

 ġdid

75.    F’azzjonijiet b’diversi donaturi, li fihom il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tirrimborża n-nefqa, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fil-verifika li l-persuna jew l-entità użat ammont korrispondenti għal dak imħallas mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti.

86.    Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehimiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet ta’ garanzija għandhom jiddefinixxu biċ-ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-persuna jew tal-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni, inklużi l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 130129 u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-kontribuzzjoni. Ftehimiet bħal dawn għandhom ukoll, fejn applikabbli, jiddefinixxu r-remunerazzjoni maqbula b’mod konġunt li għandha tkun proporzjonali mal-kundizzjonijiet li bihom huma implimentati l-azzjonijiet, b’kont debitu meħud tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u fraġilità u, meta xieraq, tista’ tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom jinkludu wkoll regoli dwar ir-rappurtar lill-Kummissjoni dwar kif jitwettqu l-kompiti, ir-riżultati mistennija, inklużi indikaturi dwar il-kejl tal-prestazzjoni, u l-obbligu għal persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni jew garanziji baġitarji li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet stabbiliti identifikati u s-segwitu tagħhom kif ukoll kull informazzjoni relatata ma’ każijiet suspettati ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

97.    Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehimiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet ta’ garanzija kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.

108.    Dan l-Artikolu ma japplikax għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni lil korpi tal-Unjoni li huma soġġetti għal proċedura ta’ kwittanza separata skont l-Artikoli 70 u 71, bl-eċċezzjoni ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ad hoc possibbli.

Artikolu 160156

Ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

1.    Il-Kummissjoni, f’konformità mal-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tista’ timplimenta l-baġit indirettament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku stabbiliti minn ftehimiet internazzjonali (“organizzazzjonijiet internazzjonali”) u ma’ aġenziji speċjalizzati stabbiliti minn tali organizzazzjonijiet. Dawk il-ftehimiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 158154(3).

2.    L-organizzazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assimilati ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali:

(a)il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;

(b)il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

3.    Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni debitament iġġustifikata li tassimila organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ma’ organizzazzjoni internazzjonali sakemm din tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikollha personalità ġuridika u korpi ta’ governanza awtonomi;

(b)tkun ġiet stabbilita biex twettaq kompiti speċifiċi ta’ interess internazzjonali ġenerali;

(c)mill-inqas sitt Stati Membri jkunu membri tal-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ;

(d)tkun ipprovduta b’garanziji finanzjarji adegwati;

(de)topera fuq il-bażi ta’ struttura permanenti u f’konformità ma’ sistemi, ma’ regoli u ma’ proċeduri li jistgħu jiġu vvalutati b’konformità mal-Artikolu 158154(3).

 ġdid

L-entità għandhom jingħatawlha garanziji finanzjarji adegwati filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li hija fdata biha.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

4.    Meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali jimplimentaw fondi b’ġestjoni indiretta, għandhom japplikaw il-ftehimiet ta’ verifika konklużi magħhom.

Artikolu 161157

Ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri

1.    Il-Kummissjoni tista’ f’konformità mal-punti (c)(v) u (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) timplimenta l-baġit indirettament ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.

2.    Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’mod indirett ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, għandha sserraħ fuq is-sistemi, regoli u proċeduri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu158154  (2), (3) u (4).

3.    Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja konklużi ma’ organizzazzjonijiet tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 132130 għandhom jispeċifikaw aktar il-portata u l-modalitajiet tad-dipendenza reċiproka fuq sistemi, regoli u proċeduri ta’ organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet u awditi kif imsemmi fl-Artikoli 127126 u 128127.

Artikolu 162158

Ġestjoni indiretta ma’ pajjiżi terzi

1.    Il-Kummissjoni tista’ timplimenta l-baġit b’mod indirett ma’ pajjiż terz jew il-korpi li innominati minn dak il-pajjiż, kif imsemmi fil-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ finanzjament li jiddeskrivi l-intervent tal-Unjoni fil-pajjiż terz u li jistabbilixxi l-metodu ta’ implimentazzjoni għal kull parti mill-azzjoni.

2.    Għall-parti tal-azzjoni implimentata b’mod indirett mal-pajjiż terz jew il-korpi li huwa jkun innomina, il-ftehim ta’ finanzjament għandu, minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 159(8)155(5), jiddefinixxi b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-pajjiż terz u tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-fondi. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiddetermina wkoll ir-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-pajjiż terz meta jimplimenta l-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 163159

Operazzjonijiet ta’ taħlit

1.    L-operazzjonijiet ta’ taħlit għandhom ikunu ġestiti jew mill-Kummissjoni jew minn persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1).

2.    Meta l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jiġu implimentati f’faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit, japplika t-Titolu X.

3.    Għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji implimentati f’faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit, il-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 213209(2) għandu jitqies li huwa rrispettat jekk issir evalwazzjoni ex ante qabel l-istabbiliment tal-faċilità jew tal-pjattaforma ta’ taħlit rilevanti.

4.    Ir-rapporti annwali skont l-Artikolu 249  l-Artikoli 41(4) u 41(5) għandhom jitfasslu fil-livell tal-faċilità jew il-pjattaforma ta’ taħlit filwaqt li jitqiesu l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji kollha miġbura taħt il-faċilità jew il-pjattaforma u billi jidentifikaw b’mod ċar it-tipi differenti ta’ appoġġ finanzjarju inklużi fiha.

TITOLU VII

AKKWIST U KONĊESSJONIJIET

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 164160

Prinċipji applikabbli għal kuntratti u kamp ta’ applikazzjoni

1.    Il-kuntratti kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.

2.    Il-kuntratti kollha għandhom ikunu ppreżentati għal kompetizzjoni fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta jsir użu mill-proċedura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 168164(1).

Il-valur stmat ta’ kuntratt ma għandux jiġi ddeterminat bil-ħsieb li jiġu evitati r-regoli applikabbli, u kuntratt lanqas ma għandu jinqasam għal dak l-għan.

L-awtorità kontraenti għandha taqsam kuntratt f’lottijiet, kull fejn ikun xieraq, b’konsiderazzjoni xierqa għal kompetizzjoni wiesgħa.

3.    L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti qafas b’mod mhux xieraq jew b’mod li l-għan jew l-effett tagħhom ikun ta’ prevenzjoni, ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.    Il-JRC jista’ jirċievi finanzjament iddebitat minn approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ akkwist iffinanzjati għalkollox jew parzjalment mill-baġit.

5.    Ir-regoli dwar l-akkwist stabbiliti f’dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali, ma għandhomx japplikaw għal: 

(a)    l-attivitajiet tal-JRC f’isem partijiet terzi;, bl-eċċezzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali.

 ġdid

(b) servizzi finanzjarji relatati direttament mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, użati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-għoti u tat-teħdid b’self, il-ġestjoni tal-assi u l-operazzjonijiet tat-teżor tagħha, inklużi servizzi pprovduti minn banek ċentrali, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, u entitajiet nazzjonali fdati bil-ħruġ u l-ġestjoni ta’ dejn sovran.

(c) servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li jridu jipprovduhom in-nutara, meta dawn is-servizzi ma jkunux miftuħa għall-kompetizzjoni abbażi tar-regoli nazzjonali applikabbli;

6.    Bl-eċċezzjoni tal-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, qabel kwalunkwe proċedura li ssir b’reazzjoni għal kriżi, għandha ssir dikjarazzjoni ta’ kriżi f’konformità mar-regoli interni rilevanti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddependi biss fuq dikjarazzjoni ta’ kriżi biex iniedi proċedura ta’ akkwist jekk il-proċedura tkun iġġustifikata minn sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta mill-kriżi.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Artikolu 165161

Anness dwar l-akkwist u d-delega ta’ setgħat

Regoli dettaljati dwar l-akkwist huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat li meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti minn jeddhom, huma japplikaw l-istess standards bħal dawk imposti fuq l-awtoritajiet kontraenti koperti mid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/24/UE, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 274269 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi emendat l-Anness I għal dan ir-Regolament, biex dak l-Anness jiġi allinjat mal-emendi għal dawk id-Direttivi u biex jiġu introdotti aġġustamenti tekniċi relatati.

Artikolu 166162

Kuntratti mħallta u vokabularju komuni tal-akkwist

1.    Kuntratt imħallat li jkopri żewġ tipi jew aktar ta’ akkwisti (xogħlijiet, provvisti jew servizzi) jew konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) jew it-tnejn, għandu jingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

2.    Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin li jikkonsistu f’servizzi u fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jiġi stabbilit bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi.

Kuntratt li jkopri tip wieħed ta’ akkwist (xogħlijiet, provvisti jew servizzi) u konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) għandu jingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt pubbliku kkonċernat.

3.    Dan it-Titolu ma għandux japplika għal kuntratti għall-assistenza teknika konklużi mal-BEI jew mal-FEI.

4.    Kull referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist għandha ssir bl-użu tal-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV, Common Procurement Vocabulary) kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 89 .

Artikolu 167163

Miżuri pubbliċitarji

1.    Għal proċeduri b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) jew l-Artikolu 182178, l-awtorità kontraenti għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)avviż ta’ kuntratt biex tniedi proċedura, ħlief fil-każ tal-proċedura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 168164(1);

(b)avviż ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt fuq ir-riżultati tal-proċedura.

2.    Il-proċeduri b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu179175(1) jew fl-Artikolu 182178 għandhom jiġu rreklamati b’mezzi xierqa.

3.    Il-pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni fuq l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt tista’ titwaqqaf meta r-rilaxx tagħha jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku, ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, jew jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Artikolu 168164

Proċeduri ta’ akkwist

1.    Il-proċeduri ta’ akkwist għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jew kuntratti pubbliċi, inkluż kuntratti qafas għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)proċedura miftuħa;

(b)proċedura ristretta, inkluż permezz ta’ sistema dinamika ta’ xiri;

(c)kompetizzjoni dwar id-disinn;

(d)proċedura nnegozjata, inkluż mingħajr pubblikazzjoni minn qabel;

(e)djalogu kompetittiv;

(f)proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar;

(g)sħubija għall-innovazzjoni;

(h)proċeduri li jinvolvu sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

2.    Fi proċeduri miftuħa, kull attur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta.

3.    Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, jew fi proċeduri kompetittivi permezz ta’ negozjar u sħubiji ta’ innovazzjoni, kwalunkwe attur ekonomiku jista’ jressaq talba biex jieħu sehem billi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti. L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-kandidati kollha, li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u li ma jkunux fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139136(1) u 144141(1), biex jagħmlu offerta.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti tista’ tillimita l-għadd ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw offerta  jieħdu sehem fil-proċedura abbażi ta’ kriterji tal-għażla oġġettivi u nondiskriminatorji, li għandhom jiġu indikati fl-avviż dwar kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess. L-għadd ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

4.    Fil-proċeduri kollha li jinvolvu negozjati, l-awtorità kontraenti għandha tinnegozja mal-offerenti l-offerti inizjali u kwalunkwe offerta sussegwenti jew partijiet minnha, għajr l-offerti finali tagħhom, sabiex jittejjeb il-kontenut tagħhom. Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

Awtorità kontraenti tista’ tagħti kuntratt abbażi tal-offerta inizjali mingħajr negozjar meta, fid-dokumenti tal-akkwist, tkun indikat li tirriżerva l-possibilità li tagħmel hekk.

5.    L-awtorità kontraenti tista’ tuża:

(a)il-proċedura miftuħa jew ristretta għal kwalunkwe xiri;

(b)il-proċeduri li jinvolvu sejħa għal espressjoni ta’ interess għal kuntratti b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1), biex jintgħażlu bil-quddiem il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jippreżentaw offerti bi tweġiba għal stediniet għall-offerti futuri ristretti, jew biex tinġabar lista ta’ bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni jew jippreżentaw offerti;

(c)il-kompetizzjoni dwar id-disinn biex jinkiseb pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li jkun ġie ppreżentat għall-kompetizzjoni;

(d)is-sħubija għall-innovazzjoni biex jiġi żviluppat prodott jew servizz innovattiv jew xogħlijiet innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-provvista, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet li jirriżultaw;

(e)il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew tad-djalogu kompetittiv għal kuntratti ta’ konċessjoni, għall-kuntratti għal servizzi msemmija fl-Anness XIV għad-Direttiva 2014/24/UE, f’każijiet fejn ġew ippreżentati biss offerti irregolari jew inaċċettabbli b’rispons għal proċedura miftuħa jew għal proċedura ristretta wara li tkun tlestiet il-proċedura inizjali, u għal każijiet fejn dan hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi marbuta, fost oħrajn, man-natura jew mal-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt jew it-tip speċifiku ta’ kuntratt, kif spjegati f’aktar dettall fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(f)il-proċedura nnegozjata għal kuntratti b’valur anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1), jew, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal tipi speċifiċi ta’ xiri li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

6.    Sistema dinamika ta’ xiri għandha tkun miftuħa matul id-durata tagħha kollha għal kull attur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla.

L-awtorità kontraenti għandha ssegwi r-regoli tal-proċedura ristretta għall-akkwist permezz ta’ sistema dinamika ta’ xiri.

Artikolu 169165

Akkwist interistituzzjonali,u akkwist konġunt  , u akkwist f’isem l-Istati Membri 

1.    Meta kuntratt jew kuntratt qafas ikun ta’ interess għal xi żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji eżekuttivi jew korpi tal-Unjoni jew aktar imsemmija fl-Artikoli 70 u 71, u kull meta jkun hemm il-possibilità li jsir gwadann fl-effiċjenza, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jistgħu jwettqu l-proċedura u l-ġestjoni tal-kuntratt sussegwenti jew tal-kuntratt qafas fuq bażi interistituzzjonali bit-tmexxija ta’ waħda mill-awtoritajiet kontraenti.

Il-korpi u l-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE kif ukoll tal-Uffiċċju tas-Segretarju tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jistgħu jieħdu sehem ukoll fil-proċeduri interistituzzjonali.

It-termini ta’ kuntratt qafas għandhom japplikaw biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti li huma identifikati għal dak l-għan fid-dokumenti tal-akkwist u dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu parti għall-kuntratt qafas.

 ġdid

B’deroga mit-tielet subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, awtoritajiet kontraenti ġodda jistgħu jiżdiedu mill-awtorità kontraenti wara li titnieda l-proċedura ta’ akkwist u qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6) u dment li l-modifika ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas.

🡻 2018/1046

 ġdid

2.    Meta jkun hemm bżonn ta’ kuntratt jew kuntratt qafas għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta bejn istituzzjoni tal-Unjoni , korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, il-proċedura ta’ akkwist tista’ titwettaq b’mod konġunt mill-istituzzjoni tal-Unjoni u mill-awtoritajiet kontraenti. Meta jkun hemm bżonn li jsir akkwist konġunt bejn istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, l-Istati Membri jistgħu jakkwistaw, jikru jew jillokaw għalkollox il-kapaċitajiet akkwistati b’mod konġunt.

Jista’ jsir akkwist konġunt mal-Istati tal-EFTA u ma’ pajjiżi kandidati tal-Unjoni jekk din il-possibilità kienet espressament prevista fi trattat bilaterali jew multilaterali., jew ma’ pajjiżi terzi oħra jekk tali possibilità tkun speċifikament prevista fl-att bażiku applikabbli.

Id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-proċedura ta’ akkwist konġunt.

Meta s-sehem mill-valur totali stmat li jappartjeni għall-awtorità kontraenti ta’ Stat Membru, jew li hu ġestit minnha, huwa ta’ 50 % jew aktar, jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati, l-istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tiddeċiedi li r-regoli proċedurali applikabbli għall-awtorità kontraenti ta’ Stat Membru għandha tapplika għall-akkwist konġunt, dment li dawk ir-regoli jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-istituzzjoni tal-Unjoni.

L-istituzzjoni tal-Unjoni u l-awtorità kontraenti minn Stat Membru, minn Stat tal-EFTA jew minn pajjiż kandidat tal-Unjoni kkonċernati bl-akkwist konġunt, għandhom jaqblu b’mod partikolari dwar l-arranġamenti prattiċi dettaljati għall-evalwazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni jew tal-offerti, għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratt, għal-liġi applikabbli għall-kuntratt u għall-qorti kompetenti għas-smigħ ta’ tilwimiet.

 ġdid

F’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, jistgħu jiżdiedu awtoritajiet kontraenti ġodda wara li titnieda l-proċedura ta’ akkwist u qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

3.    Istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 jistgħu jakkwistaw f’isem Stat Membru wieħed jew aktar jew f’isimhom abbażi ta’ mandat, jew jaġixxu bħala grossisti, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu provvisti u servizzi, inklużi kirjiet, lil Stati Membri jew organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-istituzzjoni tal-Unjoni, il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew minn aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69.

F’dan il-każ, l-istituzzjoni tal-Unjoni awtorizzata, il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 70 u 71 jew l-aġenzija eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 69 għandhom iwettqu l-proċedura ta’ akkwist billi jsegwu r-regoli tal-akkwist tagħhom stess.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Artikolu 170166

Tħejjija ta’ proċedura ta’ akkwist

1.    Qabel tniedi proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ twettaq konsultazzjoni preliminari tas-suq fid-dawl tat-tħejjija tal-proċedura.

2.    Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika s-suġġett tal-akkwist billi tipprovdi deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħha u l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet, mill-provvisti, jew mis-servizzi li għandhom jinxtraw, u għandha tispeċifika l-kriterji applikabbli ta’ esklużjoni, għażla u aġġudikazzjoni. L-awtorità kontraenti għandha tindika wkoll liema elementi jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerti kollha. Ir-rekwiżiti minimi għandhom jinkludu konformità mal-obbligi tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE.

Artikolu 171167

Aġġudikazzjoni ta’ kuntratti

1.    Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-aġġudikazzjoni dment li l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat dawn li ġejjin:

(a)l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(b)il-kandidat jew l-offerent ma jkunx eskluż skont l-Artikolu 139136 jew miċħud skont l-Artikolu 144141;

(c)il-kandidat jew l-offerent għandu aċċess għall-akkwist, u jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist , inkluż in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess professjonali  u mhuwiex soġġett għal kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2.    L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-kriterji tal-għażla biex tevalwa l-kapaċità tal-kandidat jew tal-offerent. Il-kriterji tal-għażla għandhom jirrelataw biss mal-kapaċità legali u regolatorja għat-twettiq tal-attività professjonali, il-kapaċità ekonomika u finanzjarja, u l-kapaċità teknika u professjonali. Il-JRC għandu jkun preżunt li jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar il-kapaċità finanzjarja.

3.    L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-kriterji għall-aġġudikazzjoni biex tevalwa l-offerta.

4.    L-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-aġġudikazzjoni ta' kuntratti fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, li għandha tikkonsisti minn wieħed mit-tliet metodi ta' aġġudikazzjoni: l-orħos prezz, l-anqas kost jew l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità.

Għall-metodu bl-inqas kost, l-awtorità kontraenti għandha tuża approċċ ta’ kosteffettività inkluż kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Għall-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-prezz jew il-kost u kriterji oħra tal-kwalità marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

Artikolu 172168

Preżentazzjoni, komunikazzjoni elettronika u evalwazzjoni

1.    L-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti u ta’ talbiet ta’ parteċipazzjoni skont il-punt 24 tal-Anness I u, filwaqt li tqis il-kumplessità tax-xiri, tagħti biżżejjed żmien sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jħejju l-offerti tagħhom.

2.    L-awtorità kontraenti tista’ titlob li l-offerenti jiddepożitaw garanzija, jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, biex jiġi żgurat li l-offerti ppreżentati ma jiġux irtirati qabel il-firma tal-kuntratt. Il-garanzija meħtieġa għandha tirrappreżenta minn 1 sa 2 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt.

L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanziji:

(a)fir-rigward ta’ offerenti jew offerti miċħuda kif imsemmi fil-punt 30.2(b) jew (c) tal-Anness I, wara li tkun ipprovdiet l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedura;

(b)fir-rigward ta’ offerenti kklassifikati kif imsemmi fil-punt 30.2(e) tal-Anness I, wara li jiġi ffirmat il-kuntratt.

3.    L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ it-talbiet kollha għall-parteċipazzjoni u għall-offerti. Madankollu, hija għandha tiċħad:

(a)talbiet għal parteċipazzjoni u offerti li ma jikkonformawx mal-iskadenza ta’ meta għandhom jaslu, mingħajr ma tiftaħhom;

(b)offerti li jkunu diġà miftuħin meta jaslu, mingħajr ma teżamina l-kontenut tagħhom.

4.    L-awtorità kontraenti għandha tevalwa t-talbiet kollha għal parteċipazzjoni jew l-offerti li ma kinux miċħudin fil-fażi tal-bidu kif stabbilita fil-paragrafu 3 abbażi tal-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist bil-għan li jingħata l-kuntratt jew li tipproċedi għal irkant elettroniku.

5.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja għall-ħatra ta’ kumitat tal-evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 154150(2) fil-każijiet li ġejjin:

(a)il-valur tal-kuntratt ikun anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1);

(b)fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji għall-każijiet imsemmija fil-punti (c), (e), (f)(i), (f)(iii), u (h) and (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 tal-Anness I;

(c)fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni f’kuntratt qafas;

(d)għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni b’valur ta’ EUR 20 000 jew inqas;.

 ġdid

(e) fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju għal akkwisti speċifiċi skont sistema dinamika ta’ xiri.

🡻 2018/1046

6.    It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti minimi kollha stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għandhom jiġu miċħuda.

Artikolu 173169

Kuntatti matul il-proċedura ta’ akkwist

1.    Qabel il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni jew ta’ offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tikkomunika informazzjoni addizzjonali dwar id-dokumenti tal-akkwist jekk tiskopri żball jew ommissjoni fit-test jew fuq talba mingħand il-kandidati jew l-offerenti. L-informazzjoni pprovduta għandha tiġi ddivulgata lill-kandidati jew lill-offerenti kollha.

 ġdid

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ tikkuntattja bil-miktub lill-kandidati mistiedna kollha qabel l-iskadenza biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni jew għall-offerti, bl-uniku skop li tiġi ċċarata l-intenzjoni tagħhom li jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni jew offerta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

2.    Wara l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni jew tal-offerti, f’kull każ fejn ikun sar kuntatt, u fil-każijiet debitament iġġustifikati fejn ma jkunx sar kuntatt kif stipulat fl-Artikolu 155151, għandu jinżamm rekord fil-fajl tal-akkwist.

Artikolu 174170

Deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni u informazzjoni lill-kandidati jew lill-offerenti

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi dwar lil min għandu jingħata l-kuntratt, b’konformità mal-kriterji ta’ għażla u aġġudikazzjoni speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.

2.    L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li t-talbaiet għall-parteċipazzjoni jew l-offertai tagħhom huma  ġiet miċħuda, bir-raġunijiet li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjoni.,   Barra minn hekk, offerenti rebbieħa u dawk li mhumiex għandhom jiġu nnotifikati   kif ukoll bid-durata tal-perjodui ta’ sospensjoni msemmija fl-Artikoli 179175(2) u 182178(1) , meta tali perjodu ta’ sospensjoni jkun applikabbli .

Għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti speċifiċi skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti bir-riżultat tal-evalwazzjoni.

3.    L-awtorità kontraenti għandha tinforma lil kull offerent li ma jkunx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1), li mhuwiex miċħud skont l-Artikolu 144141  jew skont raġunijiet oħra ta’ caħda , li l-offerta tiegħu tkun konformi mad-dokumenti tal-akkwisti u li jagħmel talba bil-miktub, dwar kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)isem l-offerent, jew l-offerenti fil-każ ta’ kuntratt qafas, li lilu jingħata l-kuntratt u, ħlief fil-każ ta’ kuntratt speċifiku skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, il-prezz imħallas jew il-valur tal-kuntratt, skont liema minnhom ikun xieraq  kif ukoll il-valur totali tal-offerta finanzjarja tiegħu ;

(b)il-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li żżomm ċerta informazzjoni fejn ir-rilaxx tagħha jkun jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew imur kontra l-interess pubbliku, jew ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, jew jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Artikolu 175171

Tħassir tal-proċedura ta’ akkwist

L-awtorità kontraenti tista’, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, tikkanċella l-proċedura ta’ akkwist kompletament. Fil-każ ta’ proċeduri aġġudikati f’lottijiet jew akkwist minn diversi sorsi, il-kanċellazzjoni tista’ ssir parzjalment. mingħajr maIl-l-kandidati jew l-offerenti jkunu  ma għandhomx ikunu intitolati li jitolbu xi kumpens.

Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u l-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu infurmati dwarha malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu 176172

Eżekuzzjoni u modifiki tal-kuntratt

1.    L-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma għandhiex tibda qabel ma dan jiġi ffirmat.

2.    L-awtorità kontraenti tista’ timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas mingħajr proċedura ta’ akkwist biss fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3 u sakemm il-modifika ma tbiddilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas , skont it-tifsira tal-paragrafu 4 .

3.    Kuntratt, kuntratt qafas jew kuntratt speċifiku fl-ambitu ta’ kuntratt qafas jista’ jiġi mmodifikat mingħajr proċedura ġdida ta’ akkwist fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)għal fejn isiru neċessarji xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ma jistax jinbidel il-kuntrattur minħabba raġunijiet tekniċi marbuta mar-rekwiżiti ta’ interkambjabbiltà jew ta’ interoperabbiltà ta’ tagħmir, ta’ servizzi jew ta’ stallazzjonijiet eżistenti;

(ii)bidla fil-kuntrattur twassal għal duplikazzjoni sostanzjali fil-kostijiet għall-awtorità kontraenti;

(iii)kull żieda fil-prezz, inkluż il-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi, ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

(b)fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)il-ħtieġa ta’ modifika hija dovuta għal ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tipprevedi;

(ii)kull żieda fil-prezz ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

(c)fejn il-valur tal-modifika huwa inqas minn dawn il-limiti:

(i)il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) u fil-punt 38 tal-Anness I fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, applikabbli fi żmien il-modifika; u

(ii)10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ provvista u kuntratti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi u 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;

(d)fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati t-tnejn:

(i)ir-rekwiżiti minimi tal-proċedura inizjali ta’ akkwist ma nbidlux;

(ii)kwalunkwe modifika ta’ valur tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta’ dan is-subparagrafu, sakemm tali modifika tal-valur ma tirriżultax mill-applikazzjoni stretta tad-dokumenti tal-akkwist jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

Il-valur tal-kuntratt inizjali ma għandux iqis ir-reviżjonijiet tal-prezzijiet.

Il-valur kumulattiv nett ta’ diversi modifiki suċċessivi taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu m’għandux jaqbeż il-limiti msemmija hemmhekk.

L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-miżuri pubbliċitarji ex post stipulati fl-Artikolu 167163.

 ġdid

4.    Modifika għandha titqies li qed tbiddel is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas, meta din trendi l-kuntratt jew il-kuntratt qafas materjalment differenti fis-sustanza minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, modifika għandha titqies li qed tbiddel is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas meta tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-modifika tintroduċi jew trażżan kundizzjonijiet sinifikanti li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ applikanti oħra minbarra dawk inizjalment magħżula, jew għall-aċċettazzjoni ta’ offerta minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist, jew li ma kinux iwasslu għall-għażla tal-offerent li jirbaħ il-kuntratt;

(b) il-modifika tibdel b’mod sinifikanti l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew fil-ftehim qafas;

(c) il-modifika testendi b’mod sinifikanti l-ambitu tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas.

5.    B’deroga mill-paragrafu 2, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’, bi ftehim mal-kuntrattur, timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas lil hinn mil-limitu msemmi fil-paragrafu 3(b)(ii), dment li dan ma jaqbiżx il-100% tal-valur inizjali tal-kuntratt, u li jkun ġustifikat kif strettament meħtieġ biex iwieġeb għall-evoluzzjoni tal-kriżi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

B’deroga mill-paragrafu 2, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, it-termini ta’ kuntratt qafas jistgħu jiġu modifikati bi ftehim komuni biex japplikaw għal dawk l-awtoritajiet kontraenti ġodda miżjuda wara modifika tal-kuntratt qafas, inkluż fil-każ ta’ akkwisti interistituzzjonali jew konġunti, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

🡻 2018/1046

 ġdid

Artikolu 177173

Garanziji tal-eżekuzzjoni u biż-żamma tal-flus

1.    Garanzija tal-eżekuzzjoni għandha tkun ta’ massimu ta’ 10 % tal-valur totali tal-kuntratt.

Din għandha tkun kompletament rilaxxata wara l-aċċettazzjoni finali tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi, fi żmien perjodu soġġett għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 117116(1) u li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt. Hija tista’ tiġi rilaxxata parzjalment jew kompletament mal-aċċettazzjoni proviżorja tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi.

2.    Garanzija biż-żamma tal-flus li tammonta għal massimu ta’ 10 % tal-valur totali tal-kuntratt tista’ tkun magħmula minn tnaqqis mill-pagamenti interim kif u meta jsiru jew permezz ta’ tnaqqis mill-pagament finali.

L-awtorità kontraenti għandha tiddetermina l-ammont tal-garanzija biż-żamma tal-flus li għandu jkun proporzjonat mar-riskji identifikati fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, b’kont meħud tas-suġġett tiegħu, u tat-termini kummerċjali normali applikabbli fis-settur ikkonċernat.

Garanzija biż-żamma tal-flus ma għandhiex tintuża f’kuntratt fejn intalbet garanzija tal-eżekuzzjoni u ma ġietx rilaxxata.

3.    Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista’ jitlob biex jissostitwixxi l-garanzija ta’ żamma ta’ flus permezz ta’ tip ieħor ta’ garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 156152.

4.    L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanzija taż-żamma tal-flus wara li jiskadi perjodu ta’ obbligazzjoni kuntrattwali, fi żmien perjodu soġġett għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 117116(1) u li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom

Artikolu 178174

L-awtorità kontraenti

1.    L-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni kif msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jitqiesu li huma awtoritajiet kontraenti fil-każ ta’ kuntratti mogħtija minn jeddhom, minbarra meta jixtru mingħand korp ċentrali għall-akkwisti. Id-dipartimenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu bħala awtoritajiet kontraenti meta jikkonkludu ftehimiet ma’ xulxin fil-livell ta’ servizz.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni meqjusin bħala awtoritajiet kontraenti taħt l-ewwel subparagrafu għandhom, skont l-Artikolu 60, jiddelegaw is-setgħat neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni tal-awtorità kontraenti.

2.    Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega f’kull istituzzjoni tal-Unjoni għandu jivvaluta jekk intlaħqux il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1).

Artikolu 179175

Limiti applikabbli u perjodu ta’ sospensjoni

1.    Għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjoni, l-awtorità kontraenti għandha tirrispetta l-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b)tal-Artikolu 4, il-punti (a) u (b), tad-Direttiva 2014/24/UE meta tagħżel proċedura msemmija fl-Artikolu 168164(1) ta’ dan ir-Regolament , u rispettivament il-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE għall-konċessjonijiet. Dawk il-limiti għandhom jiddeterminaw il-miżuri ta’ pubbliċità stabbiliti fl-Artikolu 163(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

 ġdid

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni jew mogħtija esklużivament fl-interess tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, il-limitu applikabbli għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista u servizz għandu jkun ta’ EUR 300 000, minflok il-limitu massimu għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista u servizz stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.

🡻 2018/1046

2.    Soġġetta għall-eċċezzjonijiet u għall-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, fil-każ ta’ kuntratti li l-valur tagħhom jeċċedi l-limiti msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent rebbieħ qabel ma jgħaddi perjodu ta’ sospensjoni.

3.    Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jkun twil għaxart ijiem meta jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u 15-il jum meta jużaw mezzi oħrajn.

Artikolu 180176

Regoli dwar l-aċċess għall-akkwisti

1.    Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha stabbiliti f’pajjiż terz li jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’tali ftehim. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.    Għall-fini tal-Artikolu 164(4), il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

 ġdid

3. Għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni jew mogħtija esklużivament fl-interess tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għandha tkun miftuħa abbażi ta’ termini ugwali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha stabbiliti fil-pajjiż terz fejn tkun stabbilita d-Delegazzjoni kkonċernata. Barra minn hekk, jista’ jkun deċiż, f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ċ-ċittadini jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.

4. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti mogħtija għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament 20xx/xxx (ir-Regolament IPI) u fl-atti ta’ implimentazzjoni (miżuri tal-IPI) adottati skont dak ir-Regolament.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Artikolu 181177

Regoli tal-Akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Meta japplika l-Ftehim plurilaterali dwar l-Akkwist Pubbliku konkluż fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-proċedura ta’ akkwist għandha tkun miftuħa wkoll għal atturi ekonomiċi stabbiliti fl-istati li jkunu rratifikaw dak il-ftehim, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni

Artikolu 182178

Akkwist fl-azzjonijiet esterni

1.    Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist stabbiliti fil-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għal kuntratti koperti minn dan il-Kapitolu bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw l-arranġamenti għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti esterni stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness I. L-Artikoli minn 178174 sa 181177 ma għandhomx japplikaw għall-akkwist kopert minn dan il-Kapitolu.

Soġġett għall-eċċezzjonijiet u għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness I, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent rebbieħ qabel ma jgħaddi perjodu ta’ sospensjoni. Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jkun twil għaxart ijiem meta jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u 15-il jum meta jużaw mezzi oħrajn.

L-Artikolu 167163, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 168164(1) u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss minn:

(a)EUR 300000 għal kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista;

(b)EUR 5000000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet.

2.    Dan il-Kapitolu għandu japplika għal:

(a)akkwist meta l-Kummissjoni ma tagħtix kuntratti f’isimha stess;

(b)l-akkwist minn persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) , l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn previst fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 158154.

3.    Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 162158.

4.    Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal azzjonijiet taħt atti bażiċi speċifiċi għas-setturi li jirrigwardaw l-għajnuna għall-immaniġġar ta’ kriżijiet umanitarji, l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja.

Artikolu 183179

Regoli dwar l-aċċess għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni

1.    Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni kollha fl-ambitu tat-Trattati u għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti bażiċi li jirregolaw is-settur tal-kooperazzjoni kkonċernat. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.    Jista’ jkun deċiż, f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.

3.    Meta jkun japplika ftehim dwar it-twessigħ tas-suq għall-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi li għalih hija parti l-Unjoni, il-proċeduri ta’ akkwist għal kuntratti ffinanzjati mill-baġit għandhom ikunu miftuħa wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-ftehim.

TITOLU VIII

GĦOTJIET

KAPITOLU 1

Ambitu u forma tal-għotjiet

Artikolu 184180

Ambitu u forma tal-għotjiet

1.    Dan it-Titolu japplika għal għotjiet mogħtijin b’ġestjoni diretta.

2.    L-għotjiet jistgħu jingħataw sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)azzjoni intiża biex tgħin sabiex jinkiseb objettiv ta’ politika tal-Unjoni (“għotjiet għal azzjoni”);

(b)il-funzjonament ta’ korp li jkollu objettiv li jifforma parti minn politika tal-Unjoni, jew li jsostniha (“għotjiet operattivi”).

L-għotjiet operattivi għandhom jieħdu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm ta’ ħidma tal-korp imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

3.    L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom previsti fl-Artikolu 126125(1).

Meta l-għotja tieħu l-forma ta’ finanzjament li ma jkunx marbut ma’ kostijiet skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1):

(a)id-dispożizzjonijiet relatati mal-eliġibbiltà u l-verifika tal-ispejjeż stabbiliti f’dan it-Titolu, b’mod partikolari l-Artikoli 186182, 188184 u 189185, l-Artikolu 190186(2), (3) u (4), l-Artikolu 194190, l-Artikoli 195191(3), id-dispożizzjoni relatata ma’ estimu tal-baġit jew estimu tal-ispejjeż eliġibbli fl-Artikolu 200(1)(e), u l-Artikolu 207203(4),ma għandhomx japplikaw;

(b)fir-rigward tal-Artikolu 185181, il-proċedura u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu, il-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d), u t-tieni subparagrafu,  il-punt (a), u l-paragrafu 5, ta’ dak l-Artikolu biss għandhom japplikaw.

4.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tagħti kuntratti pubbliċi jew għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni. L-għotjiet jistgħu jingħataw meta l-użu tal-akkwist ma jkunx xieraq minħabba n-natura tal-attivitajiet.

5.    Il-JRC jista’ jirċievi finanzjament iddebitat lil approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet iffinanzjat għalkollox jew parzjalment mill-baġit. F’tali każijiet, l-Artikolu 202198(4), sa fejn tkun ikkonċernata l-kapaċità finanzjarja, u l-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 200196(1) ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 185181

Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa

1.    Meta l-għotja tieħu l-forma ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa kif imsemmi fil-punti (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1) għandu japplika dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet jew partijiet mid-dispożizzjonijiet relatati mal-verifika ta’ kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu.

2.    Meta possibbli u xieraq, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi għandhom jiġu ddeterminati b’tali mod li jkunu jistgħu jitħallsu malli jinkisbu outputs u/jew riżultati konkreti.

3.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku, l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa għandu jkun awtorizzat permezz ta’ deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li għandu jaġixxi skont ir-regoli interni tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.

4.    Id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)ġustifikazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali forom ta’ finanzjament fir-rigward tan-natura tal-azzjonijiet appoġġati jew il-programmi ta’ ħidma kif ukoll ir-riskji ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi u l-kostijiet tal-kontroll;

(b)identifikazzjoni tal-kostijiet jew tal-kategoriji tal-kostijiet koperti minn somom f’daqqa, minn kostijiet unitarji jew minn finanzjament b’rata fissa, li għandhom jiġu meqjusa bħala eliġibbli skont il-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 190186(3) u l-Artikolu 190186(4), u li għandhom jeskludu l-kostijiet mhux eliġibbli skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni;

(c)deskrizzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa. Dawk il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:

(i)data statistika, mezzi oġġettivi simili jew il-ġudizzju ta’ espert ipprovdut minn esperti disponibbli internament jew akkwistat skont ir-regoli applikabbli; jew

(ii)approċċ skont kull benefiċjarju, b’referenza għal data storika ċċertifikata jew verifikabbli tal-benefiċjarju jew għall-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tiegħu;

(d)fejn possibbli, il-kundizzjonijiet essenzjali li jiskattaw il-pagament, inkluż, fejn xierqa, il-ksib tal-outputs u/jew ir-riżultati;

(e)fejn is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji u r-rati fissi ma jkunux ibbażati fuq l-outputs u/jew ir-riżultati, ġustifikazzjoni dwar għaliex approċċ ibbażat fuq l-outputs u/jew ir-riżultati mhuwiex possibbli jew xieraq.

Il-metodi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw:

(a)ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-ammonti rispettivi fir-rigward tal-outputs meħtieġa u/jew riżultati b’kont meħud tad-dħul prevedibbli li għandu jiġi ġġenerat mill-azzjonijiet jew mill-programmi ta’ ħidma;

(b)konformità raġonevoli mal-prinċipji ta’ kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju.

5.    Id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha tapplika għad-durata tal-programm jew programmi sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dik id-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tista’ tkopri l-użu tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal aktar minn programm ta’ finanzjament speċifiku wieħed meta n-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa tippermetti għal approċċ komuni. F’tali każijiet, id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni tista’ tiġi adottata minn dawn li ġejjin:

(a)l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-attivitajiet ikkonċernati kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b)il-Kummissjoni meta dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tal-għadd ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati.

6.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jawtorizza jew jimponi, fil-forma ta’ rati fissi, finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7 % mill-kostijiet diretti totali eliġibbli għall-azzjoni. Rata fissa ogħla tista’ tiġi awtorizzata permezz ta’ deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta fir-rapport ta’ attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9) dwar kwalunkwe deċiżjoni tali meħuda, ir-rata fissa awtorizzata, u r-raġunijiet li jwasslu għal din id-deċiżjoni.

7.    Is-sidien ta’ SMEs u persuni fiżiċi oħra li ma jaqilgħux salarju jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal eliġibbli għax-xogħol imwettaq minnhom stess fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

8.    Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal għax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

Artikolu 186182

Somom f’daqqa uniċi

1.    Somma f’daqqa kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1) tista’ tkopri l-kostijiet eliġibbli kollha ta’ azzjoni jew programm ta’ ħidma (“somma f’daqqa unika”).

2.    F’konformità mal-Artikolu 185181(4), jistgħu jiġu ddeterminati somom f’daqqa uniċi abbażi tal-estimu tal-baġit tal-azzjoni jew programm ta’ ħidma. Tali estimu tal-baġit għandu jikkonforma mal-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività. Il-konformità ma’ dawk il-prinċipji għandha tiġi vverifikata ex ante waqt l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja.

3.    Meta jawtorizza somma f’daqqa unika, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkonforma mal-Artikolu 185181.

Artikolu 187183

Verifiki u kontrolli ta’ benefiċjarji relatati ma’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika, mhux aktar tard minn qabel il-pagament tal-bilanċ,:

(i) l-adempiment tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ spejjeż unitarji jew ta’ rati fissi, inkluż, fejn meħtieġ, il-ksib tal-outputs u/jew tar-riżultati;

 ġdid

(ii) li s-somom f’daqqa, l-ispejjeż unitarji jew ir-rati fissi kienu indikati fl-estimu ta’ baġit kumplessiv tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma,

(iii) li l-kundizzjoni msemmija hawn fuq tkun inkisbet matul kemm damu l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Barra minn hekk, l-adempiment ta’ dawk il-kundizzjonijiet jista’ jkun soġġett għal kontrolli ex post.

L-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa ddeterminati ex ante b’applikazzjoni tal-metodu awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 185181 ma għandhomx jiġu kkontestati minn kontrolli ex post. Dan huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jivverifika li l-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huma ssodisfati, u sabiex inaqqas l-għotja f’konformità mal-Artikolu 133131(4) fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati jew fil-każ ta’ irregolarità, frodi jew ksur ta’ obbligazzjonijiet oħra. Meta somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju, għandu japplika l-Artikolu 189185(2).

2.    Il-frekwenza u l-ambitu tal-verifiki u l-kontrolli jistgħu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq in-natura tal-azzjoni jew il-benefiċjarju, inklużi irregolaritajiet jew frodi attribwibbli għal dak il-benefiċjarju fil-passat.

3.    Il-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar dwar il-kostijiet li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju.

4.    Il-pagament tal-għotja fuq il-bażi ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjamenti b’rata fissa ma għandux jaffettwa d-dritt ta’ aċċess għar-rekords statutorji tal-benefiċjarji għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 130129 u 188184.

5.    Għall-finijiet tal-verifiki u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 186(3).

Artikolu 188184

Valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi

Il-metodu għad-determinazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, id-data sottostanti u l-ammonti li jirriżultaw, kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk l-ammonti b’rabta mal-output u/jew ir-riżultati li jitwettqu, għandhom jiġu valutati b’mod perjodiku u, fejn adatt, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 185181. Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet għandhom jiddependu fuq l-evoluzzjoni u n-natura tal-kostijiet, b’mod partikolari, filwaqt li jittieħed kont ta’ bidliet sostanzjali fil-prezzijiet tas-suq u ta’ ċirkostanzi rilevanti oħra.

Artikolu 189185

Prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju

1.    Meta jiġi awtorizzat rikors għall-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jivvaluta l-konformità ta’ dawk il-prattiki ex ante mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 185181(4). Din il-valutazzjoni tista’ titwettaq ex ante jew bl-użu ta’ strateġija adatta għal kontrolli ex post.

2.    Jekk il-konformità tal-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 185181(4) tkun ġiet stabbilita ex ante, l-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa determinati bl-applikazzjoni ta’ dawk il-prattiki ma għandhomx ikunu kontestati minn kontrolli ex post. Dan ma għandux jaffettwa d-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja f’konformità mal-Artikolu 133131(4).

3.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jqis li l-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju jkunu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 185181(4) jekk jiġu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta’ finanzjament komparabbli.

Artikolu 190186

Kostijiet eliġibbli

1.    L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f’termini ta’ valur assolut (“ammont massimu ta’ għotja”) li għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’:

(a)l-ammont globali tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1);

(b)kostijiet eliġibbli stmati, fejn possibbli, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1);

(c)l-ammont globali tal-estimu tal-kostijiet eliġibbli definiti b’mod ċar minn qabel fil-forma ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa kif msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1).

Mingħajr preġudizzju għall-att bażiku, l-għotjiet jistgħu wkoll jiġu espressi bħala perċentwali tal-kostijiet eliġibbli stmati fejn l-għotja tieħu l-forma speċifikata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jew bħala perċentwali tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

Meta l-għotja tieħu l-forma speċifikata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fejn, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ azzjoni, l-għotja tista’ tkun espressa biss f’termini ta’ valur assolut, il-verifika tal-kostijiet eliġibbli għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 159155(4) u, fejn applikabbli, mal-Artikolu 159(7)155(5).

2.    Mingħajr preġudizzju għar-rata massima ta’ kofinanzjament speċifikata fl-att bażiku:

(a)l-għotja ma għandhiex taqbeż il-kostijiet eliġibbli;

(b)meta l-għotja tieħu l-forma speċifikata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fejn l-estimu tal-kostijiet eliġibbli jinkludi kostijiet għall-volontarjat imsemmi fl-Artikolu 185181(8), l-għotja ma għandhiex taqbeż l-estimu tal-kostijiet eliġibbli minbarra l-kostijiet għall-volontarjat.

3.    Kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1), għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)jiġġarrbu waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew waqt li jkun għaddej il-programm ta’ ħidma, bl-eċċezzjoni ta’ kostijiet relatati mar-rapporti finali u maċ-ċertifikati tal-awditi;

(b)ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

(c)ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-għotja;

(d)ikunu identifikabbli u verifikabbli, b’mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-benefiċjarju u kalkulati skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn ikun stabbilit il-benefiċjarju u skont il-prattiki kontabilistiċi ordinarji tal-kostijiet tal-benefiċjarju;

(e)ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli;

(f)ikunu raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza.

4.    Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-kategoriji tal-kostijiet meqjusa bħala eliġibbli għall-finanzjamenti tal-Unjoni.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku u flimkien mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun iddikjarahom bħala tali skont is-sejħa għall-proposti:

(a)il-kostijiet marbutin ma’ garanzija ta’ prefinanzjament ippreżentata mill-benefiċjarju, fejn dik il-garanzija tkun meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli skont l-Artikolu 156152(1);

(b)il-kostijiet relatati maċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti ta’ verifika operazzjonali, fejn tali ċertifikati jew rapporti jkunu meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli;

(c)il-VAT fejn ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tal-VAT u titħallas minn benefiċjarju li ma jkunx persuna mhux taxxabbli fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 90 ;

(d)il-kostijiet ta’ deprezzament, dment li dawn ikunu fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju;

(e)il-kostijiet tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati mal-kostijiet ta’ attivitajiet li l-awtorità pubblika rilevanti ma kinitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.

Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu:

(a)il-VAT għandha titqies bħala mhux rekuperabbli jekk skont il-liġi nazzjonali tkun attribwibbli għal xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)attivitajiet eżentati mingħajr dritt ta’ tnaqqis;

(ii)attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT;

(iii)attivitajiet, kif imsemmija fil-punt (i) jew (ii), li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas iżda tista’ tintradd lura permezz ta’ skemi ta’ rifużjoni jew fondi ta’ kumpens speċifiċi mhux imsemmija fid-Direttiva 2006/112/KE, anki jekk dik l-iskema jew dak il-fond ikun ġie stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT;

(b)il-VAT relatata mal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha titqies imħallsa minn benefiċjarju għajr persuna mhux taxxabbli fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament minn jekk dawk l-attivitajiet jitqisux mill-Istat Membru kkonċernat bħala attivitajiet imwettqa minn korpi rregolati mil-liġi pubblika li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi.

Artikolu 191187

Entitajiet affiljati u benefiċjarju uniku

1.    Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala entitajiet affiljati mal-benefiċjarju:

(a)entitajiet li jifformaw il-benefiċjarju uniku f’konformità mal-paragrafu 2;

(b)entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà u li ma jaqgħux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139136(1) u 144141(1) u li jkollhom rabta mal-benefiċjarju, b’mod partikolari rabta ġuridika jew ta’ kapital, li la tkun limitata għall-azzjoni u lanqas ma tkun stabbilita għall-għan uniku tal-implimentazzjoni tagħha.

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V għandha tkun tapplika għal entitajiet affiljati wkoll.

2.    Meta bosta entitajiet jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw għotja u flimkien ikunu jifformaw entità waħda, dik l-entità tista’ tkun ittrattata bħala l-benefiċjarju uniku, inkluż meta l-entità hija speċifikament stabbilita għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni li għandha tkun iffinanzjata mill-għotja.

3.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet affiljati ma’ benefiċjarju jistgħu jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati t-tnejn:

(a)l-entitajiet ikkonċernati jkunu identifikati fil-ftehim ta’ għotja;

(b)l-entitajiet ikkonċernati jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-benefiċjarju skont il-ftehim tal-għotja fir-rigward ta’:

(i)l-eliġibbiltà tal-kostijiet jew il-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament;

(ii)id-drittijiet tal-kontrolli u l-awditi min-naħa tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri.

Il-kostijiet imġarrba minn tali entitajiet jistgħu jkunu aċċettati bħala kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu jew li jistgħu jiġu koperti minn somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa.

KAPITOLU 2

Prinċipji

Artikolu 192188

Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet

L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’:

(a)trattament ugwali;

(b)trasparenza;

(c)kofinanzjament;

(d)għotja mhux kumulattiva u ebda finanzjament doppju;

(e)nonretroattività;

(f)l-ebda profitt.

Artikolu 193189

Trasparenza

1.    L-għotjiet għandhom jingħataw wara pubblikazzjoni ta’ sejħiet għall-proposti, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 199195.

2.    L-għotjiet kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom jiġu pubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) sa (4).

3.    Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tgħaddilhom rapport dwar:

(a)l-għadd ta’ applikanti fis-sena finanzjarja preċedenti;

(b)l-għadd u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet li ġew aċċettati għal kull sejħa għall-proposti;

(c)id-durata medja tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-aġġudikazzjoni ta’ għotja;

(d)l-għadd u l-ammont ta’ għotjiet li għalihom ma tkunx saret pubblikazzjoni ex post fis-sena finanzjarja preċedenti f’konformità mal-Artikolu 38(4).

(e)kwalunkwe għotja mogħtija lil istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż il-BEI jew il-FEI f’konformità mal-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 199195.

Artikolu 194190

Kofinanzjament

1.    L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament. Bħala riżultat, ir-riżorsi meħtieġa sabiex titwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma ma għandhomx jiġu pprovduti kollha kemm huma mill-għotja.

Il-kofinanzjament jista’ jiġi pprovdut fil-forma tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju, ta’ introjtu ġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta’ ħidma jew fil-forma ta’ assistenza in natura minn partijiet terzi.

2.    L-assistenza f’kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi fil-forma ta’ volontarjat, valorizzata f’konformità mal-Artikolu 185181(8) għandha tiġi ppreżentata bħala kostijiet eliġibbli fl-estimu tal-baġit. Għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kostijiet eliġibbli l-oħra. Il-volontarjat jista’ jifforma sa 50 % tal-kofinanzjament globali . Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dak il-perċentwal, l-assistenza f’kontribuzzjonijiet in natura u kofinanzjament ieħor għandhom ikunu bbażati fuq l-estimi li jipprovdi l-applikant.

Assistenza oħra f’kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kontribuzzjonijiet għall-kostijiet eliġibbli fl-estimi tal-baġit. Il-valur approssimattiv tagħhom għandu jkun indikat fl-estimi tal-baġit u ma għandux ikun soġġett għal tibdiliet sussegwenti.

3.    Bħala deroga mill-paragrafu 1, azzjoni esterna tista’ tkun iffinanzjata b’mod sħiħ mill-għotja meta dan ikun essenzjali biex din titwettaq. F’tali każ, fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni għandha tingħata ġustifikazzjoni.

4.    Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tnaqqis tar-rati tal-imgħax u għal sussidji tat-tariffa ta’ garanzija.

Artikolu 195191

Il-prinċipju ta’ għotja mhux kumulattiva u projbizzjoni ta’ finanzjament doppju

1.    Kull azzjoni tista’ twassal biex tingħata għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, minbarra fejn huwa awtorizzat mod ieħor mill-atti bażiċi rilevanti.

Benefiċjarju jista’ jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.

Azzjoni tista’ tiġi finanzjata b’mod konġunt minn linji baġitarji separati minn uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli differenti.

2.    L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni minnufih dwar kwalunkwe applikazzjoni multipla u dwar kwalunkwe għotja multipla relatata mal-istess azzjoni jew mal-istess programm ta’ ħidma.

3.    L-istess kostijiet qatt ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.

4.    Fir-rigward tat-tipi ta’ appoġġ li ġejjin, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw u, fejn adatt, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tivverifikax jekk l-istess kost ġiex iffinanzjat darbtejn:

(a)appoġġ għall-istudju, għar-riċerka, għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni mħallas lil persuni fiżiċi;

(b)appoġġ dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-refuġjati.

Artikolu 196192

Il-prinċipju ta' nonprofitt

1.    L-għotjiet ma għandux ikollhom il-fini jew l-effett li jipproduċu qligħ fil-qafas tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tal-benefiċjarju (“prinċipju ta’ nonprofitt”).

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, qligħ għandu jkun definit bħala surplus, ikkalkulat mal-pagament tal-bilanċ, ta’ dħul ogħla mill-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma, fejn id-dħul huwa limitat għall-għotja tal-Unjoni, flimkien mad-dħul iġġenerat minn dik l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.

Fil-każ ta’ għotja operattiva, l-ammonti dedikati għall-kostituzzjoni ta’ riżervi ma għandhomx jitqiesu għall-verifika tal-konformità mal-prinċipju ta' nonprofitt.

3.    Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(a)azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jsaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju, jew azzjonijiet li jiġġeneraw introjtu biex jiżguraw il-kontinwità tagħhom wara l-perjodu ta’ finanzjament mill-Unjoni previst fil-ftehim ta’ għotja;

(b)appoġġ għal studju, riċerka, taħriġ jew edukazzjoni mħallas lil persuni fiżiċi jew appoġġ ieħor dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-refuġjati;

(c)azzjonijiet implimentati minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ;

(d)l-għotjiet fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126125(1);

(e)għotjiet b’valur baxx.

4.    Meta jsir profitt, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet eliġibbli li fil-fatt i ġġarrbu mill-benefiċjarju meta wettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.

Artikolu 197193

Il-prinċipju tan-nonretroattività

1.    Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-għotjiet ma għandhomx jingħataw b’mod retroattiv.

2.    Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet sakemm l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja.

F’dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrba qabel id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief:

(a)f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati kif previst fl-att bażiku; jew

(b)fil-każ ta’ urġenza estrema għall-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 199195 fejn intervent bikri mill-Unjoni jkun ta’ importanza assoluta.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, il-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-raġunijiet għal tali deroga jkunu ġew issostanzjati kif suppost mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli;

(b)il-ftehim ta’ għotja jistabbilixxi b’mod espliċitu data ta’ eliġibbiltà li tkun qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jirrapporta dwar kull wieħed mill-każijiet imsemmija f’dan il-paragrafu bħal dan taħt it-titolu “Derogi mill-prinċipju ta’ nonretroattività skont l-Artikolu 197193 tar-Regolament Finanzjarju” fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9).

3.    Ma għandhomx’ jingħataw għotjiet b’mod retroattiv għal azzjonijiet li diġà tlestew.

4.    Fil-każ ta’ għotjiet operattivi, il-ftehim ta’ għotja għandu jkun iffirmat fi żmien erba’ xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Kostijiet li jkunu mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jew qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament. L-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum kalendarju mill-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.

KAPITOLU 3

Proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet u ftehim ta’ għotja

Artikolu 198194

Il-kontenut u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti

1.    Is-sejħiet għal proposti għandhom jispeċifikaw:

(a)l-għanijiet fil-mira;

(b)il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla u l-aġġudikazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti;

(c)l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, li jispeċifikaw it-tipi kollha ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-forom tal-għotja;

(d)l-arranġamenti u d-data finali biex jitressqu l-proposti;

(e)id-data ppjanata sa liema l-applikanti kollha għandhom ikunu ġew informati bl-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u d-data indikattiva għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja.

2.    Id-dati msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi tal-perijodi li ġejjin:

(a)biex jiġu infurmati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta’ sitt xhur mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti;

(b)biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja mal-applikanti, massimu ta’ tliet xhur mid-data ta’ meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu.

Dawk il-perjodi jistgħu jiġu aġġustati sabiex jitqies iż-żmien kollu meħtieġ biex ikun hemm konformità mal-proċeduri speċifiċi li jistgħu jkunu mitluba mill-att bażiku f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jistgħu jinqabżu f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, partikolarment għal azzjonijiet kumplessi, fejn ikun hemm għadd kbir ta’ proposti jew ittardjar attribwibbli għall-applikanti.

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jsemmi l-medja ta’ żmien meħud biex ġew infurmati l-applikanti u ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja. Fil-każ li jinqabżu l-perijodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament iġġustifikat f’konformità mat-tieni subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta’ rimedju.

3.    Is-sejħiet għal proposti għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u bi kwalunkwe mezz adatt ieħor, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, meta dan ikun meħtieġ sabiex tingħata pubbliċità addizzjonali fost il-benefiċjarji potenzjali. Is-sejħiet għal proposti jistgħu jiġu ppubblikati soġġetti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 111110, inkluż matul is-sena preċedenti l-implimentazzjoni tal-baġit. Kwalunkwe bidla fil-kontenut tas-sejħiet għal proposti għandha tiġi ppubblikata bl-istess kundizzjonijiet.

Artikolu 199195

Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti

Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ f’emerġenza, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew għajnuna ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(b)f’emerġenzi eċċezzjonali oħra li jkunu ġew issostanzjati kif dovut;

(c)lil korpi b’monopolju de jure jew de facto jew lil korpi nnominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto;

(d)lil korpi identifikati minn att bażiku, fis-sens tal-Artikolu 58, bħala benefiċjarji jew lil korpi nominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta dawk l-Istati Membri jiġu identifikati minn att bażiku bħala benefiċjarji;

(e)fil-każ ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, lil korpi identifikati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 111110, meta l-att bażiku jipprovdi b’mod espliċitu għal dik il-possibilità, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti;

(f)għal attivitajiet b’karatteristiċi speċifiċi li jirrikjedu tip partikolari ta’ korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet ikkonċernati ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għal proposti;

(g)lill-BEI jew lill-FEI għal azzjonijiet ta’ assistenza teknika. F’tali każijiet, ma għandhomx japplikaw il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 200196(1).

Meta t-tip ta’ korp partikolari msemmi fil-punt (f) tal-ewwel paragrafu jkun Stat Membru, l-għotja tista’ tingħata wkoll mingħajr sejħa għal proposti lill-korp innominat mill-Istat Membru, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni.

Il-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-ewwel paragrafu għandhom jiġu ssostanzjati kif adatt fid-deċiżjoni ta’ fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

Artikolu 200196

Il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotja

1.    L-applikazzjoni għal għotja għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)informazzjoni dwar l-istatus legali tal-applikant, inkluż jekk huwiex organizzazzjoni mhux governattiva;

(b)dikjarazzjoni fuq l-unur tal-applikant f’konformità mal-Artikolu 140137(1) u dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla;

(c)informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikant sabiex iwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma propost u, jekk dan jiġi deċiż mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet;

Tali informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn ma għandhomx jintalbu mill-applikanti li għalihom ma tapplikax il-verifika tal-kapaċità finanzjarja jew operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 202198(5) jew (6). Barra minn hekk, ma għandhomx jintalbu dokumenti ta’ sostenn għal għotjiet ta’ valur baxx;

(d)fejn l-applikazzjoni tkun tikkonċerna għotja għal azzjoni li l-ammont għaliha jaqbeż is-EUR 750000 jew għotja operattiva li taqbeż il-EUR 100000, rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat, meta dan ikun disponibbli, u dejjem f’każijiet li fihom awditu statutorju jkun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, li jiċċertifika l-kontijiet sal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli. Fil-każijiet kollha l-oħra, l-applikant għandu jipprovdi awtodikjarazzjoni ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat li jiċċertifika l-validità tal-kontijiet tiegħu sal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli;

L-ewwel subparagrafu japplika biss għall-ewwel applikazzjoni li ssir minn benefiċjarju lil uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fi kwalunkwe sena finanzjarja partikolari.

Fil-każ ta’ ftehimiet bejn il-Kummissjoni u għadd ta’ benefiċjarji, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju.

Fil-każ tas-sħubijiet imsemmija fl-Artikolu 132130(4), irid isir ir-rapport tal-awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja.

Skont il-valutazzjoni tar-riskju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-istabbilimenti ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ u, fil-każ ta’ ftehimiet ma’ għadd ta’ benefiċjarji, il-benefiċjarji li jkunu aċċettaw obbligazzjonijiet konġunti u aktar minn waħda jew li ma jġorru l-ebda responsabbiltà finanzjarja.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal persuni u entitajiet eliġibbli fl-ambitu ta’ ġestjoni indiretta sa fejn dawn ikunu f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u fl-Artikolu 158154;

(e)deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u estimu tal-baġit, li:

(i)għandu jkollu d-dħul u n-nefqa ekwilibrati; u

(ii)għandu jindika l-estimi tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma.

Il-punti (i) u (ii) ma għandhomx japplikaw għal azzjonijiet b’diversi donaturi.

Bħala deroga mill-punt (i), f’każijiet iġġustifikati kif adatt, l-estimi tal-baġit jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet għal kontinġenzi jew varjazzjonijiet possibbli fir-rati tal-kambju;

(f)indikazzjoni tas-sorsi u tal-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew li għalihom saret applikazzjoni fir-rigward tal-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għall-funzjonament tal-applikant matul l-istess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni.

2.    L-applikazzjoni tista’ tinqasam f’diversi partijiet li jistgħu jiġu sottomessi fi stadji differenti f’konformità mal-Artikolu 204200(2).

Artikolu 201197

Kriterji ta’ eliġibbiltà

1.    Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti.

2.    Kwalunkwe applikanti minn dawn li ġejjin għandu jkun eliġibbli għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti:

(a)persuni ġuridiċi;

(b)persuni fiżiċi, sa fejn dan ikun meħtieġ minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tal-azzjoni jew tal-objettiv fil-mira tal-applikant;

(c)entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f’isem l-entitajiet u l-entitajiet joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi. B’mod partikolari, l-applikant għandu jkollu kapaċità finanzjarja u operazzjonali ekwivalenti għal dik ta’ persuna ġuridika. Ir-rappreżentanti tal-applikant għandhom juru bil-provi li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati.

3.    Is-sejħa għal proposti tista’ tistabbilixxi kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali li għandhom ikunu stabbiliti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-għanijiet tal-azzjoni u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

4.    Għall-finijiet tal-Artikolu 184180(5) u ta’ dan l-Artikolu, il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

Artikolu 202198

Kriterji ta’ għażla

1.    Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant li jwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma propost.

2.    L-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu matul il-perjodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (“kapaċità finanzjarja”).

3.    L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (“kapaċità operazzjonali”).

4.    Il-kapaċità finanzjarja u operattiva għandha tiġi verifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dokument ta’ sostenn imsemmi fl-Artikolu 200196.

Jekk ma jkun intalab l-ebda dokument ta’ sostenn fis-sejħa għall-proposti u jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu raġunijiet validi biex jiddubita l-kapaċità finanzjarja jew operazzjonali tal-applikant, huwa għandu jitlob lill-applikant jipprovdi kwalunkwe dokument adatt.

Fil-każ ta’ sħubijiet, il-verifika għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 132130(6).

5.    Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma għandhiex tapplika għal:

(a)persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ għall-edukazzjoni;

(b)persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, bħal persuni qiegħda u refuġjati, u li jirċievu appoġġ dirett;

(c)korpi pubbliċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-Istati Membri;

(d)organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)persuni jew entitajiet li japplikaw għal tnaqqis fir-rata tal-imgħax u sussidji ta’ tariffa ta’ garanzija fejn l-objettiv ta’ dawk it-tnaqqis u sussidji huwa li dawn isaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew li jiġġeneraw introjtu.

6.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, jirrinunzja għall-obbligu ta’ verifika tal-kapaċità operazzjonali tal-korpi pubbliċi, tal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 203199

Kriterji għall-aġġudikazzjoni

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li:

(a)tiġi valutata l-kwalità tal-proposti sottomessi fid-dawl tal-objettivi u tal-prijoritajiet stabbiliti u tar-riżultati mistennija;

(b)jingħataw għotjiet lill-azzjonijiet jew lill-programmi ta’ ħidma li jimmassimizzaw l-effettività globali tal-finanzjament tal-Unjoni;

(c)jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għal għotja.

Artikolu 204200

Proċedura ta’ valutazzjoni

1.    Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji ta’ għażla u aġġudikazzjoni mħabbra minn qabel, bil-għan li jiġi determinat liema proposti jistgħu jiġu ffinanzjati.

2.    Meta xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaqsam il-proċess f’bosta stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess jitħabbru fis-sejħa għal proposti.

L-applikanti li l-proposti tagħhom jiġu miċħuda fi kwalunkwe stadju għandhom jiġu infurmati f’konformità mal-paragrafu 7.

L-istess dokumenti u informazzjoni ma jkunux meħtieġa aktar minn darba matul l-istess proċedura.

3.    Il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 154150 jew, fejn adatt, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali jew li jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn sottomessi f’konformità mal-Artikolu 155151. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords adatti tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

4.    Mat-tlestija tal-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, il-membri tiegħu għandhom jiffirmaw rekord tal-proposti kollha eżaminati, li jkun fih valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u li jidentifika dawk li jistgħu jirċievu finanzjament.

Meta jkun meħtieġ, dak ir-rekord għandu jikklassifika l-proposti eżaminati, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-ammont massimu li għandu jingħata u aġġustamenti mhux sostanzjali possibbli fl-applikazzjoni għal għotja.

Ir-rekord għandu jinżamm għal referenza fil-ġejjieni.

5.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jistieden lil applikant sabiex jaġġusta l-proposta tiegħu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jżomm rekords adatti tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

6.    Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu billi tal-anqas jagħti:

(a)is-suġġett u l-ammont globali tad-deċiżjoni;

(b)l-ismijiet tal-applikanti magħżula, it-titlu tal-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u r-raġunijiet għal dik l-għażla, anki fejn din tkun inkonsistenti mal-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni;

(c)l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

7.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk ma tintlaqax l-għotja mitluba, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni. L-applikanti rifjutati għandhom jiġu infurmati kemm jista’ jkun malajr dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-applikanti magħżula.

8.    Għall-għotjiet mogħtija skont l-Artikolu 199195, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’:

(a)jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu154150;

(b)jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni u tad-deċiżjoni ta’ fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni f’dokument wieħed u jiffirmah.

Artikolu 205201

Ftehim ta’ għotja

1.    L-għotjiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

2.    Il-ftehim ta’ għotja għandu tal-anqas jinkludi dan li ġej:

(a)is-suġġett;

(b)il-benefiċjarju;

(c)id-durata, jiġifieri:

(i)id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

(ii)id-data tal-bidu u d-durata tal-azzjoni jew is-sena finanzjarja tal-finanzjament;

(d)deskrizzjoni tal-azzjoni jew, għal għotja operattiva, tal-programm ta’ ħidma flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riżultati mistennija;

(e)l-ammont massimu ta’ finanzjament tal-Unjoni espress f’euro, l-estimi tal-baġit tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-forma tal-għotja;

(f)ir-regoli dwar ir-rapportar u l-pagamenti u r-rego,li dwar l-akkwist previsti fl-Artikolu 209205;

(g)li l-benefiċjarju jaċċetta l-obbligi msemmija fl-Artikolu 130129;

(h)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-viżibilità tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt, fejn il-wiri fil-pubbliku ma jkunx possibbli jew adatt;

(i)il-liġi applikabbli li għandha tkun il-liġi tal-Unjoni kkomplementata, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim tal-għotja. Tista’ ssir deroga fil-ftehimiet ta’ għotja konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j)il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim.

3.    Obbligi pekunarji ta’ entitajiet jew ta’ persuni għajr Stati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ ftehim tal-għotja għandhom ikunu infurzabbli f’konformità mal-Artikolu 100(2).

4.    L-emendi għall-ftehimiet ta’ għotja ma għandux ikollhom l-fini jew l-effett li jagħmlu tali tibdiliet li jixħtu f’dubju d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotja jew li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali tal-applikanti.

KAPITOLU 4

Implimentazzjoni ta’ għotjiet

Artikolu 206202

Ammont tal-għotja u estensjoni tal-konstatazzjonijiet tal-awditu

1.    L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali qabel ma l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli kompetenti jkun approva r-rapporti finali u, fejn applikabbli, il-kontijiet finali, mingħajr preġudizzju għal awditi, verifiki u investigazzjonijiet sussegwenti mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri. L-Artikolu 133131(4) għandu japplika wkoll wara li l-ammont tal-għotja jkun sar definittiv.

2.    Meta l-kontrolli jew l-awditi juru irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi attribwibbli lill-benefiċjarju u li għandhom impatt materjali fuq l-għadd ta’ għotjiet aġġudikati lil dak il-benefiċjarju f’kundizzjonijiet simili, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja jew il-pagamenti skont l-għotjiet kollha kkonċernati jew, fejn adatt, jittermina l-ftehimiet ta’ għotja kkonċernati ma’ dak il-benefiċjarju, fid-dawl tas-serjetà tal-konstatazzjonijiet.

Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotjiet, jiċħad kostijiet ineliġibbli u jirkupra l-ammonti mħallsa indebitament fir-rigward tal-għotjiet affettwati mill-irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, minn frodi jew ksur tal-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu li jistgħu jkunu soġġetti għal awditi, verifiki u investigazzjonijiet f’konformità mal-ftehimiet ta’ għotja affettwati.

3.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddetermina l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, kulfejn ikun possibbli u prattikabbli, fuq il-bażi tal-kostijiet iddikjarati indebitament bħala eliġibbli għal kull għotja kkonċernata, wara l-aċċettazzjoni tar-rapporti u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji riveduti ppreżentati mill-benefiċjarji.

4.    Meta ma jkunx possibbli jew prattikabbli li jkun kwantifikat eżatt l-ammont tal-kostijiet ineliġibbli għal kull għotja kkonċernata, l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati jistgħu jiġu determinati billi ssir estrapolazzjoni tar-rata tat-tnaqqis jew ta’ rkupru applikata għall-għotjiet li fihom ikunu nstabu irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi, jew, meta l-kostijiet ineliġibbli ma jkunux jistgħu jservu ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, billi tiġi applikata rata fissa, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità li jipproponi metodu jew rata alternattivi debitament sostanzjati qabel ma jsir it-tnaqqis jew l-irkupru.

Artikolu 207203

Dokumenti ta’ sostenn għat-talbiet għall-pagament

1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa li jakkumpanjaw it-talbiet għall-pagament.

2.    Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista’ jinqasam f’diversi pagamenti parzjali f’konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba. It-talba għal pagament parzjali tal-prefinanzjament ulterjuri għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-benefiċjarju dwar il-konsum ta’ prefinanzjament preċedenti. Il-pagament parzjali għandu jitħallas bis-sħiħ jekk tal-anqas ikun ġie kkonsmat 70 % tal-ammont totali ta’ kwalunkwe prefinanzjament preċedenti. Inkella, il-pagament parzjali għandu jitnaqqas bl-ammonti li għad għandhom jiġu kkonsmati sakemm jintlaħaq dak il-limitu.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jipprovdi dokumenti ta’ sostenn, il-benefiċjarju għandu jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni li hemm fit-talbiet għall-pagament hija sħiħa, affidabbli u vera. Il-benefiċjarju għandu jiċċertifika wkoll li l-kostijiet imġarrba huma eliġibbli f’konformità mal-ftehim ta’ għotja u li t-talbiet għall-pagament ikunu sostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn adegwati li jistgħu jiġu vverifikati.

4.    Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-kontijiet sottostanti jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’appoġġ għall-pagamenti interim jew il-pagamenti tal-bilanċi ta’ kwalunkwe ammont. Tali ċertifikat għandu jintalab fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ammont tal-għotja, l-ammont tal-pagament, in-natura tal-benefiċjarju u n-natura tal-attivitajiet appoġġati.

Iċ-ċertifikat għandu jkun prodott minn awditur estern approvat jew, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti.

Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, f’konformità ma’ metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u fuq il-bażi ta’ proċeduri maqbula u li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom tkun ibbażata t-talba għall-pagament huma veri, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli f’konformità mal-ftehim ta’ għotja. F’każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob iċ-ċertifikat fil-forma ta’ opinjoni jew format ieħor f’konformità mal-istandards internazzjonali.

5.    Rapport ta’ verifika operazzjonali, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’appoġġ għal kwalunkwe pagament, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Ir-rapport ta’ verifika operazzjonali għandu jiddikjara li l-verifika operazzjonali tkun saret f’konformità ma’ metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 208204

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tkun tirrikjedi li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju jista’ jagħti tali appoġġ finanzjarju jekk il-kundizzjonijiet għal tali għoti tat-tali appoġġ ikunu ddefiniti fil-ftehim ta’ għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, mingħajr marġni għal diskrezzjoni mill-benefiċjarju.

Ebda marġni għal diskrezzjoni ma għandha titqies li teżisti jekk il-ftehim tal-għotja jispeċifika dawn li ġejjin:

(a)l-ammont massimu tal-appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma għandux jaqbeż is-EUR 60000 u l-kriterji biex ikun determinat l-ammont preċiż;

(b)it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa;

(c)id-definizzjoni tal-persuni jew tal-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex jingħata.

Il-limitu msemmi fil-punt (a) tat-tieni paragrafu jista’ jinqabeż fil-każ ta’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ emerġenza, operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili jew għajnuna għall-ġestjoni ta’ kriżijiet jew meta jkun altrimenti impossibbli li l-objettivi tal-azzjonijiet jinkisbu jew ikun diffiċli wisq.

Artikolu 209205

Kuntratti ta’ implimentazzjoni

1.    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 91 , fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tenħtieġ l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt pubbliku, il-benefiċjarju jista’ jaġġudika l-kuntratt pubbliku f’konformità mal-prattiki ta’ xiri normali tiegħu dment li l-kuntratt pubbliku jiġi aġġudikat lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, kif adatt, lill-offerta li toffri l-inqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

2.    Meta l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma teżiġi li jingħata kuntratt pubbliku b’valur ta’ aktar minn EUR 60000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk debitament iġġustifikat, jeżiġi li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Dawn ir-regoli speċjali għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament u għandhom ikunu proporzjonati għall-valur tal-kuntratti pubbliċi kuntratti kkonċernati, għad-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kost totali tal-azzjoni u għar-riskju. Dawn ir-regoli speċjali għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta’ għotja.

TITOLU IX

PREMJIJIET

Artikolu 210206

Regoli ġenerali

1.    Il-premjijiet għandhom jingħataw skont il-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali u għandhom jippromwovu il-ksib tal-objettivi ta’ politiki tal-Unjoni.

2.    Il-premjijiet ma għandhomx jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni.

Il-kompetizzjonijiet għal premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1000000 jew aktar jistgħu jiġu pubblikati biss meta dawk il-premjijiet jissemmew fid-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 111110 u wara li tkun ġiet ippreżentata informazzjoni dwar tali premjijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.    L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut mal-kostijiet imġarrba mir-rebbieħ.

4.    Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tirrikjedi li jingħataw premjijiet lil partijiet terzi minn benefiċjarju, dak il-benefiċjarju jista’ jagħti tali premjijiet dment li l-kriterji ta’ eliġibbiltà u aġġudikazzjoni, l-ammont jew it-tip tal-premjijiet u l-arranġamenti tal-pagament jew tal-konsenja jkunu ddefiniti fil-ftehim tal-għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, bl-ebda marġni diskrezzjonali.

Artikolu 211207

Regoli tal-kompetizzjoni, tal-għotja u tal-pubblikazzjoni

1.    Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet għandhom:

(a)jispeċifikaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà;

(b)jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-applikanti, jekk meħtieġ, u għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet;

(c)jispeċifikaw il-kriterji ta’ esklużjoni kif stabbilit fl-Artikolui 139136 u r-raġunijiet għaċ-ċaħda stabbiliti fl-Artikolu 144141;

(d)jipprevedu l-unika obbligazzjoni tal-applikant fil-każ ta’ talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni;

(e)jipprevedu l-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 130129 u tal-obbligi pubbliċitarji kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni;

(f)jispeċifikaw il-kriterji għall-aġġudikazzjoni, li għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kwalità tal-applikazzjonijiet fir-rigward tal-objettivi segwiti u r-riżultati mistennija u biex jiġi stabbilit b’mod oġġettiv jekk l-applikazzjonijiet jiddodisfawx il-kriterji;

(g)jispeċifikaw l-ammont jew it-tip tal-premju jew tal-premjijiet;

(h)jispeċifikaw l-arranġamenti għall-pagament jew il-konsenja tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-aġġudikazzjoni tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-benefiċjarji għandhom ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni.

L-Artikolu 198194(3) għandu japplika mutatis mutandis għall-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet.

2.    Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tħassir tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta ma jkunux jistgħu jintlaħqu l-objettivi tagħha.

3.    Il-premjijiet għandhom jingħataw mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara evalwazzjoni mill-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 154150.

L-Artikolu 204200(4) u (6) għandu japplika mutatis mutandis għad-deċiżjoni ta’ fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

4.    L-applikanti għandhom jiġu informati kemm jista’ jkun malajr dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

Id-deċiżjoni li jingħata l-premju għandha tiġi notifikata lill-applikant rebbieħ u għandha sservi bħala l-impenn legali.

5.    Il-premjijiet kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom jiġu pubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) u (4).

Wara l-pubblikazzjoni, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tibgħatilhom rapport dwar:

(a)l-għadd ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel;

(b)l-għadd ta’ applikanti u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet aċċettati għal kull kompetizzjoni;

(c)lista tal-esperti li ħadu sehem fil-kumitati ta’ evalwazzjoni fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ referenza għall-proċedura tal-għażla tagħhom.

TITOLU X

STRUMENTI FINANZJARJI, GARANZIJI BAĠITARJI U ASSISTENZA FINANZJARJA

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 212208

Kamp ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni

1.    Meta jirriżulta li dan ikun il-mod l-aktar adatt biex jinkisbu objettivi ta’ politika tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tistabbilixxi strumenti finanzjarji jew tipprovdi garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja b’appoġġ mill-baġit permezz ta’ att bażiku li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-perjodu ta’ implimentazzjoni tagħhom.

2.    L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-istrumenti finanzjarji, għall-garanziji baġitarji jew għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni. Jekk ikunu awtorizzati mill-att bażiku, partijiet terzi jistgħu jikkontribwixxu wkoll.

 ġdid

3. Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mutatis mutandis mal-Artikolu 159(2) fir-rigward tal-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali.

🡻 2018/1046

 ġdid

43.    Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu implimentati permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, għandhom japplikaw regoli speċifiċi għas-settur.

54.    Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu implimentati b’ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ entitajiet skont il-punti (c)(ii), (iii), (v) u (vi) tal-ewwl subparagrafu tal-Artikolu 62(1). Meta s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri ta’ dawn l-entitajiet ikunu ġew ivvalutati skont l-Artikolu 158  (3) u  154(4), huma jistgħu jiddependu għalkollox fuq dawn is-sistemi, regoli u proċeduri. Dawn l-entitajiet jistgħu, meta jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji b’ġestjoni indiretta, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji li għandhom jintgħażlu skont proċeduri ekwivalenti għal dawk applikati mill-Kummissjoni. Dawn l-entitajiet għandhom jittrasponu r-rekwiżiti skont l-Artikolu 159155(2) f’dawk il-ftehimiet.

Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli biex tiggarantixxi li l-qafas ta’ implimentazzjoni għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jkunu jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jsostni l-ksib tal-objettivi ta’ politika definiti u fil-limiti ta’ żmien stipulat, miżurabbli f’termini ta’ outputs u/jew riżultati. Il-Kummissjoni tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali u kontrattwali tal-entitajiet fdati, f’konformità mal-liġi applikabbli u mal-Artikolu 130129.

Meta pajjiżi terzi jikkontribwixxu għall-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji skont il-paragrafu 2, l-att bażiku jista’ jippermetti l-ħatra ta’ entitajiet jew kontropartijiet eliġibbli ta’ implimentazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

65.    Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha aċċess sħiħ għal kwalunkwe informazzjoni relatata mal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja, inkluż permezz ta’ kontrolli fuq il-post.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun l-awditur estern responsabbli mill-proġetti u l-programmi appoġġati minn strument finanzjarju, garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja.

Artikolu 213209

Prinċipji u kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

1.    L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji għandhom jintużaw f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali u sussidjarjetà, u f’konformità mal-objettivi tagħhom.

2.    L-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji għandhom:

(a)jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jipprovdu appoġġ, b’mod proporzjonat, biss lil riċevituri finali li jitqiesu ekonomikament vijabbli skont standards aċċettati fil-livell internazzjonali fiż-żmien l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni;

(b)jiksbu addizzjonalità billi jipprevjenu s-sostituzzjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn sorsi oħra pubbliċi jew privati;

(c)ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq intern u jkunu konsistenti mar-regoli tal-għajnuna tal-Istat;

(d)jiksbu effett ta’ ingranaġġ u ta’ multiplikatur, b’medda ta’ valuri fil-mira bbażata fuq evalwazzjoni ex ante għall-istrument finanzjarju jew għall-garanzija baġitarja korrispondenti, billi jimmobilizzaw investiment globali li jaqbeż id-daqs tal-kontribuzzjoni jew il-garanzija tal-Unjoni, inkluż, fejn adatt, il-massimizzazzjoni tal-investiment privat;

(e)jiġu implimentati b’mod li jiżgura li jkun hemm interess komuni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta’ implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni fil-ksib tal-objettivi ta’ politika definiti fl-att bażiku rilevanti, b’dispożizzjonijiet dwar pereżempju koinvestiment, rekwiżiti tal-qsim tar-riskju jew inċentivi finanzjarji, filwaqt li jipprevjenu kunflitt ta’ interess ma’ attivitajiet oħra tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet;

(f)jipprevedu remunerazzjoni tal-Unjoni li tkun konsistenti mal-qsim ta’ riskju fost il-parteċipanti finanzjarji u l-objettivi ta’ politika tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja;

(g)fejn tkun dovuta remunerazzjoni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta’ implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni, jipprevedu li tali remunerazzjoni tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni u tinkludi:

(i)tariffi amministrattivi biex jirrimuneraw l-entità jew il-kontroparti għall-ħidma li twettqet fl-implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju jew garanziji baġitarji, li għandhom ikunu bbażati fuq l-operazzjonijiet li twettqu jew l-ammonti żborżati; u

(ii)fejn adatt, inċentivi relatati mal-politika biex jippromwovu l-ksib tal-objettivi ta’ politika jew jinċentivaw il-prestazzjoni finanzjarja tal-istrument finanzjarju jew tal-garanziji baġitarji.

Spejjeż eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati f’każijiet debitament ġustifikati;

(h)ikunu bbażati fuq evalwazzjonijiet ex ante, b’mod individwali jew bħala parti minn programm, skont l-Artikolu 34, li jinkludu spjegazzjonijiet dwar l-għażla tat-tip ta’ operazzjoni finanzjarja filwaqt li jieħdu kont tal-objettivi ta’ politika segwiti u r-riskji finanzjarji assoċjati u l-flus iffrankati għall-baġit.

L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu riveduti u aġġornati biex jieħdu kont tal-effett ta’ bidliet soċjoekonomiċi maġġuri fuq il-loġika tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja.

3.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur għall-ġestjoni kondiviża, id-dħul, inklużi dividendi, qligħ kapitali, tariffi ta’ garanzija u imgħax fuq self u fuq ammonti f’kontijiet fiduċjarji mħallsa lura lill-Kummissjoni jew fuq kontijiet fiduċjarji miftuħa għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit taħt strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, għandu jiddaħħal fil-baġit wara t-tnaqqis ta’ kostijiet u tariffi tal-ġestjoni.

Il-pagamenti mill-ġdid annwali, inkluż il-pagamenti mill-ġdid kapitali, il-garanziji rilaxxati, u l-pagamenti mill-ġdid tal-prinċipal tas-self, imħallsa lura lill-Kummissjoni jew lil kontijiet fiduċjarji miftuħa għall-istrumenti finanzjarji jew għall-garanziji baġitarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit skont strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern f’konformità mal-punt (f) Artikolu 21(3) u għandhom jintużaw għall-istess strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 219215(5), għal perjodu mhux itwal mill-perjodu għall-impenn baġitarju b’sentejn miżjuda, sakemm ma jkunx speċifikat mod oħra f’att bażiku.

Il-Kummissjoni għandha tqis tali dħul assenjat intern meta tipproponi l-ammont għal allokazzjonijiet futuri għal strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-ammont pendenti ta’ dħul awtorizzat assenjat skont att bażiku li għandu jitħassar jew jiġi terminat jista’ wkoll ikun assenjat lil strument finanzjarju ieħor li jsegwi objettivi simili, fejn dan ikun previst fl-att bażiku li jistabbilixxi dak l-istrument finanzjarju.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għal strument finanzjarju, għal garanzija baġitarja jew għal assistenza finanzjarja għandu jipproduċi dikjarazzjoni finanzjarja li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru, f’konformità mal-Artikolu 249243 u f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u fl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS).

Għall-istrumenti finanzjarji u għall-garanziji baġitarji implimentati b’ġestjoni indiretta, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji mhux awditjati li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru mħejjija skont ir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u fl-IPSAS, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ għall-produzzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 82(2), jiġu pprovduti mill-entitajiet skont il-punti (c)(ii), (iii) (v) u (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara u li jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati minn dawk l-entitajiet sal-15 ta’ Mejju  April tas-sena finanzjarja ta’ wara.

 ġdid

5.    Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu kkombinati fi ftehim wieħed b’appoġġ anċillari mill-baġit, inklużi għotjiet, dan it-Titolu għandu japplika għall-miżura kollha. Ir-rapportar għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 41(4) u (5) u għandu jidentifika b’mod ċar liema partijiet tal-miżura huma strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.

🡻 2018/1046

 ġdid

Artikolu 214210

Obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.    L-obbligazzjoni finanzjarja u l-pagamenti netti aggregati mill-baġit ma għandhomx jaqbżu fi kwalunkwe ħin:

(a)għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont tal-impenn baġitarju rilevanti li sar għalihom;

(b)għall-garanziji baġitarji: l-ammont tal-garanzija baġitarja awtorizzata mill-att bażiku;

(c)għall-assistenza finanzjarja: l-ammont massimu ta’ fondi li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef għall-finanzjament tal-assistenza finanzjarja kif awtorizzat mill-att bażiku, u l-imgħax rilevanti.

2.    Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jistgħu jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li għandha biss taqbeż l-assi finanzjarji pprovduti biex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni jekk dan ikun previst f’att bażiku li jistabbilixxi garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

3.    Għall-finijiet tal-valutazzjoni annwali prevista fil-punt (j) tal-Artikolu 41(5)  fl-Artikolu 253(1), il-punt (g) , l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jew mill-assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit għandhom jitqiesu bħala sostenibbli, jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom hija kompatibbli mal-limiti ffissati mir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312(2) TFUE u l-limitu massimu fuq approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad- Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053tad- Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.

Artikolu 215211

Proviżjonament ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji

1.    Għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi, att bażiku għandu jistipula rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal mill-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata. Dan l-ammont għandu jeskludi l-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 212208(2).

L-att bażiku għandu jipprovdi għar-rieżami tar-rata ta’ proviżjonament tal-anqas kull tliet snin.

2.    L-istabbiliment ta’ rata ta’ proviżjonament għandha tkun iggwidata minn valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn garanzija baġitarja jew minn assistenza finanzjarja lil pajjiż terz f’konformità mal-prinċipju ta’ prudenza, li bih l-assi u l-profitti ma għandhomx ikunu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku li jistabbilixxi l-garanzija baġitarja jew l-assistenza finanzjarja lil pajjiż terz, ir-rata ta’ proviżjonament għandha tkun ibbażata fuq il-proviżjonament globali meħtieġa minn qabel biex ikopri t-telf nett mistenni u barra minn hekk buffer ta’ sikurezza adegwata. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-proviżjonament globali għandu jkun kostitwit fuq il-perjodu ta’ żmien previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 35.

3.    Għal strument finanzjarju għandu jiġi previst proviżjonament, fejn adatt, sabiex iwieġeb għal pagamenti futuri relatati ma’ impenn baġitarju ta’ dak l-istrument finanzjarju.

4.    Ir-riżorsi li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għall-proviżjonament:

(a)kontribuzzjonijiet mill-baġit, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ għar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali u wara li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet għar-riallokazzjonijiet;

(b)ritorni fuq investimenti tar-riżorsi miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni;

(c)ammonti rkuprati minn debituri inadempjenti f’konformità mal-proċedura ta’ rkupru stabbilita fil-garanzija jew fil-ftehim tas-self;

(d)dħul u kwalunkwe pagament ieħor riċevut mill-Unjoni f’konformità mal-garanzija jew il-ftehim tas-self;

(e)fejn applikabbli, kontribuzzjonijiet fi flus minn Stati Membri u partijiet terzi skont l-Artikolu 212208(2).

Huma biss ir-riżorsi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li għandu jittieħed kont tagħhom għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 1.

5.    Il-proviżjonament għandu jintuża għall-pagament ta’:

(a)sejħiet fuq il-garanzija baġitarja;

(b)obbligi ta’ pagament relatati ma’ impenn baġitarju għal strument finanzjarju;

(c)obbligi finanzjarji li jirriżultaw mit-teħid b’self ta’ fondi skont l-Artikolu 224220(1);

(d)fejn applikabbli, spejjeż oħrajn assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi.

6.    Meta l-provvedimenti għal garanzija baġitarja jaqbżu l-ammont ta’ proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintużaw ir-riżorsi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu relatati ma’ dik il-garanzija fil-limiti tal-perjodu eliġibbli previst mill-att bażiku, madankollu, mhux lil hinn mill-fażi tal-kostituzzjoni tal-proviżjonament, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 217213(4), biex tiġi restawrata il-garanzija baġitarja sal-ammont inizjali tagħha.

7.    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih u tista’ tipproponi miżuri ta’ rikostituzzjoni adegwati jew żieda tar-rata ta’ proviżjonament fejn:

(a)minħabba sejħiet fuq garanzija baġitarja, il-livell ta’ provvedimenti għal dik il-garanzija baġitarja jaqa’ taħt il-50 % tar-rata ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 1, u għal darb’oħra fejn dan jaqa’ taħt it-30 % ta’ dik ir-rata ta’ proviżjonament, jew fejn dan jista’ jaqa’ taħt kwalunkwe wieħed minn dawk il-perċentwali fi żmien sena skont valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni;

(b)pajjiż li jibbenefika mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jonqos milli jħallas mal-maturità.

Artikolu 216212

Fond ta’ proviżjonament komuni

1.    Il-provvedimenti magħmula biex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f’fond ta’ proviżjonament komuni.

Sat-30 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni esterna indipendenti tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-ġestjoni finanzjarja tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni tiġi fdata lill-Kummissjoni, lill-BEI, jew lil kombinament tat-tnejn, filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji tekniċi u istituzzjonali rilevanti użati fil-paragun ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-assi, inkluż l-infrastruttura teknika, paragun bejn kostijiet tas-servizzi mogħtija, l-istruttura istituzzjonali, ir-rapportar, il-prestazzjoni, il-kontabbiltà u l-għarfien espert tal-Kummissjoni u l-BEI u l-mandati l-oħra ta’ ġestjoni tal-assi għall-baġit. L-evalwazzjoni għandha, fejn adatt, tiġi akkumpanjata minn proposta leġislattiva.

2.    Il-profitti jew it-telf globali mill-investiment tar-riżorsi miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom ikunu allokati b’mod proporzjonat bejn l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja rispettiva.

Il-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jżomm ammont minimu ta’ riżorsi tal-fond fi flus jew ekwivalenti ta’ flus f’konformità mar-regoli prudenzjali u l-previżjonijiet għall-pagamenti pprovduti mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji jew tal-assistenza finanzjarja.

Il-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jista’ jidħol fi ftehimiet ta’ riakkwist, bir-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni bħala kollateral, biex jagħmel pagamenti mill-fond meta din il-proċedura tkun raġonevolment mistennija li tkun aktar ta’ benefiċċju għall-baġit mill-iżvestiment tar-riżorsi fil-perjodu ta’ żmien tat-talba għall-pagament. Id-durata jew il-perjodu ta’ riport ta’ ftehimiet ta’ riakkwist relatati ma’ pagament għandhom ikunu limitati għall-minimu neċessarju sabiex jiġi mminimizzat it-telf għall-baġit.

3.    Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 86(1) u (2), l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu applikati għall-operazzjonijiet ta’ dħul u ta’ nefqa u, bi ftehim mal-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fondi ta’ proviżjonament komuni, għall-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-fond ta’ proviżjonament komuni.

4.    Fil-każijiet eċċezzjonali fejn il-Kummissjoni tkun għamlet trasferiment kif imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1), il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod immedjat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan, u għandha tipproponi b’mod urġenti l-miżuri meħtieġa biex jirrestawra il-partita baġitarja tal-garanzija li minnha jkun sar it-trasferiment, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ għal-limiti massimi previsti fir-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 217213

Rata ta’ proviżjonament effettiva

1.    Il-proviżjonament ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jkun ibbażat fuq rata ta’ proviżjonament effettiva. Dik ir-rata għandha tipprovdi livell ta’ protezzjoni kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal-livell li jkun ipprovdut mir-rati ta’ proviżjonament rispettivi jekk ir-riżorsi jinżammu u jiġu ġestiti b’mod separat.

2.    Ir-rata ta’ proviżjonament effettiva għandha tkun perċentwal ta’ kull rata ta’ proviżjonament inizjali determinata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 215211(2). Hija għandha tapplika biss għall-ammont ta’ riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni previst għall-pagament ta’ talbiet għall-pagament ta’ garanzija fuq perjodu ta’ sena. Hija għandha tipprevedi proporzjon, fil-forma ta’ perċentwal, bejn l-ammont ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus fil-fond ta’ proviżjonament komuni meħtieġ biex jiġu onorati t-talbiet għal pagament ta’ garanzija u l-ammont totali ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus li jkun meħtieġ f’kull fond ta’ garanzija sabiex jiġu onorati t-talbiet għal pagament ta’ garanzija, li kieku r-riżorsi kienu miżmuma u mmaniġġati separatament, meta ż-żewġ ammonti jirrappreżentaw riskju ta’ likwidità ekwivalenti. Dak il-proporzjon ma għandux ikun inqas minn 95 %. Il-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva għandu jqis:

(a)il-previżjoni tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-fond ta’ proviżjonament komuni, filwaqt li titqies il-fażi inizjali tal-kostituzzjoni ta’ proviżjonament globali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 215211(2);

(b)il-korrelazzjoni ta’ riskju fost il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi;

(c)il-kundizzjonijiet tas-suq.

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Lulju 2020, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 274269 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’kundizzjonijiet dettaljati għall-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, inkluż metodoloġija għal dak il-kalkolu.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 274269 biex temenda l-proporzjon minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-operazzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni filwaqt li jinżamm approċċ prudenti skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Il-proporzjon minimu ma għandux jiġi ffissat għal livell aktar baxx minn 85 %.

3.    Ir-rata ta’ proviżjonament effettiva għandha tiġi kalkulata kull sena mill-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni u għandha tkun ir-referenza għall-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit skont il-punt (a) tal-Artikolu 215211(4) u sussegwentement, il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Wara l-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva annwali f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom isiru l-operazzjonijiet li ġejjin fil-kuntest tal-proċedura baġitarja u jiġu ppreżentati fid-dokument ta’ ħidma msemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 41(5):

(a)kull surplus ta’ provvedimenti għal garanzija baġitarja jew assistenza finanzjarja lil pajjiż terz għandu jiġi restitwit lill-baġit;

(b)kwalunkwe rikostituzzjoni tal-fond għandha titwettaq f’segmenti annwali matul perjodu massimu ta’ tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 215211(6).

5.    Wara li tkun ikkonsultat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-linji gwida applikabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi fil-fond ta’ proviżjonament komuni f’konformità mar-regoli prudenzjali adatti u eskluż operazzjonijiet derivattivi għal finijiet spekulattivi. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu mehmuża mal-ftehim mal-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni.

Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-linji gwida u tiġi trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 218214

Rapportar annwali

1.    Minbarra l-obbligu ta’ rappurtar stabbilit fl-Artikolu 253(1), il-punt (g)  250, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fond ta’ proviżjonament komuni.

 ġdid

2.    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta’ proviżjonament komuni fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll il-flussi finanzjarji fil-fond ta’ proviżjonament komuni matul is-sena kalendarja preċedenti, it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-iskopertura għar-riskju finanzjarju tal-Unjoni.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

2. Il-maniġer finanzjarju tar-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fond ta’ proviżjonament komuni.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Taqsima 1

Strumenti finanzjarji

Artikolu 219215

Regoli u implimentazzjoni

1.    Minkejja l-Artikolu 212208(1), l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti, f’każijiet debitament ġustifikati, mingħajr ma jkunu awtorizzati permezz ta’ att bażiku, basta tali strumenti jkunu inklużi fl-abbozz ta’ baġit f’konformità mal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(4).

2.    Fejn l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu kombinati fi ħdan ftehim wieħed b’appoġġ anċillari mill-baġit, inkluż għotjiet, dan it-Titolu għandu japplika għall-miżura sħiħa. Ir-rapportar għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 250 u għandu jidentifika b’mod ċar liema partijiet tal-miżura jkunu strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.

23.    Il-Kummissjoni għandha tiżgura ġestjoni armonizzata u simplifikata tal-istrumenti finanzjarji, b’mod partikolari fil-qasam tal-kontabbiltà, ir-rapportar, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.

34.    Meta l-Unjoni tieħu sehem fi strument finanzjarju bħala azzjonist ta’ minoranza, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità ma’ dan it-Titolu f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fuq il-bażi tad-daqs u tal-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument. Madankollu, irrispettivament mid-daqs u l-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 130129 u 159155, l-Artikolu 213209(2) u (4), l-Artikolu 250  l-Artikolu 41(4) u, sa fejn huma kkonċernati s-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punt (d) tal- fl-Artikolu 139136(1), il-punt (d),, it-Taqsima2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V.

45.    Meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li strument finanzjarju jkun għadu ma laħaqx l-objettivi tiegħu b’mod effikaċi, dawn jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att bażiku rivedut bil-ħsieb li jiġi stralċat l-istrument. Fil-każ ta’ stralċ tal-istrument finanzjarju, kwalunkwe ammont ġdid imħallas lura lill-istrument skont l-Artikolu 213209(3) għandu jitqies bħala dħul ġenerali u jiġi ritornat lill-baġit.

56.    Il-fini tal-istrumenti finanzjarji jew ta’ raggruppament ta’ strumenti finanzjarji fuq livell ta’ faċilità u, fejn ikun applikabbli, il-forma ġuridika speċifika u l-post tar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

67.    L-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ istrumenti finanzjarji jistgħu jiftħu kontijiet fiduċjarji fis-sens tal-Artikolu 85(3) f’isem l-Unjoni. Dawk l-entitajiet għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet korrispondenti lis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni. Pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji għandhom isiru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tat-talbiet għall-pagament li jkunu debitament issostanzjati bi previżjonijiet tal-iżborż, billi jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kontijiet fiduċjarji u l-ħtieġa li jkunu evitati bilanċi eċċessivi fuq tali kontijiet.

Artikolu 220216

Strumenti finanzjarji implimentati direttament mill-Kummissjoni

1.    L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu implimentati direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)veikolu ta’ investiment iddedikat li fih il-Kummissjoni tieħu sehem flimkien ma’ investituri pubbliċi jew privati oħrajn bil-għan li żżid l-effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b)self, garanziji, parteċipazzjonijiet fl-ekwità u strumenti oħrajn għall-kondiviżjoni tar-riskju minbarra investimenti f'veikoli ta’ investiment iddedikati, ipprovduti direttament lir-riċevituri finali jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

2.    Veikoli ta’ investiment iddedikati msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti skont il-liġijiet ta’ Stat Membru. Fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, jistgħu jkunu stabbiliti wkoll skont il-liġijiet ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru. Il-maniġers ta’ tali veikoli għandhom ikunu obbligati bil-liġi jew b’kuntratt sabiex jaġixxu bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali u bona fide.

3.    Il-maniġers tal-veikoli ta’ investiment iddedikati msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-intermedjarji finanzjarji jew ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji għandhom jintgħażlu billi jittieħed kont debitu tan-natura tal-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat, l-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-entitajiet ikkonċernati, u l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tar-riċevituri finali. L-għażla għandha tkun trasparenti, iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess.

Artikolu 221217

 Kombinament ma’ Trattament ta’ kontribuzzjonijiet minn fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża

1.    Għandhom jinżammu rekords separati f’każ ta’ kombinament ta’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża b’appoġġ minn kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima minn fondi implimentati taħt ġestjoni kondiviża.

2.    Il-kontribuzzjonijiet minn Ffondi implimentati b’ġestjoni kondiviża għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u jintużaw f’konformità mal-objettivi tal-fondi rispettivi għall-azzjonijiet u għar-riċevituri finali b’mod konsistenti mal-programm jew mal-programmi li minnhom isiru l-kontribuzzjonijiet kombinamenti .

3.    Rigward il-kontribuzzjonijiet minn  kombinamenti ta’ fondi implimentati b’ġestjoni kondiviża b’sostenn minn  għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima, għandhom japplikaw regoli speċifiċi għas-settur. Minkejja l-ewwel sentenza, l-awtoritajiet maniġerjali jistgħu jiddependu fuq evalwazzjoni ex ante eżistenti, imwettqa f’konformità mal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 209(2), qabel ma jikkontribwixxu għal strument finanzjarju eżistenti.

Taqsima 2

Garanziji baġitarji

Artikolu 222218

Regoli għall-garanziji baġitarji

1.    L-att bażiku għandu jiddefinixxi:

(a)l-ammont tal-garanzija baġitarja li ma għandux jinqabeż, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 212208(2);

(b)it-tipi ta’ operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

2.    Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-garanziji baġitarji skont l-Artikolu 212208(2) jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ garanziji jew flus.

Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għall-garanziji baġitarji skont l-Artikolu 212208(2) jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ flus.

Il-garanzija baġitarja għandha tiżdied bil-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu. Il-pagamenti għat-talbiet għal pagament ta’ garanzija għandhom isiru, meta jkun hemm bżonn, mill-Istati Membri jew mill-partijiet terzi li jikkontribwixxu fuq bażi pari passu. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim mal-kontributuri li, b’mod partikolari, għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-pagament.

Artikolu 223219

Implimentazzjoni ta’ garanziji baġitarji

1.    Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu irrevokabbli, bla kundizzjoni u fuq talba għat-tipi ta’ operazzjonijiet koperti.

2.    Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu implimentati skont l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) jew, f’każijiet eċċezzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1).

3.    Garanzija baġitarja għandha tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkonformaw mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 213209(2).

4.    Il-kontropartijiet għandhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

5.    Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija mal-kontroparti. L-għoti tal-garanzija baġitarja huwa soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija.

6.    Ta’ kull sena l-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni:

(a)valutazzjoni tar-riskju u l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni rigward l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja kif ukoll l-inadempjenzi mistennija;

(b)informazzjoni dwar l-obbligu finanzjarju pendenti li jirriżulta għall-Unjoni mill-garanzija baġitarja, diżaggregat skont l-operazzjonijiet individwali, imkejjel f’konformità mar-regoli kontabilistiċi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 80 jew f’konformità mal-IPSAS;

(c)il-profitti jew it-telf totali li jirriżulta mill-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

Taqsima 3

Assistenza finanzjarja

Artikolu 224220

Regoli u implimentazzjoni

1.    L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tkun f’konformità ma’ kundizzjonijiet predefiniti u tieħu l-forma ta’ self jew ta’ linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus adatt sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tissellef il-fondi neċessarji f’isem l-Unjoni mis-swieq kapitali jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji.

2.    L-għoti u t-teħid b’self ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni ta’ maturitajiet, jew jesponuha għal xi riskju tal-imgħax jew għal xi riskju kummerċjali ieħor.

3.    L-assistenza finanzjarja għandha tingħata f’euro, ħlief f’każijiet b’ġustifikazzjoni adatta.

4.    L-assistenza finanzjarja għandha tiġi implimentata b’mod dirett mill-Kummissjoni.

5.    Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-pajjiż benefiċjarju li għandu jkun fih dispożizzjonijiet:

(a)li jiżguraw li l-pajjiż benefiċjarju jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost, f’konformità mal-kundizzjonijiet predefiniti, jieħu miżuri adatti biex jipprevjeni irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, jieħu azzjoni legali biex jirkupra kwalunkwe fond ipprovdut bl-assistenza finanzjarja li jkun miżapproprjat;

(b)li jiżguraw il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(c)li jawtorizzaw b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri, li jeżerċitaw drittijiethom kif previst mill-Artikolu 130129;

(d)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal pagament mill-ġdid bikri tas-self meta jkun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja, il-pajjiż benefiċjarju jkun ħa sehem f’xi att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew f’xi attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(e)li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni relatati ma’ assistenza finanzjarja għandhom jiġġarrbu mill-pajjiż benefiċjarju.

6.    Il-Kummissjoni għandha tirrilaxxa s-self, fejn possibbli f’pagamenti parzjali, soġġett għall-adempiment tal-kundizzjonijiet marbutin mal-assistenza finanzjarja. Meta dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi b’mod temporanju jew tħassar l-iżborż tal-assistenza finanzjarja.

7.    Il-fondi miġburin iżda li jkunu għadhom mhux żborżati ma jistgħux jintużaw għal xi għan ieħor apparti dak li jipprovdu assistenza finanzjarja lill-pajjiż benefiċjarju korrispondenti. Skont l-Artikolu 86(1) u (2), l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jistabbilixxi l-proċeduri għall-kustodja tal-fondi.

TITOLU XI

KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ

Artikolu 225221

Dispożizzjonijiet ġenerali

Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit lil partiti politiċi Ewropej kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (il-‘partiti politiċi Ewropej’) fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

Artikolu 226222

Prinċipji

1.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss għar-rimborż tal-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-ispejjeż operatorji tal-partiti politiċi Ewropej li jkunu marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti, kif speċifikat fl-Artikolu 17(5) ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.

2.    Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw għar-rimborż tan-nefqa relatata mal-kuntratti konklużi mill-partiti politiċi Ewropej, kemm-il darba ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interessi meta ngħataw.

3.    Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi membru individwali jew membru tal-persunal ta’ partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw sabiex direttament jew indirettament jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari ta’ partiti politiċi nazzjonali jew ta’ fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, ta’ donazzjonijiet, ta’ self jew ta’ kwalunkwe ftehim simili ieħor. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, entitajiet assoċjati ma’ partiti politiċi Ewropej ma għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi, fejn tali entitajiet ikunu parti mill-organizzazzjoni amministrattiva ta’ partiti politiċi Ewropej kif stabbilit fl-istatuti ta’ dawn tal-aħħar. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw għal wieħed mill-finijiet esklużi mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

4.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, f’konformità mal-kriterji stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

5.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw mill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali u għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 38(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

6.    Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu direttament jew indirettament finanzjament ieħor mill-baġit. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti. Fl-ebda ċirkostanza ma għandha l-istess nefqa tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.

Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-partiti politiċi Ewropej li jibnu r-riżervi b’ammonti mir-riżorsi proprji tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

7.    Jekk fondazzjoni politika Ewropea kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ikollha surplus fuq in-nefqa fi tmiem is-sena finanzjarja li fiha tkun irċeviet għotja operattiva, il-parti minn dak is-surplus li tikkorrispondi għal mhux aktar minn 25 % tal-introjtu totali għal dik is-sena tista’ tiġi riportata għas-sena ta’ wara dment li din tintuża qabel tmiem l-ewwel kwart ta’ dik is-sena ta’ wara.

Artikolu 227223

Aspetti baġitarji

Il-kontribuzzjonijiet, kif ukoll approprjazzjonijiet imwarrba għall-korpi jew esperti tal-awditjar esterni indipendenti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, għandhom jitħallsu mit-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 228224

Sejħa għal kontribuzzjonijiet

1.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet ippubblikata ta’ kull sena, tal-anqas fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.

2.    Partit politiku Ewropew jista’ jingħata biss kontribuzzjoni waħda fis-sena.

3.    Partit politiku Ewropew jista’ jirċievi kontribuzzjoni biss jekk japplika għal finanzjament skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

4.    Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-applikant jista’ jirċievi kontribuzzjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni.

5.    Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tiddetermina, tal-anqas, in-natura tan-nefqa li tista’ tiġi rimborżata mill-kontribuzzjoni.

6.    Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tirrikjedi estimu tal-baġit.

Artikolu 229225

Proċedura ta' aġġudikazzjoni

1.    L-applikazzjonijiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati fiż-żmien dovut bil-miktub, inkluż, fejn adatt, f’format elettroniku sigur.

2.    Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jingħataw lil applikanti li, fil-mument tal-proċedura ta' aġġudikazzjoni, ikunu f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 139136(1) u 144141(1) u dawk li huma rreġistrati bħala esklużi fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 145142.

3.    L-applikanti għandhom jinħtieġu li jiċċertifikaw li huma ma jkunux jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jkun assistit minn kumitat fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika r-regoli dwar il-kompożizzjoni, il-ħatra u l-funzjonament ta’ kumitat bħal dan, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

5.    L-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u esklużjoni għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għall-aġġudikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

6.    Id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli dwar l-applikazzjonijiet għandha tiddikjara tal-anqas:

(a)is-suġġett u l-ammont kumplessiv tal-kontribuzzjonijiet;

(b)l-isem tal-applikanti magħżulin u l-ammonti aċċettati għal kull wieħed minnhom;

(c)l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

7.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. Jekk l-applikazzjoni għall-finanzjament tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx la parzjalment u lanqas kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u aġġudikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 228224(4). Jekk tiġi miċħuda l-applikazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikant dwar il-mezzi disponibbli għal rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju kif previst fl-Artikolu 135133(2).

8.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

Artikolu 230226

Forom ta’ kontribuzzjonijiet

1.    Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jieħdu kwalunkwe forma minn dawn li ġejjin:

(a)rimborż ta’ perċentwal tan-nefqa rimborżabbli li tkun realment iġġarrbet;

(b)rimborż abbażi tal-kostijiet unitarji;

(c)somom f’daqqa;

(d)finanzjament b’rata fissa;

(e)kumbinazzjoni tal-forom imsemmija fil-punti (a) sa (d).

2.    Tista’ tiġi rimborżata biss in-nefqa li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sejħiet għal kontribuzzjonijiet u li ma tkunx iġġarrbet qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

3.    Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 229225(8) għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġi verifikat li l-kundizzjonijiet għall-aġġudikazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ finanzjament b’rata fissa jew ta’ kostijiet unitarji ġew irrispettati.

4.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu kompletament permezz ta’ pagament fil-forma ta’ prefinanzjament wieħed, ħlief jekk, f’każijiet iġġustifikati kif dovut, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 231227

Garanziji

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk iqis li dan ikun adatt u proporzjonat, abbażi ta’ kull każ individwalment u b’mod soġġett għal analiżi tar-riskji, jirrikjedi li l-partit politiku Ewropew jiddepożita garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji marbuta mal-pagament tal-prefinanzjament biss meta, fid-dawl tal-analiżi tar-riskji tiegħu, il-partit politiku Ewropew ikun f’riskju imminenti li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 139136(1) ta’ dan ir-Regolament, jew meta deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbilita taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (“l-Awtorità”) tkun ġiet ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 10(4) ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 157153 għandu japplika mutatis mutandis għal garanziji li jistgħu jkunu meħtieġa fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għal pagamenti ta’ prefinanzjament li jsiru lil partiti politiċi Ewropej.

Artikolu 232228

Użu tal-kontribuzzjonijiet

1.    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu f’konformità mal-Artikolu 226222.

2.    Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta minn dik il-kontribuzzjoni (sena n) għandha tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1. Kwalunkwe parti li jkun fadal mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet sa dak il-limitu ta’ żmien għandha tiġi rkuprata f’konformità mal-Kapitolu 6 tat-Titolu IV.

3.    Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrispettaw ir-rata ta’ kofinanzjament massima stabbilita fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma għandhomx jintużaw għall-finanzjament tal-parti li l-partiti politiċi Ewropej għandhom jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu li huma parti mir-riżorsi proprji ta’ partit politiku Ewropew.

4.    Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jużaw il-parti tal-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta minn dik il-kontribuzzjoni, qabel ma jużaw il-kontribuzzjonijiet mogħtija wara dik is-sena.

5.    Kull imgħax iġġenerat mill-pagamenti ta’ prefinanzjament, għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mill-kontribuzzjoni.

Artikolu 233229

Rapport dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet

1.    Partit politiku Ewropew għandu, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jippreżenta r-rapport annwali tiegħu dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu għall-approvazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

2.    Ir-rapport ta’ attività annwali msemmi fl-Artikolu 74(9) għandu jkun abbozzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli abbażi tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jistgħu jintużaw dokumenti ta’ sostenn oħrajn għall-finijiet tal-abbozzar ta’ dak ir-rapport.

Artikolu 234230

Ammont tal-kontribuzzjoni

1.    L-ammont tal-kontribuzzjoni ma għandux isir finali sakemm tingħata l-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali imsemmija fl-Artikolu 233229(1) mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom ikunu bla preġudizzju għall-verifiki sussegwenti mill-Awtorità.

2.    Kwalunkwe ammont mill-prefinanzjament li ma jkunx intefaq ma għandux isir finali qabel ma jintuża mill-partit politiku Ewropew biex iħallas in-nefqa rimborżabbli li tissodisfa l-kriterji ddefiniti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

3.    Meta l-partit politiku Ewropew jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jitwaqqfu wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika, qabel joħroġ pagament, li l-partit politiku Ewropew ikun għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u li ma kienx is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament bejn id-data tal-applikazzjoni tiegħu u tmiem is-sena finanzjarja koperta mill-kontribuzzjoni.

5.    Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew kien is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti mħallsa indebitament skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 229225(8) ta’ dan ir-Regolament, b’mod proporzjonat għall-gravità tal-iżbalji, tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew ta’ ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 235231

Kontroll u penali

1.    Kull ftehim imsemmi fl-Artikolu 229225(8) għandu jipprevedi b’mod espliċitu li l-Parlament Ewropew jeżerċita s-setgħat tiegħu ta’ kontroll fuq id-dokumenti u fuq il-bini, kif ukoll li l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi u s-setgħat rispettivi tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 130129, fuq il-partiti politiċi Ewropej kollha li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, u fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom.

2.    Penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, f’konformità mal-Artikoli 139136 u 140137 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

3.    Il-penali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu imposti wkoll fuq il-partiti politiċi Ewropej li, fil-mument meta jippreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni jew wara li jkunu rċevew il-kontribuzzjoni, ikunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz meta taw l-informazzjoni mitluba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew naqsu milli jagħtu tali informazzjoni.

Artikolu 236232

Żamma ta’ rekords

1.    Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu r-rekords u d-dokumenti ta’ sostenn kollha relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara l-aħħar pagament relatat mal-kontribuzzjoni.

2.    Rekords relatati ma’ awditi, ma’ appelli, ma’ litigazzjoni, mas-soluzzjoni ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-kontribuzzjoni jew ma’ investigazzjonijiet tal-OLAF jekk innotifikati lir-riċevitur għandhom jinżammu sakemm jitlestew it-tali awditi, appelli, litigazzjoni, soluzzjoni ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet.

Artikolu 237233

Għażla tal-korpi tal-awditjar jew tal-esperti esterni

Il-korpi tal-awditjar jew l-esperti esterni indipendenti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura ta’ akkwist. Il-kuntratt tagħhom ma għandux idum aktar minn ħames snin. Wara li l-kuntratt ikun iġġedded darbtejn wara xulxin, għandu jitqies li dawn għandhom kunflitt ta’ interessi li jista’ jkollu effetti negattivi fuq it-prestazzjoni tal-awditu.

TITOLU XII

STRUMENTI OĦRA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

Artikolu 238234

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

1.    Għal azzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ wara emerġenza meħtieġa bħala reazzjoni għal kriżi, jew għal azzjonijiet tematiċi, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni (‘fondi fiduċjarji tal-Unjoni’) taħt ftehim konkluż ma’ donaturi oħrajn.

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti biss fejn ftehimiet ma’ donaturi oħrajn ikunu żguraw kontribuzzjonijiet minn sorsi oħrajn għajr il-baġit.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi fond fiduċjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ wara emerġenza.

L-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet tematiċi għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-finijiet tat-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tagħha dwar l-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni. Tali abbozzi ta’ deċiżjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-objettivi tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni, il-ġustifikazzjoni għall-istabbiliment tiegħu f’konformità mal-paragrafu 3, indikazzjoni tad-durata tiegħu u l-ftehimiet preliminari ma’ donaturi oħrajn. L-abbozzi ta’ deċiżjonijiet għandhom jinkludu wkoll abbozz ta’ ftehim kostituttiv li għandu jiġi konkluż ma’ donaturi oħrajn.

2.    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ deċiżjonijiet tagħha dwar il-finanzjament ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni lill-kumitat kompetenti fejn previst fl-att bażiku li skont it-termini tiegħu tingħata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni. Il-kumitat kompetenti ma għandux ikun mistieden jesprimi ruħu dwar l-aspetti li diġà ġew ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal konsultazzjoni jew approvazzjoni taħt it-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 1 rispettivament.

3.    Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti u implimentati soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun hemm valur miżjud tal-intervent tal-Unjoni: l-objettivi tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-iskala jew effetti potenzjali tagħhom, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli fil-livell nazzjonali u l-użu tal-istrumenti finanzjarji eżistenti ma jkunx suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni;

(b)il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jġibu viżibilità politika ċara għall-Unjoni u vantaġġi maniġerjali kif ukoll kontroll aħjar mill-Unjoni tar-riskji u tal-iżborżi tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet tad-donaturi l-oħrajn;

(c)il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni ma jidduplikawx kanali oħrajn ta’ finanzjament diġà eżistenti, jew strumenti simili, mingħajr ma jipprovdu xi addizzjonalità;

(d)l-objettivi ta’ fondi fiduċjarji tal-Unjoni jkunu allinjati mal-objettivi tal-istrument tal-Unjoni jew tal-partita baġitarja li minnhom ikunu ffinanzjati.

4.    Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni biex jiżgura rappreżentanza ġusta tad-donaturi u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi. Il-bord għandu jinkludi rappreżentant ta’ kull Stat Membru mhux kontribwenti bħala osservatur. Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim kostituttiv tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżit li jkun meħtieġ vot favur il-Kummissjoni għall-adozzjoni finali dwar l-użu tal-fondi.

5.    Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti għal durata limitata ddeterminata fil-ftehim kostituttiv tagħhom. Dik id-durata tista’ tiġi estiża b’deċiżjoni tal-Kummissjoni soġġetta għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni kkonċernat u fuq preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ rapport li jiġġustifika l-estensjoni, li jikkonferma b’mod partikolari, il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex ma tissoktax bl-approprjazzjonijiet għal fond fiduċjarju tal-Unjoni jew biex tirrevedi l-ftehim kostituttiv bil-ħsieb ta’ likwidazzjoni ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni, fejn adatt b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 41(6). F’tali każ, kwalunkwe fond li jifdal għandu jiġi ritornat fuq bażi pro rata lill-baġit bħala dħul ġenerali u lill-Istati Membri kontribwenti u lid-donaturi l-oħrajn.

Artikolu 239235

Implimentazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

1.    Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, u f’konformità mal-objettivi speċifiċi definiti f’kull ftehim kostituttiv u b’rispett sħiħ għad-drittijiet ta’ skrutinju u ta’ kontroll tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.    L-azzjonijiet finanzjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) u b’mod indirett mal-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punti (c)(i), (ii), (iii), (v) u (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1).

3.    Il-fondi għandhom jiġu impenjati u jitħallsu minn atturi finanzjarji tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jservi bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ proċeduri kontabilistiċi u tabella tal-kontijiet komuni għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni. L-awditur intern tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat fuq il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni kif jagħmlu fir-rigward ta’ azzjonijiet oħrajn imwettqa mill-Kummissjoni.

4.    Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u ta’ donaturi oħra ma għandhomx ikunu integrati fil-baġit u għandhom jiddaħħlu f’kont tal-bank speċifiku. Il-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jinfetaħ u jingħalaq mill-uffiċjal tal-kontabbiltà. It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru matul is-sena fil-kont tal-bank speċifiku għandhom jiddaħħlu kif inhu adatt fil-kontijiet tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu ttrasferiti fil-kont tal-bank speċifiku fuq il-bażi tat-talbiet għall-pagament li jkunu debitament issostanzjati bi previżjonijiet tal-iżborż, filwaqt li jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kont u l-ħtieġa riżultanti għal pagamenti addizzjonali. Il-previżjonijiet tan-nefqa għandhom jiġu pprovduti fuq bażi annwali jew, fejn adatt, kull sitt xhur.

Il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn għandhom jiġu kkunsidrati meta jissarrfu fil-kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni u għall-ammont f’euro li jirriżulta mill-konverżjoni fir-riċevuta tagħhom fil-kont bankarju speċifiku. L-imgħaxijiet akkumulati fil-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandhom jiġu investiti fil-fond fiduċjarju tal-Unjoni ħlief jekk ikun previst mod ieħor fil-ftehim kostituttiv tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

5.    Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tuża massimu ta’ 5 % tal-ammonti miġbura fil-fond fiduċjarju tal-Unjoni sabiex tkopri l-kostijiet tagħha rigward il-ġestjoni mis-snin li fihom bdew jintużaw il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Minkejja l-ewwel sentenza u sabiex jiġi evitat pagament doppju tal-kostijiet, il-kostijiet ta’ ġestjoni li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-fond fiduċjarju tal-Unjoni għandhom jiġu koperti minn dik il-kontribuzzjoni biss sa fejn dawk il-kostijiet ma kinux diġà ġew koperti minn linji baġitarji oħrajn. Matul id-durata tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni, tali tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu assimilati għad-dħul assenjat fis-sens tal-punt (a)(ii) tal-Artikolu 21(2).

Flimkien mar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 257252, ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll kull xahar dwar l-implimentazzjoni ta’ kull fond fiduċjarju tal-Unjoni.

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena.

 ġdid

Artikolu 240

Kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal inizjattivi globali

(1)L-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut ma’ spejjez għal inizjattivi globali ffinanzjati minn diversi donaturi kollettivament meta dawn jappoġġaw il-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u meta l-istrumenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit previsti f’Titoli oħra ta’ dan ir-Regolament ma jkunux biżżejjed biex jinkisbu tali objettivi ta’ politika tal-Unjoni.

(2)Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal inizjattivi globali għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li titqies in-natura tal-finanzjament tal-Unjoni:

(i) il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun kontribuzzjoni minoritarja għall-inizjattiva, u jittieħed kont tal-ammont globali kkontribwit għall-inizjattiva fiż-żmien tal-kontribuzzjoni;

(ii) il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi ttrattata fuq bażi ugwali ma’ donaturi ta’ daqs simili u, meta Stat Membru wieħed jew aktar jikkontribwixxu wkoll għall-inizjattiva, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tibbenefika minn livell ta’ protezzjoni li ma jkunx inqas favorevoli mill-kontribuzzjoni(jiet) ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri;

(iii) ikun hemm rappurtar adegwat dwar ir-riżultati miksuba mill-inizjattiva, inkluż permezz ta’ indikaturi rilevanti;

(iv) l-inizjattiva topera skont regoli li jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali fl-użu tal-fondi tal-Unjoni skont il-prinċipju tal-proporzjonalità;

(v) ikun hemm sistemi xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi kif ukoll għar-rapportar dwar il-funzjonament tagħhom f’intervalli regolari, u jkun hemm regoli xierqa għall-irkupru ta’ fondi mill-inizjattiva, inkluż l-użu tagħhom għall-istess inizjattiva.

Jekk ikun hemm każijiet suspettati ta’ irregolaritajiet serji bħal frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jagħmlu użu mir-regoli tal-inizjattiva biex jitolbu informazzjoni addizzjonali u jwettqu missjonijiet konġunti ta’ awditjar, kontroll jew investigazzjoni mal-korp rilevanti fl-ambitu tal-inizjattiva, f’konformità mal-Artikolu 129. 

(3)Ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq għandha tiġi inkluża fid-deċiżjoni ta’ finanzjament biex tingħata kontribuzzjoni għall-inizjattiva.

(4)Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 158(6) għandha tapplika mutatis mutandis għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattiva globali.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

Artikolu 241236

Użu tal-appoġġ baġitarju

1.    Meta previst fl-atti bażiċi rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ baġitarju lil pajjiż terz meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż terz tkun trasparenti, affidabbli u effettiva biżżejjed;

(b)il-pajjiż terz ikun stabbilixxa politiki settorjali u nazzjonali kredibbli u rilevanti biżżejjed;

(c)il-pajjiż terz ikun stabbilixxa politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabbiltà;

(d)il-pajjiż terz ikun stabbilixxa aċċess suffiċjenti u f’waqtu għal informazzjoni baġitarja komprensiva u solida.

2.    Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq l-adempiment tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, ċerti pagamenti jistgħu jkunu bil-kundizzjoni wkoll tal-ksib ta’ stadji ewlenin, imkejlin b’indikaturi tal-prestazzjoni oġġettivi, li jirriflettu riżultati u progress fir-riformi tul iż-żmien fis-settur rispettiv.

3.    F’pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tappoġġa r-rispett għall-istat tad-dritt, l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet tal-awditjar u ta’ kontra l-korruzzjoni u ż-żieda tat-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

4.    Il-ftehimiet ta’ finanzjament korrispondenti konklużi mal-pajjiż terz għandu jkun fihom:

(a)obbligu għall-pajjiż terz sabiex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni kredibbli u f’waqtha li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kemm ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2;

(b)id-dritt għall-Kummissjoni li tissospendi l-ftehim ta’ finanzjament jekk il-pajjiż terz jikser obbligu relatat mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt u f’każijiet serji ta’ korruzzjoni;

(c)dispożizzjonijiet adatti skont liema l-pajjiż terz irid jimpenja ruħu li jirrimborża immedjatament l-ammont totali jew parzjali tal-finanzjament rilevanti tal-operazzjoni, f’każ li jiġi stabbilit li l-pagament tal-fondi rilevanti tal-Unjoni ġie invalidat minn irregolaritajiet serji attribwibbli lil dak il-pajjiż.

Sabiex jiġi pproċessat ir-rimborż imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jista’ jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 101(1).

Artikolu 242237

Esperti esterni remunerati

1.    Għal valuri anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 175(1) u fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu,L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jagħżlu u jħallsu esperti esterni rimunerati biex jassistuhom fl-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet, ta’ proġetti u ta’ offerti, u biex jipprovdu opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi.

23.    Sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tinkludi deskrizzjoni tal-kompiti, tad-durata tagħhom u tal-kundizzjonijiet fissi ta’ remunerazzjoni.

34.    Kwalunkwe persuna fiżika interessata tista’ tippreżenta applikazzjoni f’kull waqt matul il-perjodu ta’ validità tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta’ dak il-perjodu.

4. Wara s-sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha titfassal lista ta’ esperti. Din għandha tkun valida għal mhux aktar minn ħames  5 snin mill-pubblikazzjoni tagħha jew għad-durata ta’ programm pluriennali relatat mal-kompiti. Il-validità tal-lista tista’ tkun itwal mid-durata tal-programm finanzjarju pluriennali meta tiġi ggaratita rotazzjoni tal-esperti.

 ġdid

5.    Il-valur tal-kuntratt għandu jkun inqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179(1). Dan il-valur jista’ jinqabeż biss f’każi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma’ atturi oħra fis-suq.

🡻 2018/1046

62.    L-esperti esterni remunerati għandhom jiġu remunerati fuq il-bażi ta’ ammont fiss imħabbar minn qabel u għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom. L-għażla għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament ugwali u tal-assenza ta’ kunflitt ta’ interess.

75. Esperti mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku għandhom jinħatru f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta jadottaw kull programm qafas għar-riċerka jew f’konformità mar-regoli korrispondenti għall-parteċipazzjoni. Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V, tali esperti għandhom jiġu ttrattati bħala riċevituri.

Artikolu 243238

Esperti mhux remunerati

Istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jirrimborżaw spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza mġarrba minn persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mingħandhom, jew fejn adatt, l-istituzzjonijiet għandhom iħallsu kwalunkwe indennizz ieħor lit-tali persuni.

 ġdid

Artikolu 244

Donazzjonijiet mhux finanzjarji

1.    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jipprovdu donazzjonijiet mhux finanzjarji fil-forma ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet.

2.    Donazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jingħataw f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali u meta applikabbli, mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur. Dawn għandhom jippromwovu l-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.

🡻 2018/1046

 ġdid

Artikolu 245239

Tariffi tas-sħubija u pagamenti oħrajn ta’ abbonamenti

L-Unjoni tista’ tħallas kontribuzzjonijiet bħala abbonamenti lil korpi li hija membru jew osservatur tagħhom.

Artikolu 246240

Infiq fuq il-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni

Istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jħallsu għal infiq fuq il-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjonijiet ta’ membri kurrenti u preċedenti tal-Parlament Ewropew, u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej.

TITOLU XIII

KONTIJIET ANNWALI U RAPPORTAR FINANZJARJU IEĦOR

KAPITOLU 1

Kontijiet annwali

Taqsima 1

Qafas kontabilistiku

Artikolu 247241

Struttura tal-kontijiet

Il-kontijiet annwali tal-Unjoni għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Dawk il-kontijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati li jippreżentaw, f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80, il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 70 u ta’ korpi oħrajn li jissodisfaw il-kriterji ta’ konsolidazzjoni kontabilistika;

(b)ir-rapporti aggregati ta’ implimentazzjoni tal-baġit li jippreżentaw l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 248242

Dokumenti ta’ sostenn

Kull entrata fil-kontijiet għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn adatti f’konformità mal-Artikolu 75.

Artikolu 249243

Dikjarazzjonijiet finanzjarji

1.    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f’miljuni ta’ euro u f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u għandhom jinkludu:

(a)il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti;

(b)id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti;

(c)ir-rapport tal-flussi tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena finanzjarja u l-pożizzjoni finali tal-likwidità;

(d)id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena finanzjarja fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati.

2.    In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 80 u mill-prattika tal-kontabbiltà internazzjonalment aċċettata meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-Unjoni. In-noti għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)prinċipji, regoli u metodi tal-kontabbiltà;

(b)noti ta’ spjegazzjoni li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li tkun meħtieġa biex tingħata preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet.

3.    Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet ġenerali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta’ dik is-sena, ikun meħtieġ għal stampa veritiera u ġusta ta’ dawk il-kontijiet.

Taqsima 2

Rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 250244

Rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit

1.    Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandhom jiġu ppreżentati f’miljuni ta’ euro u għandhom ikunu komparabbli sena b’sena. Għandhom jinkludu:

(a)rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena finanzjarja f’termini ta’ dħul u ta’ nefqa;

(b)ir-riżultat tal-baġit, li huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-bilanċ baġitarju annwali msemmi fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

(c)noti ta’ spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti.

2.    L-istruttura tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit innifsu.

3.    Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandu jkun fihom:

(a)informazzjoni dwar id-dħul, b’mod partikolari bidliet fl-estimi tad-dħul, l-eżitu tad-dħul u l-intitolamenti stabbiliti;

(b)informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u ta’ pagament;

(c)informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u ta’ pagamenti;

(d)informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena finanzjarja preċedenti u dawk li saru matul is-sena finanzjarja.

4.    Fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dħul, mar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandha tinhemeż dikjarazzjoni li turi, għal kull Stat Membru, l-analiżi tal-ammonti diżaggregati ta’ riżorsi proprji li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja u li huma koperti minn ordni ta’ rkupru.

Taqsima 3

Skeda ta’ żmien tal-kontijiet annwali

Artikolu 251245

Kontijiet proviżorji

1.    L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247241 għandhom, sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibagħtu l-kontijiet proviżorji tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.    L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247241 għandhom, sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibagħtu l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

3.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji msemmija fil-paragrafu 2 mal-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u għandu, sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni lill-Qorti tal-Awdituri b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 252246

Approvazzjoni tal-kontijiet konsolidati finali

1.    Il-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta’ Mejju Ġunju, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u ta’ kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247241, u, sal-15 ta’ Mejju Ġunju, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u dwar il-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni.

2.    L-uffiċjali tal-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 247241 għandhom, sal-15 ta’ Mejju  Ġunju, jibagħtu l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar, bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247241, għandhom, sal-1 ta’ Ġunju  Lulju, jibagħtu l-kontijiet finali tagħhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

3.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ kull istituzzjoni u kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 247241 għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, b’kopja lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, fl-istess data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali tiegħu, ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawk il-kontijiet finali.

Mal-kontijiet finali għandu jkun hemm nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali tħejjew f’konformità ma’ dan it-Titolu u skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi applikabbli stipulati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

4.    L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jfassal il-kontijiet konsolidati finali fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni, u mill-korpi msemmija fl-Artikolu 247241.

Mal-kontijiet finali għandu jkun hemm nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali tħejjew f’konformità ma’ dan it-Titolu u f’konformità mal-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi applikabbli stipulati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

5.    Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha, sat-30 ta’ Ġunju 31 ta’ Lulju, tibgħathom b’mezzi elettroniċi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-istess data, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri l-kontijiet konsolidati finali lill-Qorti tal-Awdituri.

 ġdid

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tadotta l-opinjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-Unjoni u l-kontijiet ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 247 sal-31 ta’ Lulju.

🡻 2018/1046

 ġdid

6.    Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati sal-15 ta’ Novembru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 287 TFUE u mal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

KAPITOLU 2

Rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat

Artikolu 253247

Rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat

1.    Sal-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara l-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u kontabilistiċi li jinkludi:

(a)il-kontijiet konsolidati finali kif imsemmija fl-Artikolu 252246;

(b)ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni li jipprovdi sommarju ċar u konċiż tal-kisbiet tal-kontroll intern u tal-ġestjoni finanzjarja msemmija fir-rapporti annwali dwar l-attività ta’ kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont id-delegazzjoni u li jinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti ewlenin ta’ governanza fil-Kummissjoni kif ukoll:

(i)kalkolu tal-livell ta’ żball fin-nefqa tal-Unjoni bbażata fuq metodoloġija konsistenti u estimu ta’ korrezzjonijiet futuri;

(ii)informazzjoni dwar l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit, li għandha tippreżenta l-impatt finanzjarju tal-azzjonijiet meħudin għall-protezzjoni tal-baġit kontra nefqa li tikser il-liġi;

(iii)informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi;

(c)previżjoni fit-tul ta’ flussi futuri ta’ dħul u ta’ ħruġ li tkopri l-ħames snin li jkun imiss, ibbażata fuq oqfsa finanzjarji pluriennali applikabbli u fuq id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

(d)ir-rapport annwali tal-awditu intern kif imsemmi fl-Artikolu 119(8)118(4);

(e)l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażata fuq ir-riżultati li nkisbu, kif imsemmi fl-Artikolu 318 TFUE li tivverifika b’mod partikolari l-progress li sar lejn il-ksib ta’ objettivi ta’ politika filwaqt li jittieħed kont tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament;

(f)ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza kif imsemmi fl-Artikolu 261(3)  267(2) .

 ġdid

(g)flimkien mal-previżjoni msemmija fil-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 214(3), valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit li jirriżultaw minn garanziji baġitarji jew minn assistenza finanzjarja.

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

2.    Is-sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u kontabilistiċi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta kull rapport b’mod separat u identifikabbli b’mod ċar. Kull rapport individwali għandu jkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Qorti tal-Awdituri sat-30 ta’ Ġunju, bl-eċċezzjoni tal-kontijiet konsolidati finali.

KAPITOLU 3

Rapportar baġitarju u dak finanzjarju ieħor

Artikolu 254248

Rapportar ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

Minbarra d-dikjarazzjonijiet u r-rapporti annwali previsti fl-Artikoli 249243 u 250244, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat darba fix-xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ċifri, aggregati tal-anqas fuq livell ta’ kapitolu, kif ukoll diżaggregati skont il-kapitolu, l-artikolu u l-partita, fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, kemm għad-dħul kif ukoll għan-nefqa, li jkopru l-approprjazzjonijiet kollha disponibbli. Dawk iċ-ċifri għandhom ukoll jipprovdu dettalji tal-użu tal-approprjazzjonijiet riportati.

Iċ-ċifri għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ kull xahar.

Artikolu 255249

Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.    Kull istituzzjoni u kull korp tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 247241 għandhom iħejju rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja.

Huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu ta’ wara s-sena finanzjarja.

2.    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost id-diversi partiti baġitarji.

Artikolu 250

Rapport annwali dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja uobbligazzjonijiet kontinġenti f’konformità mal-Artikolu 41(4) u (5) u mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 52(1). Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fl-istess ħin.

Artikolu 256251

Rapport dwar l-istatus ta’ kwistjonijiet ta’ kontabbiltà

Sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih informazzjoni dwar ir-riskji kurrenti nnotati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet ta’ kontabbiltà ġodda li jkunu feġġew u l-progress fi kwistjonijiet ta’ kontabbiltà, inklużi dawk identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll informazzjoni dwar irkupri.

Artikolu 257252

Rapportar dwar fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

F’konformità mal-Artikolu 41(6), il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 238234, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom.

Il-Bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat tal-Unjoni għandu japprova r-rapport annwali tal-fond fiduċjarju tal-Unjoni mfassal mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Għandu japprova wkoll il-kontijiet finali mfasslin mill-uffiċjal tal-kontabbiltà. Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppreżentati mill-Bord lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni.

Artikolu 258253

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri

Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar ir-riċevituri f’konformità mal-Artikolu 38.

TITOLU XIV

AWDITJAR ESTERN U KWITTANZA

KAPITOLU 1

Awditjar estern

Artikolu 259254

Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri, malajr kemm jista’ jkun, bid-deċiżjonijiet u r-regoli kollha adottati skont l-Artikoli 12, 16, 21, 29, 30, 32 u 43.

Artikolu 260255

Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar

1.    L-eżami mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut, u n-nefqa kollha mġarrba, b’mod legali u adatt, għandu jqis it-Trattati, il-baġit, dan ir-Regolament, l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u l-atti rilevanti kollha l-oħrajn adottati skont it-Trattati. Dak l-eżami jista’ jieħu kont tal-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll relatati.

2.    Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata li tikkonsulta, fil-manjiera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 262257, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw il-ġestjoni finanzjarja minn dipartimenti jew korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tisma’ lil kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nefqa u li tuża kwalunkwe proċedura ta’ awditjar adatta għal dawk id-dipartimenti jew korpi. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jsir flimkien mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fi spirtu ta’ fiduċja waqt li jżommu l-indipendenza tagħhom.

Sabiex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu fdat lilha permezz tat-Trattati jew ta’ atti adottati skonthom, il-Qorti tal-Awdituri tista’ tkun preżenti, fuq talba tagħha, waqt l-operazzjonijiet tal-awditjar imwettqa fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit minn, jew f’isem, kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni.

Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom depożiti tal-Unjoni sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri li tiżgura li d-data esterna taqbel mal-kontijiet.

3.    Sabiex tkun tista’ twettaq dan il-kompitu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tinnotifika lil istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-awtoritajiet li għalihom dan ir-Regolament huwa applikabbli, bl-ismijiet tal-membri tal-persunal tagħha li huma awtorizzati li jawditjawhom.

Artikolu 261256

Verifiki fuq titoli u flus kontanti

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li t-titoli u l-flus kontanti ddepożitati jew fl-idejn kollha jiġu kontrollati ma’ rċevuti ffirmati mid-depożitarji jew ma’ memoranda uffiċjali tal-flus kontanti u tat-titoli miżmuma. Il-Qorti tista’ twettaq tali kontrolli hija stess.

Artikolu 262257

Dritt ta’ aċċess tal-Qorti tal-Awdituri

1.    Istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi li jamministraw id-dħul u n-nefqa f’isem l-Unjoni u r-riċevituri finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li hija tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. Huma għandhom, fuq it-talba tal-Qorti tal-Awdituri, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha d-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-aġġudikazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-rekords kontabilistiċi jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u man-nefqa, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tal-kontijiet annwali u tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-baġit abbażi tar-rekords jew tal-awditjar fuq il-post, u, għall-istess għanijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezzi elettroniċi. Id-dritt ta’ aċċess tal-Qorti tal-Awdituri għandu jinkludi aċċess għas-sistema tal-IT użata għall-ġestjoni tad-dħul jew nefqa soġġetti għall-awditu tagħha, fejn tali aċċess ikun rilevanti għall-awditu.

Il-korpi tal-awditjar intern u servizzi oħrajn tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha li tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha.

2.    L-uffiċjali li jiġu kkontrollati l-operazzjonijiet tagħhom mill-Qorti tal-Awdituri għandhom:

(a)juru r-rekords tagħhom tal-flus fl-idejn, kwalunkwe flus kontanti oħra, titoli u materjali oħra ta’ kull tip, kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn fir-rigward tal-amministrazzjoni tagħhom tal-fondi li ġew fdati lilhom u wkoll kwalunkwe ktieb, reġistru u dokument ieħor relatat magħhom;

(b)jippreżentaw il-korrispondenza u kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-awditu msemmi fl-Artikolu 260255.

L-informazzjoni fornuta skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista’ tkun mitluba biss mill-Qorti tal-Awdituri.

3.    Il-Qorti tal-Awdituri hija mogħtija s-setgħa li tawditja d-dokumenti fir-rigward tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni li jkunu miżmuma mid-dipartimenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u, partikolarment, mid-dipartimenti responsabbli għad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ tali dħul u nefqa, mill-korpi li jamministraw id-dħul jew in-nefqa f’isem l-Unjoni u mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu pagamenti mill-baġit.

4.    Il-kompitu li jiġi stabbilit li d-dħul ikun wasal, u li n-nefqa tkun saret, b’mod legali u adatt u li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba għandu jestendi għall-użu, minn korpi esterni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-fondi tal-Unjoni li huma jirċievu bħala kontribuzzjonijiet.

5.    Il-finanzjament tal-Unjoni mħallas lir-riċevituri esterni għal istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jkun soġġett għal qbil bil-kitba minn dawk ir-riċevituri jew, fin-nuqqas ta’ qbil min-naħa tagħhom, mill-kuntratturi jew mis-sottokuntratturi, għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-użu magħmul mill-finanzjament mogħti.

6.    Il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba tal-Qorti tal-Awdituri, tipprovdiha bi kwalunkwe informazzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self.

7.    L-użu ta’ sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għal dokumenti ta’ sostenn. Kull meta jkun teknikament possibbli, għandu jingħata aċċess elettroniku għad-data u għad-dokumenti meħtieġa għall-awditjar lill-Qorti tal-Awdituri fil-bini tagħha stess u f’konformità ma’ regoli rilevanti dwar is-sigurtà.

Artikolu 263258

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri

1.    Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-oħrajn ikkonċernati sat-30 ta’ Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, hija tali li għandha tidher fir-rapport annwali tagħha. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta’ Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

2.    Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkun fih valutazzjoni ta’ kemm hija tajba l-ġestjoni finanzjarja.

3.    Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkun fih taqsima għal kull istituzzjoni tal-Unjoni u għall-fond ta’ proviżjonament komuni. Il-Qorti tal-Awdituri tista’ żżid kwalunkwe rapport ta’ sommarju jew tagħmel kwalunkwe osservazzjoni ġenerali li jidhrilha li tkun adatta.

4.    Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 264259

Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

1.    Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-istituzzjoni tal-Unjoni jew lill-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, għandha tidher f’rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

L-istituzzjoni tal-Unjoni jew il-korp ikkonċernat għandu jinforma lill-Qorti tal-Awdituri, b’mod ġenerali, fi żmien sitt ġimgħat mit-trażmissjoni ta’ dawk l-osservazzjonijiet, dwar kwalunkwe tweġiba li jkun jixtieq jagħti rigward dawk l-osservazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi sospiż, f’każijiet debitament iġġustifikati, b’mod partikolari meta, matul il-proċedura kontradittorja, ikun meħtieġ li l-istituzzjoni tal-Unjoni jew il-korp ikkonċernati jikseb rispons mill-Istati Membri sabiex jiffinalizza t-tweġiba tiegħu.

It-tweġibiet tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri b’mod dirett u esklużiv.

Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-korp ikkonċernati, it-tweġibiet jistgħu jiġu eżaminati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill wara l-pubblikazzjoni tar-rapport.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati f’perjodu ta’ żmien adegwat, li ġeneralment ma għandux ikun aktar minn 13-il xahar.

Ir-rapporti speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tal-korpi kkonċernati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, fejn adatt flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni tal-Unjoni jew korp ikkonċernat kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għat-tfassil tar-rapport speċjali jkunu ppubblikati flimkien mar-rapport speċjali.

2.    L-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) TFUE li mhumiex marbutin ma’ proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura leġislattiva tal-konsultazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Qorti tal-Awdituri f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-pubblikazzjoni wara li tkun ikkonsultat lill-istituzzjoni tal-Unjoni li tkun talbet l-opinjoni jew li lilha tkun tirrigwarda. L-opinjonijiet ippubblikati għandhom ikunu akkumpanjati minn kwalunkwe kumment mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati.

KAPITOLU 2

Kwittanza

Artikolu 265260

Skeda għall-proċedura ta’ kwittanza

1.    Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n+2, kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

2.    Meta ma jistax ikun hemm konformità mal-iskadenza prevista fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan.

3.    Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 266261

Il-proċedura ta’ kwittanza

1.    Id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Unjoni, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni kif murija fil-karta tal-bilanċ.

2.    Bil-ħsieb li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 318 TFUE. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qegħdin jiġu awditjati, u xi rapporti speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

3.    Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa biex il-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata tiġi applikata mingħajr problemi, f’konformità mal-Artikolu 319 TFUE.

Artikolu 267262

Miżuri ta’ segwitu

1.    F’konformità mal-Artikolu 319 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, istituzzjonijiet tal-Unjoni u korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-passi adatti kollha biex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni għall-kwittanza kif adottata mill-Kunsill.

2.    Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, istituzzjonijiet tal-Unjoni u korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħudin fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti, u, b’mod partikolari, fuq l-istruzzjonijiet li taw lil kwalunkwe wieħed mid-dipartimenti tagħhom li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet sabiex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ teħodhom f’kunsiderazzjoni meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni u korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 70 u 71 għandhom jintbagħtu wkoll lill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 268263

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-SEAE

Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri previsti fl-Artikolu 319 TFUE u fl-Artikoli 265260, 266261 u 267262 ta’ dan ir-Regolament. Is-SEAE għandu jikkoopera bis-sħiħ ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdi, kif adatt, kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

TITOLU XV

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 269264

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.    L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

2.    Dan it-Titolu japplika għall-approprjazzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 47(4) u għal dawk ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni.

L-impenji baġitarji li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta’ tip komuni għal diversi titoli u li jkunu ġestiti b’mod globali jistgħu jiġu rreġistrati fil-kontabbiltà baġitarja wara l-klassifikazzjoni tas-sommarju skont it-tip kif stabbilit fl-Artikolu 47(4).

In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal fil-linji baġitarji ta’ kull titolu skont l-istess distribuzzjoni għall-approprjazzjonijiet.

3.    In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perijodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew f’konformità mal-prattika lokali inkella relatata mal-forniment ta’ tagħmir, għandha tiġi ddebitata lill-baġit għas-sena finanzjarja li ssir fiha.

4.    Jistgħu jsiru pagamenti bil-quddiem lill-persunal u lil membri ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-membri ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 270265

Pagamenti li jsiru bil-quddiem

In-nefqa msemmija fil-punt (a) tal fl-Artikolu 11(2) li għandha  trid titħallas bil-quddiem skont dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali tista’ twassal sabiex pagamenti mill-1 ta’ Diċembru ’l quddiem jiġu ddebitati lill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara. F’dak il-każ, ma għandux japplika l-limitu stabbilit fl-Artikolu 11(2) (a) .

Artikolu 271266

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proġetti ta’ bini

1.    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dokument ta’ ħidma fuq il-politika tagħha dwar il-bini li għandu jinkorpora l-informazzjoni li ġejja:

(a)għal kull binja, in-nefqa u l-erja tas-superfiċje koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti. In-nefqa għandha tinkludi l-kostijiet għat-tagħmir tal-bini iżda mhux l-imposti l-oħrajn;

(b)l-evoluzzjoni mistennija tal-programmazzjoni globali tal-erja tas-superfiċje u tas-siti għas-snin li ġejjin, b’deskrizzjoni tal-proġetti ta’ bini fil-fażi ta’ ppjanar li diġà ġew identifikati;

(c)il-patti u l-kostijiet finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ bini ġodda li kienu tressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 u mhux inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma tas-snin preċedenti.

 ġdid

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi din l-informazzjoni bħala parti mid-dokumenti ta’ ħidma mehmuża mal-abbozz ta’ baġit, kif stabbilit fl-Artikolu 41(3).

🡻 2018/1046 (adattat)

 ġdid

2.    Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li għandu mnejn ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun kmieni, u fi kwalunkwe każ qabel ma tibda kwalunkwe esplorazzjoni tas-suq lokali fil-każ ta’ kuntratti ta’ bini, jew qabel ma joħorġu s-sejħiet għall-offerti, fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ bini, dwar is-superfiċje meħtieġa u l-ippjanar proviżorju.

3.    Għal kull proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni għandha tippreżenta proġett ta’ bini, b’mod partikolari li jkun fih estimu dettaljat tal-kostijiet u tal-finanzjament tiegħu inkluż kwalunkwe użu possibbli tad-dħul assenjat intern imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 21(3), kif ukoll elenku tal-abbozz tal-kuntratti li jkun hemm il-ħsieb li jintużaw, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u għandha titlob l-approvazzjoni tagħhom qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti. Fuq it-talba tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, id-dokumenti ppreżentati marbutin mal-proġett ta’ kostruzzjoni jiġu trattati b’mod kunfidenzjali.

Ħlief fil-każijiet ta’ force majeure, kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh.

Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dak it-terminu.

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqajmu tħassib f’dak it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, dak it-terminu jiġi estiż darba b’ġimagħtejn.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni kuntrarja għall-proġett ta’ bini, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għandha tirtira l-proposta tagħha u tkun tista’ tippreżenta waħda ġdida.

4.    Fil-każijiet ta’ force majeure, li għalihom għandhom jingħataw raġunijiet adatti, l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2 tista’ tkun ippreżentata b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh. Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ ġimagħtejn, sakemm il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dan it-terminu.

5.    Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala proġetti ta’ bini li x’aktarx ikollhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi fuq il-baġit:

(a)kull akkwiżizzjoni ta’ art;

(b)l-akkwiżizzjoni, il-bejgħ, it-tiġdid strutturali, il-kostruzzjoni ta’ binjiet jew kwalunkwe proġett li jgħaqqad dawk l-elementi li għandhom ikunu implementati fl-istess perjodu ta’ żmien, li jaqbżu EUR 3 000 000;

(c)l-akkwiżizzjoni, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta’ bini jew kull proġett li jħallat dawk l-elementi li għandu jiġi implimentat fl-istess perjodu ta’ żmien, li jaqbeż EUR 2 000 000 fil-każ li l-prezz ikun jirrappreżenta aktar minn 110 % tal-prezz lokali ta’ proprjetajiet komparabbli kif evalwati minn espert indipendenti;

(d)il-bejgħ ta’ art jew bini fil-każ li l-prezz jirrappreżenta anqas minn 90 % tal-prezz lokali ta’ proprjetajiet komparabbli kif evalwati minn espert indipendenti;

(e)kull kuntratt ta’ bini ġdid, inkluż l-użufrutt, il-lease fit-tul, u t-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini b’kundizzjonijiet anqas favorevoli, li ma jkunx kopert mill-punt (b) b’imposta annwali ta’ mill-anqas EUR 750 000;

(f)l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini, inklużi l-użufrutt u l-lokazzjoni fit-tul, bl-istess kundizzjonijiet jew b’kundizzjonijiet aktar favorevoli, b’imposta annwali ta’ mill-anqas EUR 3000 000.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal proġetti ta’ bini li jkollhom natura interistituzzjonali, kif ukoll għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Il-limiti msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini. Għall-kuntratti ta’ kiri u ta’ użufrutt, dawk il-limiti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini iżda mhux imposti oħrajn.

6.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, proġett ta’ akkwiżizzjoni ta’ bini jew rinnovazzjoni strutturali jista’ jkun iffinanzjat permezz ta’ mutwu soġġett li jkun hemm l-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Is-self għandu jkun ikkuntrattat u mħallas lura f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b’kont dovut tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Meta istituzzjoni tal-Unjoni tipproponi li tiffinanzja l-akkwiżizzjoni jew ir-rinnovazzjoni strutturali permezz ta’ self, il-pjan ta’ finanzjament li għandu jiġi ppreżentat, flimkien mat-talba għal approvazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, għandha tispeċifika b’mod partikolari l-livell massimu ta’ finanzjament, il-perjodu ta’ finanzjament, it-tip ta’ finanzjament, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-ispejjeż iffrankati meta mqabbel ma’ tipi oħrajn ta’ arranġamenti kuntrattwali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq it-talba għal approvazzjoni minn qabel fi żmien erba’ ġimgħat, prorogabbli b’ġimagħtejn, mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. L-akkwiżizzjoni jew ir-rinnovazzjoni strutturali iffinanzjat permezz ta’ self għandu jitqies miċħud jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma japprovawhx espressament qabel ma jiskadi dan it-terminu.

Artikolu 272267

Proċedura ta’ informazzjoni bikrija u proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel

1.    Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 271266(2) u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 271266(3) u (4) ma għandhomx japplikaw għall-akkwiżizzjoni ta’ art b’xejn jew għal ammont simboliku.

2.    Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 271266(2) u l-approvazzjoni minn qabel stabbiliti fl-Artikolu 271266(3) u (4) għandhom japplikaw ukoll għal binjiet residenzjali jekk l-akkwiżizzjoni, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta’ bini jew kull proġett li jħallat dawk l-elementi fl-istess perjodu ta’ żmien jaqbeż EUR 2 000 000 u l-prezz huwa aktar minn 110 % tal-prezz jew l-indiċi tal-kera lokali ta’ proprjetajiet komparabbli. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-istituzzjoni tal-Unjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.

3.    F’ċirkustanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni bikrija msemmija fl-Artikolu 271266(2) dwar proġetti ta’ bini relatati mad-delegazzjonijiet jew l-uffiċċji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tista’ tiġi sottomessa b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini skont l-Artikolu 271266(3). F’dawn il-każijiet, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu konklużi fl-ewwel opportunità possibbli.

Għal proġetti ta’ binjiet residenzjali f’pajjiżi terzi, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel għandhom jitwettqu b’mod konġunt.

4.    Il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 271266(3) u (4) ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew studji preparatorji meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kost u l-finanzjament dettaljati tal-proġett ta’ bini.

TITOLU XVI

TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI U ATTI DELEGATI

Artikolu 273268

Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma intitolati li jiksbu kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni rigward kwistjonijiet baġitarji fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.

Artikolu 274269

Eżerċitar tad-delega

1.    Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 70(1), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 71, l-Artikolu 165161 u t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 217213(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għad-durata tal-oqfsa finanzjarji pluriennali sussegwenti, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu ta’ durata tal-qafas finanzjarju pluriennali korrispondenti.

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 70(1), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 71, l-Artikolu 165161 u t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 217213(2) tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat diġà fis-seħħ.

4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 70(1), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 71, l-Artikolu 165161 u t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 217213(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma dak il-perjodu jiskadi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

IT-TIENI PARTI

EMENDI GĦAL REGOLI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR

Artikolu 270

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1296/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.Il-perċentwali indikattivi li ġejjin għandhom japplikaw bħala medja tul il-perijodu sħiħ tal-Programm għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3(1):

(a)ta’ tal-anqas 55 % għall-assi tal-Progress;

(b)tal-anqas 18 % għall-assi tal-EURES;

(c)tal-anqas 18 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u tal-Intraprenditorija Soċjali.”;

(2)l-Artikolu 14 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

1.L-assi tal-Progress għandu jappoġġa l-azzjonijiet fit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c). Matul il-perijodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni globali għall-assi tal-Progress bejn it-taqsimiet tematiċi differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)impjieg, partikolarment biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ: 20 %;

(b)il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-faqar: 45 %;

(c)il-kondizzjonijiet tax-xogħol: 7 %.

Kwalunkwe parti li tibqa’ għandha tiġi allokata għal waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu, jew għal kombinament tagħhom.

2.Mill-allokazzjoni globali għall-assi tal-Progress, sehem sinifikanti għandu jiġi allokat għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u għall-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-għan li jiġu applikati fuq skala akbar.”;

(3)l-Artikolu 19 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-EURES għandu jappoġġa l-azzjonijiet fit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c). Matul il-perijodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni globali għall-assi tal-EURES bejn it-taqsimiet tematiċi differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)it-trasparenza tal-postijiet tax-xogħol vakanti, tal-applikazzjonijiet u ta’ kull informazzjoni relatata oħra għall-applikanti u għal min iħaddem: 15 %;

(b)l-iżvilupp ta’ servizzi għar-reklutaġġ u l-kollokament ta’ ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta’ pożizzjonijiet ta’ impjiegi vakanti u applikazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, partikolarment skemi ta’ mobilità mmirati: 15 %;

(c)is-sħubijiet transfruntiera: 18 %.

Kwalunkwe parti li tibqa’ għandha tiġi allokata għal waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu, jew għal kombinament tagħhom.”;

(4)l-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandu jappoġġa l-azzjonijiet fit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a) u (b). Matul il-perijodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni globali għall-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali bejn it-taqsimiet tematiċi differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)mikrofinanzjament għall-gruppi vulnerabbli u għall-mikrointrapriżi: 35 %;

(b)intraprenditorija soċjali: 35 %.

Kwalunkwe parti li tibqa’ għandha tiġi allokata għal waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, jew għal kombinament tagħhom.”;

(5)fl-Artikolu 32, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-programmi ta’ ħidma għandhom, fejn rilevanti, ikunu għal perjodu rikorrenti ta’ tliet snin u għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, il-proċeduri għall-għażla tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni, il-kopertura ġeografika, l-udjenza fil-mira u qafas ta’ żmien indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jinkludu wkoll indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull objettiv speċifiku. Il-programmi ta’ ħidma għandhom isaħħu l-koerenza tal-Programm billi jiġu indikati r-rabtiet bejn it-tlett assi.”;

(6)jitħassru l-Artikoli 33 u 34.

Artikolu 271

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1301/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 3(1) jinbidel b’dan li ġej:

(a)il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)investiment fl-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu permezz tal-investiment fiss f’tagħmir u f’infrastruttura; inkluż infrastruttura kulturali u tat-turiżmu sostenibbli, servizzi għall-impriżi, appoġġ lill-korpi tar-riċerka u tal-innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija u fir-riċerka applikata fl-impriżi;”;

(b)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-investiment fl-infrastruttura turistika kulturali u sostenibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat fuq skala żgħira u eliġibbli għall-appoġġ, jekk il-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-operazzjoni ma taqbiżx l-EUR 10000000. Dak il-limitu massimu għandu jiżdied għal EUR 20000000 fil-każ li l-infrastruttura titqies li hija wirt kulturali fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Unesco tal-1972 dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji.”;

(2)fil-punt (9) tal-Artikolu 5, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)jingħata appoġġ għall-akkoljenza u għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti u tar-refuġjati;”;

(3)fl-Anness I, fit-tabella, it-test li jibda b’ “Infrastruttura soċjali” sa tmiem it-tabella jinbidel b’dan li ġej:

“Infrastruttura soċjali

Indukrar tat-tfal u edukazzjoni

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

Saħħa

persuni

Popolazzjoni koperta minn servizzi mtejba tas-saħħa

Akkomodazzjoni

unitajiet ta’ abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati

unitajiet ta’ abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati, li minnhom huma għal migranti u refuġjati (esklużi ċentri ta’ akkoljenza)

Migranti u refuġjati

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura li tappoġġa lill-migranti u lir-refuġjati (mhux akkomodazzjoni)

L-indikaturi speċifiċi ta’ Żvilupp Urban

persuni

Popolazzjoni li tgħix f’żoni bi strateġiji integrati ta’ żvilupp urban

metri kwadri

Spazju miftuħ maħluq jew riabilitat f’żoni urbani

metri kwadri

Bini pubbliku jew kummerċjali mibni jew rinnovat f’żoni urbani”

Artikolu 272

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fil-premessa 10, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jagħtu lok lill-Kummissjoni li tikseb assigurazzjoni li l-Istati Membri qed jużaw il-Fondi ESI b’mod legali u regolari u skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 92 (ir- ‘Regolament Finanzjarju’).”

(2)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (10) jinbidel b’dan li ġej:

“(10)‘benefiċjarju’ tfisser korp pubbliku jew privat jew persuna fiżika responsabbli għall-bidu jew inkella għall-bidu kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, u:

(a)fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat, il-korp li jirċievi l-għajnuna, ħlief fejn l-għajnuna għal kull impriża hija anqas minn EUR 200000, f’liema każ l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 93 , (UE) Nru 1408/2013 94 u (UE) Nru 717/2014 95 ; u

(b)fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji taħt it-Titlu IV tat-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament, il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jew il-fond tal-fondi kif adatt;”

(b)il-punt (31) jinbidel b’dan li ġej:

“(31)‘strateġija makroreġjonali’ tfisser qafas integrat maqbul mill-Kunsill u, fejn adatt, approvat mill-Kunsill Ewropew, li jista’ jiġi appoġġat mill-Fondi ESI fost oħrajn, biex jiġu indirizzati sfidi komuni li qed tiffaċċa żona ġeografika definita relatata ma’ Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b’hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;”;

(3)l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 7, ir-referenza għall-“Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju”;

(b)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“8.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba f’konformità mal-Artikolu 33, l-Artikolu 36(1) u l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.”;

(4)fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Il-prijoritajiet stabbiliti għal kull wieħed mill-Fondi ESI fir-regoli speċifiċi għall-Fond għandhom b’mod partikolari jkopru l-użu adatt ta’ kull Fond ESI fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-asil. F’dak il-kuntest, għandha, fejn adatt, tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96 .”

(5)fl-Artikolu 16, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4 a.Fejn applikabbli, l-Istat Membru għandu jissottometti kull sena sal-31 ta’ Jannar Ftehim ta’ Sħubija emendat wara l-approvazzjoni tal-emendar ta’ programm wieħed jew aktar mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Kull sena, sal-31 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tikkonferma li l-emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija jirriflettu programm wieħed jew aktar approvat mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Dik id-deċiżjoni tista’ tinkludi l-emenda ta’ elementi oħrajn tal-Ftehim ta’ Sħubija skont proposta msemmija fil-paragrafu 4 diment li l-proposta tkun sottomessa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti.”;

(6)l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Fejn l-emendar ta’ programm jaffettwa l-informazzjoni pprovduta fil-Ftehim ta’ Sħubija, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(4a).”;

(b)fil-paragrafu 3, titħassar it-tielet sentenza;

(7)l-Artikolu 32, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Fejn il-kumitat ta’ għażla għall-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità stabbilit permezz tal-Artikolu 33(3) jiddetermina li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità magħżula teħtieġ appoġġ minn aktar minn Fond wieħed, huwa jista’ jinnomina f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali, Fond ewlieni biex jappoġġa l-kostijiet preparatorji, operazzjonali u tal-animazzjoni kollha skont il-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 35(1) għall-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.”;

(8)l-Artikolu 34(3) huwa emendat kif ġej:

(a)il-punti (a) sa (d) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)il-bini tal-kapaċità ta’ atturi lokali, inkluż il-benefiċjarji potenzjali, li jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet inkluż bit-trawwim tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ tħejjija u ta’ ġestjoni tal-proġetti tagħhom;

(b)it-tfassil ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti li tevita kunflitti ta’ interessi, tiżgura li tal-anqas 50 % mill-voti fid-deċiżjonijiet tal-għażla jinxteħtu minn sħab li mhumiex awtoritajiet pubbliċi, u tippermetti l-għażla bi proċedura bil-miktub;

(c)it-tfassil u l-approvazzjoni ta’ kriterji oġġettivi nondiskriminatorji għall-għażla tal-operazzjonijiet li jiżguraw koerenza mal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet skont il-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi u l-miri ta’ dik l-istrateġija;

(d)it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti jew proċedura ta’ sottomissjoni ta’ proġett li tkun għaddejja;”;

(b)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn gruppi ta’ azzjoni lokali jwettqu kompiti mhux koperti mill-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jew taċ-ċertifikazzjoni jew tal-aġenzija tal-pagamenti, dawk il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jiġu nnominati bħala korpi intermedji f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fond.”;

(9)l-Artikolu 36, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fond lil korp intermedju wieħed jew aktar, inkluż lil awtoritajiet lokali, lil korpi tal-iżvilupp reġjonali jew lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, b’rabta mal-ġestjoni u mal-implimentazzjoni ta’ ITI.”;

(10)l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

(c)stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li potenzjalment għandhom jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta’ ingranaġġ mistenni), inkluż jekk adatt valutazzjoni tal-ħtieġa għal trattament differenzjat, u tal-limitu tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 43a biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri li joperaw taħt il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li ser jintużaw biex tiġi stabbilita l-ħtieġa għal trattament differenzjat bħal dan, u l-limitu tiegħu, bħal proċess ta’ valutazzjoni kompetittiv jew indipendenti kif adatt;”;

(b)fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“3.Il-valutazzjoni ex ante msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tqis l-evalwazzjonijiet ex ante msemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u tista’ titwettaq fi stadji. Fi kwalunkwe każ, għandha titlesta qabel l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tagħmel kontribuzzjonijiet tal-programm għal strument finanzjarju.”;

(c)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“8.Ir-riċevituri finali appoġġati minn strument finanzjarju tal-Fondi ESI jistgħu jirċievu wkoll assistenza minn prijorità jew programm ieħor tal-Fondi ESI jew minn xi strument ieħor appoġġat mill-baġit tal-Unjoni, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97 , f’konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif adatt. F’dak il-każ għandhom jinżammu rekords separati għal kull sors ta’ assistenza filwaqt li s-sostenn mill-istrument finanzjarju tal-Fondi ESI għandu jkun parti minn operazzjoni b’nefqa eliġibbli distinta mis-sorsi l-oħra ta’ għajnuna.”

(11)l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

(c)strumenti finanzjarji li jikkombinaw tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-FEIS f’konformità mal-Artikolu 39a.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni, permezz tal-għoti dirett ta’ kuntratt, lil:

(i)il-BEI;

(ii)istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha jkun azzjonist Stat Membru;

(iii)bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

ma hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat, bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ imblokkar, rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-bank jew l-istituzzjoni rilevanti, u bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhom l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet ta’ kuljum dwar il-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji appoġġati mill-Fondi ESI;

topera b’mandat ta’ politika pubblika mogħti mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru f’livell nazzjonali jew reġjonali, li jinkludi t-twettiq, fl-intier jew bħala parti mill-attivitajiet tagħha, ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi ESI;

twettaq, fl-intier jew bħala parti mill-attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku tagħha li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi ESI f’reġjuni, f’oqsma ta’ politika jew f’setturi li għalihom l-aċċess għal finanzjament minn sorsi pubbliċi ġeneralment ma jkunx disponibbli jew biżżejjed;

topera mingħajr ma tiffoka primarjament fuq il-massimizzazzjoni tal-profitti, iżda tiżgura sostenibbiltà finanzjarja fit-tul għall-attivitajiet tagħha;

tiżgura li l-għoti dirett ta’ kuntratt imsemmi fil-punt (b) ma jipprovdi l-ebda benefiċċju dirett jew indirett għal attivitajiet kummerċjali permezz ta’ miżuri adatti skont il-liġi applikabbli;

hija soġġetta għas-superviżjoni ta’ awtorità indipendenti f’konformità mal-liġi applikabbli.

(c)tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni lil korp ieħor regolat mid-dritt pubbliku jew privat; jew

(d)twettaq’ kompiti ta implimentazzjoni direttament, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji li jikkonsistu biss f’self jew garanziji. F’dak il-każ l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala l-benefiċjarju fis-sens tal-punt (10) tal-Artikolu 2.”;

(ii)it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, il-korpi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 155(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.”;

(c)il-paragrafi 5 u 6 jinbidlu b’dan li ġej:

“5.Il-korpi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-fondi wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabilità tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 33(1) u 209(2)tar-Regolament Finanzjarju. Intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi.

6.Il-korpi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 li jkunu ġew fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jiftħu kontijiet fiduċjarji f’isimhom u f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni, jew jistabbilixxu l-istrument finanzjarju bħala blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u tali blokok ta’ finanzjament separati għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali adatti u għandu jkollhom il-likwidità adatta.”;

(d)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“7.Fejn strument finanzjarju huwa implimentat taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, soġġett għall-istruttura ta’ implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament f’konformità mal-Anness IV fil-livelli li ġejjin:”;

(e)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“8.Għal strumenti finanzjarji implimentati skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-patti u l-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-programmi għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu stipulati f’dokument ta’ strateġija f’konformità mal-Anness IV li għandu jiġi eżaminat mill-kumitat tal-monitoraġġ.”;

(f)il-paragrafu 10 jinbidel b’dan li ġej:

“10.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-programm, ġestiti mill-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 39a(5). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).”;

(12)l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“2.L-Istati Membri jistgħu jużaw il-FEŻR u l-FAEŻR matul il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-Regolament biex jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament, implimentati b’mod indirett mill-Kummissjoni mal-BEI skont il-punt (c)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-attivitajiet li ġejjin:”;

(b)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4,:

(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)b’deroga mill-Artikolu 37(2), għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ex ante fil-livell tal-Unjoni mwettqa mill-BEI u mill-Kummissjoni jew, fejn data aktar reċenti tkun disponibbli, fuq valutazzjoni ex ante fuq livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali.

Abbażi ta’ sorsi ta’ data disponibbli dwar il-finanzjament b’dejn bankarju u l-SMEs, il-valutazzjoni ex ante għandha tkopri, fost l-oħrajn, analiżi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-SMEs kif ukoll indikazzjoni tad-distakk ta’ finanzjament tal-SMEs, profil tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tas-settur tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-massa kritika minima tal-kontribuzzjonijiet aggregati, firxa ta’ volumi ta’ self totali stmat iġġenerati minn tali kontribuzzjonijiet, u l-valur miżjud;”;

(ii)il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)għandha tiġi pprovduta minn kull Stat Membru parteċipanti bħala parti minn assi ta’ prijorità separat fi ħdan programm fil-każ tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR, jew programm nazzjonali ddedikat wieħed għal kull kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR u mill-FAEŻR b’appoġġ tal-objettiv tematiku stipulat fil-punt (3) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9;”;

(c)il-paragrafi 7 u 8 jinbidlu b’dan li ġej:

“7.B’deroga mill-Artikolu 41(1) u (2) fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjoni għall-pagament tal-Istat Membru għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir abbażi ta’ 100 % tal-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru lill-BEI f’konformità mal-iskeda ddefinita fil-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mitluba mill-BEI li huma meqjusa meħtieġa biex ikopru l-impenji skont ftehimiet ta’ garanzija jew tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għandhom jiġu finalizzati fi żmien it-tliet xhur sussegwenti. Il-pagamenti mill-Istati Membri lill-BEI għandhom isiru mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ qabel l-impenji li jkun daħal għalihom i l-BEI.

8.Fl-għeluq tal-programm, in-nefqa eliġibbli kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) għandha tkun l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsin lill-istrument finanzjarju, li jikkorrispondu:

(a)għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għar-riżorsi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1);

(b)għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għall-ammont aggregat ta’ finanzjament b’dejn ġdid li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, imħallsa lil, jew għall-benefiċċju ta’, SMEs eliġibbli fi ħdan il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2).”;

(13)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 39a

Kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għal strumenti finanzjarji li jikkombinaw tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

1.Biex jattiraw investiment addizzjonali mis-settur privat, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jużaw Fondi ESI sabiex jipprovdu kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) dment li dan jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għat-twettiq tal-objettivi tal-Fondi ESI u għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

2.Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ taqbeż il-25 %, meta tkun iġġustifikata kif adatt mill-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 37(2) jew fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, iżda ma tistax taqbeż l- 40 %. L-appoġġ totali msemmi f’dan il-paragrafu għandu jkun l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self garantit imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi ESI jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta’ self ġdid.

3.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(2), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni preparatorja, inkluż id-diliġenza dovuta, imwettqa mill-BEI għall-finijiet tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-prodott finanzjarju taħt il-FEIS.

4.Ir-rapportar mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament dwar operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miżmuma mill-BEI għall-finijiet tar-rapportar tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/1017, supplimentat mill-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jippermettu li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 46(3) ta’ dan ir-Regolament.

5.Meta tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)tinvesti fil-kapital ta’ entità ġuridika eżistenti jew maħluqa ġdida ddedikata għall-implimentazzjoni ta’ investimenti f’riċevituri finali b’mod konsistenti mal-objettivi tal-Fondi ESI rispettivi li ser iwettqu kompiti ta’ implimentazzjoni;

(b)tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4).

Il-korp inkarigat bil-kompiti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jew jiftaħ kont fiduċjarju f’ismu u f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni inkella jistabbilixxi blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni għal kontribuzzjoni tal-programm. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u blokok ta’ finanzjament separati bħal dawn għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali adatti u għandu jkollhom il-likwidità adatta.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, strument finanzjarju jista’ wkoll jieħu l-forma jew ikun parti minn pjattaforma ta’ investiment konformi mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2015/1017, dment li l-pjattaforma ta’ investiment tieħu l-forma ta’ veikolu bi skop speċjali jew ta’ kont ġestit.

6.Fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament, il-korpi msemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 155(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.

7.Sat-3 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligi u r-responsabilità tal-korpi ta’ implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, il-kriterji ta’ selezzjoni relatati u l-prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

8.Il-korpi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta’ fondi, jistgħu jinkarigaw lil intermedjarji finanzjarji b’parti mill-implimentazzjoni dment li tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 33(1) u 209(2) tar-Regolament Finanzjarju. Intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi.

9.Fejn, għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jikkontribwixxu riżorsi minn programm tal-Fondi ESI għal strument eżistenti, li l-maniġer tal-fond tiegħu diġà jkun intgħażel mill-BEI, minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha jkun azzjonist Stat Membru, jew minn bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika stabbilita bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali u tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), huma għandhom jinkarigaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni lil dak il-maniġer tal-fond permezz tal-għoti ta’ kuntratt dirett.

10.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 41(1) u (2), għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji taħt il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjonijiet għal pagament interim għandhom isiru f’fażijiet skont l-iskeda ta’ pagamenti stabbilita fil-ftehim ta’ finanzjament. L-iskeda ta’ pagamenti msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandha tikkorrispondi għall-iskeda ta’ pagament maqbula għal investituri oħrajn fl-istess strument finanzjarju.

11.It-termini u l-kondizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) għandhom ikunu stabbiliti fi ftehimiet ta’ finanzjament f’konformità mal-Anness IV fil-livelli li ġejjin:

(a)fejn japplika, bejn ir-rappreżentanti b’mandat adatt tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi;

(b)bejn ir-rappreżentanti b’mandat adatt tal-awtorità ta’ ġestjoni, jew fejn japplika, bejn il-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi, u l-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

12.Għal kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan il-Artikolu għal pjattaformi ta’ investiment li jirċievu kontribuzzjonijiet minn strumenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, il-konsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi żgurata skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju.

13.Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) li jieħdu l-forma ta’ strument ta’ garanziji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Fondi ESI jikkontribwixxu, kif adatt, għal segmenti differenti tal-portafolli ta’ self koperti wkoll mill-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

14.Għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS, jistgħu jiġu stabbiliti prijorità separata u, għall-FAŻER, tip separat ta’ operazzjoni, b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100 %, fi ħdan programm sabiex jappoġġaw l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

15.Minkejja l-Artikolu 70 u l-Artikolu 93(1), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-fini li jwasslu għall-finanzjament ġdid b’dejn u għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fit-territorju kollu tal-Istat Membru mingħajr kunsiderazzjoni tal-kategoriji tar-reġjun, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-ftehim ta’ finanzjament.

16.Sal-31 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, fejn adatt, għandha tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

(14)l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.L-awtoritajiet innominati f’konformità mal-Artikolu 124 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-FAEŻR ma għandhomx iwettqu verifiki fuq il-post fil-livell tal-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Madankollu, l-awtoritajiet innominati, għandhom iwettqu verifiki f’konformità mal-Artikolu 125(5) ta’ dan ir-Regolament u verifiki skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fil-livell tal-korpi l-oħra li qed jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru rispettiv tagħhom.

Il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet innominati rapport ta’ kontroll ma’ kull applikazzjoni għal pagament. Għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet innominati b’rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom. Dawk l-obbligi ta’ rapportar huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar, inkluż fir-rigward tal-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, kif stabbiliti fl-Artikolu 46(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jikkonċerna l-mudelli għar-rapporti ta’ kontroll u r-rapporti annwali tal-awditjar imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 150(2).

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 127 ta’ dan ir-Regolament u għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi ma għandhomx iwettqu awditi fil-livell tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Il-korpi responsabbli għall-awditu tal-programmi għandhom iwettqu awditi tal-operazzjonijiet u tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-livell ta’ korpi oħrajn li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u fil-livell tar-riċevituri finali dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni tista’ twettaq awditi fil-livell tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, meta tikkonkludi li dan jenħtieġ biex tinkiseb garanzija raġonevoli minħabba r-riskji identifikati.

2a.Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39 li ġew stabbiliti bi ftehim ta’ finanzjament iffirmat qabel it-2 ta’ Awwissu 2018, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu applikabbli fil-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.”;

(b)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Sat-3 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli speċifiċi addizzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 38(1), it-tipi ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-awditjar, l-arranġamenti għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn u l-elementi li għandhom jiġu ppruvati minn dokumenti ta’ appoġġ.”;

(c)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5 a.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 143(4) ta’ dan ir-Regolament u mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, f’operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji, tista’ terġa’ tintuża, fi ħdan l-istess operazzjoni, kontribuzzjoni kkanċellata f’konformità mal-Artikolu 143(2) ta’ dan ir-Regolament jew f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, bħala riżultat ta’ irregolarità individwali, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tar-riċevitur finali, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal riċevituri finali oħrajn fi ħdan l-istess strument finanzjarju;

(b)fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju fi ħdan fond tal-fondi, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal intermedjarji finanzjarji oħrajn.

Fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tal-korp li jimplimenta l-fondi tal-fondi, jew fil-livell tal-korp li jimplimenta strumenti finanzjarji fejn strument finanzjarju huwa implimentat permezz ta’ struttura mingħajr fond ta’ fondi, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni.

Fejn issir korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża għal xi operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika.”;

(15)l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“1.Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1), u fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-applikazzjonijiet għal pagament interim għandhom isiru f’fażijiet għall-kontribuzzjonijiet tal-programmi mħallsin lill-istrument finanzjarju matul il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2) (il-‘perijodu ta’ eliġibbiltà’) f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:”;

(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati f’konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-applikazzjonijiet għal pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċ finali għandhom jinkludu l-ammont totali tal-pagamenti mħallsa mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-investimenti f’riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1).”;

(16)l-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“3.Fil-każ ta’ strumenti bbażati fuq l-ekwità mmirati lejn impriżi msemmija fl-Artikolu 37(4) li għalihom ġie ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 38(7) qabel il-31 ta’ Diċembru 2018, li sa tmiem il-perijodu ta’ eliġibbiltà investew tal-anqas 55 % tar-riżorsi tal-programmi impenjati fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, ammont limitat ta’ pagamenti għal investimenti f’riċevituri finali għandu jsir għal perijodu li ma jaqbiżx erba’ snin wara t-tmiem tal-perijodu ta’ eliġibbiltà jista’ jitqies bħala infiq eliġibbli, meta jitħallas f’escrow account li ġie stabbilit speċifikament għal dak il-għan, sakemm ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati jiġu osservati u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti aktar ’l isfel.”;

(b)fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“5.Fejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond ta’ fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), ma għandhomx jaqbżu l-livelli limitu definiti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Filwaqt li l-ispejjeż tal-ġestjoni għandhom jinkludu elementi ta’ spejjeż diretti jew indiretti rimborżati fejn tingħata evidenza ta’ nefqa, it-tariffi tal-ġestjoni għandhom jirreferu għal prezz maqbul għal servizzi mogħtija, stabbilit permezz ta’ proċess tas-suq kompetittiv, fejn japplika. L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija ta’ kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni.”;

(17)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 43 a

Trattament differenzjat tal-investituri

1.L-appoġġ mill-Fondi ESI għal strumenti finanzjarji investiti f’riċevituri finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta’ investituri li joperaw taħt il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq, kif ukoll tal-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati u li jiġi ingranat il-finanzjament pubbliku.

2.Il-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 37(2) u 39a(3) għandhom jinkludu, kif adatt, valutazzjoni tal-ħtieġa ta’, u l-limitu ta’, trattament differenzjat kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li ser jintuża biex tiġi stabbilita l-ħtieġa ta’ tali trattament differenzjat u l-limitu tiegħu.

3.It-trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-inċentivi sabiex jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. Ma għandux jikkumpensa b’mod eċċessiv lil investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, jew lill-BEI meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. L-allinjament tal-interess għandu jkun żgurat permezz ta’ qsim adatt tar-riskju u tal-profitt.

4.It-trattament differenzjat ta’ investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, għandu jkun bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”;

(18)l-Artikolu 44, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43a, ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti jew mir-rilaxx ta’ riżorsi ddedikati għal kuntratti ta’ garanziji, inklużi pagamenti lura kapitali u dħul u qligħ jew redditi oħra, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanziji jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat mill-investimenti, li huma attribwibbli għas-sostenn mill-Fondi ESI, għandhom jerġgħu jintużaw għall-iskopijiet li ġejjin, sal-ammonti meħtieġa u fl-ordni maqbula fil-ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti:

(a)aktar investimenti permezz tal-istess strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra, f’konformità mal-objettivi speċifiċi stipulati taħt prijorità;

(b)fejn applikabbli, sabiex ikun kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju li jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva ta’ flus mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

(c)fejn applikabbli, ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġestjoni mġarrba u l-pagament ta’ tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju.”;

(19)fl-Artikolu 46(2), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

(c)l-identifikazzjoni tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, u l-korpi li jimplimentaw il-fondi ta’ fondi fejn applikabbli, kif imsemmi fil-punti (a) (b) u (c) tal-Artikolu 38(1);”;

(b)il-punti (g) u (h) jinbidlu b’dan li ġej:

“(g)l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerati mill-appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju u r-riżorsi tal-programm imħallsin lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44 u l-ammonti użati għat-trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;

(h)progress fil-kisba tal-effett tal-ingranaġġ mistenni ta’ investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju;”;

(20)l-Artikolu 49, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Il-kumitat tal-monitoraġġ jista’ jagħmel osservazzjonijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm inkluż azzjonijiet relatati mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. Huwa jista’ jagħmel ukoll osservazzjonijiet dwar il-viżibbiltà ta’ appoġġ mill-Fondi ESI u ż-żieda tal-għarfien dwar ir-riżultati ta’ tali appoġġ. Huwa għandu jimmonitorja l-azzjonijiet meħuda b’riżultat tal-osservazzjonijiet tiegħu.”;

(21)l-Artikolu 51, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta’ rieżami kull sena mill-2016 sal-2023, inkluża din is-sena tal-aħħar, bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm, filwaqt li jitqies ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fejn applikabbli. Il-laqgħa għandha tirrieżamina wkoll l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni tal-programm, b’mod partikolari r-riżultati u l-effettività tal-miżuri meħuda biex jiġi infurmat il-pubbliku dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tas-sostenn mill-Fondi ESI.”;

(22)fl-Artikolu 56, jitħassar il-paragrafu 5;

(23)l-Artikolu 57, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Il-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-kontribuzzjonijiet mill-FEŻR jew mill-FAEŻR għall-programmi ddedikati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4).”;

(24)l-Artikolu 58 jinbidel b’dan li ġej:

(a)fit-tieni subparagrafu, ir-referenza għall-“Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju”;

(b)fit-tielet subparagrafu, il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

(f)azzjonijiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, li jsostnu n-networking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni b’attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi ESI, iqajmu ż-żieda tal-għarfien u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma’ pajjiżi terzi;”;

(c)ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddedika tal-anqas 15 % tar-riżorsi msemmija f’dan l-Artikolu biex ikun hemm effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji akbar bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni meħuda bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien fuq ir-riżultati, b’mod partikolari permezz ta’ ġbir u disseminazzjoni, evalwazzjonijiet u rappurtaġġ aktar effettiv tad-data, u b’mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi ESI sabiex titjib il-ħajja tal-persuni, u billi tiżdied il-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi ESI kif ukoll billi jiżdied l-għarfien dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta’ tali appoġġ. Fejn adatt, l-informazzjoni, il-miżuri ta’ komunikazzjoni u l-viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi ESI, b’fokus partikolari fuq l-operat, għandhom jitkomplew wara li jintemmu l-programmi. Tali miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.”;

(d)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Skont l-għan tagħhom, il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ffinanzjati jew bħala nefqa operazzjonali inkella bħala waħda amministrattiva.”;

(25)l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1 a.Kull Fond ESI jista’ jappoġġa operazzjonijiet ta’ assistenza teknika eliġibbli taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi ESI l-oħra.”;

(b)jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.Bla ħsara għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 bl-għoti dirett ta’ kuntratt lil:

(a)il-BEI;

(b)istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha jkun azzjonist Stat Membru;

(c)bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, kif imsemmi fil-punt (b) (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4).”;

(26)l-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“1.Dan l-Artikolu għandu japplika għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara li jitlestew. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘dħul nett’ ifisser moviment ta’ flus ’il ġewwa mħallsa direttament mill-utenti għall-oġġetti jew servizzi provduti mill-operazzjoni, bħall-imposti mġarrba direttament mill-utenti għall-użu tal-infrastruttura, il-bejgħ jew il-kiri ta’ art jew bini, jew il-pagamenti għal servizzi minbarra kwalunkwe spiża operattiva u kostijiet tas-sostituzzjoni ta’ tagħmir għal perijodu qasir imġarrba waqt il-perijodu korrispondenti. L-iffrankar tal-kostijiet operattivi ġġenerati mill-operazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-iffrankar tal-kostijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, għandu jiġi trattat bħala dħul nett sakemm ma jiġux ibbilanċjati bi tnaqqis ugwali f’sussidji operattivi.”;

(b)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)applikazzjoni ta’ perċentwal tad-dħul nett b’rata fissa stabbilit minn Stat Membru għal settur jew għal sottosettur mhux kopert mill-punt (a). Qabel l-applikazzjoni tar-rata fissa, l-awtorità tal-awditjar responsabbli għandha tivverifika li r-rata fissa ġiet stabbilita b’metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq data storika jew kriterji oġġettivi;”;

(c)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.Bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 60(1) tista’, fuq talba ta’ Stat Membru, titnaqqas għal prijorità jew għal miżura li taħtha l-operazzjonijiet kollha appoġġati jistgħu japplikaw rata uniformi fissa f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. It-tnaqqis ma għandux ikun anqas mill-ammont ikkalkolat billi tiġi mmultiplikata r-rata massima ta’ kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi bir-rata fissa rilevanti msemmija f’dak il-punt.”;

(d)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:

“(h)operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAEŻR jew fir-Regolament tal-FEMS.”;

(e)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“8.Barra minn hekk, il-paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ taħt il-programm jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.”;

(27)l-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:

(a)it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:

“(h)operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAEŻR jew fir-Regolament tal-FEMS bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-operazzjonijiet li għalihom issir referenza għal dan il-paragrafu fir-Regolament tal-FEMS; jew”;

(ii)il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

‘(i)operazzjonijiet li għalihom il-kost eliġibbli totali ma jaqbiżx il-EUR 100000.”;

(b)il-paragrafu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“11.Operazzjoni tista’ tirċievi l-appoġġ minn Fond ESI wieħed jew aktar jew minn programm wieħed jew aktar u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, dment li n-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament għal wieħed mill-Fondi ESI ma tiġix iddikjarata għal appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor, jew għal appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f’applikazzjoni għal pagament ta’ Fond ESI jista’ jiġi kkalkolat għal kull Fond ESI u għall-programm jew programmi kkonċernati fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.”;

(28)l-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)somom f’daqqa;”;

(ii)jiżdied il-punt li ġej:

“(e)finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda li jkun ibbażat fuq it-twettiq tal-kondizzjonijiet relatati mat-twettiq tal-progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba tal-objettivi tal-programmi kif stabbiliti fl-att delegat adottat f’konformità mal- paragrafu 5a.”;

(iii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-forma ta’ finanzjament imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, l-awditu għandu jimmira b’mod esklużiv biex jivverifika li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għar-rimborż.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2 a.Għal operazzjoni jew proġett li mhumiex koperti mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 u li jirċievu appoġġ mill-FEŻR u mill-FSE, l-għotjiet u l-assistenza pagabbli mill-ġdid li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100000 għandhom jieħdu l-forma ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa jew ta’ rati fissi, ħlief għal operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li ma tikkostitwixxix għajnuna de minimis.

Fejn jintuża l-finanzjament b’rata fissa, il-kategoriji tal-kostijiet li għalihom tiġi applikata r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Għal operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR, il-FEŻR jew l-FSE, fejn tintuża r-rata fissa msemmija fl-Artikolu 68b(1), l-allokazzjonijiet u s-salarji mħallsa lill-parteċipanti jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dan il-paragrafu għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 152(7).”;

(c)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklużivament permezz tal-akkwist pubbliku ta’ xogħlijiet, oġġetti jew servizzi, għandhom japplikaw biss il-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Fejn l-akkwist pubbliku fi ħdan l-operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni huwa limitat għal ċerti kategoriji ta’ kostijiet, l-għażliet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu applikati għall-operazzjoni kollha jew il-proġett li jifforma parti minn operazzjoni.”;

(d)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)id-data storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali;

(iii)l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-kostijiet ta’ benefiċjarji individwali;”;

(ii)jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)abbozz ta’ baġit stabbilit skont il-każ u maqbul ex ante mill-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-każ tal-FAEŻR l-awtorità responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100000;”;

(e)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-metodi relatati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u l-forma ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, billi tispeċifika modalitajiet dettaljati dwar il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom.”;

(29)l-Artikolu 68 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 68

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet indiretti li jikkonċernaw għotjiet u assistenza pagabbli mill-ġdid

Fejn l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni twassal għal kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati b’rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, diment li r-rata tiġi kkalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat skont skemi għal għotjiet iffinanzjati għalkollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

(b)rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli;

(c)rata fissa applikata għal kostijiet diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 biex tissupplimenta d-dispożizzjonijiet dwar ir-rata fissa u l-metodi relatati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;

(30)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 68 a

Kostijiet tal-persunal li jikkonċernaw għotjiet u assistenza pagabbli mill-ġdid

1.Il-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b’rata fissa sa massimu ta’ 20 % tal-kostijiet diretti għajr il-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jagħmlu kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli dment li l-kostijiet diretti tal-operazzjoni ma jinkludux kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi li jeċċedu fil-valur il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.

2.Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-persunal, ir-rata fis-siegħa tista’ tiġi kkalkolata bid-diviżjoni tal-aħħar kostijiet tal-impjiegi gross annwali ddokumentati b’1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew bi prorata korrispondenti ta’1720 siegħa, għal persuni li jaħdmu part-time.

3.Meta tiġi applikata r-rata fis-siegħa kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 2, l-għadd totali ta’ sigħat iddikjarati għal kull persuna għal sena partikolari ma għandhomx jeċċedu l-għadd ta’ sigħat użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata fis-siegħa.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi li jaqgħu taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għal kostijiet tal-persunal relatati ma’ individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni.

4.Fejn il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali ma jkunux disponibbli, dawn jistgħu jiġu dderivati mill-kostijiet tal-impjiegi gross iddokumentati disponibbli jew mill-kuntratt għall-impjieg, aġġustati kif adatt għal perijodu ta’ 12-il xahar.

5.Il-kostijiet tal-persunal relatati ma’ individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati bħala perċentwal fiss mill-kostijiet tal-impjieg gross, f’konformità ma’ perċentwal fiss ta’ ħin maħdum kull xahar fuq l-operazzjoni, mingħajr ebda obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol separata. Min iħaddem għandu joħroġ dokument għall-impjegati li jistabbilixxi dak il-perċentwal fiss.

Artikolu 68b

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet għajr kostijiet tal-persunal

1.Tista’ tintuża rata fissa sa massimu ta’ 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli sabiex tkopri l-kostijiet eliġibbli li jifdal ta’ operazzjoni mingħajr obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel xi kalkolu biex jistabbilixxi r-rata applikabbli.

Għal operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, il-FEŻR jew il-FAEŻR, is-salarji u l-allokazzjonijiet imħallsin lill-parteċipanti għandhom jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli addizzjonali mhux inkluż fir-rata fissa.

2.Ir-rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi applikata għal kostijiet tal-persunal ikkalkolati fuq il-bażi ta’ rata fissa.”;

(31)l-Artikolu 70 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 70

Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità

1.Soġġett għad-derogi msemmija fil-paragrafu 2 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi ESI għandhom jinsabu fil-qasam tal-programm.

L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi lil ċittadini jew negozji li jkopru t-territorju sħiħ ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu li jinsabu fl-oqsma tal-programm kollha fi ħdan Stat Membru. F’dawn il-każijiet, in-nefqa għandha tkun allokata lill-oqsma tal-programm ikkonċernati fuq bażi prorata, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew għall-programm speċifiku għall-istabbiliment u għall-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ taċċetta li operazzjoni tiġi implimentata barra mill-qasam tal-programm iżda fl-Unjoni, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a)l-operazzjoni tkun għall-benefiċċju tal-qasam tal-programm;

(b)l-ammont totali mill-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR jew il-FEMS allokat skont il-programm għall-operazzjonijiet li jinsabu barra l-qasam tal-programm ma jaqbiżx il-15 % tal-appoġġ mill-Fondi tal-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-FAEŻR jew mill-FEMS fil-livell prijoritarju fi żmien l-adozzjoni tal-programm;

(c)il-kumitat tal-monitoraġġ ikun ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni jew għat-tipi ta’ operazzjonijiet ikkonċernati;

(d)l-obbligi tal-awtoritajiet għall-programm relatati mal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditu li jikkonċernaw l-operazzjoni jkunu ssodisfati mill-awtoritajiet responsabbli għall-programm li taħtu dik l-operazzjoni hija appoġġata jew jidħlu fi ftehimiet ma’ awtoritajiet fil-qasam li fih hija implimentata l-operazzjoni.

Fejn operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi u l-FEMS ikunu implimentati barra mill-qasam tal-programm f’konformità ma’ dan il-paragrafu u jkollhom benefiċċji kemm barra kif ukoll fi ħdan il-qasam tal-programm tali nefqa għandha tiġi allokata għal dawk iż-żoni fuq bażi pro rata abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

Fejn l-operazzjonijiet jikkonċernaw l-objettiv tematiku msemmi fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 u jkunu implimentati barra mill-Istat Membru iżda ġewwa l-Unjoni, għandhom japplikaw biss il-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.Għal operazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika jew miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità u attivitajiet promozzjonali, u għal operazzjonijiet li jikkonċernaw l-objettiv tematiku msemmi fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9, in-nefqa tista’ ssir barra l-Unjoni dment li n-nefqa tkun neċessarja għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni.

4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-programmi taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE.”;

(32)l-Artikolu 71, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal kontribuzzjonijiet għal jew minn strumenti finanzjarji jew għal lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri taħt il-punt (b) tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u lanqas għal xi operazzjoni li tkun twaqqfet l-attività produttiva tagħha minħabba falliment mhux frodulenti.”;

(33)l-Artikolu 75 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2 a.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti:

(a)l-abbozz ta’ rapport tal-awditjar mill-awditu jew il-verifika fuq il-post fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ dak l-awditu jew dik il-verifika;

(b)ir-rapport tal-awditjar finali fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni ta’ tweġiba sħiħa mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-abbozz ta’ rapport tal-awditjar mill-awditu jew verifika fuq il-post ikkonċernati.

Ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom isiru disponibbli fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawk il-punti f’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jinkludi l-perijodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat it-talba tagħha għal informazzjoni addizzjonali lill-Istat Membru u jdum sakemm l-Istat Membru jwieġeb għal dik it-talba.

Dan il-paragrafu ma għandux ikun applikabbli għall-FAEŻR.”;

(34)fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76 ir-referenza għall-“Artikolu 84(2) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju”;

(35)fl-Artikolu 79(2), ir-referenza għall-“Artikolu 68(3) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 82(2) tar-Regolament Finanzjarju”;

(36)fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(1), ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(37)fl-Artikolu 84, ir-referenza għall-“Artikolu 59(6) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju”;

(38)l-Artikolu 98, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.Il-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġetti għal limitu ta’ 10 % tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull assi ta’ prijorità ta’ programm operazzjonali, parti minn operazzjoni li għaliha l-kostijiet huma eliġibbli għal sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli applikati lil dak il-Fond, diment li t-tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u jkunu marbutin direttament magħha.”;

(39)l-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.In-nefqa relatata ma’ proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara s-sottomissjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata kif adatt.”;

(b)jiżdied il-paragrafu li ġej:

7.Fejn il-proġett maġġuri jiġi vvalutat minn esperti indipendenti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, in-nefqa relatata ma’ dak il-proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara li l-awtorità maniġerjali tkun informat lill-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni lill-esperti indipendenti tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 101.

Għandu jitressaq rieżami indipendenti tal-kwalità fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni lill-esperti indipendenti.

In-nefqa korrispondenti għandha tiġi rtirata u d-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi rettifikata kif adatt fil-każijiet li ġejjin:

(a)meta r-rieżami indipendenti tal-kwalità ma jkunx ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tat-terminu msemmi fit-tieni subparagrafu;

(b)fejn il-preżentazzjoni tal-informazzjoni tiġi rtirata mill-Istat Membru; jew

(c)fejn il-valutazzjoni rilevanti tkun negattiva.”;

(40)fl-Artikolu 104, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.In-nefqa pubblika allokata għal pjan ta’ azzjoni konġunt għandha tkun tal-anqas ta’ EUR 5000000 jew 5 % tal-appoġġ pubbliku tal-programm operazzjonali jew ta’ wieħed mill-programmi ta’ kontribuzzjoni, skont liema minnhom ikun l-anqas.

3.Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal operazzjonijiet appoġġati mil-YEI, għall-ewwel pjan ta’ azzjoni konġunta sottomess minn Stat Membru taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u għat-tkabbir jew l-ewwel pjan ta’ azzjoni konġunta ppreżentati minn programm taħt l-għan ta’ Kooperazzjoni territorjali Ewropea.”;

(41)fl-Artikolu 105(2), titħassar it-tieni sentenza;

(42)fl-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (1) jinbidel b’dan li ġej:

“(1)deskrizzjoni tal-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunt u kif jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm jew għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż u l-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom skont l-Artikolu 148(4) TFUE;”;

(b)il-punt (2) jitħassar;

(c)il-punt (3) jinbidel b’dan li ġej:

“(3)deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta’ proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta’ prijorità, fejn rilevanti;”;

(d)il-punti (6), (7) u (8) jinbidlu b’dan li ġej:

“(6)konferma li ser tikkontribwixxi għall-approċċ għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif stabbilit fil-programm rilevanti jew fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(7)konferma li ser tikkontribwixxi għall-approċċ dwar żvilupp sostenibbli, kif stabbilit fil-programm rilevanti jew fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(8)id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tiegħu, inkluż dan li ġej:

(a)informazzjoni dwar l-għażla tal-pjan ta’ azzjoni konġunt mill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 125(3);

(b)l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt, f’konformità mal-Artikolu 108;

(c)l-arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt inklużi l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-data dwar il-kisba tat-tragwardi, tal-eżiti u tar-riżultati;”;

(e)il-punt 9 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)l-ispejjeż tal-kisba tat-tragwardji u l-miri għall-outputs u r-riżultati, ibbażati, fil-każ ta’ skali standard ta’ spejjeż għal kull unità u somom f’daqqa, fuq il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 67(5) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE;”;

(ii)jitħassar il-punt (b);

(43)l-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tindika l-benefiċjarju u l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunt, it-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u għar-riżultati, il-kostijiet tal-kisba ta’ dawk it-tragwardi u l-miri għall-eżiti u għar-riżultat, u l-pjan ta’ finanzjament skont il-programm operazzjonali u l-assi ta’ prijorità, inkluż l-ammont eliġibbli totali u l-ammont tan-nefqa pubblika, il-perijodu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt u, fejn rilevanti, il-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni konġunt.”;

(44)fl-Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“1.L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ tmexxija għall-pjan ta’ azzjoni konġunt, li jista’ jkun distint mill-kumitat tal-monitoraġġ tal-programmi operazzjonali rilevanti. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jiltaqa’ għall-inqas darbtejn fis-sena u għandu jirrapporta lill-awtorità ta’ ġestjoni. Fejn rilevanti, l-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-kumitat tal-monitoraġġ rilevanti bir-riżultati tax-xogħol imwettaq mill-kumitat ta’ tmexxija u bil-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 110(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 125(2).”;

(45)fl-Artikolu 109(1), titħassar it-tieni sentenza;

(46)l-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-komunikazzjoni, inkluż miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni u ta’ miżuri li jtejbu l-viżibilità tal-Fondi;”;

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)il-metodoloġija u l-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet, għajr fejn dawk il-kriterji huma approvati minn gruppi ta’ azzjoni lokali f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 34(3);”;

(47)l-Artikolu 114 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

‘1.Għandu jitfassal pjan ta’ evalwazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni jew minn Stat Membru għal programm operazzjonali wieħed jew aktar. Il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-programm operazzjonali. Fil-każijiet ta’ programmi ddedikati msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) adottati qabel it-2 ta’ Awwissu 2018, il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottomess lill-kumitat tal-monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara dik id-data;”;

(b)jitħassar il-paragrafu 4;

(48)l-intestatura tal-Kapitolu II tat-Titolu III tal-Parti Tlieta tinbidel b’dan li ġej:

“Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità”;

(49)l-Artikolu 115 huwa emendat kif ġej:

(a)l-intestatura tinbidel b’dan li ġej:

“Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità”;

(b)fil-paragrafu 1, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)jippubbliċizzaw għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tar-riżultati u l-impatt tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.”;

(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Regoli dettaljati li jikkonċernaw informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità għall-pubbliku u miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness XII.”;

(50)l-Artikolu 116, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-kumitat jew kumitati tal-monitoraġġ responsabbli tal-anqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 110(1) u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati ta’ dik l-implimentazzjoni kif ukoll dwar l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex tiżdied il-viżibilità tal-Fondi li jkunu ppjanati għas-sena ta’ wara. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jagħti opinjoni dwar l-attivitajiet u l-miżuri ppjanati għas-sena ta’ wara, inkluż dwar modi kif tiżdied l-effettività ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku.”;

(51)l-Artikolu 117, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni netwerks tal-Unjoni li jinkludu l-membri nominati minn Stati Membri sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, l-iskambju ta’ prattiki tajba u biex ikun permess l-ippjanar konġunt jew il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni fejn adatt. In-netwerks għandhom tal-anqas darba fis-sena jiddiskutu u jivvalutaw l-effettività tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, u jipproponu rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-ilħuq u l-impatt ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni u biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta’ dawk l-attivitajiet.”;

(52)l-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“1.L-ammont ta’ Fondi allokati għall-assistenza teknika fi Stat Membru għandu jkun limitat għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati lil programmi operazzjonali taħt il-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.”;

(b)fil-paragrafu 2, titħassar l-ewwel sentenza;

(c)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn l-allokazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jintużaw sabiex jappoġġaw operazzjonijiet ta’ assistenza teknika f’daqqa relatati ma’ aktar minn kategorija waħda ta’ reġjun, in-nefqa relatata mal-operazzjonijiet tista’ tkun implimentata taħt assi ta’ prijorità li jgħaqqad kategoriji differenti ta’ reġjun u tiġi attribwita fuq bażi pro rata filwaqt li jitqiesu jew l-allokazzjonijiet rispettivi għall-kategoriji differenti ta’ reġjuni tal-programm operazzjonali jew inkella l-allokazzjoni taħt kull kategorija ta’ reġjun bħala sehem mill-allokazzjoni totali għall-Istat Membru.”;

(d)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.Il-valutazzjoni tar-rispett tal-perċentwali għandha ssir fiż-żmien tal-adozzjoni tal-programm operazzjonali.”;

(53)fl-Artikolu 122(2), ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta l-ammonti mħallsa bi żball lil benefiċjarju għal operazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u dan ikun riżultat ta’ difett jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont imħallas bi żball jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 250 f’kontribuzzjoni mill-Fondi għal operazzjoni f’sena kontabilistika.”;

(54)fl-Artikolu 123(5), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“5.Fil-każ tal-Fondi u fil-każ tal-FEMS, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità tal-awditjar jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku.”;

(55)l-Artikolu 125 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 3, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)tiżgura li l-benefiċjarju jingħata dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sostenn ta’ kull operazzjoni inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt l-operazzjoni, il-pjan finanzjarju, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti rigward informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità;”;

(b)l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati ġew ipprovduti, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm operazzjonali u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u:

(i)fejn l-ispejjeż ikunu jridu jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), li jkun tħallas l-ammont tan-nefqa ddikjarat mill-benefiċjarji b’rabta ma’ dawk l-ispejjeż;

(ii)fil-każ ta’ spejjeż rimborżati skont il-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju;”;

(ii)fil-punt (e), ir-referenza għall-“punti (a) u (b) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punti (a) u (b) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(56)fil-punt (b) tal-Artikolu 126, ir-referenza għall-“punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (a) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju”;

(57)l-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

(a)fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel b” l-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(b)fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel b” l-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(58)l-Artikolu 131 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 131

Applikazzjonijiet għall-pagament

1.L-applikazzjonijiet għall-pagament għandhom jinkludu, għal kull prijorità:

(a)l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, kif imdaħħla fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

(b)l-ammont totali ta’ nefqa pubblika mġarrba fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, kif imdaħħla fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

Fir-rigward tal-ammonti li għandhom jiġu inklużi f’applikazzjonijiet għall-pagament għall-forma ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), l-applikazzjonijiet għall-pagament għandhom jinkludu l-elementi stipulati fl-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 67(5a) u għandhom jużaw il-mudell għall-applikazzjonijiet għall-pagament stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.In-nefqa eliġibbli inkluża f’applikazzjoni għall-pagament għandha tiġi evidenzjata b’riċevuti jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, ħlief għall-forom ta’ appoġġ imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 68, 68a, u 68b ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE. Għal dawk il-forom ta’ appoġġ, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni għall-pagament għandhom ikunu l-kosti kkalkulati fuq il-bażi applikabbli.

3.Fil-każ tal-għajnuna mill-Istat, il-kontribuzzjoni pubblika li tikkorrispondi għan-nefqa inkluża f’applikazzjoni għall-pagament għandha tkun tħallset lill-benefiċjarji mill-korp li jagħti l-għajnuna jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, imħallsa mill-benefiċjarju lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna.

4.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat, l-applikazzjoni għall-pagament tista’ tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, imħallsa mill-benefiċjarju lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna skont il-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)dawk il-pagamenti bil-quddiem huma soġġetti għal garanzija pprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita fl-Istat Membru jew ikunu koperti minn faċilità pprovduta bħala garanzija minn entità pubblika jew mill-Istat Membru;

(b)dawk il-pagamenti bil-quddiem ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari jew, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna bħala parti minn operazzjoni partikolari;

(c)dawk il-pagamenti bil-quddiem huma koperti min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, in-nefqa mħallsa mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni u evidenzjata b’riċevuti jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti fi żmien tliet snin mis-sena tal-pagament tas-somma bil-quddiem jew fil-31 ta’ Diċembru 2023, liema minnhom tkun l-aktar kmieni.

Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma jkunux sodisfatti, l-applikazzjoni għall-pagament li jmiss għandha tkun korretta kif meħtieġ.

5.Kull applikazzjoni għall-pagament li tinkludi pagamenti bil-quddiem tat-tip imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiddivulga b’mod separat:

(a)l-ammont totali mħallas mill-programm operazzjonali bħala pagamenti bil-quddiem;

(b)l-ammont li, fi żmien tliet snin mill-pagament bil-quddiem f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, kien kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna; u

(c)l-ammont li ma kienx kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna, u li għalih ma jkunx għadu skada l-perijodu ta’ tliet snin.

6.Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għall-applikazzjonijiet għall-pagament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).”;

(59)fl-Artikolu 137(1), ir-referenza għall-“punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (a) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju”;

(60)fl-Artikolu 138, ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(61)fl-Artikolu 140(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fejn jinżammu dokumenti fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal.”;

(62)fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 145(7), ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju”;

(63)fl-Artikolu 147(1), ir-referenza għall-“Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju”;

(64)l-Artikolu 148, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.Operazzjonijiet li n-nefqa totali eliġibbli għalihom ma taqbiżx l-EUR 400000 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, it-EUR 300000 għall-FSE jew il-EUR 200000 għall-FEMS, ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun tlestiet l-operazzjoni. Operazzjonijiet oħra ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed f’kull sena ta’ kontabbiltà, mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun tlestiet l-operazzjoni. L-operazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar f’ebda sena jekk diġà kien hemm awditjar f’dik is-sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, sakemm ir-riżultati tax-xogħol ta’ awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni għall-fini li jaqdu l-kompiti rispettivi tagħhom.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operazzjonijiet li għalihom in-nefqa eliġibbli totali hija bejn EUR 200000 u EUR 400000 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, bejn EUR 150000 u EUR 300000 għall-FSE u bejn EUR 100000 u EUR 200000 għall-FEMS jistgħu jkunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed, jekk l-awtorità tal-awditjar, abbażi tad-deċiżjoni professjonali tagħha, tikkonkludi li mhuwiex possibbli li tinħareġ jew titfassal opinjoni tal-awditjar abbażi ta’ metodi tal-kampjunar statistiku u mhux statistiku msemmijin fl-Artikolu 127(1) mingħajr ma jitwettaq aktar minn awditu wieħed tal-operazzjoni rispettiva.”;

(65)l-Artikolu 149 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 7(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39a(7), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1), ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni mill-21 ta’ Diċembru 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3.Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 5(3), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), fl-Artikolu 37(13), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), fl-Artikolu 39a(7), fl-Artikolu 40(4), fl-Artikolu 41(3), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), fl-Artikolu 42(6), fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), fl-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), fl-Artikolu 125(9), fl-Artikolu 127(7) u (8), u fl-Artikolu 144(6) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.”;

(c)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 37(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikoli 39a(7), 40(4), u 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l- ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(66)fl-Artikolu 152, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.L-awtorità ta’ ġestjoni, jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 67(2a) għal perijodu massimu ta’ 12-il xahar mit-2 ta’ Awwissu 2018.

Fejn l-awtorità ta’ ġestjoni, jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, jqisu li l-Artikolu 67(2a) joħloq piż amministrattiv sproporzjonat, jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perijodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal perijodu li jqisu adatt. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu tranżizzjonali inizjali.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma japplikawx għal għotjiet u għal assistenza pagabbli mill-ġdid appoġġati mill-FSE li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 50000.”;

(67)l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)it-taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(i)il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“1.Fejn strument finanzjarju jkun implimentat taħt l-Artikolu 39a u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi t-termini u l-kondizzjonijiet biex isiru kontribuzzjonijiet mill-programm għall-istrument finanzjarju u għandu jinkludi tal-anqas wieħed minn dawn l-elementi:”;

(ii)il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)rekwiżiti u proċeduri għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni fi stadji prevista mill-programm f’konformità mal-Artikolu 41 u għall-previżjoni ta’ flussi ta’ tranżazzjonijiet, inkluż rekwiżiti għal kontabbiltà fiduċjarja/separata kif stabbilita fl-Artikolu 38(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39a(5);”;

(iii)il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid tar-riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sa tmiem il-perijodu ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 44 u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;”;

(b)it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(i)il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“2.Id-dokumenti ta’ strateġija msemmija fl-Artikolu 38(8) għall-istrumenti finanzjarji implimentati fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:”;

(ii)il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-appoġġ tal-Fondi ESI f’konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45, u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;”;

(68)l-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)l-intestatura tal-Anness XII tinbidel b’dan li ġej:

“INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U VIŻIBILITÀ TA’ APPOĠĠ MILL-FONDI”;

(b)l-intestatura tat-taqsima 2 tinbidel b’dan li ġej:

“2.    MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI U MIŻURI BIEX TITJIEB IL-VIŻIBILITÀ GĦALL-PUBBLIKU”;

(c)is-subtaqsima 2.1 hija emendata kif ġej:

(i)il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.L-Istat Membru u l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, sabiex jittejbu l-viżibilità u l-interazzjoni maċ-ċittadini, u li dawk il-miżuri jkollhom fil-mira l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-media billi jintużaw forom u metodi ta’ komunikazzjoni varji fuq il-livell adatt u li jkunu adattati, kif adatt, għall-innovazzjoni teknoloġika.”;

(ii)fil-punt 2, il-punti (e) u (f) jinbidlu b’dan li ġej:

“(e)l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, b’mod partikolari operazzjonijiet fejn il-valur miżjud tal-intervent tal-Fondi huwa partikolarment viżibbli, skont il-programm operazzjonali, fuq is-sit web uniku jew fuq is-sit web tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli mill-portal tas-sit web uniku; l-eżempji għandhom ikunu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni mitkellma b’mod mifrux minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

(f)l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet u r-riżultati ewlenin tiegħu, fuq is-sit web uniku jew fuq is-sit web tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli mill-portal tas-sit web uniku.”;

(d)is-subtaqsima 2.2 hija emendata kif ġej:

(i)fil-punt 1, il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“1.Il-miżuri kollha tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi pprovduti mill-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni billi juru:”;

(ii)jiżdied il-punt li ġej:

“6.Ir-responsabbiltajiet stabbiliti f’din is-subtaqsima għandhom japplikaw minn meta l-benefiċjarju jiġi pprovdut bid-dokument li jistipula l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 125(3).”;

(e)fil-punt 2 tas-subtaqsima 3.1, il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-għan tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni f’konformità mas-subtaqsima 2.2 minn meta l-benefiċjarju jiġi pprovdut bid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 125(3). L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ titlob li l-benefiċjarji potenzjali jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi, b’mod proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet.”;

(f)fis-subtaqsima 4, il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)aġġornament annwali li jistabbilixxi l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni inkluż miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi li għandhom jitwettqu fis-sena ta’ wara, fost l-oħrajn, abbażi tat-tagħlimiet meħuda dwar l-effettività ta’ tali miżuri.”.

Artikolu 273

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 13(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn l-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jkollhom benefiċċju wkoll għaż-żona tal-programm fejn ikunu implimentati, in-nefqa għandha tiġi allokata lil dawk iż-żoni tal-programm fuq bażi pro rata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.”;

(2)l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1.Ir-regoli ġenerali applikabbli għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati taħt l-FSE huma stabbiliti fl-Artikoli 67, 68, 68a u 68b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”;

(b)jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;

(3)fl-Anness I, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1)Indikaturi komuni tal-output għall-parteċipanti

“Parteċipanti” 98 tirreferi għal persuni li jibbenefikaw direttament minn intervent tal-FSE li jistgħu jiġu identifikati u jintalbu l-karatteristiċi tagħhom, u li għalihom tiġi allokata nefqa speċifika. Persuni oħrajn ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala parteċipanti. Id-data kollha għandha tiġi diżaggregata skont is-sess.

L-indikaturi komuni tal-eżitu għall-parteċipanti huma:

persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,

persuni qiegħda fit-tul*,

persuni inattivi*,

persuni inattivi, barra mill-edukazzjoni jew taħriġ*,

impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,

persuni taħt l-età ta’ 25 sena*

persuni ’l fuq mill-età ta’ 54 sena*,

persuni ’l fuq mill-età ta’ 54 sena li jkunu qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul, jew inattivi u li jkunu barra mill-edukazzjoni jew taħriġ *,

persuni b’edukazzjoni primarja (ISCED 1) jew sekondarja baxxa (ISCED 2)*,

persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*,

migranti, persuni bi sfond barrani, minoranzi (inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Rom)**,

persuni b’diżabbiltà**,

persuni żvantaġġati oħra**.

L-għadd totali tal-parteċipanti ser jiġi kkalkolat awtomatikament abbażi tal-indikaturi tal-eżitu.

Din id-data dwar parteċipanti li jidħlu f’operazzjoni appoġġata mill-FSE għandha tiġi pprovduta fir-rapporti tal-implimentazzjoni annwali kif speċifikat fl-Artikolu 50(1) u (2) u l-Artikolu 111(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-data li ġejja dwar parteċipanti se tiġi pprovduta fir-rapporti tal-implimentazzjoni annwali kif speċifikat fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013:

persuni mingħajr dar jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,

persuni minn żoni rurali* 99

Id-data ta’ dawk iż-żewġ indikaturi għandha tinġabar abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-parteċipanti fi ħdan kull prijorità ta’ investiment. Il-validità interna għandha tiġi żgurata b’tali mod li d-data tkun tista’ tiġi ġġeneralizzata fil-livell tal-prijorità ta’ investiment.”

Artikolu 274

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1309/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fil-premessa 24, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati minn finanzjament mill-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 100 (ir-‘Regolament Finanzjarju’).”

(2)l-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli anki jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent mogħtija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunux sodisfatti kompletament. Għal applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu SMEs li jinsabu f’reġjun wieħed, fejn l-Istat Membru applikant juri li l-SMEs huma t-tip ta’ negozju prinċipali jew uniku f’dak ir-reġjun, l-applikazzjoni tista’ eċċezzjonalment tkopri SMEs li joperaw f’setturi ekonomiċi differenti definiti fil-livell ta’ diviżjoni fir-Reviżjoni NACE 2. L-ammont aggregat ta’ kontribuzzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG.”;

(3)l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.B’ deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri applikanti jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lil numru ta’ NEETs li huma ta’ età taħt il-25 sena, jew fejn l-Istati Membri ddeċidew dan għal min huwa taħt it-30 sena, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkun ugwali għan-numru tal-benefiċjarji speċifikati, bħala prijorità mogħtija lill-persuni li ngħataw is-sensja jew li l-attività tagħhom waqfet, kemm-il darba tal-anqas xi wħud mis-sensji fis-sens tal-Artikolu 3 jseħħu f’reġjuni tal-livell NUTS 2 li kellhom r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għal żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena ta’ tal-anqas 20 % abbażi tad-data annwali l-aktar reċenti disponibbli. L-appoġġ jista’ jingħata lin-NEETs li huma ta’ età taħt il-25 sena jew, fejn l-Istati Membri ddeċidew dan, għal min huwa taħt it-30 sena, f’dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 2.”;

(4)l-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.”;

(5)l-Artikolu 15, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kondizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu sodisfatti, hija għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahar mir-riferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

It-trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, fil-prinċipju, fi żmien perijodu ta’ mhux aktar minn sebat ijiem mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.”;

(6)fl-Artikolu 16(2), ir-referenza għall-“Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel b’ “Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju”;

(7)fl-Artikolu 21(2), ir-referenza għall-“Artikolu 59(3) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel b’ “Artikolu 63(3) tar-Regolament Finanzjarju” u r-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel b’ “Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

Artikolu 275

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)għandu jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“KAPITOLU Va

Taħlit

Artikolu 16a

Faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE

1.Jistgħu jiġu stabbiliti taħt dan ir-Regolament faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE f’konformità mal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 101 għal settur tal-FNE wieħed jew aktar. L-azzjonijiet kollha li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja permezz ta’ operazzjonijiet ta’ taħlit.

2.Il-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 6(3).

3.Il-kontribuzzjoni ġenerali mill-baġit tal-Unjoni għall-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-pakketti finanzjarji ġenerali tal-FNE kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

Barra l-limitu massimu stipulat fl-ewwel subparagrafu, fis-settur tat-trasport il-kontribut globali mill-baġit tal-Unjoni għall-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE ma għandux jaqbeż il-EUR 500000000.

Jekk l-10 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għall-implimentazzjoni tal-FNE msemmi fl-Artikolu 5(1) ma jintużax kompletament għal faċilitajiet ta’ taħlit u/jew strumenti finanzjarji tal-FNE, l-ammont li jifdal għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni u jitqassam mill-ġdid għal dak il-pakkett finanzjarju.

4.L-ammont ta’ EUR 11305500000 ittrasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), ma għandux jintuża biex jiġu impenjati riżorsi baġitarji lejn il-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE.

5.L-appoġġ ipprovdut taħt faċilità ta’ taħlit tal-FNE fil-forma ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji għandu jikkonforma mal-eliġibbiltà u mal-kondizzjonijiet għall-assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 7. L-ammont ta’ assistenza finanzjarja li għandha tingħata lill-operazzjonijiet ta’ taħlit appoġġati permezz ta’ faċilità ta’ taħlit tal-FNE għandu jiġi modulat fuq il-bażi ta’ analiżi kost-benefiċċji, id-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni, u l-ħtieġa li jiġi massimizzat l-effett ta’ lieva tal-finanzjament tal-Unjoni. L-ebda għotja konċessa ma għandha teċċedi r-rati ta’ finanzjament stipulati fl-Artikolu 10.

6.Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), teżamina l-possibilità li l-BEI jipprovdi b’mod sistematiku garanziji kontra l-ewwel telf fi ħdan il-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE sabiex tippermetti u tiffaċilita l-addizzjonalità u l-parteċipazzjoni min-naħa ta’ koinvestituri privati fis-settur tat-trasport.

7.L-Unjoni, l-Istati Membri u investituri oħrajn jistgħu jikkontribwixxu għall-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE, dment li l-Kummissjoni taqbel mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ taħlit u/jew mal-istrateġija ta’ investiment tal-faċilità ta’ taħlit tal-FNE li tista’ tkun neċessarja minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali u sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta jitwettqu proġetti ta’ interess komuni. Dawk ir-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 6(3).

8.L-operazzjonijiet ta’ taħlit appoġġati permezz ta’ faċilità ta’ taħlit tal-FNE għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ maturità u għandhom ifittxu li jkollhom diversifikazzjoni settorjalif’konformità mal-Artikoli 3 u 4, kif ukoll bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri. Huma għandhom:

(a)jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;

(b)iwieġbu għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

(c)jikkontribwixxu, meta possibbli, għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

9.Il-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE għandhom isiru disponibbli u l-operazzjonijiet ta’ taħlit għandhom ikunu magħżula abbażi tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali adottati taħt l-Artikolu 17.

10.L-operazzjonijiet ta’ taħlit fil-pajjiżi terzi jistgħu jkunu appoġġati permezz ta’ faċilità ta’ taħlit tal-FNE jekk dawk l-azzjonijiet ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni.”

(2)fl-Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jkun fil-medda ta’ bejn 80 % sa 95 % tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1).”;

(3)fl-Artikolu 22, ir-raba’ paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu mhijiex obbligatorja għal għotjiet mogħtija fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 283/2014.”.

Artikolu 276

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-finijiet tal-modifika ta’ elementi ta’ programm operattiv li jaqgħu taħt is-subtaqsimiet 3.5 u 3.6 u t-taqsima 4, rispettivament, tal-mudelli tal-programmi operattivi stabbiliti fl-Anness I.

Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ modifika tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien xahar mid-data ta’ dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, li ma għandhiex tkun qabel id-data tal-adozzjoni tagħha.”;

(2)l-Artikolu 23, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.Operazzjoni tista’ tirċievi l-appoġġ minn programm operattiv wieħed jew aktar ikkofinanzjati mill-Fond u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, dment li n-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament għall-Fond ma tkunx iddikjarata għal appoġġ minn strument ieħor tal-Unjoni, jew appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li għandu jiddaħħal f’applikazzjoni għal pagament tal-Fond jista’ jiġi kkalkolat għall-programm jew programmi kkonċernati fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistipula l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.”;

(3)fl-Artikolu 25(3), jiżdied il-punt li ġej:

“(e)regoli għall-applikazzjoni ta’ spejjeż korrispondenti għal kull unità, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa applikabbli taħt politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u benefiċjarju.”;

(4)l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punti (d) u (e) jinbidlu b’dan li ġej:

“(d)l-ispejjeż ta’ organizzazzjonijiet sħab għal ġbir, trasport, ħżin u distribuzzjoni ta’ donazzjonijiet ta’ ikel u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni relatati direttament;

(e)l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ akkumpanjament imwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet sħab li jwasslu l-għajnuna materjali u/jew l-għajnuna materjali bażika direttament jew taħt ftehimiet ta’ kooperazzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu; jew 5 % tal-valur tal-prodotti tal-ikel li jkun sar disponiment minnhom f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3 a.Minkejja l-paragrafu 2, it-tnaqqis tal-ispejjeż eliġibbli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu (2) minħabba nuqqas ta’ konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis tal-ispejjeż eliġibbli ta’ korpi oħrajn kif stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 26(2).”;

(5)l-Artikolu 27, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.Fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, u soġġett għal limitu massimu ta’ 5 % tal-allokazzjoni tal-Fond, fil-mument tal-adozzjoni tal-programm operattiv, il-programm operattiv jista’ jiffinanzja l-miżuri ta’ tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, għajnuna amministrattiva u teknika, awditjar, informazzjoni, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jista’ wkoll jiffinanzja għajnuna teknika u l-bini tal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet sħab.”;

(6)fl-Artikolu 30 (2) ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta l-ammonti mħallsa bi żball lil benefiċjarju għal operazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u dan ikun riżultat ta’ difett jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont imħallas bi żball jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 250 f’kontribuzzjoni mill-Fondi għal operazzjoni f’sena kontabilistika.”;

(7)fl-Artikolu 32(4), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati jkunu twasslu, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm operattiv u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u,

(i)li, fejn l-ispejjeż ikunu jridu jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-Artikolu 25(1), ikun tħallas l-ammont tan-nefqa ddikjarat mill-benefiċjarji b’rabta ma’ dawk l-ispejjeż;

(ii)li, fil-każ ta’ spejjeż rimborżati skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 25(1), ikunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju;”;

(8)l-Artikolu 42, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Id-data tal-iskadenza għall-ħlas imsemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi sospiża mill-awtorità maniġerjali f’wieħed mill-każijiet debitament ġustifikati li ġejjin:

(a)l-ammont tal-pretensjoni għall-ħlas ma jkunx dovut jew id-dokumenti ta’ sostenn adatti, inkluż id-dokumenti meħtieġa għall-verifiki tal-ġestjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(4), ma jkunux ġew ipprovduti;

(b)tkun inbdiet investigazzjoni fir-rigward ta’ irregolarità possibbli li taffettwa n-nefqa kkonċernata.

Il-benefiċjarju kkonċernat għandu jiġi infurmat bil-miktub dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għaliha. Il-bqija taż-żmien li jifdal għall-ħlas għandu jerġa’ jibda jiskorri mid-data li fiha jiġu riċevuti l-informazzjoni jew id-dokumenti mitluba jew li fiha twettqet l-investigazzjoni.”;

(9)l-Artikolu 51, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.Id-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma oriġinali, jew bħala kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali, jew fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni inkluż verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss. Fejn jinżammu dokumenti fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal.”.

Artikolu 277

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 283/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 2(2), il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)servizzi ġeneriċi” tfisser servizzi ta’ pont li jgħaqqdu infrastruttura nazzjonali waħda jew aktar ma’ pjattaforma jew pjattaformi tas-servizzi ċentrali kif ukoll servizzi li jżidu l-kapaċità ta’ Infrastruttura tas-Servizz Diġitali billi jipprovdu aċċess għal faċilitajiet komputazzjonali, ta’ ħżin u ta’ ġestjoni tad-data bi prestazzjoni għolja.”;

(2)l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta’ servizzi diġitali għandhom jiġu appoġġati permezz ta’:

(a)akkwisti;

(b)għotjiet; u/jew

(c)strumenti finanzjarji kif previst fil-paragrafu 5.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4 a.Il-kontribuzzjoni globali mill-baġit tal-Unjoni għall-istrumenti finanzjarji għal infrastrutturi ta’ servizzi diġitali msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-pakkett finanzjarju għas-settur tat-telekomunikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.”;

(3)l-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.Abbażi tal-informazzjoni riċevuta taħt it-tielet paragrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ strumenti finanzjarji. Fejn meħtieġ, L-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħarsa ġenerali ta’ kull sena ta’ dik l-informazzjoni u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”.

Artikolu 278

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.    Programmi ta’ finanzjament stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 377/2014 u (UE) Nru 1285/2013 u mid-Deċiżjoni 2013/743/UE jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-programmi u f’konformità mal-għanijiet u l-objettivi tagħhom. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014. Qabel it-tmiem tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-regoli finanzjarji simplifikati ġodda skont dan il-paragrafu u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tal-qafas għall-appoġġ tal-SST.”.

IT-TIELET PARTI

TITOLU XVII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

Artikolu 275279

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.    L-impenji legali għal għotjiet li jimplimentaw il-baġit taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jistgħu jkomplu jieħdu l-forma ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII applikabbli għal ftehimiet ta’ għotja għandhom japplikaw mutatis mutandis għal deċiżjonijiet ta’ għotja. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-użu ta’ deċiżjonijiet ta’ għoti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020, b’mod partikolari fid-dawl tal-progress li jkun sar fil-firma elettronika u fil-ġestjoni elettronika tal-għotjiet sa dak iż-żmien.

2.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi adottati skont l-Artikolu 124 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu emendati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli skont l-Artikolu 181 ta’ dan ir-Regolament.

23.     Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għal impenji legali assunti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-valutazzjonijiet tal-pilastri eżistenti, il-mudelli ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni u l-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja jistgħu jkomplu japplikaw u għandhom jiġu rieżaminati kif adatt.

4.    Għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG, inkluż appoġġ għal NEETs, li għalihom il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 ma skadiex sal-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk is-servizzi personalizzati previsti għal NEETs humiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-FEG lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2017. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li dan huwa l-każ, hija għandha temenda d-deċiżjonijiet affettwati dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja kif adatt.

 ġdid

3.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur u għal applikazzjoni volontarja, l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 36, il-punt (d) tal-paragrafu 2, il-paragrafi 6, 7 u 8, dwar ir-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi ta’ data dwar ir-riċevituri ta’ fondi u s-sidien benefiċjarji tagħhom u l-użu tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-punteġġ tar-riskju għandhom japplikaw biss għall-programmi adottati fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu.

4.    L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 38, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 6, għandhom japplikaw biss għal programmi adottati skont il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027 u ffinanzjati minnu.

🡻 2018/1046 (adattat)

Artikolu 276280

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jkun rieżaminat kull meta jinsab neċessarju li jsir hekk u fi kwalunkwe każ mill-anqas sentejn qabel tmiem kull qafas finanzjarju pluriennali.

Tali rieżami għandu jkopri, fost l-oħrajn, l-implementazzjoni tat-Titoli VIII u X tal-Ewwel Parti u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 264259.

Artikolu 277281

Tħassir

1.    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012  2018/1046  huwa mħassar b’effett mit-2 ta’ Awwissu 2018. Madankollu, dan għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 282(3).

2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 279(3), il-Kummissjoni għandha tħassar ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 b’effett mit-2 ta’ Awwissu 2018. Madankollu, dak ir-Regolament ta’ Delega għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 282(3).

3.    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 278282

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet  fl-għoxrin  jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.    Għandu japplika minn […]  mit-2 ta’ Awwissu 2018.

3.    Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)l-Artikolu 271(1)(a), l-Artikolu 272(2), l-Artikolu 272(10)(a), l-Artikolu 272(11)(b)(i), (c), (d) u (e), l-Artikolu 272(12)(a), (b)(i) u (c), l-Artikolu 272(14)(c), l-Artikolu 272(15), (17), (18), (22) u (23), l-Artikolu 272(26)(d), l-Artikolu 272(27)(a)(i), l-Artikolu 272 (53) u (54), l-Artikolu 272(55)(b)(i), l-Artikolu 273(3), l-Artikolu 276(2) u l-Artikolu 276(4)(b) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014;

(b)l-Artikolu 272(11)(a) u (f), l-Artikolu 272(13), l-Artikolu 272(14)(b), l-Artikolu 272(16), l-Artikolu 272(19)(a) u l-Artikolu 274(3) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018;

(c)l-Artikoli 6 sa 60, 63 sa 68, 73 sa 207, 241 sa 253 u 264 sa 268 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; dan mingħajr preġudizzju għall-punt (h) ta’ dan il-paragrafu;

(d)il-punt (4) tal-Artikolu 2, l-Artikoli 208 sa 211 u l-Artikolu 214(1) għandhom japplikaw għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja biss mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020;

(e)l-Artikolu 250 għandu japplika għal garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u obbligazzjonijiet kontinġenti biss mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020;

(f)il-punt (6) tal-Artikolu 2, l-Artikolu 21(3)(f), l-Artikolu 41(4)(l), l-Artikoli 62(2), 154(1) u (2), 155(1) sa (4) u l-Artikolu 159 għandhom japplikaw għall-garanziji baġitarji biss sa mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020;

(g)il-punti (9), (15), (32) u (39) tal-Artikolu 2, l-Artikolu 30(1)(g), l-Artikolu 41(5), l-Artikoli 110(3)(h) u 115(2)(c), l-Artikoli 212 u 213, l-Artikolu 214(2), u l-Artikoli 218, 219 u 220 għandhom japplikaw biss mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020;

(h)l-informazzjoni dwar il-medja annwali ta’ ekwivalenti full time msemmija fl-Artikolu 41(3)(b)(iii) u l-informazzjoni dwar l-ammont stmat ta’ dħul assenjat riportat mis-snin preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 41(8)(b) għandhom jiġu pprovduti għall-ewwel darba flimkien mal-abbozz ta’ baġit li għandu jiġi ppreżentat fl-2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2)    2018/C 267 I/01.
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(4)    Appendiċi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (COM(2020) 843 final).
(5)    Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b'self fir-Regolament Finanzjarju (2020/C 444 I/06).
(6)    Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, (COM (2016) 34 final – 2012.0060 (COD)).
(7)    Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2020, T-661/18, Securitec vs il-Kummissjoni, EU:T:2020:319.
(8)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(9)    investigazzjoni konġunta 853/2020/KR
(10)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021) 223 final).
(11)    COM(2022) 184 final.
(12)    ĠU C […], […], p. […].
(13)    ĠU C […], […], p. […].
(14)    ĠU C […], […], p. […].
(15)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(16)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(17)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 11. 
(19)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(20)    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(22)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1).
(23)    Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187. 
(24)    Ir-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ĠU L 185, 26.5.2021, p. 1.
(25)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1–78
(26)    Ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1.
(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa,u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland), ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6.
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Strument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, ĠU L 209, 14.6.2021, p. 79. 
(29)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(30)    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM/2019/640 final. 
(31)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(32)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(33)    Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(35)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(36)    ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(37)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).
(38)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 tat-30 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 15).

(39)

   ** ĠU […], […], p. […].

(40)    Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).
(41)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra.
(42)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(43)    Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(44)    ĠU C 461, 10.12.2016, p. 2.
(45)    ĠU C 438, 19.12.2017, p. 5.
(46)    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
(47)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(48)    Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
(49)    Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(50)    Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(51)    Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
(52)    Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(53)    Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall- Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(54)    Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(55)    Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r- Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(56)    Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
(57)    Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(58)    Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(59)    Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(60)    Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
(61)    Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(62)    Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir- Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(63)    Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(64)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 tat-30 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014, (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 1).
(65)    Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).
(66)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(67)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13. 
(68)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(69)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(70)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) ( ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(71)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(72)    Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
(73)    Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(74)    Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).
(75)    Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(76)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(77)    ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.
(78)    ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
(79)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).
(80)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(81)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(82)    Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(83)    Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6-21)
(84)    Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(85)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(86)    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(87)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(88)    Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).
(89)    Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(90)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(91)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;
(92)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(93)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tal-24 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).
(94)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).”;
(95)    Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).”;
(96)    Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall- Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).;
(97)    (+)    L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jistabbilixxu sistema li żżomm rekord u taħżen id-data dwar il-parteċipanti individwali f’forma kompjuterizzata kif stipulat fl-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-arranġamenti ta’ pproċessar tad-data implimentati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31), b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha.Data rrapportata bl-indikaturi mmarkati b’* hija data personali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur (l-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta’ kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.Data rrapportata bl-indikaturi mmarkati b’** taqa’ f’kategorija speċjali ta’ data skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE. Soġġetti għall-provvista ta’ salvagwardji adatti, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, jistabbilixxu eżenzjonijiet b’żieda ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE, jew permezz tal-liġi nazzjonali jew inkella b’deċiżjoni tal-awtorità superviżorja (l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE).
(98)    (++)    Id-data għandha tinġabar fil-livell ta’ unitajiet amministrattivi iżgħar (unitajiet amministrattivi lokali 2), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).”.
(99)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;
(100)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;

Brussell, 16.5.2022

COM(2022) 223 final

Proposta għal

ANNESSI

għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)




















🡻 2018/1046 (adattat)

ġdid

ANNESS I

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

TAQSIMA 1

Kuntratti qafas u pubbliċità

1.Kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi

1.1.    Kuntratt qafas ma għandux ikun għal aktar minn erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati b’mod partikolari mis-suġġett tal-kuntratt qafas.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jingħataw skont il-kondizzjonijiet tal-kuntratt qafas.

Meta jikkonkludu kuntratti speċifiċi, il-partijiet ma għandhomx jiddevjaw sostanzjalment mill-kuntratt qafas.

1.2.    Meta kuntratt qafas jiġi konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi jingħataw jew jiġu modifikati fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt qafas.

F’tali ċirkustanzi u fejn ikun debitament iġġustifikat, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu bil-miktub lill-kuntrattur biex jissupplimenta l-offerta tiegħu jekk meħtieġ.

1.3.    Fejn kuntratt qafas għandu jiġi konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi (“kuntratt qafas multiplu”), dan jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati ffirmati b’termini identiċi ma’ kull kuntrattur.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas multipli għandhom ikunu implimentati b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)skont it-termini tal-kuntratt qafas: mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kondizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema kuntratturi għandhom iwettquhom;

(b)meta mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati jkunu stabbiliti fil-kuntratt qafas: billi terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, skont il-paragrafu 1.4 u abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)l-istess termini, ifformulati, fejn neċessarju, bi preċiżjoni akbar;

(ii)fejn adatt, fuq il-bażi ta’ termini oħra msemmija fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

(c)parzjalment mingħajr ma tinfetaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni skont il-punt (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost il-kuntratturi skont il-punt (b), fejn dik il-possibilità ġiet stipulata mill-awtorità kontraenti fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

Id-dokumenti tal-akkwist imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jiġu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

1.4.    Kuntratt qafas multiplu bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandu jiġi konkluż ma’ tal-anqas tliet operaturi ekonomiċi, dment li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ offerti ammissibbli kif imsemmi fil-punt 29.3.

Waqt l-għoti ta’ kuntratt speċifiku billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsultahom bil-miktub u tiffissa limitu ta’ żmien li jkun twil biżżejjed li jippermetti li jiġu ppreżentati offerti speċifiċi. Offerti speċifiċi għandhom jiġu ippreżentati bil-miktub. L-awtorità kontraenti għandha tagħti kull kuntratt speċifiku lill-offerent li jkun tefa’ l-aktar offerta speċifika ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fid-dokumenti tal-akkwist marbuta mal-kuntratt qafas.

1.5.    F’setturi soġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u tat-teknoloġija, il-kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandhom jinkludu klawsola dwar rieżami ta’ nofs it-terminu jew dwar sistema ta’ valutazzjoni komparattiva. Wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu, jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża l-kuntratt qafas ikkonċernat u għandha tieħu l-miżuri adatti biex ittemmu.

1.6.    Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn tal-baġit.

2.    Ir-reklamar ta’ proċeduri għal kuntratti b’valur ugwali jew ogħla mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) ta’ dan ir-Regolament jew għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

2.1.    L-avviżi għal pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha stabbilita fil-formoli standard rilevanti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura.

2.2.    L-awtorità kontraenti tista’ tħabbar l-intenzjonijiet tagħha ta’ akkwisti ppjanati għas-sena finanzjarja permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel. Huwa għandu jkopri perijodu li jkun daqs jew inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet).

L-awtorità kontraenti tista’ tippubblika avviż ta’ informazzjoni minn qabel jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq il-profil tax-xerrej tagħha. F’dan il-każ, avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil tax-xerrej għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.3.    L-awtorità kontraenti għandha tibgħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet avviż ta’ għoti fuq ir-riżultati tal-proċedura sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-iffirmar ta’ kuntratt jew kuntratt qafas b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1).

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-avviżi ta’ għoti li jirrigwardaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta’ kull tliet xhur. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat l-avviż ta’ għoti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem ta’ kull perijodu ta’ tliet xhur.

Avviżi ta’ għoti ma għandhomx ikunu ppublikati għal kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas.

2.4.    L-awtorità kontraenti għandha tippubblika avviż ta’ għoti ta’ kuntratt:

(a)qabel ma tikkonkludi kuntratt jew kuntratt qafas b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) u mogħti skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1;

(b)wara li tikkonkludi kuntratt jew kuntratt qafas b’valur daqs il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) jew akbar, inklużi kuntratti mogħtija skont il-punt (a), u il-punti (c) sa (f) u l-punt (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1.

2.5.    L-awtorità kontraenti għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta’ modifika ta’ kuntratt matul it-tul tiegħu fil-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 176172(3) fejn il-valur tal-modifika jkun daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) jew daqs jew akbar mil-limiti definiti fl-Artikolu 182178(1) għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni.

2.6.    Għal proċedura interistituzzjonali, l-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura għandha tkun inkarigata li tapplika miżuri ta’ pubbliċità.

3.    Ir-reklamar ta’ proċeduri għal kuntratti b’valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) ta’ dan ir-Regolament jew għal kuntratti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

3.1.    Proċeduri b’valur stmat tal-kuntratt taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) għandhom jiġu rreklamati b’mezzi adatti. Tali reklamar jinvolvi pubbliċità ex ante adatta fuq l-Internet jew avviż dwar kuntratt jew, għal kuntratti mogħtija skont il-proċedura stabbilita fil-punt 13, il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-proċedura stipulata fil-punt 11 u l-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna stipulata fil-punt 14.4.

3.2.    Għal kuntratti mogħtija skont il-punti (g) u (i) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat lista tal-kuntratti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena finanzjarja segwenti. Fejn l-awtorità kontraenti tkun il-Kummissjoni, dik il-lista tiġi annessa mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 74(9).

3.3.    L-informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt għandha tinkludi l-isem tal-kuntrattur, l-ammont impenjat legalment u s-suġġett tal-kuntratt u, f’każ ta’ kuntratti diretti u kuntratti speċifiċi, din għandha tikkonforma mal-Artikolu 38(3).

L-awtorità kontraenti għandha tippubblika lista ta’ kuntratti fuq is-sit web tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja segwenti:

(a)kuntratti taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1);

(b)kuntratti mogħtija skont il-punt (h) u il-punt (j) sa (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1;

(c)modifikazzjonijiet ta’ kuntratti kif stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 176172(3);

(d)il-modifiki tal-kuntratti kif stipulat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 176172(3), fejn il-valur tal-modifika ikun anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1);

(e)kuntratti speċifiċi f’kuntratt qafas.

Għall-finijiet tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu, l-informazzjoni ppubblikata tista’ tiġi aggregata għal kull kuntrattur għal kuntratti speċifiċi taħt l-istess kuntratt qafas.

3.4.    Għal kuntratti qafas interistituzzjonali, kull awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli għar-reklamar tal-kuntratti speċifiċi tagħha u l-emendi tagħhom skont il-punt 3.3.

4.Pubblikazzjoni ta’ avviżi

4.1.    L-awtorità kontraenti għandha tfassal u tibgħat l-avviżi msemmija fil-punti 2 u 3 b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

4.2.    L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jippubblika l-avviżi msemmija fil-punti 2 u 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn:

(a)sebat ijiem wara d-dispaċċ tagħhom jekk l-awtorità kontraenti tuża sistema elettronika biex jimtlew il-formoli standard imsemmija fil-punt 2.1 u tillimita t-test liberu għal 500 kelma;

(b)12-il jum wara li jintbagħtu fil-każijiet l-oħra kollha.

4.3.    L-awtorità kontraenti għandha tkun kapaċi tipprovdi evidenza tad-data tal-ħruġ.

5.Forom oħra ta’ reklamar

Barra mir-reklamar ipprovdut għalih fil-punti 2 u 3 il-proċeduri ta’ akkwist jistgħu jiġu rreklamati f’kwalunkwe mod ieħor, b’mod partikolari fil-forma elettronika. Kwalunkwe reklamar bħal dan għandu jirreferi għall-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat, u ma għandux jippreċedi l-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, li hu biss hu awtentiku.

Tali reklamar ma għandux jintroduċi l-ebda diskriminazzjoni bejn il-kandidati jew l-offerenti u lanqas ma jista’ jkun fih dettalji ħlief dawk inklużi fl-avviż dwar kuntratt, jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat.

TAQSIMA 2

Proċeduri ta’ akkwist

6.Għadd minimu ta’ kandidati u arranġamenti għan-negozjar

6.1.    Fi proċedura ristretta, u fil-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-punt 13.1 u għal kuntratti mogħtija skont il-punt 14.2, l-għadd minimu ta’ kandidati għandu jkun ħamsa.

6.2.    Fi proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv, sħubija għall-innovazzjoni, riċerka tas-suq lokali skont il-punt (g) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 u proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ valur baxx skont il-punt 14.3, l-għadd minimu ta’ kandidati għandu jkun tlieta.

6.3.    Il-paragrafi 6.1 u 6.2 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a)proċeduri nnegozjati għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna skont il-punt 14.4;

(b)proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel skont il-punt 11 ħlief għal kompetizzjonijiet ta’ disinn skont il-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 u prospetti tas-suq lokali skont il-punt (g) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1.

6.4.    Fejn l-għadd ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jkun anqas mill-għadd minimu speċifikat fil-punti 6.1 u 6.2, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidati li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jagħmlu offerta. L-awtorità kontraenti ma għandhiex tinkludi operaturi ekonomiċi oħra li ma jkunux inizjalment talbu li jipparteċipaw jew li ma jkunux inizjalment mistiedna.

6.5.    Matul in-negozjar, l-awtorità kontraenti għandha tiżgura trattament ugwali lill-offerenti kollha.

Negozjar jista’ jsir fi stadji suċċessivi sabiex jonqos l-għadd ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist. L-awtorità kontraenti għandha tindika jekk mhux ser tuża din l-għażla fid-dokumenti tal-akkwist.

6.6.    Għal kuntratti mogħtija skont il-punti (d) u (g) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 u l-punti 14.2 u 14.3, l-awtorità kontraenti għandha tistieden tal-anqas lill-operaturi ekonomiċi kollha li esprimew interess wara pubbliċità ex ante kif stabbilit fil-punt 3.1 jew prospezzjoni tas-suq lokali jew kompetizzjoni dwar id-disinn.

7.Sħubija għall-innovazzjoni

7.1.    L-għan ta’ sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tax-xogħlijiet, il-fornimenti jew is-servizzi li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni maqbula u l-kostijiet massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u s-sħab.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi t-tlestija tax-xogħlijiet, il-manifattura tal-prodotti jew il-forniment tas-servizzi. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab.

Abbażi ta’ dawk il-miri immedjati, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas l-għadd ta’ sħab billi ttemm il-kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom fid-dokumenti ta’ akkwist.

7.2.    Qabel ma tniedi sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsulta s-suq kif provdut fil-punt 15 sabiex jiġi żgurat li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz ma jkunx jeżisti fis-suq jew bħala attività ta’ żvilupp qrib is-suq.

Għandu jkun hemm konformità mal-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 168164(4) u fil-punt 6.5.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tiddeskrivi l-ħtieġa għal prodotti, servizzi jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu ssodisfati billi jinxtraw prodotti, servizzi jew xogħlijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ dik id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi. L-informazzjoni prevista għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

L-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta’ innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew aktar li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.

Il-kuntratti għandhom jingħataw biss fuq il-bażi tal-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità kif stabbilit fl-Artikolu 171167(4).

7.3.    Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Fil-qafas ta’ sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb mingħajr il-qbil tiegħu.

L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirriflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi għandu jkun proporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

8.Kompetizzjonijiet dwar id-disinn

8.1.    Kompetizzjonijiet dwar id-disinn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar il-pubbliċità stabbiliti fil-punt 2 u jistgħu jinkludu l-għoti ta’ premjijiet.

Fejn il-kompetizzjonijiet dwar id-disinn huma limitati għal għadd limitat ta’ kandidati, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji.

L-għadd ta’ kandidati mistiedna sabiex jipparteċipaw għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

8.2.    Il-ġurija għandha tinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Hija għandha tkun magħmula esklużivament minn persuni fiżiċi li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-kandidati fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari minn kandidati f’kompetizzjoni, mill-anqas terz tal-membri tal-ġurija għandu jkollhom l-istess kwalifika jew waħda ekwivalenti.

Il-ġurija għandha tkun awtonoma fl-opinjonijiet tagħha. L-opinjonijiet tagħha għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-proġetti ppreżentati lilha b’mod anonimu mill-kandidati u fid-dawl biss tal-kriterji stipulati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.

8.3.    Il-proposti tal-ġurija, abbażi tal-merti ta’ kull proġett individwali, u l-klassifikazzjoni u r-rimarki tagħha, għandhom jiġu rreġistrati f’rapport iffirmat mill-membri tagħha.

Il-kandidati għandhom jibqgħu anonimi sakemm il-ġurija tkun tat l-opinjoni tagħha.

Il-kandidati jistgħu jintalbu mill-ġurija sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet irreġistrati fir-rapport biex jiċċaraw proġett. Għandu jsir rapport sħiħ tad-djalogu li jirriżulta.

8.4.    L-awtorità kontraenti għandha tieħu deċiżjoni ta’ għotja li tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kandidat magħżul u r-raġunijiet għall-għażla, b’referenza għall-kriterji mħabbra fl-avviż dwar il-kompetizzjoni, speċjalment jekk l-għażla tiddevja mill-proposti magħmula fl-opinjoni tal-ġurija.

9.Sistema dinamika ta’ xiri

9.1.    Sistema dinamika ta’ xiri tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu fil-kategorija kkonċernata. F’dak il-każ, għandhom jiġu definiti kriterji tal-għażla għal kull kategorija.

9.2.    L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti ta’ akkwist tagħha n-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst u l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-sistema ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kollegament tekniku.

9.3.    Matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, l-awtorità kontraenti għandha tagħti, lil kull operatur ekonomiku, il-possibilità li jitlob biex jipparteċipa fis-sistema. Hija għandha tlesti l-evalwazzjoni tagħha ta’ tali talbiet fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mir-riċezzjoni tagħhom. Dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża għal 15-il jum ta’ xogħol fejn ikun iġġustifikat. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’  iżda tista’ testendi l-perijodu ta’ evalwazzjoni dment li sadanittant ma tinħareġ l-ebda sejħa għall-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tgħarraf lill-kandidat malajr kemm jista’ jkun dwar jekk ġiex ammess jew le fis-sistema dinamika ta’ xiri.

9.4.    L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-offerenti ammessi kollha ammessi fis-sistema fil-kategorija rilevanti biex jitfgħu offerta fi żmien raġonevoli. Fejn is-sistema dinamika tax-xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-awtorita kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti kollha li jkun ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat sabiex jissottomettu offerta.

L-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt lill-offerent li jkun tefa’ l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż dwar kuntratt. Jekk adatt dawk il-kriterji jistgħu jiġu fformulati b’mod aktar preċiż fid-dokumenti tal-akkwist  fl-istedina għal offerti.

9.5.    L-awtorità kontraenti għandha tindika l-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fl-avviż dwar kuntratt.

Sistema dinamika ta’ xiri ma għandhiex iddum għal aktar minn erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati debitament.

L-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża din is-sistema biex twaqqaf, tillimita, jew twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

10.Djalogu kompetittiv

10.1.    L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha, il-kriterji tal-għoti u skeda ta’ żmien indikattiva fl-avviż dwar kuntratt jew f’dokument deskrittiv.

Hija għandha tagħti l-kuntratt lill-offerta li toffri l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità.

10.2.    L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ djalogu mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi l-aktar adatti sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha. Hija tista’ tiddiskuti l-aspetti kollha tal-akkwist mal-kandidati magħżula matul dak id-djalogu iżda ma tistax tbiddel il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha u l-kriterji tal-għoti kif previst fil-punt 10.1.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost l-offerenti kollha u ma għandhomx jikxfu s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn offerent mingħajr il-qbil tiegħu li jirrinunzja għall-kunfidenzjalità.

Id-djalogu kompetittiv jista’ jsir fi stadji suċċessivi bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi billi japplikaw il-kriterji tal-għoti mħabbra jekk dik il-possibbiltà tiġi prevista fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

10.3.    L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

Wara li jinfurmaw lill-offerenti li jifdal dwar il-konklużjoni tad-djalogu, l-awtorità kontraenti għandha titlob lil kull wieħed minnhom biex jippreżentaw l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għall-prestazzjoni tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawk l-offerti finali jistgħu jiġu ċċarati, speċifikati u mtejba dment li dan ma jinvolvix bidliet sostanzjali fl-offerta jew fid-dokumenti tal-akkwist.

L-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja mal-offerent li jkun tefa’ l-offerta bl-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità biex tikkonferma l-impenji li jinsabu fil-offerta, dment li dan ma jwassalx għal bidla f’aspetti importanti tal-offerta u ma joħloqx riskju ta’ distorsjoni fil-kompetizzjoni jew jikkawża diskriminazzjoni.

10.4.    L-awtorità kontraenti tista’ tispeċifika l-pagamenti li għandhom isiru lill-kandidati magħżula li jieħdu sehem fid-djalogu.

11.Użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt

11.1.    Fejn l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, hija għandha tikkonforma mal-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 168164(4) u fil-punt 6.5.

L-awtorità kontraenti tista’ tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, irrispettivament mill-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn l-ebda offerta, jew l-ebda offerta xierqa, jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba xierqa għall-parteċipazzjoni kif previst fil-punt 11.2 ma tkun ġiet sottomessa bi tweġiba għal:

(i)proċedura miftuħa; jew 

(ii) proċedura ristretta;

ġdid

(iii) proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar fejn jiġi ppubblikat avviż dwar kuntratt

🡻 2018/1046

wara li dik il-proċedura tkun tlestiet, dment li d-dokumenti oriġinali tal-akkwist ma jinbidlux b’mod sostanzjali;

(b)fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn operatur ekonomiku wieħed skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 11.3 u għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew ta’ rappreżentazzjoni artistika unika;

(ii)hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inklużi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom jiġu żgurati;

(c)sa fejn hu strettament meħtieġ meta, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevedibbli, ma jkunx possibbli li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien stabbiliti fil-punti 24, 26 u 4241 u meta l-ġustifikazzjoni ta’ tali urġenza estrema mhix attribwibbli għall-awtorità kontraenti.;

ġdid

Wara dikjarazzjoni ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 164(6), l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistgħu jiddependu fuq tali dikjarazzjoni ta’ kriżi biss jekk il-proċedura speċifika ta’ akkwist tkun iġġustifikata minn sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta mill-kriżi.

🡻 2018/1046

(d)fejn kuntratt ta’ servizz isegwi kompetizzjoni dwar id-disinn u huwa għandu jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa; fil-każ ta' diversi rebbieħa, ir-rebbieħa kollha għandhom jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati;

(e)għal servizzi jew xogħlijiet ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ servizzi jew xogħlijiet simili fdati lill-operatur ekonomiku li lilu l-istess awtorità kontraenti tkun tat kuntratt oriġinali, sakemm dawk is-servizzi jew xogħlijiet jikkonformaw ma’ proġett bażiku li għalih il-kuntratt oriġinali ingħata wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 11.4;

(f)għal kuntratti ta’ provvista:

(i)għal konsenji addizzjonali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet jew bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet li diġà jeżistu, fejn bdil tal-fornitur jobbliga lill-awtorità kontraenti biex takkwista provvisti li jkollhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manteniment; meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti f'isimhom, it-tul ta' tali kuntratti ma jistax jaqbeż it-tliet snin;

(ii)fejn il-prodotti involuti jkunu manifatturati purament għall-finijiet ta’ riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; madankollu, tali kuntratti ma għandhomx jinkludu l-produzzjoni ta' kwantità sabiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew sabiex jiġu rkuprati l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp;

(iii)għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;

(iv)għax-xiri ta’ provvisti b’termini partikolarment vantaġġużi, jew mingħand operatur ekonomiku li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu, jew mil-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġi nazzjonali;

ġdid

(v) għax-xiri ta’ mediċini għall-użu mill-bniedem jew kontromiżuri mediċi kif ukoll għal prodotti li jippermettu l-qerda jew it-trażżin ta’ ċertu mard tal-annimali, żoonożi u pesti ta’ kwarantina tal-pjanti, dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: dawn il-prodotti huma innovattivi, mhumiex faċilment disponibbli fis-suq jew hemm bżonn li tiġi adottata soluzzjoni faċilment disponibbli.

🡻 2018/1046

ġdid

(g)għal kuntratti ta’ bini, wara stħarriġ tas-suq lokali;

(h)għal kuntratti għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)rappreżentazzjoni legali minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE 1 f’arbitraġġ jew konċiljazzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji;

(ii)parir legali mogħti bi tħejjija għall-proċedimenti msemmija fil-punt (i), jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;

(iv)servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(i)għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat b’miżuri speċjali ta’ sigurtà, skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni titlob dan, dment li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta’ miżuri oħrajn; tali miżuri jistgħu jikkonsistu f'rekwiżiti għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni li l-awtorità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta' akkwist;

(j)għal servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra fis-sens tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(jk)self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-ħruġ, bejgħ, xiri jew trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra fis-sens tad-Direttiva 2014/65/UE;

(kl)għax-xiri ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 2002/21/EC (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 ;

(lm)servizzi pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 160(1) jew organizzazzjonij ta’ Stat Membru, fejn din ma tistax tipparteċipa fi proċeduri kompetittivi skont l-istatut jew att ta’ stabbiliment tagħha;.

ġdid

(m) fejn ikun ġie deċiż li tinfetaħ delegazzjoni ġdida tal-Unjoni f’pajjiż terz jew li tinfetaħ mill-ġdid delegazzjoni wara għeluq temporanju, għall-kuntratti kollha mogħtija mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew mogħtija esklussivament fl-interess ta’ dawn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, matul l-ewwel sena wara d-data ta’ tali deċiżjoni.

🡻 2018/1046 (adattat)

ġdid

11.2.    Offerta għandha titqies mhux xierqa meta ma tkunx relatata mas-suġġett tal-kuntratt. Offerta għandha titqies bħala mhux adatta meta ma jkollhiex x’taqsam mas-suġġett tal-kuntratt jew u talba għall-parteċipazzjoni għandha titqies mhux adegwata meta l-operatur ekonomik parteċipant ma jkollux aċċess għall-akkwist imsemmi fl-Artikoli 180, 181 u 183, ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 139136(1) jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla.

11.3.    L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (b)(ii) u (iii) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta’ limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri meta jiġi definit l-akkwist.

11.4.    Fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1, il-proġett bażiku għandu jindika l-limitu ta’ xogħlijiet jew servizzi ġodda possibbli u l-kondizzjonijiet li taħthom ser jingħataw. Hekk kif il-proġett bażiku jkun tqiegħed għall-offerta, għandu jiġi żvelat l-użu possibbli ta’ proċedura nnegozjata, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu applikati l-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) jew fl-Artikoli 182178(1) fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti f’isimhom stess, dik il-proċedura għandha tintuża biss matul il-prestazzjoni tal-kuntratt oriġinali u mhux aktar tard mit-tliet snin ta’ wara l-konklużjoni tiegħu.

12.Użu ta’ proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv

12.1.    Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 168164(4) u fil-punt 6.5. L-awtorità kontraenti tista’ tuża dawk il-proċeduri jkun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn bi tweġiba għal proċedura miftuħa jew ristretta, tressqu biss offerti irregolari jew inaċċettabbli, kif speċifikat fil-punti 12.2 u 12.3, wara li dik il-proċedura tkun tlestiet, sakemm id-dokumenti tal-akkwist oriġinali ma jinbidlux sostanzjalment;

(b)fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i)fejn il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta’ soluzzjoni faċilment disponibbli;

(ii)ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;

(iii)il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, mal-kumplessità jew mal-forma legali jew finanzjarja tal-kuntratt jew ir-riskji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt;

(iv)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b’referenza għal xi standard, kif stipulat fil-punt 17.43;

(c)għal kuntratti ta’ konċessjoni;

(d)għall-kuntratti ta’ servizzi msemmija fl-Anness XIV mad-Direttiva 2014/24/UE;

(e)għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp ħlief dawk koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 sakemm il-benefiċċji ma jakkumulawx esklużivament lill-awtorità kontraenti sabiex tużahom fit-twettiq tal-affarijiet tagħha, jew sakemm is-servizz ipprovdut ma jitħallasx b’mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

(f)għal kuntratti ta’ servizz għall-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għal programm maħsub għal servizzi tal-media awdjoviżiva kif definit fid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jew għal servizzi tal-media tar-radju jew kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi.

12.2.    Offerta għandha titqies bħala irregolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-offerta ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(b)meta ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 172168(3);

(c)meta l-offerent huwa miċħud skont il-punti (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 144141(1);

(d)meta l-awtorità kontraenti ddikjarat li l-offerta hija baxxa wisq.

12.3.    Offerta għandha titqies inaċċettabbli fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-prezz tal-offerta jeċċedi l-baġit massimu tal-awtorità kontraenti kif iddeterminat u ddokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist;

(b)meta l-offerta tonqos milli tissodisfa l-livelli minimi ta’ kwalità għal kriterji ta’ għoti.

12.4.    Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-punt 12.1, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż dwar kuntratt jekk fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar tinkludi lil dawk l-offerenti kollha li ssodisfaw il-kriterji ta’ esklużjoni u għażla ħlief dawk li jkunu ppreżentaw offerta ddikjarata bħala baxxa wisq.

13.Proċedura li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta’ interess

13.1.    Għal kuntratti b’valur taħt il-limitu minimu msemmi fl-Artikolu 179175(1) jew l-Artikolu 182178(1), u mingħajr preġudizzju għall-punti 11 u 12, l-awtorità kontraenti tista’ tuża sejħa għal espressjoni ta’ interess biex tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)preselezzjoni tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jippreżentaw offerti bi tweġiba għal sejħiet għall-offerti futuri ristretti;

(b)ġbir ta’ lista ta’ bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti.

13.2.    Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjoni ta’ interess għandha tkun valida għal mhux aktar minn erba’ snin minn meta l-avviż imsemmi fil-punt 3.1 ikun ippubblikat.

Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tinkludi listi sekondarji.

Kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jesprimi l-interess tiegħu fi kwalunkwe waqt matul il-perijodu ta’ validità tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta’ dak il-perijodu.

13.3.    Fejn ikun irid jingħata kuntratt, l-awtorità kontraenti tistieden lill-kandidati jew lill-bejjiegħa kollha mdaħħla fil-lista jew fil-lista sekondarja rilevanti biex jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)jippreżentaw offerta fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-punt 13.1;

(b)jippreżentaw, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-punt 13.1, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)offerti li jinkludu dokumenti relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u tal-għażla;

(ii)dokumenti relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u tal-għażla u, fit-tieni pass, offerti, għal dawk li jissodisfaw dawk il-kriterji.

14.Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna

14.1.    Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata skont l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 168164(4) u fil-punt 6.5. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li għandhom jagħmlu offerta inizjali.

14.2.    Kuntratt ta’ valur ogħla minn EUR 60 000 u taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1) għandhom jitqiesu bħala ta’ valur medju. Għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni jew esklużivament fl-interess tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, kuntratt ta’ valur li jaqbeż EUR 100 000 u inqas minn EUR 300 000 għandu jitqies ta’ valur medju. Il-punti 3.1, 6.1 u 6.4 għandhom japplikaw għal tali kuntratti.

14.3.    Kuntratt ta’ valur li ma jaqbiżx EUR 60 000 , jew EUR 100 000 għal kuntratti mogħtija minn delegazzjonijiet tal-Unjoni jew esklużivament fl-interess tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi , iżda li jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt 14.4, għandu jitqies ta’ valur baxx. Il-punti 3.1, 6.2 u 6.4 għandhom japplikaw għal tali kuntratti.

14.4.    Kuntratt ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 15000 għandu jitqies bħala ta’ valur baxx ħafna. Il-punt 6.3 għandu japplika għal tali kuntratti.

14.5.    Il-pagamenti ta’ ammonti li ma jaqbżux EUR 1 000   , jew EUR 20 000 għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, fir-rigward ta’ elementi ta’ nfiq jistgħu jsiru sempliċiment bħala pagament kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel.

15.Konsultazzjoni preliminari tas-suq

15.1.    Għal konsultazzjoni preliminari tas-suq, l-awtorità kontraenti tista’ tfittex jew taċċetta parir minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn operaturi ekonomiċi. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

15.2.    Fejn operatur ekonomiku jkun ta parir lill-awtorità kontraenti jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adatti kif stipulat fl-Artikolu 144141sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta mill-parteċipazzjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku fil-proċedura tal-għoti.

16.Dokumenti tal-akkwist

16.1.    Id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)jekk applikabbli, avviż ta’ kuntratt jew miżura oħra ta’ reklamar kif previst fil-punti 2 sa 5;

(b)l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jew id-dokumenti deskrittivi, fil-każ ta’ proċedura ta’ djalogu kompetittiv, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji rilevanti;

(d)l-abbozz ta’ kuntratt ibbażat fuq il-kuntratt mudell.

Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ġġustifikati sew, ma jkunx jista’ jintuża l-kuntratt mudell.

16.2.    L-istedina għall-offerti għandha:

(a)tispeċifika r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-offerti, inkluż b’mod partikolari l-kondizzjonijiet li jinżammu kunfidenzjali sakemm jinfetħu, id-data ta’ għeluq u ż-żmien għar-riċevuta u l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu jew jiġu kkonsenjati jew l-indirizz tal-Internet f’każ ta’ preżentazzjoni elettronika;

(b)tiddikjara li l-preżentazzjoni ta’ offerta timplika l-aċċettazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fid-dokumenti ta’ akkwist u li tali preżentazzjoni torbot lill-kuntrattur li lilu jingħata l-kuntratt, waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(c)tispeċifika l-perijodu li matulu l-offerta tibqa’ valida u ma għandhiex tkun modifikata fl-ebda rigward;

(d)tipprojbixxi kwalunkwe kuntatt bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti matul il-proċedura, ħlief, b’mod eċċezzjonali, bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 173169, u, fejn isir provvediment għal żjara fuq il-post, tispeċifika l-arranġamenti għal tali żjara;

(e)tispeċifika l-mezz ta’ prova għall-konformità mad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(f)tiddikjara li l-preżentazzjoni ta’ offerta timplika l-aċċettazzjoni li waslet notifika tal-eżitu tal-proċedura permezz ta’ mezzi elettroniċi.

16.3.    L-ispeċifikazzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)il-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla;

(b)il-kriterji tal-għoti u l-piż relattiv tagħhom jew, fejn għal raġunijiet oġġettivi dan ma jkunx possibbli, l-ordni li dejjem tonqos ta’ importanza, li għandha tapplika wkoll għal varjanti jekk jiġu awtorizzati fl-avviż dwar kuntratt;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt 17;

(d)jekk il-varjanti huma awtorizzati, ir-rekwiżiti minimi li huma għandhom jissodisfaw;

(e)informazzjoni dwar jekk japplikax il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, jew, fejn adatt, il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari;

(f)l-evidenza tal-aċċess għall-akkwist;

(fg)ir-rekwiżit li jiġi indikat f’liema pajjiż huma stabbiliti l-offerenti u li tiġi ppreżentata , meta rikjesta, l-evidenza ta’ sostenn normalment aċċettabbli skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż;

(gh)fil-każ ta’ sistema dinamika ta’ xiri jew ta’ katalgi elettroniċi, informazzjoni dwar it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjoni tekniċi meħtieġa.

16.4.    L-abbozz ta’ kuntratt għandu:

(a)jispeċifika d-danni likwidati għan-nuqqas ta’ konformità mal-klawsoli tiegħu;

(b)jispeċifika d-dettalji li jridu jiġu inklużi fil-fatturi u fid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti skont l-Artikolu 112111;

(c)jiddikjara li, meta istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu kuntratti f’isimhom stess, il-liġi li tapplika għall-kuntratt hija d-dritt tal-Unjoni u fejn ikun hemm bżonn, ikkomplementata mil-liġi nazzjonali jew, jekk ikun meħtieġ għal kuntratti ta’ kostruzzjoni, il-liġi nazzjonali esklużivament;

(d)jispeċifika l-qorti kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim;

(e)jispeċifika li l-kuntrattur għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mill-konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE;

(f)jispeċifika jekk it-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hux ser ikun meħtieġ;

(g)jiddikjara li l-prezz ikkwotat fl-offerta huwa fiss u mhux revedibbli, jew jistabbilixxi l-kondizzjonijiet jew il-formuli għar-reviżjoni tal-prezzijiet matul il-ħajja tal-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, jekk reviżjoni tal-prezzijiet hija stabbilita fil-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tqis b’mod partikolari:

(a)is-suġġett tal-akkwist u s-sitwazzjoni ekonomika li fiha jkun qiegħed isir;

(b)it-tip ta’ kompiti u kuntratt u d-durata tagħhom;

(c)l-interessi finanzjarji tal-awtorità kontraenti.

Il-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt jistgħu jiġu rinunzjati għal kuntratti ffirmati skont il-punt (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1.

17.Speċifikazzjonijiet tekniċi

17.1.    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali tal-atturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist għall-kompetizzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jinkludu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, inkluż rekwiżiti minimi, b’tali mod li jissodisfaw l-użu li għalih ikunu maħsuba mill-awtorità kontraenti.

17.2.    Il-karatteristiċi msemmija fil-punt 17.1 jistgħu jinkludu kif adatt:

(a)il-livelli ta’ kwalità;

(b)il-prestazzjoni ambjentali u l-prestazzjoni klimatika;

(c)għal xiri maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, il-kriterji dwar l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt;

(cd)il-livelli u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità;

(de)il-prestazzjoni jew l-użu ta’ provvista;

(ef)is-sigurtà jew il-qisien, inkluż, għall-provvisti, l-isem tal-bejgħ u l-istruzzjonijiet għall-utenti, u, għall-kuntratti kollha, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar, il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni;

(fg)għall-kuntratti ta’ xogħlijiet, il-proċeduri relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità u r-regoli relatati mad-disinn u l-ipprezzar, il-kondizzjonijiet tal-ittestjar, l-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u l-metodi jew it-tekniki tal-kostruzzjoni u l-kondizzjonijiet tekniċi l-oħra kollha li l-awtorità kontraenti hija f’pożizzjoni li tippreskrivi f’regolamenti ġenerali jew speċifiċi fir-rigward tax-xogħlijiet lesti u għall-materjali jew il-partijiet li jinvolvu.

ġdid

17.3. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu fformulati biex jinkludu, għax-xiri kollu maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati;

(a)Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom. B’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2019/882, ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2019/882 għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà obbligatorji skont it-tifsira tal-paragrafi preċedenti.

(b)Kwalunkwe prodott jew servizz, li l-karatteristiċi, l-elementi jew il-funzjonijiet tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2019/882 għandu jkun preżunt li jissodisfa l-obbligi rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-aċċessibbiltà, għal dawk il-karatteristiċi, l-elementi jew il-funzjonijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

🡻 2018/1046

ġdid

17.43.    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu fformulati b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)f’ordni ta’ preferenza, b’referenza għal standards Ewropej, il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew, f’nuqqas ta’ dan, l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’;

(b)f’termini tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew ta’ funzjoni, inkluż il-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri huma preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu li l-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u biex jippermettu li l-awtorità kontraenti tagħti l-kuntratt;

(c)b’taħlita tal-metodi msemmija fil-punti (a) u (b).

17.54.    Fejn l-awtorità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fil-punt (a) tal-punt 17.43, hija ma tistax tiċħad offerta fuq l-argument li din ma tkunx tikkonforma ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet ladarba l-offerent jew il-kandidat juri, b’mezz adatt, li l-offerta tissodisfa, b’mod ekwivalenti, ir-rekwiżiti definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

17.65.    Fejn l-awtorità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt (b) tal-punt 1743 biex tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti tal-prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali, ma għandhiex tiċħad offerta li tikkonforma ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, standard internazzjonali jew sistemi ta’ referenza teknika stabbiliti minn korp ta’ standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ eżekuzzjoni jew funzjonali li hi tkun stabbiliet.

L-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adatt, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħaq ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew dawk funzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

17.76.    Fejn awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn speċifiċi, hija tista’ teħtieġ tikketta speċifika jew rekwiżiti speċifiċi minn tikketta, sakemm il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adatti sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ xiri;

(b)ir-rekwiżiti tat-tikketta jiġu bbażati fuq kriterji verifikabbli b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorji;

(c)it-tikketti jiġu stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha;

(d)it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)ir-rekwiżiti tat-tikketta jiġu stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test jew ċertifikat bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mad-dokumenti ta’ akkwist minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 jew korp ekwivalenti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

17.87.    L-awtorità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħra ta’ prova differenti minn dawk imsemmija fil-punt 17.76, bħal dossier tekniku tal-manifattur, meta l-operatur ekonomiku ma kellu l-ebda aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma kellu l-ebda possibbiltà li jiksibhom jew li jikseb tikketta speċifika fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku u dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jiġu pprovduti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti.

17.98.    Sakemm dan ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifika, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal trademarks, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti prodotti u ċerti operaturi ekonomiċi.

Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni ddettaljata u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt. Tali referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

18.Kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla

18.1.    Għall-fini tal-Artikolu 140137, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) imsemmi fid-Direttiva 2014/24/UE, jew, jekk dan mhux possibbli, dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata u datata.

Operatur ekonomiku jista’ jerġa’ juża d-Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew , jew dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata u ddatata, li jkun diġà ntuża fi proċedura preċedenti, dment li l-operatur ekonomiku jikkonferma li l-informazzjoni li fih għadha korretta.

ġdid

L-offerent rebbieħ preżunt għandu jipprovdi, f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kontraenti u qabel l-għoti tal-kuntratt, l-evidenza li mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 139(1), li tikkonferma d-DEUA jew id-dikjarazzjoni fuq l-unur fil-każijiet li ġejjin:

(a)    għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet, b’valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 179(1);

(b)    b’eċċezzjoni għall-punt (a), għal kuntratti fil-qasam tal-azzjoni esterna b’valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fil-punt 39.2(a) u għal kuntratti mogħtija mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew fl-interess tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi b’valur ta’ EUR 300 000 jew aktar.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-offerent rebbieħ preżunt jipprovdi, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt iżda qabel l-iffirmar tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fit-tielet subparagrafu, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

🡻 2018/1046

ġdid

18.2.    L-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji ta’ selezzjoni fid-dokumenti tal-akkwist, il-livelli minimi ta’ kapaċità u l-evidenza meħtieġa biex tingħata prova ta’ dik il-kapaċità. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.

Fid-dokumenti tal-akkwist l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-għażla filwaqt li jittieħed kont tal-punt 18.6.

Fejn kuntratt huwa maqsum f’lottijiet, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi livelli minimi ta’ kapaċitàgħal kull lott. Hija tista’ tistipula livelli minimi addizzjonali ta’ kapaċità f’każijiet fejn bosta lottijiet jingħataw lill-istess kuntrattur.

18.3.    Fir-rigward tal-kapaċità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku jissodisfa mill-anqas waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a)jiġi rreġistrat f’reġistru professjonali jew kummerċjali rilevanti, ħlief meta l-operatur ekonomiku jkun organizzazzjoni internazzjonali;

(b)għal kuntratti ta’ servizz, ikollu awtorizzazzjoni partikolari li turi li huwa awtorizzat li jwettaq il-kuntratt fil-pajjiż tal-istabbiliment tiegħu jew li jkun membru ta’ organizzazzjoni professjonali speċifika.

18.4.    Meta tirċievi talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-DEAU jew, fin-nuqqas ta’ dak, dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li l-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Ir-rekwiżit tal-preżentazzjoni ta’ DEAU jew ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur tista’ ma ssirx għal kuntratt ta’ valur baxx ħafna.

L-awtorità kontraenti tista’, fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jippreżentaw dikjarazzjoni aġġornata jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.

L-awtorità kontraenti għandha, , kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti, titlob lill-kandidati jew lill-offerenti magħżula biex jippreżentaw dokumenti ta’ sostenn aġġornati jew titlob lill-offerent rebbieħ preżunt biex jissottometti dokumenti ta’ sostenn aġġornati qabel id-deċiżjoni tal-għoti, ħlief fejn din tkun diġà rċeviethom għall-finijiet ta’ proċedura oħra u sakemm id-dokumenti għadhom aġġornati jew hija tista’ taċċessahom f’bażi tad-data nazzjonali mingħajr ħlas.

ġdid

B’deroga mit-tielet subparagrafu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema li tirriżulta minn kriżi, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi li l-offerent rebbieħ preżunt jipprovdi, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt iżda qabel l-iffirmar tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fil-punt 18.4, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164(6).

L-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-operaturi ekonomiċi, u, fejn xieraq, l-entitajiet li l-operatur ekonomiku bi ħsiebu jiddependi fuq il-kapaċità tagħhom, kif ukoll is-sottokuntratturi previsti, jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tikkonferma n-nuqqas ta’ interessi kunfliġġenti professjonali u, fuq talba tal-awtorità kontraenti, meta jkun meħtieġ jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

🡻 2018/1046 (adattat)

ġdid

18.5.    L-awtorità kontraenti tista’, skont il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx evidenza tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi fil-każijiet li ġejjin:

(a)proċeduri għal kuntratti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess, b’valur li ma jaqbiżx il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1);

(b)proċeduri għal kuntratti mogħtija fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, b’valur li ma jaqbiżx il-limiti minimi msemmija fl-Artikolu 182178(1);

(c)proċeduri għal kuntratti mogħtija skont il-punti (b), (e), (f)(i) u (iv), (h) u (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1.

Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi, ma għandu jsir l-ebda prefinanzjament ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt

18.6.    Fejn adatt li jagħmel dan u għal kuntratt partikolari, operatur ekonomiku jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, hi x’inhi n-natura legali tar-rabtiet li huwa jkollu magħhom. F’dan il-każ, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-mezzi meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet għal dan l-effett.

Fir-rigward ta’ kriterji tekniċi u professjonali, operatur ekonomiku għandu jiddependi biss fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta dawn tal-aħħar ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawk il-kapaċitajiet.

Fejn operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

L-awtorità kontraenti tista’ titlob informazzjoni mingħand l-offerent dwar kwalunkwe parti tal-kuntratt li l-offerent għandu f’moħħu li jissottokuntratta u dwar l-identità ta’ kwalunkwe sottokuntrattur.

Għal xogħlijiet jew servizzi pprovduti f’faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-kuntrattur jindika l-ismijiet, il-kuntatti u r-rappreżentanti awtorizzati tas-sottokuntratturi kollha involuti fil-prestazzjoni tal-kuntratt.

18.7.    Meta s-sottokuntrattar jirrappreżenta parti sinifikanti tal-kuntratt, L-awtorità kontraenti għandha tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku għandu l-intenzjoni li jiddependi , kemm jekk huma sottokuntratturi kif ukoll jekk mhumiex, , u s-sottokuntratturi previsti jissodisfawx il-kriterji rilevanti tal-għażla.

L-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li ma jissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti.

18.8.    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ installazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew minn parteċipant fil-grupp, fejn l-offerta tkun ippreżentata minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi.

18.9.    L-awtorità kontraenti ma tistax tesiġi li grupp ta’ operaturi ekonomiċi jkollu forma legali partikolari sabiex jitfa’ offerta jew jitlob li jieħu sehem, iżda l-grupp magħżul jista’ jintalab jadotta forma legali partikolari wara li jkun ingħatalu l-kuntratt jekk tali bidla tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt.

19.Kapaċità ekonomika u finanzjarja

19.1.    Biex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja biex jeżegwixxu l-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi b’mod partikolari li:

(a)l-operaturi ekonomiċi jkollhom ċertu fatturat annwali minimu, inkluż ċertu fatturat minimu fil-qasam kopert mill-kuntratt;

(b)l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom li turi l-proporzjonijiet bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;

(c)l-operaturi ekonomiċi jipprovdu livell adegwat ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fatturat annwali minimu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-valur annwali stmat tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament iġġustifikati marbuta man-natura tax-xiri, li l-awtorità kontraenti għandha tispjega fid-dokumenti tal-akkwist.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti għandha tispjega l-metodi u l-kriterji għal tali proporzjonijiet fid-dokumenti tal-akkwist.

19.2.    Fil-każ ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-fatturat annwali massimu għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta’ kuntratti speċifiċi li ser jingħataw skont dik is-sistema.

19.3.    L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħha. Hija tista’ titlob b’mod partikolari dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a)dikjarazzjonijiet adatti minn banek, jew, fejn adatt, prova tal-assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali rilevanti;

(b)rapporti finanzjarji jew siltiet minnhom għal perijodu ugwali għall-aħħar tliet snin finanzjarji, jew anqas minnhom, li għalihom ikunu ngħalqu l-kontijiet;

(c)dikjarazzjoni tal-fatturat kumplessiv tal-operatur ekonomiku u, fejn adatt, tal-fatturat fil-qasam kopert mill-kuntratt għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli.

Jekk, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista’ jagħti prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.

20.Kapaċità teknika u professjonali

20.1.    L-awtorità kontraenti għandha tivverifika li l-kandidati jew l-offerenti jissodisfaw il-kriterji minimi tal-għażla li jikkonċernaw il-kapaċità teknika u professjonali f’konformità mal-punti 20.2 sa 20.5. L-awtorità kontraenti għandha tivvaluta wkoll l-eżistenza ta’ interessi kunfliġġenti professjonali msemmija fil-punt 20.6 abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ interessi kunfliġġenti professjonali u, meta rilevanti, it-talba tal-awtorità kontraenti għal informazzjoni addizzjonali skont il-punt 18.4.  

20.2.    L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità teknika u professjonali tagħha. Hija tista’ titlob ,b’mod partikolari, dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a)għal xogħlijiet, għal provvisti li jeħtieġu operazzjonijiet jew servizzi ta’ tqegħid jew installazzjoni, informazzjoni dwar il-kwalifiki edukattivi u professjonali, il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien espert tal-persuni responsabbli għall-prestazzjoni;

(b)lista ta’ dawn li ġejjin:

(i)is-servizzi prinċipali mogħtija u l-provvisti kkonsenjati matul l-aħħar tliet snin, bit-totali, id-dati u l-klijenti, pubbliċi jew privati akkumpanjati, jekk mitluba, minn dikjarazzjonijiet maħruġa mill-klijenti;

(ii)ix-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, li magħha jiġu ppreżentati ċertifikati ta’ eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti;

(c)dikjarazzjoni tat-tagħmir tekniku, l-għodod jew l-impjant disponibbli għall-operatur ekonomiku għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ servizzi jew ta’ xogħlijiet;

(d)deskrizzjoni tal-faċilitajiet tekniċi u l-mezzi disponibbli lill-operatur ekonomiku biex jiżgura l-kwalità, u deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ studju u riċerka disponibbli;

(e)referenza għat-tekniċi jew il-korpi tekniċi disponibbli għall-operatur ekonomiku, irrispettivament minn jekk jappartjenux direttament lilu, speċjalment dawk responsabbli għall-kontroll tal-kwalità;

(f)fir-rigward tal-provvisti: kampjuni, deskrizzjonijiet jew ritratti awtentiċi jew ċertifikati maħruġa minn istituti jew aġenziji uffiċjali ta’ kontroll tal-kwalità ta’ kompetenza magħrufa li jaffermaw il-konformità tal-prodotti identifikati b’mod ċar minn referenzi għall-speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi;

(g)għal xogħlijiet jew servizzi, dikjarazzjoni tal-medja annwali ta’ manodopera u l-għadd ta’ persunal maniġerjali tal-operatur ekonomiku tul l-aħħar tliet snin;

(h)indikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ traċċar tal-katina tal-provvista li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’ japplika meta jwettaq il-kuntratt;

(i)indikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’ japplika meta jonora l-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta’ provvisti jew servizzi rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn tliet snin qabel.

Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta’ xogħlijiet rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn ħames snin qabel.

20.3.    Fejn il-provvisti jew is-servizzi huma kumplessi jew, b’mod eċċezzjonali, huma meħtieġa għal skop partikolari, l-evidenza tal-kapaċità teknika u professjonali tista’ tinkiseb permezz ta’ kontroll imwettaq mill-awtorità kontraenti jew f’isimha minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih ikun stabbilit l-operatur ekonomiku, soġġett għall-qbil ta’ dak il-korp. Dawn il-kontrolli jirrigwardaw il-kapaċità teknika u l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-fornitur u, jekk ikun meħtieġ, il-faċilitajiet ta’ studju u riċerka u l-miżuri tiegħu għall-kontroll tal-kwalità.

20.4.    Fejn l-awtorità kontraenti titlob il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiċċertifikaw il-konformità tal-operatur ekonomiku ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, inkluż dawk dwar l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità, hija tirreferi għal sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela rilevanti ta’ standards Ewropej iċċertifikati minn korpi akkreditati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità minn operatur ekonomiku li b’mod ċar ma għandux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ma jkollu ebda possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

20.5.    Fejn l-awtorità kontraenti titlob il-forniment ta’ ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku huwa konformi ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, hija tirreferi għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali jew għal kwalunkwe sistema oħra ta’ ġestjoni ambjentali kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jew standards oħra ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawk il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

20.6.    Awtorità kontraenti tista’ tikkonkludi li operatur ekonomiku ma għandux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa sabiex jeżegwixxi l-kuntratt bi standard adatt ta’ kwalità fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi konfliġġenti professjonali li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni tiegħu.

21.Kriterji tal-għoti

21.1.    Il-kriterji ta’ kwalità jistgħu jinkludu elementi bħall-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u dawk funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi, il-produzzjoni, il-forniment u l-proċess tan-negozjar u kwalunkwe proċess speċifiku fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzis;, l-organizzazzjoni , il-kwalifika u l-esperjenza ta’ l-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, meta l-kwalità tal-persunal assenjat jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; is-servizz ta’ wara l-bejgħ, l-assistenza teknika jew il-kondizzjonijiet ta’ twassil bħad-data ta’ twassil, il-proċess ta’ twassil u l-perijodu ta’ twassil jew il-perijodu ta’ tlestija.

21.2.    L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għajr meta jintuża l-metodu tal-orħos prezz. Il-piż mogħti lil kull kriterju jista’ jitqiegħed fuq medda b’firxa massima adatta.

Il-piż mogħti lill-prezz jew lill-kost f’relazzjoni mal-kriterji l-oħrajn ma għandux jirriżulta fin-newtralizzazzjoni tal-prezz jew tal-kost.

Jekk ma jkunx possibbli jingħata piż għal raġunijiet oġġettivi, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni li tonqos skont l-importanza.

21.3.    L-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi livelli minimi ta’ kwalità. L-offerti li juru livelli ta’ kwalità aktar baxxi mil-livelli minimi stabbiliti jiġu miċħuda.

21.4.    Il-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru partijiet mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha li ġejjin, sa fejn ikun rilevanti, matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi:

(a)kostijiet imġarrba mill-awtorità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni;

(ii)kostijiet tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra;

(iii)spejjeż tal-manutenzjoni;

(iv)kostijiet ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-kostijiet ta’ ġbir u tar-riċiklaġġ;

(b)kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, dment li l-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi ddeterminat u vverifikat.

21.5.    Fejn l-awtorità kontraenti tivvaluta l-kostijiet permezz ta’ approċċ tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, hija għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li hija ser tuża biex tiddetermina l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-data.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun ibbażat fuq kriterji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

(b)ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu d-data meħtieġa bi sforz raġonevoli.

Fejn applikabbli, l-awtorità kontraenti għandha tuża l-metodi komuni mandatorji għall-kalkolu tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja previsti fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness XIII tad-Direttiva 2014/24/UE.

22.Użu ta’ rkantijiet elettroniċi

22.1.    L-awtorità kontraenti tista’ tuża rkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti ’l isfel, jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tistruttura l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.

22.2.    Fi proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku l-ewwel ikun hemm irkant elettroniku meta d-dokumenti tal-akkwist jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Irkant elettroniku jista’ jintuża fil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni bejn il-partijiet għal kuntratt qafas kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-punt 1.3 u fil-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-kuntratti li jridu jingħataw bis-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fil-punt 9.

L-irkant elettroniku għandu jiġi bbażat fuq waħda mill-metodi ta’ għoti stipulati fl-Artikolu 171167(4).

22.3.    L-awtorità kontraenti li tiddeċiedi li tuża rkant elettroniku għandha tiddikjara dan il-fatt fl-avviż dwar kuntratt.

Id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin:

(a)il-valuri tal-elementi li ser ikunu s-suġġett ta’ rkant elettroniku, dment li dawk l-elementi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jiġu espressi f’ċifri jew f’perċentwali;

(b)kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c)l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d)l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess ta’ rkant elettroniku inkluż jekk dan jinkludix fażijiet u kif ser jingħalqu, kif stabbilit fil-punt 22.7;

(e)il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f)l-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.

22.4.    L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku bl-użu tal-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet. L-istedina għandha tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku.

L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol mid-data li fiha jkunu ħarġu l-istediniet.

22.5.    L-istedina għandha tkun akkumpanjata bl-eżitu ta’ evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti.

L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku għad-determinazzjoni tar-riklassifikazzjoni awtomatika fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri ġodda mibgħuta. Dik il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi ddeterminata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fid-dokumenti tal-akkwist. Għal dak l-iskop, kwalunkwe medda għandha, madankollu, tiġi mnaqqsa minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

22.6.    Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtorità kontraenti għandha tikkomunika minnufih lill-offerenti kollha tal-anqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Hija tista’ wkoll, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, tikkomunika informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra mibgħuta kif ukoll tħabbar l-għadd ta’ offerenti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, hija ma għandhiex tiddivulga l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.

22.7.    L-awtorità kontraenti għandha tagħlaq irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)fid-data u l-ħin indikati preċedentement;

(b)meta ma tirċevix aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, sakemm preċedentement tkun iddikjarat iż-żmien li hija ser tħalli jgħaddi wara li tirċievi l-aħħar prezz jew valur qabel ma tagħlaq l-irkant elettroniku;

(c)meta jkun tlesta n-numru ta’ fażijiet tal-irkant indikati preċedentement.

22.8.    Wara li tagħlaq irkant elettroniku, l-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

23.Offerti baxxi wisq

23.1.    Jekk, għal kuntratt partikolari, il-prezz jew il-kostijiet proposti f’offerta jidhru li huma baxxi wisq, l-awtorità kontraenti għandha titlob bil-miktub dettalji tal-elementi kostitwenti tal-prezz jew il-kostijiet li hija tqis rilevanti u għandha tagħti lill-offerent l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

L-awtorità kontraenti tista’, b’mod partikolari, tikkunsidra l-osservazzjonijiet dwar:

(a)l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, tal-forniment ta’ servizzi jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;

(b)is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għall-offerent;

(c)l-oriġinalità tal-offerta;

(d)il-konformità tal-offerent ma’ kwalunkwe obbligu applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;

(e)il-konformità tas-sottokuntratturi ma’ kwalunkwe obbligu applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;

(f)il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat f’konformità mar-regoli applikabbli.

23.2.    L-awtorità kontraenti għandha tiċħad l-offerta biss fejn l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-kostijiet proposti.

L-awtorità kontraenti għandha tiċħad l-offerta, fejn ġie stabbilit li l-offerta hija baxxa wisq minħabba li ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.

23.3.    Fejn l-awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista’ tirrifjuta l-offerta fuq dik ir-raġuni waħedha biss jekk l-offerent, f’limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.

24.Limiti ta’ żmien sabiex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni

24.1.    L-iskadenzi għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti f’dan il-punt meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara lis-sit jew wara konsultazzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta’ prova għad-dokumenti tal-akkwist.

Il-limiti ta’ żmien għandhom jittawlu b’ħamest ijiem fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)l-awtorità kontraenti ma toffrix aċċess dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist;

(b)l-avviż tal-kuntratt huwa ppubblikat skont il-punt (b) tal-punt 4.2.

24.2.    Fi proċeduri miftuħa, il-limitu ta’ żmien biex jaslu l-offerti għandu jkun mhux inqas minn 37 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż tal-kuntratt.

24.3.    Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, f’sistemi dinamiċi ta’ xiri u fi sħubiji għall-innovazzjoni, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni ma jkunux inqas minn 32 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż tal-kuntratt. F’sistema dinamika ta’ xiri, ma għandu japplika ebda limitu ta’ żmien ieħor għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni ladarba l-istedina għal offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri tkun intbagħtet.

24.4.    Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun mhux anqas minn 30 jum mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-offerti.

24.5.    F’sistema dinamika ta’ xiri, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti ma għandux ikun anqas minn 10 ijiem mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-offerti.

24.6.    Fil-proċeduri wara sejħa għal espressjoni ta’ interess kif imsemmija fil-punt 13.1, il-limitu ta’ żmien għandu jkun:

(a)mhux anqas minn 10 ijiem mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-offerti sabiex jiġu riċevuti l-offerti fil-każ tal-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-punt 13.1 u l-punt (b)(i) tal-punt 13.3;

(b)mhux anqas minn 10 ijiem sabiex jiġu riċevuti talbiet għall-parteċipazzjoni u mhux anqas minn 10 jum sabiex jiġu riċevuti offerti fil-każ tal-proċedura f’żewġ passi msemmija fil-punt (b)(ii) tal-punt 13.3.

24.7.    L-awtorità kontraenti tista’ tnaqqas il-limitu ta’ żmien għall-offerti b’ħamest ijiem għal proċeduri miftuħa jew ristretti jekk din taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi.

25.Aċċess għal dokumenti tal-akkwist u limitu ta’ żmien sabiex tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali

25.1.    L-awtorità kontraenti għandha toffri aċċess dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt jew, għal dawk il-proċeduri mingħajr avviż ta’ kuntratt jew imsemmija fil-punt 13, mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

F’każijiet iġġustifikati, l-awtorità kontraenti tista’ tibgħat id-dokumenti tal-akkwist permezz ta’ mezzi oħra speċifikati minnha jekk l-aċċess dirett b’mezzi elettroniċi għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli jew jekk id-dokumenti tal-akkwist ikun fihom informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali. F’tali każijiet għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-punt 24.1 ħlief f’każijiet urġenti kif previst fil-punt 26.1.

L-awtorità kontraenti tista’ timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tal-akkwist. Hija għandha tħabbar dawk ir-rekwiżiti kif ukoll kif jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist kkonċernati.

25.2.    L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali marbuta mad-dokumenti tal-akkwist simultanjament u bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi kollha interessati malajr kemm jista’ jkun.

L-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali ppreżentati anqas minn sitt ijiem qabel l-iskadenza biex jintlaqgħu l-offerti.

25.3.    L-awtorità kontraenti għandha testendi l-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti fejn:

(a)ma pprovdietx informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza biex jintlaqgħu l-offerti għalkemm l-operatur ekonomiku talabha fi żmien adegwat;

(b)hija tagħmel bidliet sinifikanti fid-dokumenti tal-akkwist.

26.Limiti ta’ żmien f’każijiet urġenti

26.1.    Fejn l-urġenza debitament issostanzjata tirrendi imprattikabbli l-limiti minimi ta’ żmien stipulati fil-punti 24.2 u 24.3 għall-proċeduri miftuħa jew ristretti, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi:

(a)limitu biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti fi proċeduri miftuħa li ma għandhomx ikunu anqas minn 15-il jum mid-data li fiha joħroġ l-avviż dwar kuntratt;

(b)limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti għall-proċeduri ristretti li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem mid-data li fiha toħroġ l-istedina għall-offerti.

26.2.    F’każijiet urġenti, il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-punt 25.2 u fil-punt (a) tal-punt 25.3 għandu jkun ta’ erbat ijiem.

27.Katalogi elettroniċi

27.1.    Fejn ikun rikjest l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku.

27.2.    Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtorità kontraenti għandha:

(a)tiddikjara dan fl-avviż dwar kuntratt;

(b)tindika l-informazzjoni kollha meħtieġa fid-dokumenti tal-akkwist rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

27.3.    Fejn kuntratt qafas multiplu ġie konkluż wara l-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-awtorità kontraenti tista’ tipprovdi li l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta’ katalogi aġġornati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)l-awtorità kontraenti tistieden lill-kuntratturi jippreżentaw mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni;

(b)l-awtorità kontraenti tinnotifika lill-kuntratturi li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ippreżentati dik l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta’ dan il-metodu jkun tħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

27.4.    Meta jintuża l-metodu msemmi fil-punt (b) tal-punt 27.3, l-awtorità kontraenti għandha tinnotifika kuntratturi bid-data u l-ħin li fiha għandha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandha tagħti lill-kuntratturi l-possibilità li jirrifjutaw tali ġbir ta’ informazzjoni.

L-awtorità kontraenti għandha tagħti perijodu ta’ żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Qabel ma tagħti l-kuntratt speċifiku, l-awtorità kontraenti għandha tippreżenta l-informazzjoni miġbura lill-kuntrattur ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

ġdid

27.5. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti abbażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri billi jirrikjedu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri billi jinnotifikaw lill-kandidati li beħsiebhom jiġbru mill-katalogi elettroniċi, li diġà ġew sottomessi, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-akkwist speċifiku inkwistjoni.

🡻 2018/1046 (adattat)

ġdid

28.Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

28.1.    Fi proċeduri miftuħa, ir-rappreżentanti awtorizzati tal-offerenti jistgħu jattendu s-sessjoni tal-ftuħ fiżikament jew, jekk previst fid-dokumenti tal-akkwist, mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza.

28.2.    Fejn il-valur ta’ kuntratt ikun ugwali jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jneħħi dak l-obbligu abbażi ta’ analiżi tar-riskju meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas , għal akkwisti speċifiċi skont sistema dinamika ta’ xiri u għall-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 għajr il-punti (d) u (g) ta’ dak is-subparagrafu.

Il-kumitat ta’ ftuħ għandu jkun magħmul mill-anqas minn żewġ persuni li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi, dawk il-persuni huma soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 61.

Fir-rappreżentazzjonijiet jew l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 154150 jew iżolati fi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma għandux japplika r-rekwiżit ta’ entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom.

28.3.    Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni tal-Unjoni responsabbli għall-proċedura ta’ akkwist.

28.4.    L-awtorità kontraenti għandha tivverifika u tiżgura l-integrità tal-offerta oriġinali inkluża l-offerta finanzjarja u prova tad-data u l-ħin tal-wasla tagħha kif stipulat fl-Artikolu 153149(3) u (5) permezz ta’ kwalunkwe metodu adatt.

28.5.    Fi proċeduri miftuħa, meta l-kuntratt jingħata skont il-metodi tal-orħos prezz jew l-inqas kost skont l-Artikolu 171167(4), il-prezzijiet ikkwotati f’offerti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għandhom jinqraw b’vuċi għolja.

28.6.    Ir-reġistru miktub tal-ftuħ tal-offerti milqugħa għandu jiġi ffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ftuħ jew minn membri tal-kumitat tal-ftuħ. Huwa għandu jidentifika dawk l-offerti li jikkonformaw mal-Artikolu 153149 dawk li ma jissodisfawhomx, u jagħti r-raġunijiet li abbażi tagħhom ikunu ġew miċħuda offerti kif stipulat fl-Artikolu 172168(4). Il-firma tista’ ssir b’sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

29.Evalwazzjoni tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

29.1.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li l-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika l-offerti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti biss u li l-kriterji ta’ esklużjoni u tal-għażla għandhom jiġu evalwati b’mezzi adatti oħra li jiggarantixxu n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interessi.

29.2.    Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli tal-Unjoni għall-proċedura ta’ akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni għandha tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta’ akkwist.

29.3.    It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li huma adattati taħt il-punt 11.2 u li la huma irregolari taħt il-punt 12.2 u lanqas huma inaċċettabbli taħt il-punt 12.3 għandhom jiġu kkunsidrati ammissibbli.

30.Riżultati tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja

30.1.    L-eżitu tal-evalwazzjoni għandu jkun rapport ta’ evalwazzjoni li fih il-proposta biex jingħata l-kuntratt. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun datat u ffirmat mill-persuna jew persuni li wettqu l-evalwazzjoni jew mill-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. Ir-rapport jista’ jkun iffirmat b’sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

Jekk il-kumitat ta’ evalwazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà li jivverifika l-offerti skont il-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, ir-rapport ta’ evalwazzjoni jiġi ffirmat ukoll mill-persuni li kienu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

30.2.    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti (fil-każ ta’ akkwist interistituzzjonali jew konġunt – l-indirizz tal-awtorità kontraenti ewlenija biss) , u s-suġġett u l-valur tal-kuntratt jew is-suġġett u l-valur massimu tal-kuntratt qafas;

(b)l-ismijiet tal-kandidati jew l-offerenti li ġew irrifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b’referenza għal aċċess għall-akkwist, sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 144141(1) jew għall-kriterji ta’ għażla;

(c)ir-referenzi għall-offerti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom b’referenza għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)nonkonformità mar-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 171167(1);

(ii)ma jissodisfawx il-livelli minimi ta’ kwalità stipulati fil-punt 21.3;

(iii)offerti misjuba li kienu baxxi wisq kif imsemmi fil-punt 23;

(d)l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(e)l-ismijiet tal-offerenti li għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati miksuba u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom;

(f)l-ismijiet tal-kandidati proposti jew l-offerent magħżul u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(g)jekk ikun magħruf, il-proporzjon tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas li l-kuntrattur propost beħsiebu jissottokuntratta lil partijiet terzi.

30.3.    L-awtorità kontraenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha tal-għotja billi tipprovdi kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:

(a)approvazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni, li jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-punt 30.2 ikkomplementat b’li ġej:

(i)l-isem tal-offerent magħżul u r-raġunijiet għal dik l-għażla b’referenza għall-kriterji tal-għażla u tal-għoti mħabbra minn qabel, inkluż fejn adatt ir-raġunijiet għalfejn ma tkunx ġiet segwita r-rakkomandazzjoni pprovduta fir-rapport ta’ evalwazzjoni;

(ii)fil-każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti 11, 12 u 4039 li jiġġustifikaw l-użu tagħhom;

(b)fejn adatt, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix kuntratt.

30.4.    L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni mad-deċiżjoni tal-għotja f’dokument wieħed u jiffirmah fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)għal proċeduri taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1), fejn offerta waħda biss kienet riċevuta;

(b)meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas fejn l-ebda kumitat ta’ evalwazzjoni ma ġie nnominat;

(c)għal każijiet imsemmija fil-punti (c), (e), (f)(i), (f)(iii), u (h) u (m) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1 meta l-ebda kumitat ta’ evalwazzjoni ma ġie nnominat.

30.5.    Għal proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fil-punt 30.3 għandha tittieħed mill-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura ta’ akkwist.

31.Informazzjoni għall-kandidati u għall-offerenti

31.1.    L-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-kandidati jew lill-offerenti kollha, fl-istess ħin u b’mod individwali, b’mezz elettroniku bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-eżitu tal-proċedura fl-iqsar żmien possibbli wara kwalunkwe minn dawn l-istadji li ġejjin:

(a)il-fażi ta’ ftuħ għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 172168(3);

(b)tkun ittieħdet deċiżjoni fuq il-bażi tal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, fi proċeduri ta’ akkwist organizzati f’żewġ stadji separati;

(c)id-deċiżjoni tal-għoti.

F’kull każ, l-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex it-talba għall-parteċipazzjoni jew l-offerta ma tkunx ġiet aċċettata u r-rimedji legali disponibbli.

Meta tinforma lill-offerent magħżul, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika li d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tagħha.

ġdid

F’każijiet skont (a), l-offerent direttament ikkonċernat mid-deċiżjoni biss jiġi nnotifikat. Fil-każijiet skont (b), in-notifiki tad-deċiżjoni meħuda abbażi tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla f’sistema dinamika ta’ xiri għandhom jintbagħtu individwalment lill-kandidati kkonċernati.

🡻 2018/1046

31.2.    L-awtorità kontraenti għandha tikkomunika l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 174170(3) malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ talba bil-miktub. Meta l-awtorità kontraenti tagħti kuntratti f’isimha stess, hija għandha tuża mezzi elettroniċi. L-offerent jista’ wkoll jibgħat it-talba b’mezzi elettroniċi.

31.3.    Meta l-awtorità kontraenti tikkomunika b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni għandha tkun meqjusa li waslet għand il-kandidati jew l-offerenti jekk l-awtorità kontraenti tista’ tagħti prova li bagħtitha fl-indirizz elettroniku msemmi fl-offerta jew fit-talba għall-parteċipazzjoni.

F’dan il-każ, l-informazzjoni għandha titqies li waslet għand il-kandidat jew l-offerent fid-data ta’ meta ntbagħtet mill-awtorità kontraenti.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom

32.Korp ċentrali għax-xiri

32.1.    Korp ċentrali għax-xiri jista’ jaġixxi bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)bħala bejjiegħ bl-ingrossa billi jixtri, jaħżen u jbigħ mill-ġdid provvisti u servizzi lill-awtoritajiet kontraenti oħra;

(b)bħala intermedjarju billi jagħti kuntratti qafas jew jopera sistemi dinamiċi ta’ xiri li jistgħu jintużaw minn awtoritajiet kontraenti oħrajn kif imħabbar fl-ewwel avviż.

32.2.    Il-korp ċentrali għax-xiri għandu jwettaq il-proċeduri kollha tax-xiri permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

33.Lottijiet

33.1.    Kull meta jkun adatt, teknikament fattibbli u kosteffiċjenti, il-kuntratti għandhom jingħataw fil-forma ta’ lottijiet separati fl-istess proċedura.

33.2.    Fejn is-suġġett ta’ kuntratt jinfirex fuq diversi lottijiet, li kull wieħed ikun is-suġġett ta’ kuntratt individwali, għall-evalwazzjoni globali tal-limitu applikabbli għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha.

Fejn il-valur totali tal-lottijiet kollha jkun daqs jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 179175(1), l-Artikolu 167163(1) u l-Artikoli 168164 u 169165 għandhom japplikaw għal kull wieħed mil-lottijiet.

33.3.    Meta kuntratt ikun irid jingħata fil-forma ta’ lottijiet separati, l-offerti jiġu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista’ jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet

ġdid

34.Sorsi multipli

34.1. L-akkwist minn sorsi multipli jista’ jintuża biss fejn ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-dipendenza żejda fuq fornitur wieħed għal provvisti jew servizzi kritiċi, jew fejn ikun meħtieġ li jkun hemm servizzi identiċi jew kważi identiċi mwettqa b’mod parallel minn kuntratturi differenti.

34.2 Meta jintuża akkwist minn sorsi multipli, il-kuntratti għandhom jingħataw fl-istess proċedura. Il-valur totali tal-kuntratti kollha previsti b’suġġett identiku jew kważi identiku għandu jitqies għall-evalwazzjoni ġenerali skont il-limitu applikabbli.

Fejn il-valur totali tal-kuntratti kollha li għandhom jingħataw ikun daqs jew jaqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 179(1), l-Artikolu 167(1) u l-Artikoli 168 u 169 għandhom japplikaw għal kull wieħed mill-kuntratti.

34.3 L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist in-numru massimu ta’ kuntratti li għandhom jingħataw. Il-kuntratti li jirriżultaw minn akkwist ta’ sorsi multipli għandhom jingħataw skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni kif imsemmi fil-punt 30.2 (e) u għandhom jiġu ffirmati wkoll f’dik l-ordni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet debitament ġustifikati.

🡻 2018/1046

ġdid

3534.Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta’ kuntratt

3534.1.    L-awtorità kontraenti għandha tagħmel stima tal-valur ta’ kuntratt bil-ħsieb li tiddetermina l-miżuri ta’ pubbliċità applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 167(1) u (2) u tagħżel il-proċedura ta’ akkwist, abbażi tal-ammont totali pagabbli, inkluż kwalunkwe forma ta’ għażliet u kwalunkwe tiġdid.

Din l-istima għandha ssir mhux aktar tard minn meta l-awtorità kontraenti tniedi l-proċedura ta’ akkwist.

3534.2.    Għall-kuntratti qafas u s-sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat ikun il-valur massimu tal-kuntratti kollha previsti matul id-durata kollha tal-kuntratt qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri.

Għal sħubijiet għall-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

Fejn l-awtorità kontraenti tipprevedi pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqis dan meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.

3534.3.    Għall-kuntratti ta’ servizzi, għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)fil-każ tas-servizzi tal-assigurazzjoni, il-primjum li jrid jitħallas u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

(b)fil-każ tas-servizzi bankarji jew finanzjarji, it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u tipi oħra ta’ rimunerazzjoni;

(c)fil-każ tal-kuntratti ta’ disinn, it-tariffi, il-kummissjonijiet li jridu jitħallsu u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.

3534.4.    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi li ma jispeċifikawx prezz totali jew fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal lokazzjoni, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ prodotti, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun:

(a)fil-każ ta’ kuntratti għal terminu fiss:

(i)fejn id-durata tagħhom tkun ta’ 48 xahar jew anqas fil-każ tas-servizzi jew 12-il xahar jew anqas fil-każ tal-provvisti, il-valur totali tal-kuntratt għal kemm idumu;

(ii)fejn id-durata tagħhom tkun ta’ aktar minn 12-il xahar fil-każ tal-provvisti, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu definit jew, fil-każ tas-servizzi, għal durata ta’ aktar minn 48 xahar, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat għal 48 darba.

3534.5.    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi jew provvisti li jingħataw b’mod regolari jew li jridu jiġġeddu f’perijodu speċifikat, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja preċedenti, aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta’ wara l-kuntratt inizjali;

(b)il-valur totali stmat ta’ kuntratti suċċessivi tal-istess tip li għandhom jingħataw matul is-sena finanzjarja.

3534.6.    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda wkoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi meħtieġa sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u magħmula disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti.

3534.7.    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, il-valur għandu jkun il-fatturat totali stmat tal-konċessjonarju ġġenerat matul id-durata tal-kuntratt.

Il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:

(a)id-dħul mill-pagament ta’ tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f’isem l-awtorità kontraenti;

(b)il-valur ta’ għotjiet jew ta’ kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor minn partijiet terzi għall-prestazzjoni tal-konċessjoni;

(c)id-dħul mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;

(d)il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli għall-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew tas-servizzi;

(e)il-pagamenti lil kandidati jew offerenti.

3635.Perijodu ta’ sospensjoni qabel l-iffirmar tal-kuntratt

3635.1.    Il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jibda jgħodd minn waħda miż-żewġ dati li ġejjin:

(a)il-jum wara li jkunu ntbagħtu flimkien in-notifiki lill-offerenti magħżula u lill-offerenti li ma jkunux intgħażlu b’mezzi elettroniċi;

(b)fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas jingħata skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1, il-jum ta’ wara li l-avviż tal-għoti msemmi fil-punt 2.4 jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kontraenti tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan jiġi ġġustifikat mit-talbiet jew il-kummenti magħmula mill-kandidati jew l-offerenti li ma jkunux intgħażlu jew li jkollhom xi ilment jew minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun waslet matul il-perijodu stipulat fl-Artikolu 179175(3). Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew l-offerenti kollha jridu jiġu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

Fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma jkunx jista’ jiġi ffirmat mal-offerent previst magħżul, l-awtorità kontraenti tista’ tagħtih lit-tieni l-aħjar offerent.

3635.2.    Il-perijodu stipulat fil-punt 3635.1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a)kwalunkwe proċedura fejn tkun ġiet ippreżentata offerta waħda biss;

(b)fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas;

(c)sistemi dinamiċi ta’ xiri;

(d)proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt 11 ħlief għal kuntratti mogħtija skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1.

KAPITOLU 3

Akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni

3736.Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-limiti u l-arranġamenti għall-għoti ta’ kuntratti fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni

Il-punt 2, minbarra l-punt 2.5, il-punti 3, 4 u 6, il-punt (a) u l-punti (c) sa (f) tal-punt 12.1, il-punt 12.4, il-punt 13.3, il-punti 14 u 15, il-punti 17.43 sa 17.87, il-punti 20.4 u 23.3, il-punt 24, il-punti 25.2 u 25.3, il-punti 26, 28, u 29, minbarra l-punt 29.3, ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti pubbliċi konklużi mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 182178(2) jew f’isimhom. Il-punti 32, 33 u 3534 ma għandhomx japplikaw għal akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Il-punt  3635 għandu japplika għal akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-punt 36351, id-durata tal-perijodu ta’ sospensjoni għandha tkun dik stabbilita fl-Artikolu 182178(1).

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwisti skont dan il-Kapitolu għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tal-kontrolli adatti li għandhom jiġu applikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti.

3837.Reklamar

3837.1.    Jekk japplika, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għas-sejħiet għall-offerti wara l-proċedura ristretta jew il-proċedura miftuħa, kif imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tal-punt 3938.1, għandu jintbagħat malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi.

3837.2.    L-avviż ta’ għoti għandu jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief meta, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntratt ikun ġie ddikjarat sigriet jew fejn l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ikun irid isir b’miżuri ta’ sigurtà speċjali, jew fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni, jew il-pajjiż benefiċjarju jitolbu dan, u fejn il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ għoti ma tkunx ikkunsidrata bħala adatti.

3938.Limiti massimi u proċeduri

3938.1.    Il-proċeduri tal-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni għandhom ikunu kif ġej:

(a)il-proċedura ristretta kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 168164(1);

(b)il-proċedura miftuħa kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 168164(1);

(c)il-proċedura miftuħa lokali;

(d)il-proċedura simplifikata;

3938.2.    L-użu ta’ proċeduri tal-akkwist skont il-limiti massimi għandu jkun kif ġej:

(a)il-proċedura miftuħa jew ristretta tista’ tintuża għal:

(i)kuntratti ta’ servizzi u provvista u kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi b’valur ta’ tal-anqas EUR 300 000;

(ii)kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet b’valur ta’ tal-anqas EUR 5000000;

(b)il-proċedura miftuħa lokali tista’ tintuża għal:

(i)kuntratti ta’ provvista b’valur ta’ tal-anqas EUR 100 000 u mhux aktar minn EUR 300 000;

(ii)kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet b’valur ta’ tal-anqas EUR 300 000 u mhux aktar minn EUR 5 000 000;

(c)il-proċedura simplifikata tista’ tintuża għal:

(i)kuntratti ta servizzi, kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi, kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet b’valur ta’ inqas minn EUR 300 000

(ii)kuntratti ta’ provvista b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000

(d)il-kuntratti b’valur ugwali għal EUR 20 000 jew inqas minnu jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta’ offerta unika;

(e)il-pagamenti ta’ ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 500 fir-rigward ta’ elementi ta’ nefqa jistgħu jsiru sempliċiment bħala pagament kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta’ offerta minn qabel.

3938.3.    Fil-proċedura ristretta msemmija fil-punt (a) tal-punt 3938.1, l-avviż dwar kuntratt għandu jiddikjara l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna jitfgħu offerti. Għall-kuntratti ta’ servizzi, jiġu mistiedna mill-anqas erba’ kandidati. L-għadd ta’ kandidati li jitħallew jippreżentaw offerti għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Il-lista tal-kandidati magħżulin għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Jekk l-għadd ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jew il-livelli minimi ta’ kapaċità jkun anqas mill-għadd minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tistieden sabiex jippreżentaw offerti biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji għall-preżentazzjoni ta’ offerta.

3938.4.    Taħt il-proċedura miftuħa lokali msemmija fil-punt (c) tal-punt 3938.1, l-avviż dwar kuntratt għandu jiġi ppubblikat mill-anqas fil-ġurnal uffiċjali tal-Istat destinatarju jew fi kwalunkwe pubblikazzjoni simili għas-sejħiet għall-offerti lokali.

3938.5.    Taħt il-proċedura simplifikata msemmija fil-punt (d) tal-punt 3938.1, l-awtorità kontraenti tipprepara lista ta’ mill-anqas tliet offerenti tal-għażla tagħha, mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż.

L-offerenti għall-proċedura simplifikata jistgħu jintgħażlu minn lista ta’ bejjiegħa kif imsemmija fil-punt (b) tal-punt 13.1 irreklamat permezz ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

Jekk, wara l-konsultazzjoni tal-offerenti, l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista’ jingħata dment li jintlaħqu l-kriterji tal-għoti.

3938.6.    Għas-servizzi legali mhux koperti fil-punt (h) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura simplifikata, ikun xi jkun il-valur stmat tal-kuntratt.

4039.Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta’ servizzi, ta’ provvista u ta’ xogħlijiet

4039.1.    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b’offerta waħda fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn is-servizzi jkunu fdati lil korpi mis-settur pubbliku jew istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u jkunu relatati ma’ attivitajiet ta’ natura istituzzjonali jew ikunu mfassla biex jipprovdu assistenza lil nies fil-qasam soċjali;

(b)fejn il-proċedura ta’ ħruġ tal-offerti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, f’dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew aktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm id-dokumenti tax-xiri ma jinbidlux sostanzjalment;

(c)fein għandu jiġi konkluż kuntratt ġdid wara terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt eżistenti.

4039.2.    Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-punt 11.1, il-ħidmiet li jsiru fi kriżi għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta’ urġenza estrema. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, fejn adatt flimkien mal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni l-oħra b’delega kkonċernati, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza estrema u għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment b’rigward għall-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

4039.3.    L-attivitajiet ta’ natura istituzzjonali msemmija fil-punt (a) tal-punt 4039.1 jinkludu servizzi marbutin direttament mal-missjoni statutorja tal-korpi tas-settur pubbliku.

4140.Speċifikazzjonijiet tal-offerti

B’deroga mill-punt 16.3, għall-proċeduri kollha li jinvolvu talba għal parteċipazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jistgħu jinqasmu skont iż-żewġ stadji tal-proċedura u l-ewwel stadju jista’ jkun fih biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (f) tal-punt 16.3.

4241.Limiti ta’ żmien għall-proċeduri

4241.1.    Għall-kuntratti ta’ servizzi, iż-żmien minimu bejn il-jum ta’ wara d-data ta’ meta tintbagħat l-ittra tas-sejħa għall-offerti u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti għandu jkun ta’ 50 jum. Madankollu, f’każijiet urġenti, jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn.

4241.2.    L-offerenti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub qabel id-data tal-għeluq għall-offerti. L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet qabel id-data tal-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti.

4241.3.    Fi proċeduri ristretti, il-limitu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx anqas minn 30 jum mid-data ta’ wara dik li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt. Il-perijodu bejn id-data ta’ wara dik li fiha tintbagħat l-ittra ta’ stedina u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx anqas minn 50 jum. Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn.

4241.4.    Fi proċeduri miftuħa, il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibdew mid-data ta’ wara dik li fiha jintbagħat l-avviż dwar kuntratt, ikunu ta’ mill-anqas:

(a)90 jum għal kuntratti ta’ xogħlijiet;

(b)60 jum għall-kuntratti ta’ provvista.

Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn.

4241.5.    Fi proċeduri miftuħa lokali, il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibdew mid-data li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt, ikunu tal-anqas:

(a)60 jum għal kuntratti ta’ xogħlijiet;

(b)30 jum għall-kuntratti ta’ provvista.

Madankollu, f’ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn.

4241.6.    Għall-proċeduri simplifikati msemmija fil-punt (d) tal-punt 3938.1, il-kandidati jingħataw minimu ta’ 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-ittra ta’ sejħa għall-offerti li fihom iridu jippreżentaw l-offerti tagħhom.

_____________

🡻 2018/1046

ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

🡹

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 41

Artikolu 41(5), il-punt (g)

Artikolu 218(1)

Artikolu 41(5), il-punt (j)

Artikolu 253(1)(g)

Artikolu 41(8)(a)

Artikolu 22(1)(c)

Artikolu 41(8)(b)

Artikolu 41(3)(d)

Artikolu 42

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 48

Artikolu 49

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikolu 50

Artikolu 51

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 52

Artikolu 53

Artikolu 53

Artikolu 54

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 70

Artikolu 71

Artikolu 71

Artikolu 72

Artikolu 72

Artikolu 73

Artikolu 73

Artikolu 74

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 76

Artikolu 77

Artikolu 77

Artikolu 78

Artikolu 78

Artikolu 79

Artikolu 79

Artikolu 80

Artikolu 80

Artikolu 81

Artikolu 81

Artikolu 82

Artikolu 82

Artikolu 83

Artikolu 83

Artikolu 84

Artikolu 84

Artikolu 85

Artikolu 85

Artikolu 86

Artikolu 86

Artikolu 87

Artikolu 87

Artikolu 88

Artikolu 88

Artikolu 89

Artikolu 89

Artikolu 89(1)

Artikolu 88(1)

Artikolu 90

Artikolu 90

Artikolu 91

Artikolu 91

Artikolu 92

Artikolu 92

Artikolu 93

Artikolu 93

Artikolu 94

Artikolu 94

Artikolu 95

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 96

Artikolu 97

Artikolu 97

Artikolu 98

Artikolu 98

Artikolu 99

Artikolu 99

Artikolu 100

Artikolu 100

Artikolu 101

Artikolu 101

Artikolu 102

Artikolu 102

Artikolu 103

Artikolu 103

Artikolu 103 a

Artikolu 104

Artikolu 104

Artikolu 105

Artikolu 105

Artikolu 106

Artikolu 106

Artikolu 107

Artikolu 107

Artikolu 109

Artikolu 109

Artikolu 110

Artikolu 110

Artikolu 111

Artikolu 111

Artikolu 112

Artikolu 112

Artikolu 113

Artikolu 113

Artikolu 114

Artikolu 114

Artikolu 115

Artikolu 115

Artikolu 116

Artikolu 116

Artikolu 117

Artikolu 117

Artikolu 118

Artikolu 119

Artikolu 120

Artikolu 120

Artikolu 121

Artikolu 121

Artikolu 122

Artikolu 122

Artikolu 123

Artikolu 123

Artikolu 124

Artikolu 125

Artikolu 126

Artikolu 126

Artikolu 127

Artikolu 127

Artikolu 128

Artikolu 128

Artikolu 129

Artikolu 129

Artikolu 130

Artikolu 129 a

Artikolu 131

Artikolu 130

Artikolu 132

Artikolu 131

Artikolu 133

Artikolu 132

Artikolu 134

Artikolu 133

Artikolu 135

Artikolu 134

Artikolu 136

Artikolu 134 a

Artikolu 137

Artikolu 135

Artikolu 138

Artikolu 136

Artikolu 139

Artikolu 137

Artikolu 140

Artikolu 138

Artikolu 141

Artikolu 139

Artikolu 142

Artikolu 140

Artikolu 143

Artikolu 141

Artikolu 144

Artikolu 142

Artikolu 145

Artikolu 143

Artikolu 146

Artikolu 143 a

Artikolu 147

Artikolu 144

Artikolu 148

Artikolu 145

Artikolu 149

Artikolu 146

Artikolu 150

Artikolu 147

Artikolu 151

Artikolu 148

Artikolu 152

Artikolu 149

Artikolu 153

Artikolu 150

Artikolu 154

Artikolu 151

Artikolu 155

Artikolu 152

Artikolu 156

Artikolu 153

Artikolu 157

Artikolu 154

Artikolu 158

Artikolu 155

Artikolu 159

Artikolu 156

Artikolu 160

Artikolu 157

Artikolu 161

Artikolu 158

Artikolu 162

Artikolu 159

Artikolu 163

Artikolu 160

Artikolu 164

Artikolu 161

Artikolu 165

Artikolu 162

Artikolu 166

Artikolu 163

Artikolu 167

Artikolu 164

Artikolu 168

Artikolu 165

Artikolu 169

Artikolu 166

Artikolu 170

Artikolu 167

Artikolu 171

Artikolu 168

Artikolu 172

Artikolu 169

Artikolu 173

Artikolu 170

Artikolu 174

Artikolu 171

Artikolu 175

Artikolu 172

Artikolu 176

Artikolu 173

Artikolu 177

Artikolu 174

Artikolu 178

Artikolu 175

Artikolu 179

Artikolu 176

Artikolu 180

Artikolu 177

Artikolu 181

Artikolu 178

Artikolu 182

Artikolu 179

Artikolu 183

Artikolu 180

Artikolu 184

Artikolu 181

Artikolu 185

Artikolu 182

Artikolu 186

Artikolu 183

Artikolu 187

Artikolu 184

Artikolu 188

Artikolu 185

Artikolu 189

Artikolu 186

Artikolu 190

Artikolu 187

Artikolu 191

Artikolu 188

Artikolu 192

Artikolu 189

Artikolu 193

Artikolu 190

Artikolu 194

Artikolu 191

Artikolu 195

Artikolu 192

Artikolu 196

Artikolu 193

Artikolu 197

Artikolu 194

Artikolu 198

Artikolu 195

Artikolu 199

Artikolu 196

Artikolu 200

Artikolu 197

Artikolu 201

Artikolu 198

Artikolu 202

Artikolu 199

Artikolu 203

Artikolu 200

Artikolu 204

Artikolu 201

Artikolu 205

Artikolu 202

Artikolu 206

Artikolu 203

Artikolu 207

Artikolu 204

Artikolu 208

Artikolu 205

Artikolu 209

Artikolu 206

Artikolu 210

Artikolu 207

Artikolu 211

Artikolu 208

Artikolu 212

Artikolu 209

Artikolu 213

Artikolu 210

Artikolu 214

Artikolu 211

Artikolu 215

Artikolu 212

Artikolu 216

Artikolu 213

Artikolu 217

Artikolu 214

Artikolu 218

Artikolu 215

Artikolu 219

Artikolu 215(2)

Artikolu 213(5)

Artikolu 216

Artikolu 220

Artikolu 217

Artikolu 221

Artikolu 218

Artikolu 222

Artikolu 219

Artikolu 223

Artikolu 220

Artikolu 224

Artikolu 221

Artikolu 225

Artikolu 222

Artikolu 226

Artikolu 223

Artikolu 227

Artikolu 224

Artikolu 228

Artikolu 225

Artikolu 229

Artikolu 226

Artikolu 230

Artikolu 227

Artikolu 231

Artikolu 228

Artikolu 232

Artikolu 229

Artikolu 233

Artikolu 230

Artikolu 234

Artikolu 231

Artikolu 235

Artikolu 232

Artikolu 236

Artikolu 233

Artikolu 237

Artikolu 234

Artikolu 238

Artikolu 235

Artikolu 239

Artikolu 235 a

Artikolu 240

Artikolu 236

Artikolu 241

Artikolu 237

Artikolu 242

Artikolu 238

Artikolu 243

Artikolu 238 a

Artikolu 244

Artikolu 239

Artikolu 245

Artikolu 240

Artikolu 246

Artikolu 241

Artikolu 247

Artikolu 242

Artikolu 248

Artikolu 243

Artikolu 249

Artikolu 244

Artikolu 250

Artikolu 245

Artikolu 251

Artikolu 246

Artikolu 252

Artikolu 247

Artikolu 253

Artikolu 248

Artikolu 254

Artikolu 249

Artikolu 255

Artikolu 250

Artikolu 251

Artikolu 256

Artikolu 252

Artikolu 257

Artikolu 253

Artikolu 258

Artikolu 254

Artikolu 259

Artikolu 255

Artikolu 260

Artikolu 256

Artikolu 261

Artikolu 257

Artikolu 262

Artikolu 258

Artikolu 263

Artikolu 259

Artikolu 264

Artikolu 260

Artikolu 265

Artikolu 261

Artikolu 266

Artikolu 262

Artikolu 267

Artikolu 263

Artikolu 268

Artikolu 264

Artikolu 269

Artikolu 265

Artikolu 270

Artikolu 266

Artikolu 271

Artikolu 267

Artikolu 272

Artikolu 268

Artikolu 273

Artikolu 269

Artikolu 274

Artikolu 270

Artikolu 271

Artikolu 272

Artikolu 273

Artikolu 274

Artikolu 275

Artikolu 276

Artikolu 277

Artikolu 278

Artikolu 279

Artikolu 275

Artikolu 280

Artikolu 276

Artikolu 281

Artikolu 277

Artikolu 282

Artikolu 278

(1)    Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).
(2)    Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(3)    Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(4)    Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(5)    Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(6)    Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).