Brussell, 22.2.2022

JOIN(2022) 17 final/2 DOWNGRADED ON 7.2.2023

2022/0054(NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna li jġib fis-seħħ il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)Fi XXX 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni XXXX li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK li tintroduċi mekkaniżmu ta’ deroga għal ċerti operaturi li jaqgħu fl-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi għalihom.

(3)Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati dawn il-miżuri fil-liġi tal-Unjoni.

(4)Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 skont dan.

2022/0054 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 ,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)Fi XX YY 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni XXXX li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u li tintroduċi mekkaniżmu ta’ deroga għal ċerti operaturi li jaqgħu fl-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni milli jagħmlu fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli għalihom.

(3)Dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif gej:

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 6b

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu għall-entitajiet elenkati taħt in-numri XX fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawn l-entitajiet, b’kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-tmiem sa XX YY 2022 (6 xhur wara li l-adozzjoni tar-Regolament emendatorju) ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, inklużi relazzjonijiet bankarji korrispondenti, konklużi ma’ dawn l-entitajiet qabel [id-data tal-adozzjoni tar-Regolament emendatorju].”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 078, 17.3.2014, p. 16.