IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.2.2022
COM(2022) 50 final
2022/0031(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu madwar l-Unjoni Ewropea u jgħixu fiha liberament, li huwa minqux fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa wieħed mill-aktar kisbiet apprezzati, u mutur importanti tal-ekonomija tagħha. Fl-istess waqt, il-pandemija tal-coronavirus 2019 (“COVID‑19”) li tinsab għaddejja għadha ta’ theddida għas-saħħa pubblika madwar l-Unjoni. Din wasslet biex l-Istati Membri adottaw miżuri tas-saħħa pubblika bil-għan li jħarsu s-saħħa tal-individwi kif ukoll il-kapaċità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, li uħud minnhom kienu relatati mal-ivvjaġġar bejn l-Istati Membri.
Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19, fl-14 ta’ Ġunju 2021 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2021/953 li jistabbilixxi l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan. Ir-Regolament (UE) 2021/953 jiffaċilita l-moviment ħieles billi jipprovdi ċertifikati interoperabbli u aċċettati reċiprokament dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha liċ-ċittadini biex jużawhom meta jivvjaġġaw. Meta l-Istati Membri jneħħu ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni li jkollhom prova tal-vaċċinazzjoni, tal-ittestjar jew tal-irkupru fil-pussess tagħhom, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jippermetti liċ-ċittadini jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet.
Mill-adozzjoni tiegħu, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie varat b’suċċess madwar l-Unjoni u sa tmiem l-2021 inħarġu aktar minn biljun ċertifikat. Għalhekk, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa għodda mifruxa u aċċettata b’mod affidabbli biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat f’Settembru 2021, madwar żewġ terzi (65 %) tar-rispondenti qablu li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa l-iktar mezz sikur għall-ivvjaġġar liberu fl-Ewropa matul il-pandemija tal-COVID-19. Kważi l-Istati Membri kollha jużaw ukoll iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal skopijiet domestiċi, bi studji li jistmaw li l-użu tiegħu rriżulta f’żieda fit-teħid tal-vaċċinazzjoni, tnaqqis fl-għadd ta’ persuni li kellhom jiddaħħlu fl-isptarijiet, tnaqqis fit-telf ekonomiku u, l-aktar importanti, tnaqqis fl-għadd ta’ mwiet.
Barra minn hekk, is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE wriet li hija l-unika sistema taċ-ċertifikat COVID-19 li tiffunzjona u li qed titħaddem fuq skala kbira fil-livell internazzjonali. Minħabba f’hekk, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sar aktar sinifikanti fil-livell dinji u kkontribwixxa għall-indirizzar tal-pandemija fil-livell internazzjonali billi ffaċilita l-ivvjaġġar internazzjonali sikur kif ukoll l-irkupru internazzjonali. Sal-31 ta’ Jannar 2022, it-tliet pajjiżi mhux fl-UE taż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Iżvizzera u 29 pajjiż terz u territorju oħra huma konnessi mas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u aktar huma mistennija jissieħbu fil-futur. Is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġiet rikonoxxuta bħala waħda mis-soluzzjonijiet diġitali ewlenin biex inreġġgħu lura l-mobbiltà internazzjonali, u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru tħeġġeġ lill-pajjiżi biex jadottaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bħala l-istandard dinji. Il-Kummissjoni qed tissokta l-isforzi tagħha u tappoġġa lill-pajjiżi terzi li jixtiequ jiżviluppaw sistemi interoperabbli taċ-ċertifikati tal-COVID-19. Dan jista’ jinkludi li jingħataw soluzzjonijiet addizzjonali ta’ referenza b’sors miftuħ li jippermettu l-konverżjoni ta’ ċertifikati ta’ pajjiż terzi f’format interoperabbli maċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, billi huwa possibbli wkoll li dawk il-pajjiżi terzi li jużaw ċertifikati interoperabbli jiġu konnessi permezz ta’ konverżjoni.
Biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mill-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE l-Kunsill adotta diversi rakkomandazzjonijiet dwar approċċ koordinat li jiffaċilita l-moviment ħieles sikur matul il-pandemija tal-COVID-19. Skont l-aktar aġġornament riċenti, fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 adottata fil-25 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li, kważi fiċ-ċirkostanzi kollha, id-detenturi ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE li jissodisfaw ċerti rekwiżiti ma jkunu soġġetti għal ebda rekwiżit addizzjonali meta jeżerċitaw id-drittijiet ta’ moviment liberu tagħhom. Għaldaqstant, dan l-“approċċ ibbażat fuq il-persuna” jeħtieġ id-disponibbiltà kontinwa taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.
Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) 2021/953, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 evolviet konsiderevolment. Fuq in-naħa l-waħda, sal-31 ta’ Jannar 2022, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni adulta fl-Unjoni lestew iċ-ċiklu primarju tat-tilqim, u aktar minn 50 % rċevew doża booster minkejja differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri. Iż-żieda tar-rata tat-tilqim għadha objettiv kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija, speċjalment meta titqies il-protezzjoni tat-tilqima kontra ż-żieda fid-dħul ta’persuni fl-isptarijiet u kontra l-mard serju, u għaldaqstant, għandha rwol importanti biex tiżgura li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu tal-persuni jkunu jistgħu jitneħħew.
Fuq in-naħa l-oħra, fit-tieni nofs tal-2021 it-tixrid tal-varjant tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib “Delta” ħoloq żidiet sinifikanti fl-għadd ta’ infezzjonijiet, ta’ dħul ta’ pazjenti fl-isptarijiet u ta’ mwiet, u obbligat lill-Istati Membri jadottaw miżuri tas-saħħa speċifiċi fi sforz biex jipproteġu l-kapaċità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom. Kmieni fl-2022 il-varjant tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib “Omicron” wassal għal żidiet kbar fl-għadd ta’ każijiet tal-COVID-19, u dan il-varjant ħa post id-Delta u laħaq intensità bla preċedent ta’ trażmissjonijiet fil-komunità madwar l-Unjoni.
Fil-Valutazzjoni tar-Riskju Rapida tas-27 ta’ Jannar 2022, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC, European Centre for Disease Prevention and Control) innota li kien jidher li l-infezzjonijiet Omicron x’aktarx li jwasslu għal eżiti kliniċi gravi li jirrikjedu d-dħul fl-isptar jew f’unitajiet ta’ kura intensiva. Għalkemm it-tnaqqis fis-severità tirriżulta parzjalment mill-karatteristiċi inerenti tal-virus, ir-riżultati ta’ studji dwar l-effettività tat-tilqim urew li l-vaċċinazzjoni għandha rwol sinifikanti fil-prevenzjoni ta’ eżiti kliniċi gravi minn infezzjoni tal-Omicron, u l-effettività tagħha kontra mard gravi tiżdied m’mod sinifikanti fost il-persuni li jkunu ħadu t-tliet dożi tat-tilqima. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-livelli għoljin tat-trażmissjoni fil-komunità, li twassal għal ħafna nies morda fl-istess ħin, x’aktarx li l-Istati Membri se jgħaddu minn perjodu ta’ pressjoni sostanzjali fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u fuq il-funzjonament tas-soċjetà kollha kemm hi, l-aktar minħabba l-impatti fuq ix-xogħol u fuq l-edukazzjoni.
Wara li l-għadd ta’ każijiet tal-Omicron jilħaq il-quċċata, proporzjoni għolja tal-popolazzjoni mistennija li jibbenefikaw minn protezzjoni mill-COVID-19 kemm minħabba l-vaċċinazzjoni jew infezzjoni preċedenti, jew it-tnejn li huma, għall-anqas għal ċertu perjodu ta’ żmien. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed ibassar l-impatt ta’ din iż-żieda potenzjali fuq l-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jeskludi l-possibbiltà li s-sitwazzjoni tal-pandemija taqleb għall-agħar jekk jitfaċċaw varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li l-Istati Membri jibqgħu jirrikjedu liċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom jippreżentaw prova tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan mill-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2022, jiġifieri d-data meta r-Regolament (UE) 2021/953 attwali jiskadi. Għaldaqstant, huwa importanti li, fil-każ li wara t-30 ta’ Ġunju 2022 ikun għad hemm fis-seħħ ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fuq il-bażi tas-saħħa pubblika, nevitaw li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jużaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, li huma mod effettiv, sikur u li jħares il-privatezza kif wieħed juri l-istatus tal-COVID-19 tiegħu.
Fl-istess waqt, meta wieħed iqis li kull restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni li tiddaħħal fis-seħħ biex trażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, fosthom ir-rekwiżit li jiġu ppreżentati Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li titneħħa minnufih hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti, il-Kummissjoni tipproponi li l-estensjoni tkun limitata għal 12-il xahar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-estensjoni tar-Regolament ma tiġix mifhuma bħala obbligu fuq l-Istati Membri, speċjalment dawk li jneħħu l-miżuri tagħhom marbuta mas-saħħa pubblika, biex iżommu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fis-seħħ.
Minbarra dan, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li temenda għadd żgħir ta’ dispożizzjonijiet oħra fir-Regolament (UE) 2021/953.
Skont ir-Regolament (UE) 2021/953, iċ-ċertifikati tat-testijiet għandhom jinħarġu fuq il-bażi ta’ żewġ tipi ta’ testijiet tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jiġifieri t-test ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (NAAT, molecular nucleic acid amplification test), inkluż dawk li jużaw traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR, reverse transcription polymerase chain reaction), u testijiet rapidi tal-antiġeni, li jaħdmu billi jaqbdu proteini virali (antiġeni) permezz ta’ immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f’anqas minn 30 minuta, dment li jsiru minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ. Fuq in-naħa l-oħra, ir-Regolament (UE) 2021/953 ma jkoprix tipi oħra ta’ assaġġ tal-antiġeni, bħal assaġġi ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA, enzyme-linked immunosorbent assays) jew immunoassaġġi awtomatizzati li jittestjaw għall-antiġeni f’ambjent ta’ laboratorju.
Minn Lulju 2021, il-grupp ta’ ħidma tekniku dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19, li huwa responsabbli mit-tħejjija tal-aġġornamenti tal-listi komuni ta-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 bi qbil mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, jirrieżamina wkoll il-proposti li jiġu ppreżentati mill-Istati Membri u mill-manifatturi tal-assaġġi tal-antiġeni tal-COVID-19 f’ambjent ta’ laboratorju. Dawn il-proposti huma vvalutati skont l-istess kriterji bħal dawk użati għat-testijiet rapidi tal-antiġeni, u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilixxa lista tal-assaġġi antiġeniċi f’ambjent ta’ laboratorju li jissodisfaw dawn il-kriterji. B’riżultat ta’ dan, u fi sforz biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tipi differenti ta’ testijiet dijanjostiċi li jistgħu jintużaw bħala l-bażi għall-ħruġ ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi li jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-test fuq il-bażi tal-assaġġi antiġeniċi f’ambjent ta’ laboratorju elenkati.
Sar ukoll progress xjentifiku f’oqsma oħra tal-ġlieda kontra l-COVID-19, partikolarment il-vaċċinazzjoni. Il-manifatturi tal-vaċċinazzjoni qed jissuktaw jiżviluppaw vaċċini ġodda u/jew adattati tal-COVID-19, u qed isiru studji dwar l-effettività kontinwa ta’ dawk eżistenti. Jeħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE tkun tista’ tadatta għal żviluppi ġodda f’dan il-qasam, bħall-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ vaċċini tal-COVID-19 li jindirizzaw varjanti tas-SARS-CoV-2. Dan il-progress jista’ jirrikjedi adattamenti futuri għall-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw, bħal permezz ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament.
B’mod partikolari fid-dawl tal-emerġenza ta’ varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib, se jkun kruċjali li jibqgħu jsiru żviluppi u studji tal-vaċċini kontra l-COVID-19. F’dan il-kuntest, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-voluntiera fi provi kliniċi, jiġifieri, studji li jsiru biex jiġu investigati s-sikurezza jew l-effikaċja ta’ mediċina, bħall-vaċċin kontra l-COVID-19. Ir-riċerka klinika għandha rwol fundamentali fl-iżvilupp tal-vaċċini. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni volontarja fil-provi kliniċi. Il-fatt li l-voluntiera jiġu mċaħħda mill-aċċess għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jista’ jikkostitwixxi diżinċentiv kbir għall-parteċipazzjoni, li jdewwem il-konklużjoni tal-provi kliniċi u jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika b’mod aktar ġenerali. Barra minn hekk, l-integrità tal-provi kliniċi, inkluż f’termini ta’ data blinding u kunfidenzjalità, jenħtieġ li tiġi ppreservata biex tiġi żgurata l-validità tar-riżultati tagħhom.
Għal dan il-għan, il-persuni li jipparteċipaw fi provi kliniċi li jkunu ġew approvati mill-kumitati etiċi tal-Istati Membri u mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Dawn jistgħu jinħarġu mill-Istat Membru fejn tingħata d-doża irrispettivament minn jekk il-parteċipanti jkunux irċevew il-vaċċin kandidat kontra l-COVID-19 jew id-doża li tingħata lill-grupp ta’ kontroll biex jiġi evitat li l-istudji jiġu mminati. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li Stati Membri oħra jkunu jistgħu jaċċettaw tali ċertifikati sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet minn fuq il-moviment liberu li jkunu ddaħħlu fis-seħħ biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2. Jekk vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 726/2004, minn dak il-mument iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għal dak il-vaċċin ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. Biex jiġi żgurat approċċ koerenti fir-rigward tal-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati maħruġa għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi u li jkun għadu ma ġiex awtorizzat biex jitqiegħed fis-suq, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, l-ECDC jew l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, European Medicines Agency) ikunu jistgħu jintalbu joħorġu gwida, li jenħtieġ li tqis il-kriterji etiċi u xjentifiċi meħtieġa għat-twettiq tal-provi kliniċi.
Iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni li jinħarġu mill-Istati Membri fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jrid ikun fihom, fost informazzjoni oħra, l-għadd ta’ dożi li jkunu ngħataw lid-detentur. Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi ċċarat li dan l-obbligu mhuwiex limitat għad-dożi amministrati fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat, iżda jkopri d-dożi kollha amministrati lid-detentur, inkluż fi Stati Membri oħra. Jekk l-indikazzjoni dwar id-dożi amministrati qabel tkun limitata għal dawk amministrati fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat, jista’ jkun li tinħoloq diverġenza bejn l-għadd ta’ dożi amministrati fil-fatt u dak indikat fuq iċ-ċertifikat. L-amministrazzjoni ta’ dożi preċedenti fi Stati Membri oħra hija ppruvata miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE validi korrispondenti, li jridu jinħarġu lill-persuni kkonċernati skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953. Fil-każ li l-informazzjoni fiċ-ċertifikat tkun skorretta, id-detentur ikun intitolat jitlob li jinħariġlu ċertifikat ġdid b’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2021/953.
Il-Kummissjoni mhijiex tipproponi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu domestiku taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE. Kif inhu nnotat fil-Premessa 48 tar-Regolament (UE) 2021/953, l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data personali li tinsab fiċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għal finijiet oħra, jekk il-bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ tali data għal finijiet oħra, inklużi l-perjodi ta’ żamma relatati, tkun prevista fil-liġi nazzjonali, li min-naħa tagħha trid tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2021/953 la jippreskrivi u lanqas jipprojbixxi l-użu domestiku taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li għadhom fir-responsabbiltà tal-Istati Membri u soġġetti għall-kontroll ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali.
Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport tagħha dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/953, il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-tieni rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament sal-31 ta’ Marzu 2022. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament dwar il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu u l-aċċettazzjoni ta’ tipi differenti ta’ vaċċini, id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll dwar il-protezzjoni tad-data personali matul il-pandemija tal-COVID-19.
Kif innotat fl-ewwel rapport, il-Kummissjoni qed tippreżenta din il-proposta qabel l-adozzjoni tat-tieni rapport sabiex tiżgura li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-proċedura leġiżlattiva meħtieġa tkun tista’ tiġi konkluża fil-ħin qabel Ġunju 2022. Fl-istess ħin, din il-proposta tibni fuq analiżi tal-aspetti differenti li għandhom jiġu koperti f’dak ir-rapport. Għar-raġunijiet stabbiliti f’din il-proposta, il-Kummissjoni tqis li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE affettwa l-moviment liberu fl-UE b’mod pożittiv, billi n-nuqqas tiegħu x’aktarx kien jirriżulta fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet nazzjonali inkompatibbli. Biex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tipi differenti ta’ vaċċini aċċettati, il-Kummissjoni tipproponi li tinkludi l-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi. L-impatt tal-estensjoni tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fuq id-drittijiet fundamentali, in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali huwa ttrattat hawn taħt.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika
Il-proposta tikkumplimenta inizjattivi ta’ politika oħrajn li ġew adottati fil-qasam tal-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19, bħar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill (UE) 2020/1475, 2021/119, 2021/961 u 2022/107. B’mod partikolari, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tipprevedi li d-detenturi ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE validi jenħtieġ li, kważi fil-każijiet kollha, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet addizzjonali.
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tad-dritt ta’ moviment liberu u residenza (kemm temporanju kif ukoll permanenti) fl-Unjoni għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom. Id-Direttiva 2004/38/KE tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jrażżnu l-libertà ta’ moviment u residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza, minħabba politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.
Ir-Regolament (UE) 2021/953 huwa l-unika leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati li jiddokumentaw l-istatus tad-detentur tal-COVID-19. Billi l-Istati Membri jistgħu, bħala miżura tas-saħħa pubblika, ikomplu jirrikjedu l-produzzjoni ta’ tali ċertifikati sabiex jirrinunzjaw għal ċerti restrizzjonijiet fuq id-dritt għall-moviment liberu imposti matul il-pandemija tal-COVID-19, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament jeħtieġ li jiġi estiż.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija parti mill-pakkett ta’ miżuri tal-Unjoni li jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19. Dan jibni, b’mod partikolari, fuq il-ħidma li saret fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, fin-Netwerk tal-e-Saħħa, u fil-Kumitat taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.
Din il-proposta hija kkomplementata bil-proposta COM(2022) 55 final, li għandha l-għan li testendi l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19.
Fil-proposta tagħha għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni, il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi rabta ċara bejn ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 u ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sabiex tgħin lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jivverifikaw l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati li jinħarġu minn pajjiżi terzi.
Din il-proposta hija mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ Schengen fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li r-Regolament propost ma jinftiehemx bħala inkoraġġiment jew faċilitazzjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntiera, li jibqgħu miżura tal-aħħar istanza suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Din il-proposta tirrifletti bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri fid-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom (l-Artikolu 168 TFUE).
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 21(1) TFUE jikkonferixxi fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt ta’ moviment u ta’ residenza liberi fit-territorju tal-Istati Membri. L-Artikolu 21(2) jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni taġixxi u tadotta dispożizzjonijiet bil-ħsieb li tiffaċilita d-dritt ta’ moviment u residenza liberi fit-territorju tal-Istati Membri, jekk tkun meħtieġa azzjoni biex jintlaħaq l-objettiv tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar ta’ dan id-dritt. Tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Il-proposta temenda r-Regolament (UE) 2021/953, li huwa bbażat ukoll fuq l-Artikolu 21(1) TFUE.
•Sussidjarjetà
L-għanijiet ta’ din il-proposta, jiġifieri li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 u li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tiegħu, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri b’mod indipendenti. Għaldaqstant, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni.
In-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni jwassal biex ir-Regolament (UE) 2021/953 jieqaf japplika, inkluża l-bażi ġuridika li tħaddem il-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Barra minn hekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ma jibqgħux igawdu d-dritt li jirċievu ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri ma jibqgħux obbligati jaċċettaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE meta jneħħu r-restrizzjonijiet għal persuni li jkunu jistgħu jipprovdu prova ta’ ċertu status tal-COVID-19.
•Proporzjonalità
Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ żżid valur konsiderevoli fl-indirizzar tal-isfidi identifikati aktar ’il fuq u hija l-uniku mod li permezz tiegħu jista’ jinżamm qafas uniku, issimplifikat u aċċettat taċ-ċertifikat tal-COVID-19.
L-adozzjoni ta’ miżuri unilaterali u mhux ikkoordinati dwar ċertifikati tal-COVID-19 dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha x’aktarx li twassal għal restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu li jkunu inkonsistenti u frammentati, u jirriżultaw f’inċertezza għaċ-ċittadini tal-Unjoni meta jeżerċitaw id-drittijiet tal-Unjoni tagħhom.
Il-proposta ma tibdilx id-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament (UE) 2021/953 dwar l-ipproċessar ta’ data personali.
Għal darb'oħra r-Regolament emendat ikun limitat għal ċertu żmien biex jiġi żgurat li kull restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni li tiddaħħal fis-seħħ biex trażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, fosthom ir-rekwiżit li jiġu ppreżentati Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, titneħħa minnufih hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti.
•Għażla tal-istrument
Billi qed jiġi propost li jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2021/953, Regolament huwa l-uniku strument legali possibbli.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta tqis id-diskussjonijiet li jsiru mal-awtoritajiet tal-Istati Membri f’intervalli regolari u f’fora differenti.
•Ġbir u użu ta’ għarfien espert
Il-proposta tibni fuq l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet epidemjoloġiċi pprovduti mill-ECDC, il-valutazzjoni tas-sikurezza, tal-effettività u tal-kwalità tal-vaċċini kontra l-COVID-19 li saru mill-EMA, l-iskambji tekniċi li jseħħu fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-grupp ta’ ħidma tekniku tiegħu dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19 u n-Network tas-Saħħa elettronika, kif ukoll l-evidenza xjentifika rilevanti disponibbli.
•Valutazzjoni tal-impatt
Fid-dawl tal-urġenza u l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-proposta l-Kummissjoni ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt.
•Drittijiet fundamentali
Din il-proposta taffettwa b’mod pożittiv id-dritt fundamentali tal-libertà u tar-residenza skont l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). Dan tagħmlu billi tiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu jibbenefikaw mill-aċċess għal ċertifikati interoperabbli u aċċettati reċiprokament dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha liċ-ċittadini biex jużawhom meta jivvjaġġaw. Meta l-Istati Membri jneħħu ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni li jkollhom prova tal-vaċċinazzjoni, tal-ittestjar jew tal-fejqan fil-pussess tagħhom, iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jippermettu liċ-ċittadini jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet.
Jenħtieġ li l-estensjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 ma tinftehimx bħala li tiffaċilita jew tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika għall-moviment liberu matul il-pandemija. Pjuttost, l-għan tiegħu huwa li jipprovdi qafas armonizzat għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-COVID-19 fil-każ li Stat Membru japplika restrizzjonijiet bħal dawn. Kull limitazzjoni fuq id-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema fl-UE li tkun iġġustifikata għal raġunijiet ta’ politika pubblika, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika trid tkun neċessarja, proporzjonata u bbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu introdotti restrizzjonijiet għall-moviment liberu tibqa’ fir-responsabbiltà tal-Istati Membri, li jridu jaġixxu b’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Bl-istess mod, l-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-flessibbiltà li ma jintroduċux restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu, b’mod partikolari dawk li jneħħu l-miżuri domestiċi tas-saħħa pubblika.
Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżgura n-nondiskriminazzjoni billi jinkludi ċertifikati interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan. L-Istati Membri kollha huma obbligati joħorġu t-tliet tipi differenti ta’ ċertifikati, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tistabbilixxi approċċ koordinat fir-rigward tal-aċċettazzjoni tagħhom. B’riżultat ta’ dan, kemm jista’ jkun persuni jistgħu jibbenefikaw minn Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. Jekk ir-Regolament (UE) 2021/953 ma jiġix estiż x’aktarx jirriżulta f’ostakli f’dan ir-rigward, billi ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jibqgħux jibbenefikaw mid-dritt li jirċievu t-tliet tipi differenti ta’ ċertifikati madwar l-Unjoni, iżda x’aktarx ikunu soġġetti għal sistemi nazzjonali differenti taċ-ċertifikati tal-COVID-19, li mhux neċessarjament ikunu jkopru it-tilqim, l-ittestjar u l-fejqan fl-istess waqt. Fl-istess ħin, l-avvenimenti mediċi ppruvati miċ-ċertifikati - it-tilqim, l-ittestjar jew l-irkupru - ma jistgħux jitqiesu bħala ugwali mil-lat tas-saħħa pubblika, billi r-riskju ta’ eżiti severi tal-persuni mhux imlaqqma u dawk imlaqqma parzjalment ikun għadu ħafna akbar. Dan huwa rifless ukoll fir-regoli dwar il-validità taċ-ċertifikati li huma intrinsikament differenti.
Bl-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953, din il-proposta timplika l-ipproċessar ta’ data personali b’sena oħra, kif inhu stabbilit f’dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma tipproponix bidliet fil-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Regolament. B’mod partikolari, id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikati li tiġi pproċessata matul il-verifika tagħhom ma għandhiex tinżamm wara li jsir il-proċess ta’ verifika. Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jibqa’ japplika.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-Kummissjoni se tuża l-fondi mill-Programm Ewropa Diġitali biex tappoġġa l-inizjattiva. Mal-proposta qed tiġi ppreżentata Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953, l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, kif ukoll il-progress xjentifiku rilevanti.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 1 fih il-bidliet proposti għar-Regolament (UE) 2021/953, li huma:
–It-twessigħ tad-definizzjoni tat-testijiet tas-SARS-CoV-2 li jiddependu fuq id-detezzjoni ta’ proteini virali (antiġeni) biex jinkludu assaġġi tal-antiġeni mwettqa f’ambjent tal-laboratorju u mhux biss testijiet rapidi tal-antiġeni li jagħtu riżultati f’inqas minn 30 minuta. Il-bidliet korrispondenti huma proposti fl-Artikoli 3 (1), 6(2)(b), 7(4) u l-punt 2(i) tal-Anness.
–Kjarifika espliċita li ċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għandu jkun fihom in-numru ta’ dożi li jingħataw lid-detentur, irrispettivament mill-Istat Membru fejn ikunu ġew amministrati, biex jiġi żgurat li n-numru globali li effettivament ikun ġie amministrat jiġi rifless b’mod preċiż.
–Kjarifika li ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jistgħu jinħarġu wkoll lil persuni li jipparteċipaw fi provi kliniċi għall-vaċċini kontra l-COVID-19, u li tali ċertifikati jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA joħorġu gwida dwar l-aċċettazzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi. Jekk aktar tard il-vaċċin kontra l-COVID-19 jingħata awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq fil-livell tal-UE, dawn iċ-ċertifikati jkunu jaqgħu fil-kuntest tal-aċċettazzjoni obbligatorja stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953.
–Estensjoni bi 12-il xahar tal-perjodu ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/953, kif ukoll tas-setgħa li jiġu adottati atti delegati stabbiliti fl-Artikolu 12 tiegħu.
–Il-korrezzjoni ta’ kontroreferenza żbaljata fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2021/953.
2022/0031 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom tal-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jitrażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.
(2)Skont ir-Regolament (UE) 2021/953, iċ-ċertifikati tat-testijiet għandhom jinħarġu fuq il-bażi ta’ żewġ tipi ta’ testijiet tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jiġifieri t-test ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (NAAT, nucleic acid amplification test), inkluż dawk li jużaw traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR, reverse transcription polymerase chain reaction), u testijiet rapidi tal-antiġeni, li jaħdmu billi jaqbdu proteini virali (antiġeni) permezz ta’ immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f’anqas minn 30 minuta, dment li jsiru minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2021/953 ma jkoprix l-assaġġ tal-antiġeni, bħal assaġġi ta’ immunoassorbiment enzimatiku jew immunoassaġġi awtomatizzati li jittestjaw għall-antiġeni f’ambjent ta’ laboratorju. Minn Lulju 2021, il-grupp ta’ ħidma tekniku dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19, li huwa responsabbli mit-tħejjija tal-aġġornamenti tal-listi komuni ta-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 bi qbil mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jirrieżamina wkoll il-proposti li jiġu ppreżentati mill-Istati Membri u mill-manifatturi tal-assaġġi tal-antiġeni tal-COVID-19 f’ambjent ta’ laboratorju. Dawn il-proposti huma vvalutati skont l-istess kriterji bħal dawk użati għat-testijiet rapidi tal-antiġeni, u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilixxa lista tal-assaġġi antiġeniċi f’ambjent ta’ laboratorju li jissodisfaw dawk il-kriterji. B’riżultat ta’ dan, u fi sforz biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tipi differenti ta’ testijiet dijanjostiċi li jistgħu jintużaw bħala l-bażi għall-ħruġ ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, id-definizzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni jenħtieġ li tiġi adattata biex tinkludu assaġġi antiġeniċi f’ambjent ta’ laboratorju. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-test fuq il-bażi tat-testijiet tal-antiġeni inklużi fil-lista komuni tal-UE li ġiet miftiehma, u li jiġu aġġornati regolarment mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa bħala li jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti.
(3)F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/953, iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni li jinħarġu mill-Istati Membri għandhom jinkludu l-għadd ta’ dożi mogħtija lid-detentur. Fit-test tar-Regolament jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan huwa maħsub biex jirrifletti d-dożi kollha li jingħataw, fi kwalunkwe Stat Membru, mhux dawk amministrati fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat biss. Il-limitazzjoni tal-indikazzjoni ta’ dożi preċedenti għal dawk riċevuti fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat tista’ twassal għal diverġenza bejn in-numru li jkun ġie amministrat attwalment u dak indikat fuq iċ-ċertifikat, u tista’ tipprevjeni lid-detenturi milli jagħmlu użu miċ-ċertifikat tagħhom meta jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu fl-Unjoni. L-amministrazzjoni ta’ dożi preċedenti fi Stati Membri oħra hija ppruvata permezz ta’ Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE validi, u jenħtieġ li Stat Membru ma jirrikjedix informazzjoni jew evidenza addizzjonali mingħand ċittadini li jkollhom tali ċertifikati, bħan-numru tal-lott ta’ dożi preċedenti. F’dan il-kuntest, japplikaw ir-regoli għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-vaċċinazzjoni li jinħarġu minn Stati Membri oħra stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni li jkunu koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikoli 3 (10) u 8 (2) tar-Regolament (UE) 2021/953, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu, għandhom jiġu aċċettati bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE li jinħarġu mill-Istati Membri. Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2021/953, id-detentur ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa intitolat li jitlob il-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid jekk id-data personali fiċ-ċertifikat oriġinali ma tkunx preċiża, inkluż fir-rigward tal-vaċċinazzjoni tad-detentur.
(4)B’mod partikolari fid-dawl tal-emerġenza ta’ varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib, se jkun kruċjali li jibqgħu jsiru żviluppi u studji tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. F’dan il-kuntest, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-voluntiera fi provi kliniċi, jiġifieri, studji li jsiru biex jiġu investigati s-sikurezza jew l-effikaċja ta’ mediċina, bħall-vaċċin kontra l-COVID-19. Ir-riċerka klinika għandha rwol fundamentali fl-iżvilupp tal-vaċċinazzjonijiet, u għalhekk jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni volontarja fil-provi kliniċi. Il-fatt li l-voluntiera jiġu mċaħħda mill-aċċess għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jista’ jikkostitwixxi diżinċentiv kbir għall-parteċipazzjoni, li jdewwem il-konklużjoni tal-provi kliniċi u jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika b’mod aktar ġenerali. Barra minn hekk, l-integrità tal-provi kliniċi, inkluż f’termini ta’ data blinding u kunfidenzjalità, jenħtieġ li titħares biex tiġi żgurata l-validità tar-riżultati tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu joħorġu Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE lill-parteċipanti fi provi kliniċi li jkunu ġew approvati mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk ikunux irċevew il-vaċċin kandidat kontra l-COVID-19 jew, biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-istudji, id-doża mogħtija lill-grupp ta’ kontroll. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li Stati Membri oħra jistgħu jaċċettaw ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għall-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Jekk vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 726/2004, minn dak il-mument iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għal dak il-vaċċin ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. Biex jiġi żgurat approċċ koerenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control, ECDC) jew lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) biex joħorġu gwida fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati li jinħarġu għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi u li jkun għadu ma ngħatax awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq, li jenħtieġ li tqis il-kriterji etiċi u xjentifiċi meħtieġa meta jsiru l-provi kliniċi.
(5)Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) 2021/953, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 evolviet konsiderevolment. Fuq in-naħa l-waħda, sal-31 ta’ Jannar 2022, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni adulta fl-Unjoni lestew iċ-ċiklu primarju tat-tilqim, u aktar minn 50 % rċevew doża booster minkejja differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri. Iż-żieda fir-rata tat-tilqim għadha objettiv kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija, speċjalment meta titqies il-protezzjoni msaħħa tal-vaċċin kontra ż-żieda fid-dħul ta’persuni fl-isptarijiet u kontra l-mard serju, u għaldaqstant, għandha rwol importanti biex tiżgura li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu tal-persuni jkunu jistgħu jitneħħew.
(6)Fuq in-naħa l-oħra, fit-tieni nofs tal-2021 it-tixrid tal-varjant tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib “Delta” ħoloq żieda fl-għadd ta’ infezzjonijiet, ta’ dħul ta’ pazjenti fl-isptarijiet u ta’ mwiet, u obbliga lill-Istati Membri jadottaw miżuri tas-saħħa speċifiċi fi sforz biex jipproteġu l-kapaċità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Kmieni fl-2022 il-varjant tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib “Omicron” wassal għal żidiet kbar fl-għadd ta’ każijiet tal-COVID-19, u dan il-varjant ħa post id-Delta u laħaq intensità bla preċedent ta’ trażmissjonijiet fil-komunità madwar l-Unjoni. Fil-Valutazzjoni tar-Riskju Rapida tas-27 ta’ Jannar 2022, l-ECDC, innota li kien jidher li l-infezzjonijiet Omicron x’aktarx li jwasslu għal eżiti kliniċi gravi li jirrikjedu d-dħul fl-isptar jew f’unitajiet ta’ kura intensiva. Għalkemm it-tnaqqis tas-severità tirriżulta parzjalment mill-karatteristiċi inerenti tal-virus, ir-riżultati ta’ studji dwar l-effettività tal-vaċċin urew li t-tilqim għandu rwol sinifikanti fil-prevenzjoni ta’ eżiti kliniċi gravi minn infezzjoni tal-Omicron, u l-effettività tiegħu kontra mard gravi tiżdied m’mod sinifikanti fost il-persuni li jkunu ħadu t-tliet dożi tal-vaċċin. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-livelli għoljin tat-trażmissjoni fil-komunità, li twassal għal ħafna nies morda fl-istess ħin, x’aktarx li l-Istati Membri se jgħaddu minn perjodu ta’ pressjoni sostanzjali fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u fuq il-funzjonament tas-soċjetà kollha kemm hi, l-aktar minħabba l-impatti fuq ix-xogħol u fuq l-edukazzjoni.
(7)Wara li l-għadd ta’ każijiet tal-Omicron jilħaq il-quċċata, proporzjoni għolja tal-popolazzjoni mistennija li jibbenefikaw minn protezzjoni mill-COVID-19 kemm minħabba l-vaċċinazzjoni jew infezzjoni preċedenti, jew it-tnejn li huma, għall-anqas għal ċertu perjodu ta’ żmien. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed ibassar l-impatt ta’ din iż-żieda potenzjali fuq l-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jeskludi l-possibbiltà li s-sitwazzjoni tal-pandemija taqleb għall-agħar jekk jitfaċċaw varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib. L-ECDC nnotat ukoll li għad hemm inċertezzi sinifikanti f’dan l-istadju tal-pandemija tal-COVID-19.
(8)Minħabba f’hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-Istati Membri jibqgħu jirrikjedu liċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom jippreżentaw prova tal-vaċċinazzjoni, tat-testijiet u tal-fejqan mill-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2022, id-data meta jiskadi r-Regolament (UE) 2021/953. Għalhekk huwa importanti li, f’każ li ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fuq il-bażi tas-saħħa pubblika jkunu għadhom fis-seħħ wara t-30 ta’ Ġunju 2022, jiġi evitat li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jużaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE tagħhom, li huma mod effettiv, sikur u li jħares il-privatezza biex jiġi ppruvat l-istatus tal-COVID-19. Fl-istess waqt, meta wieħed iqis li kull restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni li tiddaħħal fis-seħħ biex trażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, fosthom ir-rekwiżit li jiġu ppreżentati Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li titneħħa minnufih hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti, jenħtieġ li l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 tkun limitata għal 12-il xahar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-estensjoni ta’ dak ir-Regolament ma tiġix mifhuma bħala obbligu fuq l-Istati Membri, speċjalment dawk li jneħħu l-miżuri tas-saħħa pubblika tagħhom, li jżommu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fis-seħħ. Is-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kont ir-Regolament (UE) 2021/953 jenħtieġ li tiġi estiża bl-istess mod. Jeħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tkun tista’ tadatta għall-progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19.
(9)Il-kontroreferenza żbaljata fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/953 jenħtieġ li tiġi korretta.
(10)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2021/953 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
(11)Bl-istess mod, ir-Regolament (UE) 2022/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jestendi l-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jestendi l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fiż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u japplika fl-ambitu tal-acquis ta’ Schengen, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi dwar il-qsim tal-fruntieri interni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(12)Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(13)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ppreżentaw opinjoni konġunta fi XXXX,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2021/953 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(5) “test tal-antiġeni” tfisser test ta’ waħda mill-kategoriji li ġejjin li jiddependi fuq id-detezzjoni ta’ proteini virali (antiġeni) biex tiġi żvelata l-preżenza tas-SARS-CoV-2:
(a)testijiet rapidi tal-antiġeni, bħal immunoassaġġi tal-fluss laterali li jagħtu riżultati f’inqas minn 30 minuta,
(b)analiżijiet antiġeniċi li jsiru f’ambjent ta’ laboratorju, bħal assaġġi ta’ immunoassorbiment enzimatiku jew immunoassaġġi awtomatizzati għad-detezzjoni ta’ antiġeni virali;”;
(2)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b) ċertifikat li jikkonferma li d-detentur kien soġġett għat-test NAAT jew test tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni tal-UE ta’ testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħam li jsiru minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u li jindika t-tip ta’ test, id-data meta jsir u r-riżultat tat-test (ċertifikat tat-test);”;
(ii)it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż kwalunkwe aġġornament.”;
(b)il-paragrafu 11 huwa emendat kif ġej:
“Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta’ avvenimenti mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1, b’mod partikolari fir-rigward ta’ varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 li jkunu ta’ tħassib, u fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-vaċċini tal-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi fl-Istati Membri.”;
(3)L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b) informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 u l-għadd ta’ dożi amministrati lid-detentur, irrispettivament mill-Istat Membru fejn ikunu ġew amministrati;”;
(b)fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-Istati Membri jistgħu joħorġu wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) lil persuni li jipparteċipaw fi provi kliniċi li jikkonċernaw vaċċin kontra l-COVID-19 u li jkunu ġew approvati mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk ikunux ingħataw il-vaċċin kandidat jew id-doża amministrata lill-grupp ta’ kontroll. L-informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni f’konformità mal-kampi tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness ma għandhiex iddgħajjef l-integrità tal-prova klinika. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra f’konformità ma’ dan il-paragrafu sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, b’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2.”;
(4)fl-Artikolu 6(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b) informazzjoni dwar it-test NAAT jew it-test tal-antiġeni li kien soġġett għalih id-detentur;
(5)fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. Fuq il-bażi tal-gwida riċevuta skont l-Artikolu 3(11), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punt (c) tal-Artikolu 3(1) biex tippermetti l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-fejqan fuq il-bażi ta’ test tal-antiġeni pożittiv, test tal-antikorpi, inkluż test seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe metodu ieħor validat xjentifikament. Tali atti delegati għandhom ukoll jemendaw il-punt 3 tal-Anness billi jżidu, jimmodifikaw jew ineħħu l-kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta’ data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;
(6)fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmijin fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 24 xahar mill-1 ta’ Lulju 2021.”;
(7)fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;
(8)fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2023.”;.
(9)fl-Anness, il-punt 2(i) huwa sostitwit b’li ġej:
“(i) ċentru jew faċilità tal-ittestjar (fakultattiv għat-test rapidu tal-antiġeni);”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.4.1Objettiv(i) ġenerali
1.4.2Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni
1.5.3Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
1.5.5Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
2.2.Sistema jew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19.
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni Ewropea
Irkupru u Reżiljenza
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
⌧ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettivi
1.4.1Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament huwa li jestendi bi 12-il xahar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19.
1.4.2Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Li jissuktaw l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
1.4.3Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Il-proposta se testendi t-tħaddim tal-qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Dan jenħtieġ li jippermetti liċ-ċittadini tal-UE u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu jkomplu juru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika imposti mill-Istat Membri ta’ destinazzjoni skont id-dritt tal-UE.
Se jingħata appoġġ biex tinżamm l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa għall-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.
1.4.4Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Sistema li qed titħaddem fl-2022/2023
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-infrastruttura diġitali ta’ appoġġ fil-livell tal-UE tibqa’ fis-seħħ, kif ukoll li titħaddem u tiġi mmonitorjata b’mod effettiv.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fit-terminu qasir jew fit-tul inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jistabbilixxi l-format u l-kontenut ta’ ċertifikati dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha. Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżgura li dawn iċ-ċertifikati jinħarġu f’format interoperabbli u jiġu verifikati b’mod affidabbli meta jiġu ppreżentati mid-detentur fi Stati Membri oħra, u b’hekk jiffaċilita l-moviment liberu fl-UE. Dan japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.
1.5.2Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): L-objettivi tal-proposta, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-moviment liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 billi żżomm fis-seħħ sistema sikura u interoperabbli u tivverifika ċ-ċertifikati tad-detentur dwar il-vaċċinazzjoni, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti minn kull Stat Membru għal rasu iżda, għar-raġunijiet tad-daqs u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE. Għaldaqstant, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE.
Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex post): In-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE x’aktarx li jwassal biex l-Istati Membri jadottaw sistemi differenti, li jirriżulta fi problemi fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-dokumenti taċ-ċittadini li jkunu jridu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu fi Stati Membri oħra. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jinżamm il-ftehim dwar l-istandards tekniċi li jridu jintużaw biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, is-sigurtà u l-verifikabbiltà taċ-ċertifikati li jinħarġu.
1.5.3Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Din hija kontinwazzjoni ta’ inizjattiva eżistenti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2021/953.
1.5.4Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
Il-Kummissjoni beħsiebha tappoġġa l-kontinwazzjoni ta’ miżuri urġenti permezz tal-Programmi tal-UE, u f’dan il-każ partikolari, permezz tal-Programm Ewropa Diġitali (DEP, Digital Europe Programme). Il-finanzjament huwa kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Il-Kummissjoni se tieħu l-inizjattiva xierqa biex tiżgura li r-riżorsi jiġu mobilizzati fi żmien xieraq.
1.5.5Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni għar-riallokazzjoni
L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista’ jkopri l-azzjonijiet li ġejjin:
It-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-UE li jappoġġaw l-interoperabbiltà
Il-Kummissjoni se tuża l-fondi mid-DEP biex tappoġġa miżuri tal-inizjattiva.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
⌧ durata limitata
–⌧
Ir-Regolament emendat se japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.
–⌧
L-impatt finanzjarju mill-2022 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
⌧ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
– ◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Meta jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja skont din il-proposta se jiġu mmonitorjati regolarment.
2.2.Sistema jew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
Metodu ta’ ġestjoni
L-azzjonijiet li jappoġġaw l-għanijiet tar-Regolament se jiġu implimentati direttament kif previst mir-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kwalunkwe appoġġ meħtieġ u debitament ġustifikat għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ kwalunkwe infrastruttura ta’ interoperabbiltà fil-livell tal-UE meħtieġa. Din l-istruttura hija meqjusa l-aktar xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament billi jitqiesu bis-sħiħ il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-aħjar valur għall-flus.
Strumenti ta’ Fondi
L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati biex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament se jittieħdu mill-Programm Ewropa Diġitali.
Strateġiji ta’ Kontroll
L-istrateġiji ta’ kontroll se jqisu r-riskju tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni u l-għodod ta’ finanzjament rispettivi.
Għall-għotjiet se tiġi stabbilita strateġija ta’ kontroll xierqa u din se tiffoka fuq tliet stadji ewlenin tal-implimentazzjoni ta’ għotja, skont ir-Regolament Finanzjarju:
a. L-organizzazzjoni ta’ sejħiet u l-għażla ta’ proposti li jaqblu mal-objettivi ta’ politika tar-Regolament,
b. Il-kontrolli operattivi, ta’ monitoraġġ u ex ante li jkopru l-implimentazzjoni tal-proġett, l-akkwist pubbliku, il-prefinanzjament, il-pagamenti interim u finali.
c. Kontrolli ex post tal-proġetti u l-pagamenti.
2.2.2Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-funzjonijiet ewlenin ta’ kontroll previsti għall-programm jinkludu l-iffukar fuq l-objettivi tal-politika, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta’ kontroll intern (il-legalità u r-regolarità, il-kontroll tal-effiċjenza u l-kosteffettività). Dawn se jkollhom l-għan li jiżguraw l-involviment tal-atturi kollha, flessibilità baġitarja xierqa u kontrolli ex ante u ex post konsistenti u jistgħu jiġu differenzjati skont ir-riskju.
Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni tapplika biex tiżgura li l-fondi disponibbli skont il-Programm Ewropa Diġitali jintużaw b’mod xieraq u f’konformità ma’ leġiżlazzjoni xierqa.
Is-sistema attwali hija strutturata kif ġej:
a. It-tim ta’ kontroll intern fi ħdan id-DĠ CONNECT jiffoka fuq il-konformità mal-proċeduri amministrattivi u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan il-għan. Servizzi oħra tal-Kummissjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva se jsegwu l-istess Qafas ta’ Kontroll.
b. L-awditjar regolari ta’ għotjiet u kuntratti li se jingħataw fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, imwettaq minn awdituri esterni, se jkun totalment inkorporat fil-pjanijiet annwali tal-awditu.
c. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet ġenerali minn evalwaturi esterni.
L-azzjonijiet imwettqa jistgħu jiġu awditjati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti tal-Awdituri.
2.2.3Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Livell ta’ żball stmat
L-objettiv huwa li r-rata tal-iżball residwu tinżamm taħt il-livell limitu ta’ 2 % b’rabta mal-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni tal-miżuri biex jintlaħaq l-għan tar-Regolament, filwaqt li jiġi limitat il-piż ta’ kontroll għall-Istati Membri biex jiksbu l-bilanċ it-tajjeb bejn l-objettiv tal-legalità u r-regolarità ma’ objettivi oħra bħall-effettività tal-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.
Id-DĠ CONNECT huwa determinat li jiġġieled kontra l-frodi fl-istadji kollha tal-proċess ta’ ġestjoni. Id-DĠ żviluppa u qed jimplimenta strateġija komprensiva kontra l-frodi li tkopri l-attivitajiet kollha ewlenin tan-negozju u r-riskji tal-frodi identifikati. Dan jinkludi użu msaħħaħ ta’ tiftix tal-informazzjoni bl-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati (speċjalment fil-ġestjoni tal-għotjiet) u taħriġ u informazzjoni kontinwi għall-persunal. B’mod ġenerali, is-sett sħiħ ta’ miżuri ta’ kontroll proposti għandu wkoll l-għan li jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi.
Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li l-kontrolli ewlenin bħall-awditi u/jew kontrolli fuq il-post jistgħu jiġu mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, li jużaw id-dispożizzjonijiet standard rakkomandati mill-OLAF.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
In-numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
01
|
02 04 Il-programm Ewropa Diġitali
|
Differenzjata
|
IVA
|
IVA (jekk speċifikati fil-programm ta’ ħidma annwali)
|
Parti tal-Programm
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–■
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
01
|
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
|
DĠ CONNECT
|
|
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
TOTALI
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
02 04 Il-programm Ewropa Diġitali
|
Impenji
|
(1a)
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ CONNECT taħt l-Intestatura 1
|
Impenji
|
=1a
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2 a
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 01
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
|
|
Pagamenti
|
=5
|
3,000
|
4,000
|
|
7,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
TOTAL
|
|
DĠ CONNECT + JUST + SANTE + DIGIT
|
|
• Riżorsi umani
|
1,501
|
1,501
|
|
3,002
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
TOTAL tad-DĠ CONNECT + JUST + SANTE + DIGIT
|
Approprjazzjonijiet
|
1,501
|
1,501
|
|
3,002
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
1,501
|
1,501
|
|
3,002
|
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
4,501
|
5,501
|
|
10,002
|
|
|
Pagamenti
|
4,501
|
5,501
|
|
10,002
|
3.2.2Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (sa tliet pożizzjonijiet deċimali).
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTALI
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1
Li jissuktaw l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953
|
|
It-tħaddim u ż-żamma tal-qafas ta’ fiduċja
|
|
1
|
3,000
|
|
4,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7,000
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
3,000
|
|
4,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7,000
|
|
TOTALI
|
|
3,000
|
|
4,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7,000
|
3.2.3Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–■
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
1,501
|
1,501
|
|
3,002
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
1,501
|
1,501
|
|
3,002
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
of the multiannual financial framework
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta' natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nfiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li jkunu diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ewlieni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–■
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time (FTE, full time equivalent)
|
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
9
|
9
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
20 02 01 (END)
|
1
|
1
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
10
|
10
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa jintlaħqu mill-persunal tad-DĠs li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħata kariga band'oħra fid-DĠs, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠs li jkunu qed imexxu l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Il-persunal se jiġi fdat bl-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati fuq il-bażi tiegħu, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni teknika (permezz ta’ kuntratt qafas u għotjiet) kif ukoll l-appoġġ lill-Istati Membri għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–■
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).
Il-programm Ewropa Diġitali se jiffinanzja l-kostijiet ta’ din l-inizjattiva
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
3.2.5Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
Il-proposta/l-inizjattiva:
–■
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Totali
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–■
Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (pereż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).