18.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/42


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10602 – SWISS LIFE INTERNATIONAL HOLDING / ELIPS LIFE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 123/07)

1.   

Fl-10 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Swiss Life International Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera),

Elips Life AG (“ELAG”, il-Liechtenstein) u l-portafoll tal-assikurazzjoni A &H ta’ Elips Versicherungen AG (“A&H”, il-Liechtenstein, flimkien ma’ ELAG imsejħa “ELAG-A&H”), it-tnejn ikkontrollati minn elipsLife EMEA Holding B.V. (in-Netherlands), li finalment hija kkontrollata minn Swiss Re Ltd (l-Iżvizzera).

Swiss Life se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ELAG-A&H.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Swiss Life hija fornitur Ewropew ta’ assikurazzjoni tal-ħajja, riskju, pensjonijiet, ġestjoni tal-assi u prodotti finanzjarji oħra,

ELAG-A&H hija kumpanija tal-assikurazzjoni Ewropea li tipprovdi firxa ta’ prodotti tal-assikurazzjoni lill-klijenti istituzzjonali (negozju B2B).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10602 – SWISS LIFE INTERNATIONAL HOLDING / ELIPS LIFE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.