Brussell, 6.5.2022

JOIN(2022) 14 final/2 DOWNGRADED on 5.7.2022

2022/0156(NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)Fi XXX 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni XXXX li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet għażliet ulterjuri ta’ deroga mill-iffriżar ta’ assi u mill-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni u għal entitajiet iddeżinjati. Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dak ir-Regolament.

(3)Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri fil-liġi tal-Unjoni.

(4)Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 skont dan.

2022/0156 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 ,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)Fi XX YY 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni XXXX li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet għażliet ulterjuri ta’ deroga mill-iffriżar ta’ assi u mill-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni u għal entitajiet iddeżinjati. Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dak ir-Regolament.

(3)Dawn l-emendi jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif gej:

(1) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6c

1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli lil persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I, b’tali kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma strettament meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn sussidjarji stabbiliti fir-Russja ta’ operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE u għall-forniment ta’ servizzi u tagħmir meħtieġa għall-operat, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni.

2. L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni mogħtija permezz ta’ dan l-artikolu fi żmien ġimgħa minn meta tingħata l-awtorizzazzjoni.”

(2) fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 078, 17.3.2014, p. 16.