6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10864 - AGC GLASS EUROPE / INTERPANE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 341/03)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AGC Glass Europe SA (“AGC Glass Europe”, il-Belġju)

Interpane International Glas GmbH u Interpane Glass Holding AG Interpane (flimkien “Interpane”, il-Ġermanja)

AGC Glass Europe se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Interpane kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

AGC Glass Europe hija parti mill-AGC Group u finalment hija kkontrollata minn AGC Inc. AGC Glass Europe tipproduċi u tipproċessa ħġieġ ċatt għall-industrija tal-bini, l-industrija tal-karozzi, l-industrija solari u l-industriji speċjalizzati permezz ta’ network ta’ siti ta’ produzzjoni u pproċessar tal-ħġieġ madwar l-Ewropa,

Interpane hija kumpanija tal-familja attiva fil-manifattura u l-ipproċessar tal-ħġieġ arkitettoniku Ewropew.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10864 - AGC GLASS EUROPE / INTERPANE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.