21.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 238/09)
1.
Fis-6 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
The Goldman Sachs Group, Inc, (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Sojitz Corporation (“Sojitz”, il-Ġappun), |
— |
Kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, “JV”, il-Ġappun). |
Sojitz u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Goldman Sachs: ditta ta’ servizzi bankarji globali ta’ investiment, garanziji u ġestjoni ta’ investiment li tipprovdi firxa ta’ prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta’ investiment mad-dinja kollha. |
— |
Sojitz: konglomerat globali attiv f’varjetà ta’ negozji differenti, primarjament fil-qasam tal-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi, |
— |
JV: attiva f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi immobiljari u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà fil-Ġappun, inklużi pariri dwar l-investiment, analiżi tal-prestazzjoni tal-portafoll, ġestjoni tal-portafoll, u servizzi tal-back-office bħat-tħejjija ta’ dokumenti tat-taxxa u rapporti finanzjarji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).