17.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10948 — STORA ENSO / DE JONG PAPIER HOLDING / DJV HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 437/05)
1.
Fit-3 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Stora Enso AB (“Stora Enso”), ikkontrollata minn Stora Enso Oyj (it-tnejn li huma tal-Iżvezja), |
— |
De Jong Papier Holding B.V. (“De Jong”) (in-Netherlands), |
— |
DJV Holding B.V. (“DJV”) (in-Netherlands). |
Stora Enso takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ De Jong u DJV kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Stora Enso tiżviluppa, tipproduċi u toffri soluzzjonijiet u servizzi bbażati fuq l-injam u l-bijomassa għal firxa ta’ industriji u applikazzjonijiet globalment u hija, fost affarijiet oħra, attiva fil-produzzjoni kemm ta’ materjali tal-każijiet korrugati kif ukoll ta’ imballaġġ ikkorrugat, b’diversi impjanti ta’ produzzjoni fiż-ŻEE kollha, |
— |
De Jong u DJV huma prinċipalment attivi fil-produzzjoni u l-provvista ta’ imballaġġ ikkorrugat fil-Benelux, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit, fejn għandhom faċilitajiet ta’ produzzjoni. Dan l-aħħar bdew ukoll il-produzzjoni ta’ materjali ta’ kaxxi kkorrugati rriċiklati, li jeħtieġu għall-produzzjoni downstream tagħhom ta’ imballaġġ ikkorrugat. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10948 — STORA ENSO / DE JONG PAPIER HOLDING / DJV HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).