|
20.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/110 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10594 – SECURITAS / STANLEY SECURITY)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 236/11)
1.
Fl-10 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Securitas AB (“Securitas”, l-Iżvezja), |
|
— |
Kummerċ ta’ Sigurtà Elettronika ta’ Stanley Black & Decker, Inc. (“Stanley Security”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Securitas takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Stanley Security kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Marzu 2022, iżda l-avviż ġiet sussegwentement irtirat fil-11 ta’ April 2022.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Securitas: fornitur ta’ servizzi ta’ sigurtà li toffri servizzi f’aktar minn 40 pajjiż. Hija attiva fil-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi tas-sigurtà, inklużi gwardja bl-ekwipaġġ, sigurtà tal-avjazzjoni, għassa elettronika, monitoraġġ u rispons tal-allarm, ġestjoni tar-riskju korporattiv, servizzi tat-tifi tan-nar u servizzi oħra bħall-parkeġġ u t-taħriġ dwar is-saħħa u s-sikurezza, |
|
— |
Stanley Security: fornitur ta’ servizzi ta’ sigurtà li jappartjeni għal Stanley Group u li huwa primarjament attiv fl-Istati Uniti u fiż-ŻEE, li joffri sistemi ta’ sigurtà għall-għassa elettronika u servizzi ta’ sigurtà elettronika relatati ta’ monitoraġġ u rispons tal-allarmi madwar id-dinja, kif ukoll pakketti u teknoloġija mfassla għas-settur tal-kura tas-saħħa fl-Amerka ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10594 – SECURITAS / STANLEY SECURITY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).