Brussell, 25.4.2022

COM(2022) 187 final

2022/0130(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ġbir, il-preservazzjoni u l-analiżi ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fil-Eurojust


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera serja fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bħala ċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-Eurojust tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ delitti li l-Eurojust hija kompetenti biex tittrattahom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1727 (“ir-Regolament dwar il-Eurojust”). Fost l-oħrajn, il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra (imsejħa wkoll kollettivament bħala “reati kriminali internazzjonali l-aktar serji”) huma delitti li l-Eurojust hija kompetenti biex tittrattahom.

Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet aggressjoni militari kontra l-Ukrajna. Hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li fl-Ukrajna twettqu u qed jitwettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ħabbar li kien ipproċeda biex jibda investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna 1 . Is-servizzi ta’ prosekuzzjoni f’bosta Stati Membri kif ukoll fl-Ukrajna bdew ukoll investigazzjonijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, li huma appoġġati u kkoordinati mill-Eurojust. Il-Eurojust għandha l-għarfien espert u l-esperjenza biex tappoġġa l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali l-aktar serji, inkluż billi tiffaċilita l-attivitajiet tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (SIK), bħal dik stabbilita minn xi Stati Membri u mill-Ukrajna fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali. Il-Eurojust tikkoopera wkoll mal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

L-awtoritajiet nazzjonali qed jiġbru evidenza tad-delitti internazzjonali li setgħu twettqu fl-Ukrajna. Minħabba l-ostilitajiet li għaddejjin, l-evidenza ma tistax tinħażen b’mod sigur fl-Ukrajna, u tirrikjedi li l-Unjoni tiżgura b’mod urġenti post ta’ riżerva/ħżin. Għalhekk, sabiex jiġu kkoordinati l-isforzi li bħalissa qed isiru mill-Istati Membri biex jiġbru l-evidenza, jeħtieġ li jiġi stabbilit malajr maħżen ċentrali, fejn tkun tista’ tinħażen l-evidenza miġbura mill-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali jew minn partijiet terzi bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Madankollu, filwaqt li r-Regolament dwar il-Eurojust jipprevedi li l-Eurojust tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti serji, huwa ma jippermettix b’mod espliċitu lill-Eurojust tiġbor, tippreserva u tanalizza tali evidenza fir-rigward ta’ dan l-iskop.

Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Eurojust stabbiliet sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, li fiha data mhux personali u d-data personali msemmija fl-Anness II tar-Regolament dwar il-Eurojust. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet prinċipalment għandha l-għan li tappoġġa l-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li l-Eurojust tipprovdi assistenza għalihom. Ir-Regolament dwar il-Eurojust jirrestrinġi l-istruttura tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għal fajls ta’ ħidma temporanji, bl-għan li tappoġġa s-segwitu ta’ każijiet li jkunu pendenti, u indiċi 2 . L-ipproċessar ta’ data personali barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet huwa pprojbit 3 . Waqt li tkun qed tikkoordina u tappoġġa investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, il-Eurojust tista’ temporanjament taħżen u tiskambja evidenza f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament.

Il-Kummissjoni diġà pproponiet li ttejjeb l-istruttura attwali tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust fir-rigward tal-attivitajiet tal-Eurojust li jikkonċernaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta’ reati terroristiċi. Fit-1 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat proposta biex ittejjeb il-funzjonament tar-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew Kontra t-Terroriżmu fil-Eurojust 4 . Bħala parti minn dik il-proposta, huma previsti l-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet u d-diġitalizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust.

L-avvenimenti reċenti marbuta mal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wrew ukoll il-ħtieġa urġenti li wieħed imur lil hinn mis-sistema eżistenti ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust. L-arkitettura attwali tal-ipproċessar tad-data fil-Eurojust ma tippermettix lill-Eurojust tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza relatata ma’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, inklużi dawk li x’aktarx qed isiru fl-Ukrajna, minħabba l-iskala tal-avvenimenti u l-ammont vast ta’ evidenza li jeħtieġ li tinħażen f’każ li jitwettqu tali reati.

F’dan l-isfond, din il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-Eurojust tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza fir-rigward ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati u, meta jkun meħtieġ u xieraq, tippermetti l-iskambju tagħha jew inkella tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, nazzjonali jew internazzjonali. Il-ġbir tal-evidenza ma jfissirx li l-Eurojust tingħata rwol eżekuttiv bħala awtorità investigattiva, li ma jkunx kopert mill-mandat tal-Eurojust, iżda huwa maħsub biex jiżgura li l-Eurojust tkun tista’ tirċievi u taħżen b’mod ċentrali l-evidenza minn sorsi differenti. Billi tagħmel hekk, il-Eurojust tista’ tappoġġa l-ħidma ta’ bini ta’ każijiet f’investigazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali b’mod aktar effettiv u tipprovdi appoġġ addizzjonali lis-servizzi ta’ prosekuzzjoni kompetenti. Bl-għan li dan isir, din il-proposta tipprevedi l-istabbiliment ta’ faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. Fid-dawl tan-natura sensittiva tad-data personali involuta, l-ipproċessar tagħha, inkluż il-ġbir, il-preservazzjoni, l-analiżi u l-iskambju, irid ikun konformi mal-ogħla standards tal-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà.

Evidenza kruċjali dwar reati kriminali internazzjonali l-aktar serji normalment tkun disponibbli fil-forma ta’, fost l-oħrajn, awdjoreġistrazzjonijiet, filmati u ritratti. L-immaġnijiet satellitari jistgħu wkoll ikunu utli biex juru t-twettiq ta’ dawn ir-reati. Għal din ir-raġuni, din il-proposta għandha l-għan ukoll li testendi l-kategoriji ta’ data li l-Eurojust tista’ tipproċessa legalment għall-filmati u l-awdjoreġistrazzjonijiet kif ukoll għall-immaġnijiet satellitari u kwalunkwe ritratt rilevanti. Bil-ħsieb li l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ sħiħ li l-Eurojust tista’ tipprovdi fl-investigazzjonijiet li għaddejjin ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji fil-kuntest tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna, l-emendi għar-Regolament dwar il-Eurojust previsti f’din il-proposta jeħtieġ li jiġu promulgati b’mod urġenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu offruti spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, fejn jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

Il-proposta ġiet adottata wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna hekk kif malajr sar evidenti li l-qafas legali attwali tal-Eurojust ikun jeħtieġ emendi mmirati biex il-Eurojust tkun tista’ tissodisfa bl-aħjar mod l-objettivi li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni fir-rigward ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji mwettqa minn partijiet fil-konflitt.

Il-proposta ssegwi l-proposta biex jiġu emendati r-Regolament dwar il-Eurojust u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, li ġiet adottata fl-1 ta’ Diċembru 2021. Iż-żewġ proposti għandhom l-istess objettiv li jippermettu lill-Eurojust tissodisfa r-rwol aktar b’saħħtu tagħha previst fir-Regolament dwar il-Eurojust fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti serji.

Iż-żewġ proposti huma komplementari peress li jikkonċernaw forom differenti ta’ reati kriminali (reati kriminali internazzjonali l-aktar serji u reati terroristiċi) u jipprevedu bidliet differenti fl-arkitettura tal-ipproċessar tad-data tal-Eurojust. Il-proposta dwar ir-Reġistru Kontra t-Terroriżmu għandha l-għan li tintegra aħjar Reġistru tali fil-qafas legali u tekniku tal-Eurojust sabiex il-Eurojust tkun tista’ tidentifika r-rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet simultanji ta’ reati terroristiċi. Din il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-Eurojust tiġbor, tippreserva, tanalizza u, meta jkun meħtieġ u xieraq, tiskambja evidenza ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji billi tipprevedi l-istabbiliment ta’ faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. In-negozjati u t-test tal-proposta dwar ir-Reġistru Kontra t-Terroriżmu jeħtieġ li jiġu allinjati mal-proposta preżenti.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-reazzjoni tal-Unjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja kienet tikkonċerna bosta politiki tal-Unjoni. Pereżempju, l-Unjoni adottat malajr pakkett komprensiv u robust ta’ miżuri restrittivi. Hija waqfet tittratta lir-Russja bħala nazzjon l-aktar iffavorit fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ħabbret pakkett ta’ emerġenza ta’ kważi EUR 550 miljun biex tittratta l-konsegwenzi umanitarji tal-invażjoni. Dawn l-azzjonijiet kollha, kif ukoll din il-proposta, għandhom l-għan li jiżguraw li l-Unjoni tkun mgħammra b’għodod adegwati biex tindirizza, b’rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna (inkluża r-responsabbiltà kriminali għar-reati kriminali l-aktar serji mwettqa fil-kuntest tal-kunflitt). L-għan aħħari ta’ dawn l-azzjonijiet kollha huwa li terġa’ tinkiseb il-paċi, li l-promozzjoni tagħha hija l-ewwel fost l-objettivi tal-Unjoni.

Il-proposta hija konsistenti mar-rwoli komplementari tal-Europol u l-Eurojust. Il-Europol tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, filwaqt li l-Eurojust għandha rwol simili fil-konfront tal-awtoritajiet ġudizzjarji. Il-Europol stabbiliet ukoll il-“Proġett ta’ Analiżi tar-Reati Kriminali Internazzjonali l-Aktar Serji”. Permezz tal-istabbiliment ta’ dan il-Proġett ta’ Analiżi, il-Europol għandha l-għan li tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lil Partijiet terzi u lill-organizzazzjonijiet fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra delitti internazzjonali bħall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, pereżempju billi tanalizza informazzjoni u intelligence dwar tali delitti. Il-Eurojust u l-Europol ser jikkoordinaw u jikkooperaw flimkien fil-kuntest tal-mandati rispettivi tagħhom, inkluż billi jaġġornaw il-ftehim operazzjonali li ffirmaw fl-2010 sabiex iżidu l-effettività tagħhom fil-ġlieda kontra d-delitti serji, li hija fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ħidma u r-riżorsi.

Il-proposta tqis ukoll u tirrispetta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 85 TFUE huwa l-bażi ġuridika għar-Regolament dwar il-Eurojust, li din il-proposta għandha l-għan li temenda. L-Artikolu 85 TFUE jipprevedi li l-Eurojust tkun irregolata minn regolament li jrid jiġi adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-Regolament dwar il-Eurojust jiffissa r-regoli dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li din il-proposta qed tiġi adottata fil-kuntest tiegħu, huwa qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4(2) TFUE. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jenħtieġ li azzjoni fil-livell tal-Unjoni tittieħed biss meta l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE.

Ir-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, anke meta jitwettqu f’pajjiż wieħed biss u barra mill-Unjoni, għandhom implikazzjonijiet wisgħin għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. F’konformità mal-prinċipju ta’ komplementarjetà, meta Stat ma jkunx irid jew ma jkunx jista’ ġenwinament iwettaq l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ dawn id-delitti minkejja li jkun kompetenti biex jagħmel hekk, il-Qorti Kriminali Internazzjonali tista’ tinvestiga u tipproċedi kontra t-trażgressuri ta’ tali delitti, dment li jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Għalhekk, azzjoni fil-livell nazzjonali biss ma tistax tiżgura l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji b’mod effettiv. Hemm bżonn li l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jinvestigawhom u jipproċedu kontra t-trażgressuri u jindirizzaw sfidi komuni. Fost dawn tal-aħħar, l-isfidi marbuta mal-ġbir, il-preservazzjoni u l-analiżi ta’ evidenza relatata mar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji huma prominenti, u l-istess jgħodd għal dawk li jikkonċernaw l-aċċess għal tali evidenza u l-iskambju tagħha minn awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali li jistgħu jinvestigaw u jipproċedu kontra t-trażgressuri tar-reati ikkonċernati. Bħala l-aġenzija tal-Unjoni għall-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali, il-Eurojust hija espressjoni qawwija ta’ dan l-isforz mill-Istati Membri biex iressqu lill-awturi ta’ dawn id-delitti faħxija quddiem il-ġustizzja billi jaħdmu flimkien. Il-Eurojust tinsab f’pożizzjoni ideali biex tiġbor, tippreserva u tanalizza tali evidenza u, meta jkun meħtieġ u xieraq, tippermetti l-iskambju tagħha jew inkella tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jew internazzjonali kompetenti, inkluża l-Qorti Kriminali Internazzjonali. F’konformità mar-Regolament dwar il-Eurojust, tali awtoritajiet ġudizzjarji jinkludu l-prosekuzzjoni.

Għalhekk hemm ħtieġa speċifika għal azzjoni tal-Unjoni. Din il-proposta tipprevedi miżuri li għandhom dimensjoni intrinsika tal-Unjoni. Hija għandha l-għan li ttejjeb il-kapaċità tal-Eurojust li taġixxi u li tippermetti lill-Eurojust tissodisfa l-objettiv ewlieni tagħha li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 5(4) TUE, hemm bżonn li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi indirizzati f’din il-proposta jitolbu appoġġ fil-livell tal-Unjoni biex l-Istati Membri jindirizzaw dawn il-problemi b’mod effettiv. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-Eurojust, minbarra l-kompiti u s-setgħat attwali tagħha u mingħajr preġudizzju għalihom, tkun tista’ wkoll tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza dwar ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra u, meta jkun meħtieġ u xieraq, tiskambjaha jew inkella tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali kompetenti, inkluża l-Qorti Kriminali Internazzjonali; għalhekk, hija ma tolqotx il-forom l-oħra kollha ta’ delitti serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta f’konformità mar-Regolament dwar il-Eurojust. Mingħajr l-emendi ssuġġeriti minn din il-proposta, il-Eurojust jaf ma tkunx tista’ tissodisfa r-rwol ewlieni tagħha fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji.

Din il-proposta tintroduċi bidliet minimi għar-Regolament dwar il-Eurojust li ma jbiddlux b’mod sinifikanti l-istruttura tiegħu u lanqas ma jalteraw il-funzjonament tal-Eurojust. Is-setgħat u l-kompiti attwali tal-Eurojust jibqgħu inaffettwati. L-emendi ssuġġeriti jsaħħu r-rwol tal-Eurojust kif diġà previst mir-Regolament u jqisu s-sensittività tad-data li trid tiġi pproċessata u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tagħha. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv.

Għażla tal-istrument

Il-proposta temenda r-Regolament dwar il-Eurojust. L-Artikolu 85 TFUE huwa l-bażi ġuridika għar-Regolament dwar il-Eurojust u jipprevedi li l-Eurojust tkun irregolata minn regolament li jrid jiġi adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni adottat din il-proposta b’mod urġenti wara diversi skambji – fuq bażi bilaterali jew fil-kuntest ta’ laqgħat kollettivi – mal-Eurojust u mal-awtoritajiet nazzjonali involuti fl-investigazzjonijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u entitajiet oħrajn tal-Unjoni. Kollha kemm huma indikaw il-ħtieġa għal maħżen ċentrali tal-evidenza kif ukoll il-limitazzjonijiet attwali tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust u l-impatt tagħhom fuq il-kapaċità tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, inklużi dawk li jistgħu jitwettqu fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali fl-Ukrajna.

Barra minn hekk, fl-2021 saret konsultazzjoni estensiva fil-kuntest tat-tħejjija tal-proposta dwar l-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu 5 , li konfermat il-ħtieġa li tittejjeb is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust.

Sad-data tal-pubblikazzjoni ta’ din il-proposta, il-Eurojust ipparteċipat fis-sitt laqgħat kollha tat-Task Force tal-Kummissjoni “Iffriżar u Sekwestru”, li ġiet stabbilita fil-bidu ta’ Marzu 2022 biex tiżgura l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri fl-infurzar tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni kontra individwi u kumpaniji elenkati Russi u Belarussi, u biex tesplora l-interazzjoni possibbli bejn il-miżuri restrittivi u l-miżuri tad-dritt kriminali.

Il-Kummissjoni ħadet sehem fiż-żewġ laqgħat straordinarji tan-Network għall-Ġenoċidju – li s-Segretarjat tiegħu huwa ospitat fil-Eurojust – iddedikati għas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (11 ta’ Marzu 2022 u 5 ta’ April 2022), fejn ġiet espressa wkoll il-ħtieġa għal maħżen ċentrali tal-evidenza, inkluż mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali. L-istess kwistjonijiet tqajmu wkoll f’bosta laqgħat tal-Kulleġġ tal-Eurojust u tal-Bord Eżekuttiv.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba l-urġenza eċċezzjonali, ma setgħet issir l-ebda valutazzjoni tal-impatt u l-obbligu rilevanti tneħħa. Minkejja dan, il-proposta għandha biss l-għan li ttejjeb aktar il-kapaċità tal-Eurojust li tissodisfa l-objettivi tagħha stabbiliti fir-Regolament dwar il-Eurojust billi tistabbilixxi soluzzjoni teknika aġġornata fi ħdan il-Eurojust biex tappoġġa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jittrattaw il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra. Il-proposta ma tbiddilx il-prinċipji ewlenin li jirfdu l-funzjonament tal-Eurojust u l-qafas legali eżistenti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, u lanqas ma tirrestrinġi bl-ebda mod is-setgħat u l-kompiti eżistenti tal-Eurojust. L-impatti mistennija tal-emendi proposti huma limitati ħafna peress li l-proposta tintroduċi kompitu addizzjonali speċifiku wieħed biss għall-Eurojust. Dan jippermetti funzjonalità limitata fl-arkitettura ġenerali eżistenti tal-Eurojust u jikkonċerna biss waħda mit-30 forma ta’ delitti serji li l-Eurojust hija kompetenti biex tittrattahom. Valutazzjoni tal-konsistenza tar-rwoli komplementari tal-Eurojust u l-Europol ser titwettaq skont ir-Regolament tal-Eurojust fis-seħħ. Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Eurojust u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024 f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar il-Eurojust.

Drittijiet fundamentali

Minħabba l-importanza tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u l-attivitajiet ta’ appoġġ tal-Eurojust, il-proposta tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali 6 u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata 7 . Dan huwa ta’ importanza partikolari peress li l-proposta tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali relatata ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali.

Il-proposta tiċċara li d-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament dwar il-Eurojust li jistabbilixxi r-reġim robust ta’ protezzjoni tad-data tal-Eurojust japplikaw għall-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data fejn se tiġi analizzata u ppreservata evidenza dwar reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, bl-eċċezzjoni ta’ dawk ir-regoli marbutin direttament mad-disinn tekniku tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, jiġifieri fajls ta’ ħidma temporanji u indiċi. Dawn jinkludu wkoll, f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament dwar il-Eurojust, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-proposta tirrikjedi wkoll li jkun jenħtieġ li l-Eurojust l-ewwel tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) wara li l-wasla ta’ notifika mingħand l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li tkun tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, il-miżuri previsti biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji, garanziji, u miżuri ta’ sigurtà u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali u li juru konformità mar-Regolament dwar il-Eurojust, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati. Il-KEPD se jiġi kkonsultat.

Il-proposta tipprevedi li jenħtieġ li l-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data tikkonforma mal-ogħla standards ta’ ċibersigurtà.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta jkollha impatt fuq il-baġit tal-Eurojust u l-ħtiġijiet tal-persunal tagħha. Skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta, huwa stmat li jkunu meħtieġa EUR 15.705 miljun oħra għall-perjodu 2022-2027 biex il-Eurojust tkun tista’ twettaq il-kompiti previsti minn din il-proposta. Dan jinkludi l-ispejjeż għall-istabbiliment u l-ġestjoni tal-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data (madwar EUR 500 000 fis-sena) u għar-riżorsi umani meħtieġa biex din tiġi mmaniġġjata.

Huwa stmat li jkunu meħtieġa 16-il kariga addizzjonali, inklużi esperti tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, ġuristi-lingwisti, analisti, esperti legali, uffiċjali tas-sigurtà tal-ICT, uffiċjali ta’ kollegament mal-Qorti Kriminali Internazzjonali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u uffiċjali amministrattivi. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li dawn il-karigi jimtlew malajr kemm jista’ jkun.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-ġbir, il-preservazzjoni u l-analiżi tal-evidenza ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji normalment jitwettqu minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati differenti, kif inhu l-każ bħalissa fil-kuntest tal-ostilitajiet kontinwi fl-Ukrajna: awtoritajiet nazzjonali, korpi tal-Unjoni, inklużi aġenziji tal-ĠAI, missjonijiet taħt il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet privati, inklużi organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Eurojust tkun tista’ tiċċentralizza l-evidenza disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi filwaqt li tapplika l-ogħla standards ta’ sigurtà u traċċabbiltà. Tali informazzjoni u evidenza (fiżika u elettronika) jistgħu jintużaw kemm għal kawżi kriminali quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll għal prosekuzzjonijiet mill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew kwalunkwe qorti jew mekkaniżmu ieħor stabbilit għal dak il-għan. Madankollu, il-proposta ma għandhiex l-għan li tintroduċi xi obbligu fuq l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkondividu tali informazzjoni u evidenza.

L-Artikolu 1(1) jestendi espressament il-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust fir-rigward tal-ġbir, l-analiżi, il-preservazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ evidenza b’appoġġ għall-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, b’mod partikolari l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar il-Eurojust. L-appoġġ analitiku pprovdut mill-Eurojust huwa wieħed mill-kompiti operazzjonali ewlenin li l-Eurojust diġà teżerċita u huwa msaħħaħ aktar b’din il-proposta. Il-Eurojust tista’ tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’analiżi tal-evidenza, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tal-awtentiċità u l-affidabbiltà tal-evidenza relatata ma’ fatti li huma soġġetti għal investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin, inklużi dawk li l-Eurojust tappoġġa, biex tiġi żgurata l-ammissibbiltà sussegwenti ta’ tali evidenza fil-qrati nazzjonali jew internazzjonali jew mekkaniżmi ekwivalenti. Skont ir-Regolament dwar il-Eurojust, il-Eurojust tista’ diġà tittrażmetti evidenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Eurojust, u taħżen temporanjament dik l-evidenza b’appoġġ għal investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet nazzjonali. L-Artikolu 1(1) jiċċara li l-qafas eżistenti japplika wkoll għall-evidenza miġbura, maħżuna u analizzata fil-faċilità awtomatizzata tal-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

Peress li s-sistema attwali ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust ma għandhiex il-kapaċità teknika li tiċċentralizza l-evidenza dwar ir-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji b’mod effiċjenti u sigur, l-Artikolu 1(2) għandu l-għan li jipprovdi l-mezzi operazzjonali lill-Eurojust biex twettaq il-kompiti ta’ appoġġ u koordinazzjoni tagħha fir-rigward ta’ dawn ir-reati kriminali sakemm tiġi stabbilita u tiffunzjona bis-sħiħ is-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet. Dan jippermetti lill-Eurojust twettaq il-kompiti tagħha msemmija hawn fuq saħansitra minn qabel, inkluż fir-rigward tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji li x’aktarx qed jitwettqu fl-Ukrajna. Din id-dispożizzjoni tqis is-sensittività tad-data li trid tiġi pproċessata u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tagħha.

Evidenza kruċjali dwar reati kriminali internazzjonali l-aktar serji normalment tkun disponibbli fil-forma ta’ awdjoreġistrazzjonijiet u filmati. L-immaġnijiet satellitari jistgħu wkoll ikunu utli biex juru t-twettiq ta’ dawn ir-reati. Għal din ir-raġuni, jidher li hu meħtieġ li l-kategoriji ta’ data li l-Eurojust tista’ tipproċessa legalment jiġu estiżi u li l-Anness II tar-Regolament dwar il-Eurojust jiġi emendat kif xieraq (l-Artikolu 1(3)).

2022/0130 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ġbir, il-preservazzjoni u l-analiżi ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fil-Eurojust

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 stabbilixxa l-Eurojust u ffissa l-kompiti, il-kompetenza u l-funzjonijiet tagħha.

(2)Il-Eurojust hija kompetenti fir-rigward tal-forom ta’ reati serji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1727, li jinkludu l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra. F’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2018/1727, il-kompetenza tal-Eurojust tkopri wkoll reati kriminali relatati mar-reati kriminali elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(3)Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet aggressjoni militari kontra l-Ukrajna. Hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li fl-Ukrajna twettqu u qed jitwettqu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fil-kurrent tal-ostilitajiet attwali.

(4)Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex tiżgura li dawk li wettqu dawk id-delitti fl-Ukrajna jinżammu responsabbli.

(5)Is-servizzi ta’ prosekuzzjoni f’bosta Stati Membri kif ukoll fl-Ukrajna bdew investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-avvenimenti fl-Ukrajna, u meta jkun xieraq joqogħdu fuq l-appoġġ tal-Eurojust. Il-Eurojust ikkonkludiet ftehim dwar il-kooperazzjoni mal-Ukrajna fis-27 ta’ Ġunju 2016. F’konformità ma’ dan il-ftehim, prosekutur ta’ kollegament Ukren huwa stazzjonat fil-Eurojust biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Ukrajna.

(6)F’konformità mal-Istatut ta’ Ruma 9 , il-Qorti Kriminali Internazzjonali għandha s-setgħa li teżerċita l-ġuriżdizzjoni tagħha fuq individwi responsabbli għall-aktar delitti serji ta’ tħassib internazzjonali, kif imsemmi fl-Istatut ta’ Ruma. Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali hija komplementari għall-ġuriżdizzjonijiet kriminali nazzjonali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ħabbar li kien ipproċeda biex jibda investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

(7)Minħabba l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali f’bosta Stati Membri u n-natura komplementari tal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni f’ġuriżdizzjonijiet differenti kif ukoll mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, jew qorti, tribunal jew mekkaniżmu ieħor stabbilit għal dak il-għan, huma importanti biex tiġi żgurata l-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra u reati relatati, inklużi dawk li jista’ jkun li qed jitwettqu fl-Ukrajna fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali.

(8)Sabiex jiġi żgurat li l-evidenza u l-aħjar prattiki relatati mal-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali, jenħtieġ li l-Eurojust issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-qrati u t-tribunali kriminali u l-mekkaniżmi stabbiliti biex jindirizzaw il-ksur tad-dritt internazzjonali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Eurojust tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti Kriminali Internazzjonali u kwalunkwe qorti, tribunal jew mekkaniżmu ieħor li għandu l-għan li jindirizza delitti li jaffettwaw il-paċi u s-sikurezza internazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Eurojust tiffaċilita wkoll l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja mill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew qrati u tribunali kriminali jew mekkaniżmi speċjali li jikkonċernaw evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati.

(9)L-evidenza relatata mal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra ma tistax tinħażen b’mod sikur fit-territorju fejn iseħħu l-ostilitajiet, kif inhu l-każ bl-evidenza marbuta mal-ostilitajiet li għaddejjin fl-Ukrajna. Għalhekk, hemm bżonn ta’ maħżen ċentrali. L-evidenza miġbura minn aġenziji u korpi tal-Unjoni u awtoritajiet internazzjonali jew partijiet terzi bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jeħtieġu wkoll maħżen ċentrali sabiex ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

(10)Il-Eurojust għandha l-għarfien espert u l-esperjenza biex tappoġġa l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ delitti transfruntieri, inkluż il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Dan jinkludi l-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin tal-evidenza sa fejn tkun ikkonċernata l-ammissibbiltà tagħha quddiem il-qrati u l-affidabbiltà tagħha.

(11)Billi tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza relatata mar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, kif ukoll, meta jkun meħtieġ u xieraq, billi tippermetti l-iskambju tagħha, il-Eurojust tista’ tappoġġa l-bini ta’ każijiet f’investigazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u internazzjonali. Tali evidenza tista’ tkun partikolarment siewja biex tiġi aċċertata l-affidabbiltà tat-testimonjanzi tax-xhieda.

(12)Jenħtieġ li tiġi stabbilita faċilità ġdida ta’ ħżin temporanju li tippermetti tali ħżin, analiżi u preservazzjoni. Peress li l-ħtieġa li tinħażen tali evidenza hija urġenti, huwa meħtieġ li l-Eurojust taħżinha f’faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, sakemm is-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet tkun kompletament funzjonali. Ir-regoli ġenerali tal-Kapitolu distint tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali jenħtieġ li japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data tar-Regolament (UE) 2018/1727. Il-faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data jenħtieġ li tiġi integrata fis-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet, li mistennija tiġi stabbilita skont il-proposta għal Regolament dwar l-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu 10 .

(13)Il-ħżin, l-analiżi u l-preservazzjoni tal-evidenza fir-rigward tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati fil-faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data, kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kull meta jkun meħtieġ u xieraq, jenħtieġ li jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ ċibersigurtà u protezzjoni tad-data, f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(14)Immaġnijiet bis-satellita, ritratti, filmati u awdjoreġistrazzjonijiet jistgħu jkunu utli biex juru t-twettiq ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Eurojust tkun tista’ tipproċessa u taħżen tali data fir-rigward ta’ din il-fini.

(15)Jenħtieġ li l-Eurojust u l-Europol jikkooperaw mill-qrib fil-kuntest tal-mandati rispettivi tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni fil-kuntest tas-sistema eżistenti u dedikata tal-Europol (imsejjaħ proġett ta’ analiżi) dwar delitti internazzjonali, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Għalhekk, il-Eurojust tista’ tirreferi għall-informazzjoni tal-Europol li tkun irċeviet fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 4(1)(j) tar-Regolament (UE) 2018/1727. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni tinkludi evalwazzjoni konġunta regolari ta’ kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi.

(16)[F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.] JEW [F’konformità mal-Artikolu 3 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.]

(17)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(18)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ħareġ opinjoni fil-XX/XX/20XX,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1727

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt (j) li ġej:

“(j) tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati, inkluż billi tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza relatata ma’ dawn ir-reati kriminali, kif ukoll, meta jkun meħtieġ u xieraq, tippermetti l-iskambju tagħha jew inkella tagħmilha direttament disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti nazzjonali u internazzjonali, b’mod partikolari l-Qorti Kriminali Internazzjonali”

(2)fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“(8) B’deroga mill-Artikolu 23(6), il-Eurojust tista’ tipproċessa data personali operazzjonali għat-twettiq tal-kompiti msemmijin fil-punt (j) tal-Artikolu 4(1), f’faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. Il-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data għandha tikkonforma mal-ogħla standards ta’ ċibersigurtà. It-tħaddim tal-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data għandu jkun soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD. Il-KEPD għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara li jirċievi notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

In-notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti;

(b) valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

(c) il-miżuri previsti biex jindirizzaw dawk ir-riskji;

(d) is-salvagwardji, il-miżuri ta’ sigurtà u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ data personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni kkonċernati oħrajn.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-data fil-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data sakemm dawn ma jkunux relatati direttament mal-istruttura teknika tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet f’konformità mal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament. Id-dritt ta’ aċċess u l-limiti ta’ żmien għad-data maħżuna fil-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data għandhom ikunu marbutin mal-aċċess għall-fajls ta’ ħidma temporanji, li d-data tinħażen biex tappoġġahom.

Id-deroga prevista f’dan il-paragrafu għandha tintemm fil-mument meta s-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet tkun fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data ta’ meta s-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet tkun fis-seħħ permezz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(3)L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 1(n) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(n) profili tad-DNA stabbiliti mill-parti mhux kodifikattriċi tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’ u, fir-rigward tar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(1)(j), filmati u awdjoreġistrazzjonijiet.”

(b)il-punt 2(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f) id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati li jinvolvu lill-persuna kkonċernata, id-data ta’ meta twettqu r-reati u l-post fejn twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati, u, fir-rigward tar-reati kriminali msemmijin fl-Artikolu 4(1)(j), informazzjoni relatata ma’ mġiba kriminali, inklużi awdjoreġistrazzjonijiet, filmati, immaġnijiet bis-satellita u ritratti u mal-progress tal-investigazzjonijiet;”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

WERREJ

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 16

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva16

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)16

1.3.Il-proposta hija relatata ma’ 16

1.4.Objettiv(i)16

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 16

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 17

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija17

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 17

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 17

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva17

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.17

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi18

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra19

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni19

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva20

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 20

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 21

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 21

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 21

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta21

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom22

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 22

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 22

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 23

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 23

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 24

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 25

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp] 26

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp] 27

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 32

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 32

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 33

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ġbir, il-preservazzjoni u l-analiżi ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Qasam ta’ politika: Ġustizzja u drittijiet fundamentali

Attività: Investiment fin-nies, koeżjoni soċjali u valuri

071007: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

1.3.Il-proposta tirrigwarda

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 11  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

Il-Eurojust ġiet stabbilita bħala korp intergovernattiv sabiex jikkoordina investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta’ delitti transfruntieri serji fl-Ewropa u lil hinn minnha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. It-Trattat ta’ Liżbona abolixxa l-istruttura tal-pilastri tal-Unjoni Ewropea u allinja l-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja mal-acquis communautaire. Bir-Regolament (UE) 2018/1727 (“ir-Regolament dwar il-Eurojust”), li ġie adottat skont l-Artikolu 85 TFUE, ġie stabbilit qafas legali ġdid għal Aġenzija ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).

Bħala ċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-Eurojust tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ reati serji li l-Eurojust hija kompetenti biex tittrattahom f’konformità mar-Regolament dwar il-Eurojust. Fost l-oħrajn, il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra (imsejħa wkoll kollettivament bħala “reati kriminali internazzjonali l-aktar serji”) huma delitti li l-Eurojust hija kompetenti biex tittrattahom.

L-avvenimenti reċenti marbutin mal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja żvelaw il-ħtieġa urġenti li l-Eurojust tkun tista’ tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza relatata mal-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra, u d-delitti kontra l-umanità u reati kriminali relatati, u li tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, nazzjonali jew internazzjonali.

F’dan l-isfond, l-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tippermetti lill-Eurojust twettaq dan il-kompitu addizzjonali billi tistabbilixxi faċilità temporanja awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. 

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettiv speċifiku jirriżulta mill-objettiv ġenerali kif deskritt hawn fuq:

Objettiv speċifiku Nru 1: Li l-Eurojust tkun tista’ tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza fir-rigward ta’ ġenoċidju, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità u reati kriminali relatati, kif ukoll, meta jkun meħtieġ u xieraq, tkun tista’ tiskambjaha jew inkella tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u internazzjonali. 

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-inizjattiva mistennija tippermetti legalment u teknikament lill-Eurojust tiġbor, tippreserva, tanalizza u, meta jkun meħtieġ u xieraq, tittrażmetti evidenza ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji billi tistabbilixxi faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data barra mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-ammont ta’ informazzjoni mibgħuta minn individwi, Stati Membri, Pajjiżi Terzi, NGOs u atturi rilevanti oħrajn;

L-għadd ta’ prosekuzzjonijiet ibbażati fuq evidenza maħżuna fis-sistema;

L-għadd ta’ biċċiet ta’ informazzjoni mibgħuta mill-Eurojust lill-Istati Membri;

L-għadd ta’ każijiet operattivi appoġġati.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-eżekuzzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva leġiżlattiva teħtieġ miżuri tekniċi u proċedurali fil-livell tal-UE, li jenħtieġ li jibdew meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni riveduta.

Ir-rekwiżiti ewlenin wara d-dħul fis-seħħ tal-proposta huma kif ġej:

Il-Eurojust timplimenta s-sistema l-ġdida li tippermetti l-ħżin u l-ġestjoni tal-evidenza miġbura.

Il-Eurojust tirċievi evidenza minn partijiet ikkonċernati rilevanti (jiġifieri Stati Membri, individwi, Stati Terzi, NGOs…).

Il-Eurojust tippermetti l-aċċess mill-Istati Membri biex jużaw din l-evidenza fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati.

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li l-Eurojust tkun tista’ twettaq dawn il-kompiti diġà fir-rigward tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji li jista’ jkun li qed jitwettqu fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali fl-Ukrajna, il-Eurojust se timplimenta l-bażi tad-data fl-2022 u se tibda l-kollezzjoni u l-ġestjoni tal-evidenza diġà fl-2022.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet invażjoni militari tal-Ukrajna. Hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li fl-Ukrajna twettqu u qed jitwettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ħabbar li kien ipproċeda biex jibda investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Is-servizzi ta’ prosekuzzjoni f’bosta Stati Membri kif ukoll fl-Ukrajna bdew ukoll investigazzjonijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, li xi wħud minnhom huma appoġġati u kkoordinati mill-Eurojust. Il-Eurojust għandha l-għarfien espert u l-esperjenza biex tappoġġa l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali l-aktar serji, inkluż billi tiffaċilita l-attivitajiet tal-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta (SIK), bħal dik stabbilita minn xi Stati Membri u mill-Ukrajna fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali fl-Ukrajna.

L-awtoritajiet nazzjonali qed jiġbru evidenza tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji li jista’ jkun li twettqu fl-Ukrajna mill-partijiet kollha fil-kunflitt. Minħabba l-ostilitajiet li għaddejjin, l-evidenza ma tistax tinħażen b’mod sigur fl-Ukrajna. Għalhekk biex jiġi stabbilit maħżen ċentrali, fejn tkun tista’ tinħażen ukoll l-evidenza miġbura mill-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali jew minn partijiet terzi bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Filwaqt li r-Regolament dwar il-Eurojust jipprevedi li l-Eurojust tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti serji, huwa ma jippermettix b’mod espliċitu lill-Eurojust tiġbor, tippreserva u tanalizza evidenza fir-rigward ta’ dan l-iskop.

Il-Kummissjoni adottat din il-proposta wara diversi skambji – fuq bażi bilaterali jew fil-kuntest ta’ laqgħat kollettivi – mal-Eurojust u mal-awtoritajiet nazzjonali involuti fl-investigazzjonijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u entitajiet oħrajn tal-Unjoni bħall-Missjoni Konsultatorja tal-Unjoni Ewropea - l-Ukrajna. Kollha kemm huma indikaw il-ħtieġa għal maħżen ċentrali tal-evidenza kif ukoll il-limitazzjonijiet attwali tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust u l-impatt tagħhom fuq ir-rwol tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward tar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji, inklużi dawk li jistgħu jitwettqu fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali fl-Ukrajna.

Din il-proposta hija meħtieġa biex tiġi stabbilita faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data fl-UE biex tinġabar, tiġi ppreservata u analizzata l-evidenza b’mod xieraq u legali li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipproċedu kontra t-trażgressuri ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li jiġi kkoordinat ir-rispons ġudizzjarju għar-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji u li jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ impunità kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati kriminali. L-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma’ xenarju ta’ sigurtà li qed jinbidel. Il-kriżijiet internazzjonali minn dejjem kellhom impatt fuq l-istil ta’ ħajja Ewropew, kif ukoll fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi. Delitti bħall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra huma parti minn kategorija ta’ delitti serji ħafna, u jenħtieġ li l-awturi ta’ dawn id-delitti ma jaħarbux il-kastig tagħhom.

Il-ġudikatura hija bbażata fuq l-istat tad-dritt, u hemm mhux ftit każijiet fejn l-awtur ta’ reat kriminali ikun ħarab mill-ġustizzja minħabba proċedura illegali għall-ġbir jew għall-ġestjoni tal-evidenza.

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ċar għall-ġlieda kontra din l-impunità.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali huwa parti kruċjali mill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja.

Din is-soluzzjoni urġenti hija meħtieġa bil-ħsieb li l-Eurojust tkun tista’ teżerċita l-kompiti l-ġodda diġà msemmija iktar ’il fuq fil-kuntest taċ-ċirkostanzi straordinarji attwali marbuta mal-ostilitajiet li għaddejjin fl-Ukrajna. Ladarba tiġi approvata l-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Eurojust fir-rigward tal-iskambju ta’ data dwar każijiet ta’ terroriżmu, il-faċilità l-ġdida awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data tista’ tiġi assorbita fis-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikata f’Lulju 2020, issottolinjat il-konnessjoni bejn is-sigurtà interna u esterna u l-importanza tal-kooperazzjoni sabiex id-drittijiet taċ-ċittadini jiġu protetti b’mod effettiv. Din il-proposta hija eżempju ċar ta’ kif faċilità ta’ ġestjoni u ħżin hija meħtieġa biex tipproteġi wieħed mill-aktar drittijiet importanti taċ-ċittadini, id-dritt għall-ħajja.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Eurojust, ix-xejra kienet lejn tkabbir tal-flussi tad-data tal-aġenzija u tad-domanda fuq is-servizzi tagħha.

Il-Kummissjoni hija konxja mir-restrizzjonijiet finanzjarji tal-Eurojust u l-implikazzjoni tar-riżorsi ta’ din it-talba urġenti minħabba l-aggressjoni tal-Ukrajna mir-Russja.

Din il-proposta se tintroduċi kompiti limitati ġodda fir-Regolament dwar il-Eurojust, li għandhom l-għan li jagħmlu lill-Eurojust adatta għall-era diġitali, u li jippermettulha taqdi r-rwol aktar b’saħħtu tagħha previst fir-Regolament dwar il-Eurojust fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali li jinvestigaw id-delitti serji u li jipproċedu kontra t-trażgressuri tagħhom, inklużi delitti tal-gwerra, ġenoċidju u delitti kontra l-umanità. Mhux se jkun possibbli li din il-proposta tiġi implimentata mingħajr ir-rinforzi finanzjarji u umani meħtieġa. 

L-istima tal-kost hija ta’ EUR 15,705 M li se jiġi ffinanzjat mill-marġni taħt l-intestatura 2b tal-QFP.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 12   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Iċ-ċifri dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani jinkludu l-ammont totali previst għall-implimentazzjoni teknika tal-faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data, u l-kostijiet operattivi assoċjati ma’ xi wħud mill-każijiet li jistgħu jkunu marbuta miegħu.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-iskambju tad-data tal-aġenzija se jkunu importanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Eurojust. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament dwar il-Eurojust 13 u jkunu konformi mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati 14 .

Minbarra r-regoli ta’ governanza orizzontali applikabbli għall-aġenziji, il-Eurojust jeħtiġilha tibgħat b’mod partikolari kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u l-ipprogrammar tar-riżorsi. L-SPD jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati.

Il-Eurojust tirrapporta wkoll dwar il-ħidma tagħha f’rapport annwali elaborat. Il-Eurojust tibgħat dan ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali. Barra minn hekk, il-Eurojust tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali bl-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ partijiet terzi.

Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem sabiex tevalwa l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Regolament u l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust, (l-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar il-Eurojust).

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

B’kont meħud tal-fatt li l-proposta għandha impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Eurojust, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-Eurojust għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti.

Rigward il-kontrolli ex-post, il-Eurojust, bħala aġenzija deċentralizzata, hija notevolment soġġetta għal:

awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jipprovdu dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF sabiex jiżgura, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost;

fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u obbligu ta’ rendikont fil-Eurojust

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

F’dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda riskju speċifiku fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Il-Eurojust hija soġġetta għal kontrolli amministrattivi inkluż il-kontroll baġitarju, l-awditjar intern, ir-rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE kif stabbilit hawn fuq.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-proporzjon ta’ “kostijiet ta’ kontroll/pagament tal-fondi relatati ġestiti”. Ir-RAA tal-2021 tad-DĠ JUST jirrapporta 0,53 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Entitajiet Fdati u l-Aġenziji Deċentralizzati tal-Ġestjoni Indiretta, inkluża l-Eurojust.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ikkonfermat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-Eurojust għall-2020, li jimplika rata ta’ żball ta’ inqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żball se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn huma deskritti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 75 tar-Regolament dwar il-Eurojust. Il-Eurojust għandha tipparteċipa b’mod partikolari fl-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u irregolaritajiet finanzjarji oħrajn.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 15 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 16

mill-pajjiżi kandidati 17

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2b

071007

Diff./Mhux diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Intestatura 2b – Ninvestu fin-Nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri

Eurojust

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Titolu 1: Nefqiet fuq il-persunal

Impenji

(1)

1,081

2,204

2,248

2,293

2,339

2,386

12,551

Pagamenti

(2)

1,081

2,204

2,248

2,293

2,339

2,386

12,551

Titolu 2: Nefqiet infrastrutturali u operatorji

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3: Nefqiet operazzjonali

Impenji

(3a)

0,500

0,510

0,520

0,530

0,541

0,552

3,154

Pagamenti

(3b)

0,500

0,510

0,520

0,530

0,541

0,552

3,154

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-Eurojust

Impenji

=1+1a +3a

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15,705

Pagamenti

=2+2a

+3b

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15,705

 







Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi Umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15,705

Pagamenti

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15,705

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp] 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Tip 18

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 19

Biex il-Eurojust tkun tista’ taħżen, tanalizza u tippreserva evidenza fir-rigward ta’ ġenoċidju, delitti tal-gwerra, u delitti kontra l-umanità u reati kriminali relatati

- Output

Ħżin, analiżi u preservazzjoni tal-evidenza

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15.705

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

KOST TOTALI

1,581

2,714

2,769

2,824

2,880

2,938

15,705

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp] 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

0,785

1,601

1,633

1,666

1,699

1,733

9,119

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

0,079

0,160

0,163

0,167

0,170

0,173

0,912

Persunal bil-Kuntratt

0,085

0,173

0,177

0,180

0,184

0,188

0,987

Esperti Nazzjonali Sekondati

0,132

0,269

0,275

0,280

0,286

0,291

1,533

TOTAL

1,081

2,204

2,248

2,293

2,339

2,386

12,551

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

10

10

10

10

10

10

10

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

1

1

1

1

1

1

1

Persunal bil-Kuntratt

2

2

2

2

2

2

2

Esperti Nazzjonali Sekondati

3

3

3

3

3

3

3

TOTAL

16

16

16

16

16

16

16

Id-dati tar-reklutaġġ huma ppjanati għal nofs is-sena 2022. Ma saru l-ebda suppożizzjonijiet għall-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għan-Netherlands, u żieda potenzjali biss ta’ 2 % għall-indiċjar tas-salarji.

Dettalji taż-żieda fil-persunal:

Objettiv speċifiku

Persunal addizzjonali

Objettiv speċifiku Nru 1: Biex il-Eurojust tkun tista’ taħżen, tanalizza u tippreserva evidenza fir-rigward ta’ ġenoċidju, delitti tal-gwerra, u delitti kontra l-umanità u reati kriminali relatati

3* Huma meħtieġa Esperti dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja biex jiżguraw sfond ta’ prosekuzzjoni u għarfien dirett dwar is-sistema/i ġudizzjarja/i rilevanti u l-istandards ta’ ammissibbiltà tal-evidenza.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +3

3 * Huma meħtieġa Ġuristi Lingwisti biex jiżguraw ħiliet lingwistiċi rilevanti biex jappoġġaw it-traduzzjonijiet u l-analiżi tad-data.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +3

3* Huma meħtieġa Analisti biex jiġġestixxu l-volum kbir ta’ data mistenni, biex jappoġġaw l-estrazzjoni tad-data u l-istrutturar tal-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u tal-vittmi.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +3

2* Huma meħtieġa Esperti Legali biex jiżguraw għarfien espert fir-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji u l-irkupru tal-assi.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +2

2* Huma meħtieġa Uffiċjali tas-Sigurtà tal-ICT biex jiġġestixxu u jimmitigaw ir-riskju ta’ attakki ċibernetiċi.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +2

1* Huwa meħtieġ Uffiċjal ta’ Kollegament tal-QKI biex jikkoordina r-relazzjoni u l-operazzjonijiet mal-QKI

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +1

1* Huwa meħtieġ Uffiċjal ta’ Kollegament tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ) biex jikkoordina r-relazzjoni u l-operazzjonijiet mal-OSĊ

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +1

1* Huwa meħtieġ Uffiċjal ta’ Appoġġ Amministrattiv biex jiġġestixxi il-kompiti kollha ta’ appoġġ amministrattiv.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2022: +1

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa massimu ta’ punt deċimali wieħed)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 20

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

Linja/i baġitarja/i (speċifika)  21

- fil-Kwartieri Ġenerali 22  

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet ta’ FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-proposta teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 2b tal-QFP kif ġej: f’BL 07.1007 – Eurojust – fl-2022: EUR 1,581 miljun, fl-2023: EUR 2,714 miljun, fl-2024: EUR 2,769 miljun, fl-2025: EUR 2,824 miljun, fl-2026: EUR 2,880 miljun, u fl-2027: EUR 2,938 miljun.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 23 .

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 24

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    Dikjarazzjoni tal-Prosekutur tal-QKI, Karim A.A. Khan QC, dwar is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: Riċeviment ta’ Riferimenti minn 39 Stat Parti u l-Ftuħ ta’ Investigazzjoni, 2 ta’ Marzu 2022.
(2)    L-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar il-Eurojust.
(3)    L-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar il-Eurojust.
(4)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, COM(2021) 757 final, 1.12.2021.
(5)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, COM(2021) 757 final, 1.12.2021.
(6)    L-Artikolu 8 tal-Karta.
(7)    L-Artikolu 7 tal-Karta.
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(9)    L-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.
(10)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, COM(2021) 757 final, 1.12.2021.
(11)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(12)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(13)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727.
(14)     https://europa.eu/european-union/sites/default/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_en.pdf .
(15)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(16)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(17)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(18)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(19)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(20)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(21)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(22)    Prinċipalment għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA).
(23)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.
(24)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.