|
28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/26 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10301 — CVC / ETHNIKI)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 44/11)
1.
Fl-20 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu), |
|
— |
The Ethniki Hellenic General Insurance Company S.A. (“Ethniki”, il-Greċja) |
CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ethniki kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CVC, is-sussidjarji u l-kumpaniji affiljati tiegħu huma entitajiet privati li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-għoti ta’ pariri dwar l-investiment lil u / jew il-ġestjoni ta’ investimenti f’isem ċerti fondi u pjattaformi ta’ investiment. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll ta’ CVC hija l-Hellenic Healthcare Group (“HHG”), li jħaddem sitt sptarijiet privati fil-Greċja. |
|
— |
Ethniki hija assikuratur kompost iffukata b’mod predominanti fuq il-Greċja, b’attivitajiet limitati f’Ċipru u fir-Rumanija. L-attivitajiet tagħha jinkludu firxa ta’ prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, distribuzzjoni tal-assikurazzjoni u, sa ċertu punt de minimis, riassikurazzjoni. Il-Kumpanija fil-Mira bħalissa hija proprjetà tal-Bank Nazzjonali tal-Greċja u qed tinbiegħ skont il-pjan ta’ ristrutturar ta’ NBG li sar mal-Kummissjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10301 — CVC / ETHNIKI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).