25.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10850 – ASMENT DE TEMARA / VEOM / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 321/05)

1.   

Fis-16 ta’ Awwissu 2022 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Asment de Temara (“AdT”, il-Marokk), ikkontrollata minn Votorantim S.A. (“Votorantim”, il-Brażil),

Veolia Services à l’Environnement Maroc (“VEOM”, il-Marokk), ikkontrollata minn Veolia Environnement S.A. (“Veolia”, Franza),

impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida għall-finijiet tal-konċentrazzjoni (“l-impriża bi sħab”, il-Marokk),

AdT u VEOM se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-impriża bi sħab. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AdT hija attiva fil-produzzjoni tas-siment, tal-konkrit u tal-aggregati fil-Marokk.

VEOM hija kumpanija azzjonista li tiġbor flimkien il-kumpaniji Marokkini tal-grupp Veolia, li huwa stess huwa attiv fil-provvista ta’ servizzi tal-enerġija u tal-ilma (estrazzjoni, distribuzzjoni, trattament tal-ilma tax-xorb, ġbir u trattament tal-ilma mormi, eċċ.) u skart (ġbir u trattament ta’ skart ordinarju, perikoluż u rregolat).

l-impriża bi sħab se tiżviluppa u tħaddem pjattaforma għat-trattament minn qabel ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż fil-Marokk.

3.   

Wara analiżi preliminari u mingħajr preġudizzju tad-deċiżjoni tagħha finali dwar dan il-punt, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10850 – ASMENT DE TEMARA / VEOM / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.