|
3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10741 – HG / EFMS / TA / IFS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 219/02)
1.
Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hg Capital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit), |
|
— |
TA Associates Management LP (“TA”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
EQT Fund Management S.à r.l (“EFMS”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Impala Bidco S.à r.l. (“IFS”, il-Lussemburgu), bħalissa kkontrollata minn EFMS u TA. |
Hg, TA, u EFMS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IFS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hg hija investitur speċjalizzat fl-ekwità privata li tfittex li tkabbar negozji sostenibbli tas-software u tas-servizzi. Hg tiffoka fuq l-investimenti fl-Ewropa, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerka u għandha uffiċċji ta’ investiment f’Londra, Munich u New York. |
|
— |
EFMS hija l-maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv ta’ EQT VIII u EQT IX, fondi ta’ investiment privat li jiffurmaw parti mill-grupp EQT ta’ fondi ta’ investiment (“EQT”). EQT hija organizzazzjoni ta’ investiment globali mmexxija mill-iskop li tiffoka fuq strateġiji ta’ sjieda attiva. |
|
— |
TA hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq setturi mmirati fit-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-konsumatur u tan-negozju fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja. |
|
— |
IFS bħalissa hija kumpanija tal-portafoll tal-EFMS u TA u tiżviluppa software kummerċjali għal klijenti attivi f’firxa ta’ setturi tal-industrija, li jimmanifatturaw u jiddistribwixxu oġġetti, iżommu l-assi u jimmaniġġaw operazzjonijiet iffukati fuq is-servizz. IFS tipprovdi wkoll soluzzjonijiet ta’ Software-bħala-Servizz ibbażati fuq il-cloud għas-servizz fil-post, għall-industriji tal-konsenja tal-aħħar mil u tal-loġistika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10741 – HG / EFMS / TA / IFS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).