24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10731 – APOLLO MANAGEMENT / PRIMAFRIO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 208/07)

1.   

Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apollo Infrastructure Opportunities Fund II, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Apollo Management L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Primafrío Corporación, S.A. (Il-“Kumpanija fil-Mira”, Spanja), bħalissa kkontrollata esklużivament minn Krone-Mur Servifrío, S.L. (“Krone-Mur”, Spanja).

Apollo u Krone-Mur jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Apollo hija grupp ta’ fondi ta’ ġestjoni tal-investiment li jinvesti f’kumpaniji f’diversi negozji madwar id-dinja,

il-Kumpanija fil-Mira hija operatur tal-loġistika bbażata fi Spanja attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ dispaċċ tal-merkanzija u servizzi ta’ loġistika b’kuntratt prinċipalment fi Spanja u l-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10731 – APOLLO MANAGEMENT / PRIMAFRIO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.