|
24.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/30 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10754 — ONE ROCK CAPITAL PARTNERS / PREFERE RESINS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 241/15)
1.
Fil-15 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
One Rock Capital Partners, LLC (“ORC”, l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz ta’ kumpanija affiljata, |
|
— |
Prefere Resins Holding GmbH (“Prefere Resins”, il-Ġermanja). |
ORC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Prefere Resins.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ORC hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq investimenti ta’ ekwità b’ishma ta’ kontroll f’kumpaniji tas-suq tan-nofs. ORC tiġġestixxi fondi li jinvestu f’kumpaniji ta’ portafoll li joperaw f’diversi industriji, inklużi dawk kimiċi u tal-ipproċessar, tal-manifattura ta’ speċjalitajiet u kura tas-saħħa, tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-ikel, u tas-servizzi kummerċjali u ambjentali, |
|
— |
Prefere Resins hija prinċipalment iffokata fuq l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ reżini sintetiċi fl-EMEA u fl-Amerki għal varjetà ta’ swieq bħalma huma dawk tal-konstruzzjoni, tal-insulazzjoni, industrijali, tal-karozzi u tal-madum u tal-għamara. Fuq livell inqas, Prefere Resins tipproduċi wkoll u tbiegħ derivativi tal-(Para)Formaldeid u tal-Metanol. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10754 — ONE ROCK CAPITAL PARTNERS / PREFERE RESINS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).