8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10803 - ELKEM / HYDRO ENERGI INVEST / ALTOR FUND MANAGER / VIANODE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 302/02)

1.   

Fid-29 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Elkem ASA (“Elkem”, in-Norveġja), ikkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (iċ-Ċina),

Hydro Energi Invest AS (“Hydro”, in-Norveġja), li tappartjeni għall-Hydro Group (in-Norveġja),

Altor Fund Manager AB (“Altor”, l-Iżvezja),

Vianode AS (“Vianode”, in-Norveġja), ikkontrollata minn Elkem.

Elkem, Hydro u Altor se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Vianode.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Elkem hija attiva fil-produzzjoni, il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp tas-siliċju, il-ferrosiliċju, il-karbonju, il-mikrosilika u l-ligi speċjalizzati bbażati fuq il-ferrosiliċju għall-industriji tal-funderiji tal-ħadid u tal-azzar, madwar id-dinja;

Hydro hija kumpanija tal-aluminju integrata bis-sħiħ, u għandha attivitajiet tul il-katina tal-valur tal-aluminju mill-ġenerazzjoni tal-boksajt, tal-alumina u tal-enerġija sal-produzzjoni tal-aluminju primarju, prodotti estrużi tal-aluminju u r-riċiklaġġ tal-aluminju, madwar id-dinja;

Altor hija l-maniġer tal-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund V li huwa l-fond ta’ Altor li jagħmel l-investiment f’Iyuno; Altor Fund IV huwa fond ta’ ekwità privata li jiffoka fuq l-investimenti fis-segment tas-suq medju tar-reġjun Nordiku.

3.   

Vianode hija attiva fl-iżvilupp ta’ materjali tal-anodu għall-produzzjoni ta’ materjali tal-batteriji.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10803 - ELKEM / HYDRO ENERGI INVEST / ALTOR FUND MANAGER / VIANODE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.