4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/08)

1.   

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Iżvezja);

SMS GmbH (“SMS”, il-Ġermanja);

Kaefer Holding SE & Co. KG (“Kaefer Holding”, il-Ġermanja);

Kaefer Isoliertechnik (“Kaefer”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Kaefer Holding.

Altor Fund Manager, SMS u Kaefer Holding se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Kaefer.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi ta’ hawn fuq huma:

Altor Fund Manager huwa l-maniġer tal-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund V li huwa l-fond Altor li jagħmel l-investiment f’Kaefer;

SMS hija kumpanija tal-familja attiva fil-kostruzzjoni ta’ impjanti u makkinarju għas-setturi metallurġiċi u tat-teknoloġija tat-tidwir;

Kaefer Holding hija kumpanija azzjonarja tal-familja mingħajr ebda interess kummerċjali ieħor minbarra Kaefer u ma tiġġenerax fatturat barra l-parteċipazzjoni tagħha f’Kaefer;

Kaefer hija fornitur ta’ servizzi ta’ iżolament u soluzzjonijiet ta’ aċċess (eż. scaffolding) kif ukoll protezzjoni tal-wiċċ u servizzi ta’ protezzjoni passiva kontra n-nirien. Kaefer tipprovdi wkoll servizzi relatati bħal servizzi elettromekkaniċi, tat-tneħħija tal-asbestos u servizzi refrattarji lill-klijenti industrijali jew servizzi ta’ twaħħil intern lil klijenti attivi fil-kostruzzjoni u l-bini tal-vapuri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.