25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10438 – MOL / OMV SLOVENIJA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 210/14)

1.   

Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

MOL Hungarian Oil and Gas Plc. (“MOL”, l-Ungerija), il-kumpanija prinċipali tal-MOL Group,

OMV Slovenija, trgovina z nafto in naftnimi derivati, d.o.o. (“OMV Slovenija”, is-Slovenja).

MOL se takkwista l-kontroll esklużiv ta’ OMV Slovenija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MOL Group huwa konglomerat taż-żejt u tal-gass integrat vertikalment li l-attivitajiet ewlenin tiegħu huma: (i) l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u r-raffinar taż-żejt mhux maħdum, (ii) id-distribuzzjoni ta’ prodotti taż-żejt raffinat kemm fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, (iii) il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ petrokimiċi, (iv) l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-gass naturali u (v) it-trażmissjoni tal-gass naturali fl-Ungerija. Bil-kwartieri ġenerali f’Budapest, il-Grupp MOL għandu operazzjonijiet f’aktar minn 30 pajjiż u jimpjega madwar 25 000 persuna madwar id-dinja,

OMV Slovenija hija kumpanija Slovena b’responsabbiltà limitata fil-kontroll esklużiv tal-OMV Group, kumpanija integrata taż-żejt, tal-gass u tal-kimika bbażata fl-Awstrija, attiva madwar id-dinja. L-attività ewlenija ta’ OMV Slovenija hija l-bejgħ bl-imnut ta’ karburant permezz tan-network tagħha ta’ 119-il pompa tal-karburant li huma ġestiti jew mill-OMV jew minn lokatarji msieħba.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10438 – MOL / OMV SLOVENIJA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).