19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.10987 – BAIN CAPITAL / CAVERION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 481/03)

1.   

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital”, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA),

Caverion Corporation (“Caverion”, il-Finlandja).

Bain Capital se takkwista, fi ħdan is-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu ta’ Caverion.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Bain Capital hija ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità li tinvesti, permezz tal-familja ta’ fondi tagħha, f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inkluż dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali / manifattura,

Caverion hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata inkorporata skont il-liġijiet tal-Finlandja. Caverion topera fl-installazzjoni u l-manutenzjoni tat-teknoloġija tal-bini u tal-proċessi industrijali, b’mod partikolari fit-tisħin, l-elettriku, l-enerġija, il-ventilazzjoni, it-tkessiħ, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u d-dixxiplini tekniċi tas-sigurtà tal-bini. Barra minn hekk, Caverion tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni għal proċessi ta’ manifattura industrijali bħall-idroenerġija, il-manifattura tal-polpa u l-karta u l-proċessi kimiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.10987 – BAIN CAPITAL / CAVERION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.