Brussell, 13.1.2022

COM(2022) 8 final

2022/0002(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-aġġornament taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Mill-1977 ’l hawn, id-Direttiva tal-VAT 1 ipprevediet eżenzjoni għall-provvisti lill-forzi armati ta’ kwalunkwe Stat li huwa parti għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, li jkunu qed jieħdu sehem fi sforz ta’ difiża komuni barra l-Istat tagħhom stess. Din l-eżenzjoni ġiet stabbilita biex tindirizza sitwazzjonijiet li fihom iċ-ċirku tal-fluss tad-dħul u tan-nefqa jiġi interrott, minħabba li l-VAT fuq tali provvisti normalment tikkostitwixxi dħul għall-Istat li fih ikunu jinsabu l-forzi armati, minflok għall-Istat tagħhom stess. Hija fost l-eżenzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 151 tad-Direttiva tal-VAT.

Mill-1993 ’l hawn, id-Direttiva dwar id-Dazju tas-Sisa 2 pprevediet eżenzjoni simili mid-dazju tas-sisa 3 għal movimenti ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa lill-forzi armati ta’ kwalunkwe membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).

F’Diċembru 2019 4 , il-Kunsill adotta emendi għad-Direttivi dwar il-VAT u s-Sisa, li jintroduċu eżenzjonijiet fir-rigward tal-isforzi ta’ difiża mwettqa mill-forzi armati ta’ Stat Membru fi Stat Membru ieħor għall-implimentazzjoni ta’ attività tal-Unjoni taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), li ġiet stabbilita bħala l-politika Ewropea ta’ sigurtà u difiża (PESD) fl-2000. Id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda mill-Istati Membri hija l-1 ta’ Lulju 2022.

F’Lulju 2021 5 , il-Kunsill adotta emendi għad-Direttiva tal-VAT, li jintroduċu aktar eżenzjonijiet fir-rigward tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. L-Istati Membri se jibdew japplikaw dawn l-eżenzjonijiet il-ġodda mill-1 ta’ Jannar 2021 b’mod retroattiv.

Għalhekk, il-miżuri previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-VAT 6 li jimplimenta l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 151 tad-Direttiva tal-VAT jeħtieġ li jiġu adattati b’mod korrispondenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija marbuta mill-qrib mal-emendi għad-Direttivi tal-VAT u tas-Sisa adottati f’Diċembru 2019, li jikkomplementaw il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT tal-2016 7 li jistabbilixxi modi kif tiġi mmodernizzata s-sistema tal-VAT sabiex din issir aktar sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u aktar faċli għan-negozju. Hija marbuta wkoll mill-qrib mal-emendi għad-Direttiva tal-VAT adottata f’Lulju 2021, li tintroduċi eżenzjonijiet fir-rigward tal-miżuri tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 li tindirizza l-effetti tal-kriżi tas-saħħa li għaddejja.

L-objettiv tal-proposta huwa li tipprevedi miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-eżenzjonijiet il-ġodda skont l-Artikolu 151(1)(ab), (ba) u (bb) tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll l-Artikolu 12(1)(ba) tad-Direttiva dwar is-Sisa.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija globali għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropea (EUGS) 8 u mal-pjan ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża 9 , li jistabbilixxi proposti għall-implimentazzjoni tal-EUGS fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.

Din timplimenta l-impenn tal-Kummissjoni fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 10 biex tivvaluta l-fattibbiltà tal-allinjament tat-trattament tal-VAT tal-isforzi ta’ difiża fil-qafas tal-UE u taħt l-umbrella tan-NATO.

Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-difiża 11 , li jinkludi t-tnedija ta’ Fond Ewropew għad-Difiża 12 , u l-mekkaniżmu Athena 13 , li (skont l-Artikolu 41(2) tat-TUE) jimmaniġġja l-finanzjament ta’ kostijiet komuni ta’ missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-UE fil-qafas tal-PSDK.

Il-proposta hija wkoll konformi mal-inizjattivi tal-Unjoni meħuda b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 u tappoġġa b’mod partikolari miżuri urġenti meħuda skont l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI 14 ) sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi tas-saħħa li għaddejja bħalissa.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 397 tad-Direttiva tal-VAT. Dan l-Artikolu jipprevedi li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta d-Direttiva tal-VAT.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Biex jiġi kkomplementat l-allinjament fit-trattament tal-VAT u tad-dazju tas-sisa tal-isforzi tad-difiża fl-UE u taħt l-oqfsa tan-NATO stabbiliti mill-emendi magħmula għad-Direttivi tal-VAT u s-Sisa, minbarra li tippermetti l-applikazzjoni prattika tal-eżenzjonijiet introdotti fid-Direttiva tal-VAT sabiex tappoġġa miżuri tal-Unjoni li jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19, huwa meħtieġ aġġustament korrispondenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-VAT. L-Istati Membri ma jistgħux jindirizzawh billi jaġixxu waħidhom. L-aġġustament jeħtieġ proposta mill-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-VAT.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq l-objettivi tat-Trattati marbuta mal-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq uniku u t-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni taħt il-PSDK. Din il-proposta tikkonċerna aspetti prattiċi li jirriżultaw mill-allinjament tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet għall-isforzi tad-difiża tal-Unjoni u tan-NATO kif ukoll l-introduzzjoni ta’ eżenzjonijiet ġodda dwar il-miżuri tal-Unjoni meħuda b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, kif diġà adottat mill-Kunsill, li se jkollu biss effett minimu fuq il-bażi tat-taxxa.

Għażla tal-istrument

Qiegħed jiġi propost Regolament ta’ Implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-VAT.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST U TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-grupp dwar il-futur tal-VAT 15 u kkonfermaw b’mod wiesa’ l-ħtieġa li jaġixxu fil-livell tal-UE billi jintroduċu eżenzjoni mill-VAT għal provvisti marbuta mal-isforz ta’ difiża fil-qafas tal-UE simili għal dik għal provvisti marbuta mal-isforz ta’ difiża tan-NATO taħt l-Artikolu 151(1)(c) u (d) tad-Direttiva tal-VAT.

Fir-rigward tal-miżuri b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet interessati minħabba l-karattru urġenti ta’ din l-inizjattiva.

Il-proposta attwali timplimenta biss l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel ta’ dawn l-eżenzjonijiet il-ġodda tal-VAT fil-prattika.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Qabel ma pproponiet li tintroduċi l-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti marbuta mal-isforz tad-difiża fil-qafas tal-UE, il-Kummissjoni ġabret għarfien espert permezz ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) 16 , l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (ADE) 17 u l-esperti tad-difiża li jappoġġaw lill-membri tal-grupp dwar il-futur tal-VAT. Għall-eżenzjoni proposta b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni bbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika kif ukoll fuq evidenza xjentifika disponibbli rilevanti fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa. Għal din il-proposta, li timplimenta dawn l-eżenzjonijiet, ma kienx hemm bżonn ta’ aktar għarfien espert.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta mhix marbuta ma’ REFIT u ma għandha l-ebda impatt partikolari fuq il-mikrointrapriżi jew l-SMEs.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta sempliċiment temenda ċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni meħtieġ biex jiġu applikati l-eżenzjonijiet mill-VAT fil-prattika iżda ma tbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet bħala tali. Għalhekk, ma hemm l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti bħala parti mir-responsabbiltajiet tagħha sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-VAT u s-sisa.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tal-proposta jissostitwixxu ċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa previst fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-VAT b’verżjoni ġdida li tkopri wkoll oġġetti u servizzi maħsuba għall-użu uffiċjali tal-forzi armati ta’ Stat Membru li jkun qed jieħu sehem f’attività tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor taħt il-PSDK, kif ukoll oġġetti u servizzi miksuba mill-Kummissjoni Ewropea jew minn kwalunkwe aġenzija jew korp Ewropew li jeżegwixxi l-kompiti tagħhom għall-użu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Hemm żewġ verżjonijiet taċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa annessi mal-proposta minħabba l-iskeda ta’ żmien tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għad-Direttiva tal-VAT. Iċ-ċertifikat kif previst fl-Anness I tal-proposta, li jinkorpora kaxxa dwar il-korpi eliġibbli li jwettqu kompiti b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, se jidħol fis-seħħ immedjatament. Dan se jiġi sostitwit mill-1 ta’ Lulju 2022 bil-verżjoni stabbilita fl-Anness II tal-proposta, li żżid kaxxa li tkopri l-attivitajiet taħt il-PSDK.

Minkejja l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kaxxa stabbilita fl-Anness II li tirreferi għall-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta’ Ċipru se tibqa’. F’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ 18 u l-Protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru 19 b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-taxxi fuq il-fatturat, id-dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta adottati skont l-Artikolu 113 tat-TFUE għandhom japplikaw għaż-Żoni ta’ Bażi Sovrana 20 u fihom, u r-Renju Unit għandu joħroġ ċertifikati ta’ eżenzjoni mal-approvazzjoni mir-Repubblika ta’ Ċipru 21 .

2022/0002 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-aġġornament taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 22 , u b’mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Id-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE 23 ġew emendati bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 24 , li introduċiet eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazju tas-sisa għall-isforzi tad-difiża mwettqa fi ħdan il-qafas tal-Unjoni. Dawk l-eżenzjonijiet kellhom jiġu applikati mill-Istati Membri mill-1 ta’ Lulju 2022.

(2)Id-Direttiva 2006/112/KE ġiet emendata ulterjorment bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 25 , li introduċiet eżenzjonijiet ġodda tal-VAT fir-rigward tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Dawk l-eżenzjonijiet kellhom jiġu applikati mill-Istati Membri b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021.

(3)L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 26 jipprovdi ċertifikat, li jservi biex jikkonferma li ċerta tranżazzjoni tikkwalifika għal eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw l-eżenzjoni l-ġdida mill-VAT għall-isforzi tad-difiża u l-eżenzjonijiet mill-VAT fir-rigward tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 b’mod uniformi, dak iċ-ċertifikat irid jiġi aġġustat.

(4)Fir-rigward tal-eżenzjonijiet il-ġodda tal-VAT li jikkonċernaw miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 skont id-Direttiva 2006/112/KE, iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinkludi bħala korp eliġibbli l-Kummissjoni jew kwalunkwe aġenzija jew korp Ewropew li jwettaq il-kompiti tiegħu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jiġi emendat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)Fir-rigward tal-eżenzjoni l-ġdida mill-VAT għall-isforzi tad-difiża mwettqa fil-qafas tal-Unjoni, iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinkludi bħala korp eliġibbli l-Kummissjoni jew kwalunkwe aġenzija jew korp Ewropew li jwettqu l-kompiti tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-forzi armati ta’ Stat Membru li jieħdu sehem f’attività tal-Unjoni taħt il-politika komuni ta’ sigurtà u difiża. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jiġi emendat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2022.

(6)Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1 ).
(2)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE ( ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12 ).
(3)    Id-dazji tas-sisa regolati mid-dritt tal-Unjoni huma applikati fuq ix-xorb alkoħoliku, il-prodotti tat-tabakk manifatturat u l-prodotti tal-enerġija (il-fjuwils tal-magni u l-fjuwils li jsaħħnu bħall-petrol u l-gażolina, l-elettriku, il-gass naturali, il-faħam u l-kokk). L-istruttura tat-taxxi u r-rati minimi huma armonizzati fil-livell tal-UE.
(4)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni ( ĠU L 336, 30.12.2019, p. 1 0 )
(5)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 ( ĠU L 250, 15.07.2021, p. 1 )
(6)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (tfassil mill-ġdid) ( ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1 ).
(7)    Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT ( COM(2016) 148 final ) .
(8)     Shared vision, common action: a stronger Europe – a global strategy for the European Union’s foreign and security policy .
(9)     https://eeas.europa.eu/sites/eeas/files/eugs_implementation_plan_st14392.en16_0.pdf
(10)    Pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari, Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( JOIN(2018) 5 final ).
(11)    Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni ( COM(2016) 950 final ).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi il-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 ( ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149 ). Il-Fond se jipprovdi EUR 2,6 biljun biex jiffinanzja direttament proġetti tar-riċerka kompetittivi u kollaborattivi, b’mod partikolari permezz ta’ għotjiet, u EUR 5,3 biljun biex jikkomplementa l-investiment tal-Istati Membri billi jikkonfinanzja l-kostijiet għall-iżvilupp kollaborattiv bħall-iżvilupp tal-prototipi, iċ-ċertifikazzjoni suċċessiva u r-rekwiżiti tal-ittestjar.
(13)     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK ( ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39 ).
(14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/521 tal-14 ta’ April 2020 li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2016/369 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu filwaqt li jqis it-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 117, 15.4.2020, p. 3).
(15)    Grupp informali ta’ rappreżentanti ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa, li jipprovdu lill-Kummissjoni b’forum għall-konsultazzjoni ma’ esperti tal-VAT minn Stati Membri dwar inizjattivi preleġiżlattivi.
(16)    Is-SEAE jassisti lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fir-responsabbiltajiet kollha tiegħu, inkluża l-PSDK.
(17)    L-ADE ġiet stabbilita fl-2004 mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK (ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17).
(18)    Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(19)    Protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 146).
(20)    L-Artikolu 3(1) tal-Protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru.
(21)    L-Artikolu 4(1) tal-Protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru.
(22)    ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(23)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(24)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 10).
(25)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 250, 15.07.2021, p. 1).
(26)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

Brussell, 13.1.2022

COM(2022) 8 final

ANNESS

tal-Proposta

għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-aġġornament taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

ANNESS I

ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

L-UNJONI EWROPEA    ĊERTIFIKAT TAL-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA (*)

   (Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 151 – u Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 13)

Numru tas-serje (mhux obbligatorju):

1.    KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Deżinjazzjoni/isem

Triq u Numru

Kodiċi postali, post

Stat Membru (Ospitanti)

2.    L-AWTORITÀ KOMPETENTI RESPONSABBLI GĦALL-ITTIMBRAR (isem, indirizz u n-numru tat-telefown)

3.    DIKJARAZZJONI MILL-KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Il-korp jew individwu eliġibbli (1) b’dan jiddikjara

(a)    li l-oġġetti u/jew servizzi msemmija fil-kaxxa 5 huma maħsuba (2)

   Għall-użu uffiċjali ta’

   Għall-użu personali ta’

   missjoni diplomatika barranija

   membru ta’ missjoni diplomatika barranija

   rappreżentazzjoni konsulari barranija

   membru ta’ missjoni konsulari barranija

   korp Ewropew li għalih japplika l-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

   organizzazzjoni internazzjonali

   membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali

   il-forzi militari ta’ Stat li huwa parti kontraenti tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (forzi armati tan-NATO)

 il-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta’ Ċipru

 Għall-użu mill-Kummissjoni Ewropea jew minn kwalunkwe aġenzija Ewropea jew korp li jwettaq il-kompiti tiegħu b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(deżinjazzjoni tal-istituzzjoni) (ara kaxxa 4)

(b)    li l-prodotti u/jew servizzi deskritti fil-kaxxa 5 huma konformi mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-kaxxa 1, u

(c)    li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija fornuta in bona fide.

Il-korp jew individwu eliġibbli b’dan qiegħed jintrabat li jħallas lill-Istat Membru li minnu telqu l-prodotti jew li minnu ġew fornuti l-prodotti u s-servizzi, il-VAT u/ jew id-dazju tas-sisa li jkun dovut jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni, jew jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma ntużawx bil-mod oriġinalment maħsub.

Post, data

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

4.    TIMBRU TAL-ISTITUZZJONI (f’każ ta’ eżenzjoni għall-użu personali)

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

5.    DESKRIZZJONI TAL-PRODOTTI U/JEW SERVIZZI, LI GĦALIHOM HIJA MITLUBA L-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA

A. Informazzjoni li tikkonċerna l-fornitur/dak li jieħu ħsieb il-maħżen awtorizzat

(1) Isem u indirizz:

(2) Stat Membru

(3) Numru tal-VAT jew numru ta’ referenza tat-taxxa/tas-sisa

B. Informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u/jew is-servizzi:

Le

Deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott u/jew servizz (3) (jew referenza għall-formola tal-ordni mehmuża)

Kwantità jew numru

Valur mingħajr VAT 
u dazju tas-sisa

Munita

Valur għal kull unità

Valur totali

Ammont totali

6.    ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU OSPITANTI

Il-konsenja/forniment tal-prodotti u/jew servizzi kif deskritti fil-kaxxa 5 tissodisfa/jissodisfa:

totalment

sa kwantità ta’

(numru)(4)

il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

7.    PERMESS GĦAD-DISPENSA MIT-TIMBRU TAĦT IL-KAXXA 6 (fil-każ biss ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali)

Permezz ta’ ittra bin-Numru:

Data:

Mill-istituzzjoni eliġibbli magħżula:

Maħruġ minn

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti:

Dispensat mill-obbligu fil-kaxxa 6 li jinkiseb it-timbru

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

(*)    Ħassar kif xieraq.

(1)    Ħassar kif xieraq.

(2)    Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

(3)    Ħassar l-ispazju mhux użat. Dan l-obbligu japplika wkoll jekk formoli tal-ordni huma mehmużin.

(4)    Prodotti u/jew servizzi mhux eliġibbli jenħtieġ li jitħassru fil-kaxxa 5 jew minn fuq il-formola tal-ordnijiet mehmuża.

Noti ta’ spjegazzjoni

1.Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. Għalhekk, ċertifikat wieħed għandu jitfassal għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.(a)L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 164 tal-1.7.1989, p. 3.

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u jenħtieġ li tkun 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħha.

   Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni għandu jitfassal     f’żewġ kopji:

kopja waħda biex tinżamm mill-konsenjatur;

kopja oħra biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b)Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B. għandu jiġi maqtugħ b’sing ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)Id-dokument irid jimtela b’mod li jista’ jinqara u b’tali mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri li saret f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Membru tal-Istat ospitanti, traduzzjoni għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e)Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal f’lingwa għajr waħda rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f)Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li tintuża fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, il-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, il-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxi 1 u 3(a) tad-dokument u jiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.

5.(a)Ir-referenza għall-formola tal-ordni tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) irid ikollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni jenħtieġ li jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tkun ittimbrata wkoll.

(b)L-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni tas-sisa kif definit fl-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa mhijiex obbligatorja; in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa irid ikun indikat.

(c)Il-muniti jenħtieġ li jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard kodiċi ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni 1 .

6.Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-korp/individwu eliġibbli; għandha tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq il-qbil minn awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Huwa f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti biex takkwista tali qbil.

7.Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu tal-korp eliġibbli biex jitlob timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. Il-korp eliġibbli jenħtieġ li jsemmi din id-dispensa fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.”

(1)    Bħala indikazzjoni, xi kodiċijiet relatati mal-muniti attwalment użati: EUR (euro), BGN (lev), CZK (krona Ċeka), DKK (krona Daniża), GBP (Lira sterlina), HUF (forint), LTL (litas), PLN (zloty), RON (leu Rumen), SEK (krona Żvediża), USD (dollaru Amerikan).

Brussell, 13.1.2022

COM(2022) 8 final

ANNESS

tal-Proposta

għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-aġġornament taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

ANNESS II

ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

L-UNJONI EWROPEA    ĊERTIFIKAT TAL-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA (*)

   (Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 151 – u Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 13)

Numru tas-serje (mhux obbligatorju):

1.    KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Deżinjazzjoni/isem

Triq u Numru

Kodiċi postali, post

Stat Membru (Ospitanti)

2.    L-AWTORITÀ KOMPETENTI RESPONSABBLI GĦALL-ITTIMBRAR (isem, indirizz u n-numru tat-telefown)

3.    DIKJARAZZJONI MILL-KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Il-korp jew individwu eliġibbli (1) b’dan jiddikjara

(a)    li l-oġġetti u/jew servizzi msemmija fil-kaxxa 5 huma maħsuba (2)

   Għall-użu uffiċjali ta’

   Għall-użu personali ta’

   missjoni diplomatika barranija

   membru ta’ missjoni diplomatika barranija

   rappreżentazzjoni konsulari barranija

   membru ta’ missjoni konsulari barranija

   korp Ewropew li għalih japplika l-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

   organizzazzjoni internazzjonali

   membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali

   il-forzi militari ta’ Stat li huwa parti kontraenti tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (forzi armati tan-NATO)

     il-forzi armati ta’ Stat Membru li qed jieħu sehem f’attività tal-Unjoni taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK)

 il-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta’ Ċipru

 Għall-użu mill-Kummissjoni Ewropea jew minn kwalunkwe aġenzija Ewropea jew korp li jwettaq il-kompiti tiegħu b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(deżinjazzjoni tal-istituzzjoni) (ara kaxxa 4)

(b)    li l-prodotti u/jew servizzi deskritti fil-kaxxa 5 huma konformi mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-kaxxa 1, u

(c)    li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija fornuta in bona fide.

Il-korp jew individwu eliġibbli b’dan qiegħed jintrabat li jħallas lill-Istat Membru li minnu telqu l-prodotti jew li minnu ġew fornuti l-prodotti u s-servizzi, il-VAT u/ jew id-dazju tas-sisa li jkun dovut jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni, jew jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma ntużawx bil-mod oriġinalment maħsub.

Post, data

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

4.    TIMBRU TAL-ISTITUZZJONI (f’każ ta’ eżenzjoni għall-użu personali)

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

5.    DESKRIZZJONI TAL-PRODOTTI U/JEW SERVIZZI, LI GĦALIHOM HIJA MITLUBA L-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA

A. Informazzjoni li tikkonċerna l-fornitur/dak li jieħu ħsieb il-maħżen awtorizzat

(1) Isem u indirizz:

(2) Stat Membru

(3) Numru tal-VAT jew numru ta’ referenza tat-taxxa/tas-sisa

B. Informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u/jew is-servizzi:

Le

Deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott u/jew servizz (3) (jew referenza għall-formola tal-ordni mehmuża)

Kwantità jew numru

Valur mingħajr VAT 
u dazju tas-sisa

Munita

Valur għal kull unità

Valur totali

Ammont totali

6.    ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU OSPITANTI

Il-konsenja/forniment tal-prodotti u/jew servizzi kif deskritti fil-kaxxa 5 tissodisfa/jissodisfa:

totalment

sa kwantità ta’

(numru)(4)

il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

7.    PERMESS GĦAD-DISPENSA MIT-TIMBRU TAĦT IL-KAXXA 6 (fil-każ biss ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali)

Permezz ta’ ittra bin-Numru:

Data:

Mill-istituzzjoni eliġibbli magħżula:

Maħruġ minn

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti:

Dispensat mill-obbligu fil-kaxxa 6 li jinkiseb it-timbru

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

(*)    Ħassar kif xieraq.

(1)    Ħassar kif xieraq.

(2)    Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

(3)    Ħassar l-ispazju mhux użat. Dan l-obbligu japplika wkoll jekk formoli tal-ordni huma mehmużin.

(4)    Prodotti u/jew servizzi mhux eliġibbli jenħtieġ li jitħassru fil-kaxxa 5 jew minn fuq il-formola tal-ordnijiet mehmuża.

Noti ta’ spjegazzjoni

1.Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. Għalhekk, ċertifikat wieħed għandu jitfassal għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.(a)L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 164 tal-1.7.1989, p. 3.

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u jenħtieġ li tkun 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħha.

   Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni għandu jitfassal     f’żewġ kopji:

kopja waħda biex tinżamm mill-konsenjatur;

kopja oħra biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b)Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B. għandu jiġi maqtugħ b’sing ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)Id-dokument irid jimtela b’mod li jista’ jinqara u b’tali mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri li saret f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Membru tal-Istat ospitanti, traduzzjoni għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e)Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal f’lingwa għajr waħda rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f)Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li tintuża fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, il-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, il-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxa 1 u 3(a) tad-dokument u jiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.