25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10709 — PARTNERS GROUP / FORTERRO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 210/16)

1.   

Fis-17 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Partners Group AG (“Partners Group”, l-Iżvizzera)

Jeeves Information Systems AB (“Forterro”, l-Iżvezja)

Partners Group se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Forterro kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Partners Group: jipprovdi lill-investituri istituzzjonali internazzjonali li jfittxu aċċess dirett għall-assi tas-suq privat b’firxa wiesgħa ta’ fondi ta’ investiment u portafolli mfassla għall-ħtiġijiet tal-investituri,

Forterro: il-forniment ta’ software tan-negozju u soluzzjonijiet tal-IT, iffukata fuq il-provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ software għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi lill-kumpaniji tal-manifattura u tal-produzzjoni tas-suq medju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10709 – PARTNERS GROUP / FORTERRO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).