18.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/92


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10722 — CHEVRON / RENEWABLE ENERGY GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 201/09)

1.   

Fl-10 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Chevron Corporation (“Chevron”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Renewable Energy Group, Inc (“REG”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Chevron takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ REG.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ ftehim ta’ fużjoni (tranżazzjoni kollha bi flus kontanti).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Chevron hija kumpanija tal-enerġija integrata bbażata f’California, li tipproduċi żejt mhux raffinat u gass naturali, fuels għat-trasport, lubrikanti, petrokimiċi u addittivi,

REG hija produttur ta’ bijokarburanti li għandha l-kwartieri ġenerali f’Iowa, u li tipproduċi l-bijodiżil u d-diżil rinnovabbli, u li tbigħ krediti tal-karbonju, prodotti bbażati fuq iż-żejt, kif ukoll prodotti bbażati fuq iż-żejt imħallta aktar mad-diżil b’bażi bijoloġika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10722 – CHEVRON / RENEWABLE ENERGY GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.