27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/61 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10758 – EIM / BROOKFIELD / NIELSEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 243/11)
1.
Fl-20 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Elliott Investment Management L.P. (“EIM”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Brookfield Private Equity Holdings LLC (“BPEH”), ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, it-tnejn li huma l-Kanada), |
— |
Nielsen Holdings Plc (“Nielsen”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
EIM u BPEH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Nielsen kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
BPEH: sussidjarja ta’ Brookfield, li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, iffukati fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli, u l-ekwità privata, |
— |
EIM: ditta ta’ investiment iffukata fuq attivitajiet ta’ ġestjoni tal-investimenti u tar-riskji |
— |
Nielsen: kumpanija tal-għarfien tal-udjenza globali, tad-data, u tal-analitika, li tipprovdi kejl tal-udjenza, ippjanar tal-media, ottimizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, u soluzzjonijiet ta’ metadata tal-kontenut. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10758 – EIM / BROOKFIELD / NIELSEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).