|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9603 – SNCF MOBILITES / THIF)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 93/08)
1.
Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SNCF SA (“SNCF”, Franza), |
|
— |
THI Factory (“THIF”, il-Belġju). |
SNCF takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ THIF kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SNCF hija l-impriża ferrovjarja Franċiża stabbilita. L-attivitajiet tagħha jinkludu t-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija, il-ġestjoni tal-istazzjon u tal-infrastruttura u l-attivitajiet tal-inġinerija. SNCF teżerċita kontroll esklużiv fuq Eurostar International Limited, l-operatur ta’ servizzi ferrovjarji internazzjonali ta’ veloċità għolja li jgħaqqdu lir-Renju Unit ma’ Franza, il-Belġju u n-Netherlands permezz taċ-Channel Tunnel bejn ir-Renju Unit u Franza, |
|
— |
THIF hija impriża ferrovjarja attiva fil-ġestjoni u t-tħaddim ta’ servizzi internazzjonali ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri b’veloċità għolja bejn Franza, il-Belġju, in-Netherlands u l-Ġermanja bl-isem Thalys. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9603 – SNCF MOBILITES / THIF
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).