Brussell, 3.5.2022

JOIN(2022) 11 final/2 DOWNGRADED on 5.7.2022

2022/0149(NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

2022/0149 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX 1 ta’ XX ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 2 .

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK 3 .

(3)Fi XXX il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK u li timponi aktar miżuri restrittivi f’setturi varji.

(4)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX testendi l-projbizzjoni fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati għal tliet istituzzjoni ta’ kreditu Russa addizzjonali

(5)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX tespandi l-lista ta’ persuni konnessi mal-bażi industrijali u tad-difiża tar-Russja, li fuqhom jiġu imposti restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u wkoll oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ teknoloġiku tar-Russja fis-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha.

(6)Huwa kkunsidra wkoll xieraq li jestendi l-lista ta’ oġġetti kkontrollati li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ militari u teknoloġiku tar-Russja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha.

(7)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX testendi s-suspensjoni tal-liċenzji tax-xandir fl-Unjoni ta’ mezzi tal-media Russi taħt il-kontroll permanenti tat-tmexxija Russa.

(8)Il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’kampanja sistematika u internazzjonali ta’ manipulazzjoni tal-media u distorsjoni tal-fatti sabiex issaħħaħ l-istrateġija tagħha ta’ destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. B’mod partikolari, il-propaganda mmirat ripetutament u konsistentement lill-partiti politiċi Ewropej, speċjalment matul il-perijodi elettorali, kif ukoll immirat lis-soċjetà ċivili, lil dawk il-persuni li jfittxu l-ażil, lill-minoranzi etniċi Russi, lill-minoranzi tal-ġeneru u lill-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

(9)Sabiex tiġġustifika u tappoġġa l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’azzjonijiet ta’ propaganda kontinwi u miftiehma mmirati lejn is-soċjetà ċivili fl-Unjoni u l-pajjiżi ġirien, li jgħawġu u jimmanipulaw b’mod gravi l-fatti.

(10)Dawk l-azzjonijiet ta’ propaganda għaddew minn għadd ta’ mezzi tal-media taħt il-kontroll permanenti dirett jew indirett tat-tmexxija tal-Federazzjoni Russa. Tali azzjonijiet jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u s-sigurtà tal-Unjoni. Dawk il-mezzi tal-media huma essenzjali u strumentali biex imexxu ’l quddiem u jappoġġaw l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u għad-destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha.

(11)Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huwa meħtieġ, b’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif rikonoxxut fl-Artikolu 11 tagħha, li jiġu introdotti aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi b’mod urġenti l-attivitajiet tax-xandir ta’ tali mezzi tal-media fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jinżammu sakemm tintemm l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u sakemm il-Federazzjoni Russa, u l-mezzi tal-media assoċjati tagħha, jieqfu jwettqu azzjonijiet ta’ propaganda kontra l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(12)B’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà kif rikonoxxut fl-Artikoli 11, 16 u 17 tagħha, dawn il-miżuri ma jżommux lil dawk il-mezzi tal-media u l-persunal tagħhom milli jwettqu attivitajiet oħra fl-Unjoni minbarra x-xandir, bħar-riċerka u l-intervisti. B’mod partikolari, dawn il-miżuri ma jimmodifikawx l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom.

(13)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX timponi wkoll projbizzjoni fuq ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-mezzi tax-xandir Russi taħt il-kontroll permanenti tat-tmexxija Russa soġġett għas-sospensjoni tal-liċenzji tax-xandir.

(14)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX timponi wkoll projbizzjonijiet fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ żejt grezz u ċerti prodotti petroliferi lejn l-Unjoni u t-trasport minn bastimenti tal-Unjoni ta’ tali oġġetti lejn pajjiżi terzi. Huma previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa.

(15)Minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-Ungerija u s-Slovakkja, li huma pajjiżi mdawra bl-art, u d-dipendenza sostanzjali tagħhom fuq żejt grezz importat permezz ta’ pipeline mir-Russja, tista’ tingħata deroga għall-projbizzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom għal perjodu itwal ta’ żmien taħt ċerti kundizzjonijiet.

(16)Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX tipprojbixxi wkoll il-bejgħ u t-trasferiment ta’ drittijiet ta’ sjieda fi proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tal-Unjoni lil nazzjonali Russi u lil residenti fir-Russja, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja.

(17)Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/XXX timponi projbizzjonijiet dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ kontabilità, awditjar, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju u l-ġestjoni u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi lir-Russja.

(18)Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, il-kontabilità, l-awditjar, iż-żamma tal-kotba u s-servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa tkopri r-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali għan-negozji u oħrajn; is-servizzi ta’ eżaminazzjoni tar-reġistri tal-kontabbiltà u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-ippjanar u l-konsultazzjoni tat-taxxa fuq in-negozju; u preparazzjoni ta’ dokumenti tat-taxxa. c Is-servizzi ta' konsulenza tan-negozju u tal-ġestjoni u tar-relazzjonijiet pubbliċi ikopru s-servizzi ta’ pariri, gwida u assistenza operattiva pprovduti lin-negozji għal politiki u strateġiji tan-negozju u l-ippjanar, l-istrutturar u l-kontroll ġenerali ta’ organizzazzjoni. Huma inklużi t-tariffi tal-ġestjoni, l-awditu tal-ġestjoni; il-konsulenza dwar il-ġestjoni tas-suq, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-produzzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti; u s-servizzi tal-għoti ta’ pariri, gwida u servizzi operazzjonali relatati mat-titjib tal-immaġini tal-klijenti u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku ġenerali u istituzzjonijiet oħrajn.

(19)Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014, huwa xieraq li l-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq it-trasport tal-merkanzija minn impriżi tat-trasport tal-oġġetti permezz tat-trasport bit-triq stabbilit fir-Russja għar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kollha fir-Russja. Huwa wkoll xieraq li jiġu estiżi ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet fuq l-aċċettazzjoni ta’ depożiti u trusts, u li jkunu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-penali nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dan ir-Regolament.

(20)Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(21)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li jkun emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2f, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3. Għandu jkun ipprojbit ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XV, inkluż permezz ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni bi kwalunkwe mezz kif imsemmi fil-paragrafu 1.”

(2)fl-Artikolu 3l(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d) il-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tar-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jew”

(3)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3m

1.Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment fl-Unjoni, direttament jew indirettament, ta’ żejt grezz, prodotti petroliferi kif elenkati fl-Anness XXV, jekk dawn joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja.

2.Għandu jiġi pprojbit il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja jew kwalunkwe servizzi oħra relatati mal-projbizzjoni fil-paragrafu 1.

3.Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:

(a)sa [ĠU: daħħal data 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għal tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fi żmien qasir, konklużi u eżegwiti qabel din id-data, u għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti li jaqgħu taħt NM 2709 00 konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti,

(b)sa [ĠU: daħħal data 8 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għal tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fi żmien qasir, konklużi u eżegwiti qabel din id-data, u għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti li jaqgħu taħt NM 2710 konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti,

sakemm il-kuntratti msemmija f’dan il-paragrafu jkunu ġew notifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni sa [ĠU daħħal data 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u li t-tranżazzjonijiet ta’ darba għal kunsinna fuq terminu qasir jiġu nnotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni fi żmien [10] ijiem mit-tlestija tagħhom.

4.Minn [ĠU: daħħal data 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija u tas-Slovakkja jistgħu jawtorizzaw l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, għax-xiri, l-importazzjoni jew trasferiment ta’ oġġetti li jaqgħu taħt NM 2709 00 li joriġinaw fir-Russja jew ikunu esportati mir-Russja.

5.L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 4 ma għandhomx jinbiegħu lil xerrejja li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz.

6.L-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija u tas-Slovakkja għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet kollha skont il-paragrafu 4 fi żmien [10] ijiem mill-għoti tad-deroga. Tali notifika għandha tinkludi referenza espliċita għall-kuntratt u tiddeskrivi t-termini, inkluż l-informazzjoni dwar il-kontroparti, il-kwantitajiet li għandhom jiġu ttrasferiti u d-dati mistennija tal-kunsinna.

Artikolu 3n

1.Għandu jkun ipprojbit it-trasport, inkluż dak permezz ta’ trasferimenti minn vapur għal vapur, lejn pajjiżi terzi ta’ żejt grezz u prodotti petroliferi kif elenkati fl-Anness XXV li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja, minn kwalunkwe bastiment irreġistrat taħt il-bandiera ta’ Stat Membru jew li huwa proprjetà ta’nazzjonal ta’ Stat Membru, mikri, operat jew b’xi mod ieħor ikkontrollat minnu jew minn kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru.

2.Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, jew kwalunkwe servizz ieħor, relatat mat-trasport, inkluż dak permezz ta’ trasferimenti minn vapur għal vapur, lejn pajjiżi terzi ta’ żejt grezz u prodotti petroliferi kif elenkati fl-Anness XXV li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja.

3.Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sa [ĠU: daħħal data xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tal-kuntratti konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

Artikolu 3o

1.Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ jew it-trasferiment, dirett jew indirett, tad-drittijiet ta’ sjieda fi proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv li jipprovdu skopertura għal tali proprjetà immobbli lil:

(a)nazzjonali Russi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja; jew

(b)persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja;

2.Il-paragrafu 1 m għandux japplika għal nazzjonali ta’ Stat Membru jew persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru.

3.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-eżekuzzjoni sa [ĠU: daħħal data tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] ta’ ftehimiet legalment vinkolanti konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”

(4)fl-Artikolu 5aa, jiżdied il-punt li ġej:

“2a. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għar-riċeviment ta’ pagamenti dovuti mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fih skont kuntratti li saru qabel il-15 ta’ Mejju 2022.”

(5)fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5aa, jiżdied il-punt li ġej:

“(d) tranżazzjonijiet li huma strettament meħtieġa għall-irtirar, sa [ĠU: daħħal data 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] mill-impriżi konġunti jew arranġamenti legali simili li jinvolvu persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija 1.”

(6)L-Artikolu 5c huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. B’deroga mill-Artikoli 5b(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li jiġi aċċettat tali depożitu jew il-forniment ta’ kartiera, kont jew kustodja, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu jew forniment ta’ kartiera, kont jew kustodja hija:

(a)neċessarja biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 5b(1) u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ utilitajiet pubbliċi;

(b)maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c)maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e)neċessarji għal skopijiet uffiċjali ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafi 1(a), (b), (c) u (e) fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”

(7)fl-Artikolu 5f, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Iżvizzera.”

(8)fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5m jiżdied il-punt li ġej:

“(c) l-operat ta’ trusts li għandhom l-għan li jamministraw skema ta’ pensjoni okkupazzjonali, polzi tal-assigurazzjoni jew skema ta’ ishma għall-impjegati, karitajiet, assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali, u fondi għall-minorenni jew adulti vulnerabbli.

(9)Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5n

1.Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ kontabilità, awditjar, inkluż awditjar statutorju, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, jew servizzi ta’ konsulenza dwar negozju u maniġerjali u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi lil:

(a)il-Gvern tar-Russja; jew

(b)persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja;

2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-forniment ta’ servizzi li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sa [ĠU: daħħal xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tal-kuntratti li mhumiex konformi ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel [ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

3.B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji:

(a)it-terminazzjoni ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra konklużi minn persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja qabel [ĠU: daħħal xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], meta tali servizzi jiġu pprovduti esklużivament kienu jipprevedu għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika, entità jew korp inkorporat jew kostitwit skont il-liġi ta’ Stat Membru li jillikwida sussidjarja stabbilita fir-Russja;

(b)l-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża fi proċedimenti ġudizzjarji u d-dritt għal rimedju legali effettiv;

(c)għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet; jew

(d)għal attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id- demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fir-Russja.”

(10)fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll għal miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.”

(11)L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(12)L-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(13)L-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(14)L-Anness XII huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(15)L-Anness XIV huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(16)L-Anness XV huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

(17)L-Anness XXI huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

(18)L-Anness XXV jiddaħħal f'konformità mal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L , , p. .
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna ( ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1 ).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna ( ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13 ).

Brussell, 3.5.2022

JOIN(2022) 11 final/2 DOWNGRADED on 5.7.2022

Proposta Konġunta għal

ANNESSI

ta'

Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna


ANNESS I

Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jiżdiedu l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li ġejjin:

46th TSNII Central Scientific Research Institute

Alagir Resistor Factory

All-Russian Research Institute of Optical and Physical Measurements

All-Russian Scientific-Research Institute Etalon JSC

Almaz, JSC

Arzam Scientific Production Enterprise Temp Avia

Automated Procurement System for State Defense Orders, LLC

Dolgoprudniy Design Bureau of Automatics (DDBA JSC)

Electronic Computing Technology Scientific-Research Center JSC

Electrosignal, JSC

Engineering Center Moselectronproekt

Etalon Scientific and Production Association

Evgeny Krayushin

Far-East Factory Zvezda

Foreign Trade Association Mashpriborintorg

Ineko LLC

Informakustika JSC

Institute of High Energy Physics

Institute of Theoretical and Experimental Physics

Inteltech PJSC

ISE SO RAN Institute of High-Current Electronics

Joint Stock Company NPO Elektromechaniki

JSC Energiya

Kaluga Scientific-Research Institute of Telemechanical Devices JSC

Kulon Scientific-Research Institute JSC

Lutch Design Office JSC

Meteor Plant JSC

Moscow Communications Research Institute JSC

Moscow Order of the Red Banner of Labor Research Radio Engineering Institute JSC

OJSC Pella Shipyard

Omsk Production Union Irtysh JSC

Omsk Scientific-Research Institute of Instrument Engineering JSC

Optron, JSC

Polyot Chelyabinsk Radio Plant JSC

Pskov Distance Communications Equipment Plant

Radiozavod, JSC

Razryad, JSC

Research Production Association Mars

Ryazan Radio-Plant

Scientific Production Center Vigstar JSC

Scientific Production Enterprise ‘Radiosviaz’

Scientific Research Institute Ferrite-Domen

Scientific Research Institute of Communication Management Systems

Scientific-Production Association and Scientific-Research Institute of Radio-Components

Scientific-Production Enterprise ‘Kant’

Scientific-Production Enterprise ‘Svyaz’

Scientific-Production Enterprise Almaz, JSC

Scientific-Production Enterprise Salyut, JSC

Scientific-Production Enterprise Volna

Scientific-Production Enterprise Vostok, JSC

Scientific-Research Institute ‘Argon’

Scientific-Research Institute and Factory Platan

Scientific-Research Institute of Automated Systems and Communications Complexes Neptune JSC

Special Design and Technical Bureau for Relay Technology

Special Design Bureau Salute JSC

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Salute’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘State Machine Building Design Bureau ‘Vympel’ By Name I.I.Toropov’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘URALELEMENT’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Plant Dagdiesel’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company ‘Scientific Research Institute of Marine Heat Engineering’

Tactical Missile Company, Joint Stock Company PA Strela

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Plant Kulakov

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo-service

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Saratov Radio Instrument Plant

Tactical Missile Company, Joint Stock Company Severny Press

Tactical Missile Company, Joint-Stock Company ‘Research Center for Automated Design’

Tactical Missile Company, KB Mashinostroeniya

Tactical Missile Company, NPO Electromechanics

Tactical Missile Company, NPO Lightning

Tactical Missile Company, Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’

Tactical Missile Company, PJSC ‘MBDB ‘ISKRA’’

Tactical Missile Company, PJSC ANPP Temp Avia

Tactical Missile Company, Raduga Design Bureau

Tactical Missile Corporation, ‘Central Design Bureau of Automation’

Tactical Missile Corporation, 711 Aircraft Repair Plant

Tactical Missile Corporation, AO GNPP ‘Region’

Tactical Missile Corporation, AO TMKB ‘Soyuz’

Tactical Missile Corporation, Azov Optical and Mechanical Plant

Tactical Missile Corporation, Concern ‘MPO – Gidropribor’

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company ‘KRASNY GIDROPRESS’

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Avangard

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Concern Granit-Electron

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Elektrotyaga

Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company GosNIIMash

Tactical Missile Corporation, RKB Globus

Tactical Missile Corporation, Smolensk Aviation Plant

Tactical Missile Corporation, TRV Engineering

Tactical Missile Corporation, Ural Design Bureau ‘Detal’

Tactical Missile Corporation, Zvezda-Strela Limited Liability Company

Tambov Plant (TZ) ‘October’

United Shipbuilding Corporation ‘Production Association Northern Machine Building Enterprise’

United Shipbuilding Corporation '5th Shipyard'

ANNESS II

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(i) fis-sottokategorija X.A.I.003 tal-Kategorija I – Elettronika, il-punt a. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Varjaturi tal-frekwenza u komponenti ddisinjati apposta, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;”

(ii) qed jiżdiedu l-kategoriji li ġejjin:

“Kategorija IX – Materjali Speċjali u Tagħmir Relatat

X.C.IX.001Komposti definiti kimikament separati skont in-Nota 1 tal-Kapitoli 28 u 29 tan-Nomenklatura Magħquda:

a.F’konċentrazzjonijiet ta’ 95 % tal-piż jew akbar, kif ġej:

1.Diklorur tal-etilene (CAS 107-06-2);

2.Nitrometan (CAS RN 75-52-5);

3.Aċidu pikriku (CAS 88-89-1);

4.Klorur tal-aluminju (CAS 7446-70-0);

5.Arseniku (CAS 7440-38-2);

6.Triossidu tad-diarseniku (CAS 1327-53-3);

7.Bis(2-kloretil)idroklorur tal-etelamina (CAS 3590-07-6);

8.Bis(2-kloretil)idroklorur tal-etelamina (CAS 55-86-7);

9.Tris(2-kloruetil)idroklorur tal-ammino (CAS 817-09-4);

10.Fosfat tat-tributil (CAS 102-85-2);

11.Isoċjanat tal-metan (CAS 624-83-9);

12.Kwinaldina (CAS 91-63-4);

13.2-bromokloroetan (CAS 107-04-0);

14.Benżil (CAS 134-81-6);

15.Dietiletere (CAS 60-29-7);

16.Dimetiletere (CAS 115-10-6);

17.Dimetilamminoetanol (CAS 108-01-0);

18.2-metassjetanolu (CAS 109-86-4);

19.Psewdokolinesterażi (BCHE);

20.Dietilenetriammina (CAS 111-40-0);

21.Diklorometan (CAS 75-09-2);

22.Dimetilanalina (CAS 121-69-7);

23.Bromur tal-etil (CAS 74-96-4);

24.Klorur tal-etil (CAS 75-00-3);

25.Etilammina (CAS 75-04-7);

26.Eżammina (CAS 100-97-0);

27.Isopropanol (CAS 67- 63-0);

28.Bromur tal-isopropil (CAS 75-26-3);

29.Eteru tal-isopropil (CAS 108-20-3);

30.Metilammina (CAS 74-89-5);

31.Bromur tal-metil (CAS 74-83-9);

32.Monoisopropilammina (CAS 75-31-0);

33.Klorur tal-obidossima (CAS 114-90-9);

34.Potassju tal-bromur (CAS 7758-02-3);

35.Piridina (CAS 110-86-1);

36.Bromur tal-piridostigmina (CAS 101-26-8);

37.Bromur tas-sodju (CAS 7647-15-6);

38.Sodju metalliku (CAS 7440-23-5);

39.Tributilammina (CAS 102-82-9);

40.Trietilammina (CAS 121-44-8); jew

41.Trimetilammina (CAS 75-50-3);

b.F’konċentrazzjonijiet ta’ 90 % tal-piż jew akbar, kif ġej:

1.Aċeton (CAS 67-64-1);

2.Aċetilen (CAS 74-86-2);

3.Ammonijaka (CAS 7664-41-7);

4.Antimonju (CAS 7440-36-0);

5. benżaldeid (CAS 100-52-7);

6.Benżoin (CAS 119-53-9);

7.1-Butanol (CAS 71-36-3);

8.2-Butanol (CAS 78-92-2);

9.Isobutanol (CAS 78-83-1);

10.Tertbutanol (CAS 75-65-0);

11.Karbur tal-kalċju (CAS 75-20-7);

12.Monossidu tal-karbonju (CAS RN 630-08-0);

13.Kloru (CAS 7782-50-5);

14. Ċikloeżanol (CAS 108-93-0);

15.Diċikloessilammina (CAS 101-83-7);

16.Etanol (CAS 64-17-5);

17.Etilen (CAS 74-85-1);

18.Ossidu tal-etilen (CAS 75-21-8);

19.Fluworoapatite (CAS 1306–05–4);

20.Klorur tal-idroġenu (CAS 7647-01-0);

21.Sulfid tal-idroġenu (CAS 7783-06-4);

22.Aċidu mandeliku (CAS 90-64-2);

23.Metanol (CAS 67-56-1);

24.Klorur tal-metil (CAS 74-87-3);

25.Jodur tal-metil (CAS 74-88-4);

26.Merkaptan tal-metil (CAS 74-93-1);

27.Monoetilenglikol (CAS 107-21-1);

28.Klorur tal-ossalil (CAS 79-37-8);

29.Sulfur tal-potassju (CAS 1312-73-8);

30.Tijoċanat tal-potassju (CAS 333-20-0);

31.Ipoklorit tas-sodju (CAS 7681-52-9);

32.Kubrit (CAS 7704-34-9);

33.Diossidu tal-kubrit (CAS 7446-09-5);

34.Triossidu tal-kubrit (7446-11-9);

35.Klorur tat-tiofosforil (CAS 3982-91-0);

36.Fosfat tat-Triisobutil (CAS 1606-96-8);

37.Fosforu abjad (CAS 12185-10-3); jew

38.Fosforu isfar (CAS 7723-14-0);

X.C.IX.002Fentanil u d-derivattivi tiegħu Alfentanil, Sufentanil, Remifentanil, Carfentanil, u l-imlieħ tagħhom.

Nota:X.C.IX.002 ma tikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

X.C.IX.003Prekursuri kimiċi għal Sustanzi Kimiċi li jaġixxu fis-Sistema Nervuża, kif ġej:

a.4-anilino-N-feniletilpiperidin (CAS 21409-26-7); jew

b.N-feniletil-4-piperidon (CAS 39742-60-4);

Noti:

1.X.C.IX.003 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati X.C.IX.003 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % tal-piż tat-taħlita.

2.X.C.IX.003 ma tikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

Kategorija X – Ipproċessar tal-Materjali

X.B.X.001“Reatturi bi fluss kontinwu” u l- “komponenti modulari” tagħhom.

Noti Tekniċi:

1.Għall-finijiet ta’ X.B.X.001, “reatturi bi fluss kontinwu” jikkonsistu f’sistemi “plug and play” fejn is-sustanzi reattivi jiddaħħlu kontinwament fir-reattur u l-prodott li jirriżulta jinġabar fl-iżbokk.

2.Għall-finijiet ta’ X.B.X.001, “komponenti modulari” huma moduli fluwidiċi, pompi tal-likwidi, valvi, moduli b’sodda ppakkjata, moduli tal-miksers, gejġis tal-pressjoni, separaturi likwidu-likwidu, eċċ.

X.B.X.002Assemblaturi u sintetizzaturi tal-aċidu nuklejku mhux ikkontrollati minn 2B352.i, li huma parzjalment jew kompletament awtomatizzati, u mfasslin sabiex jiġġeneraw aċidi nuklejċi akbar minn 50 bażijiet.

X.B.X.003Sintetizzaturi tal-peptidi awtomatizzati li kapaċi jaħdmu f’kundizzjonijiet ta’ atmosfera kkontrollata.”

ANNESS III

Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jiżdied il-pajjiż sieħeb li ġej:

“Ir-Renju Unit

Il-Korea t’Isfel”


ANNESS IV

Fl-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, it-titolu huwa sostitwit bi:

“Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(2)(a)”



ANNESS V

Fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“Sberbank

Bank ta’ Kreditu ta’ Moska

Joint Stock Company Russia Agricultural Bank, JSC Rosselkhozbank”

ANNESS VI

Fl-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jiżiedu l-entrati li ġejjin:

“Rossiya RTR / RTR Planeta

Rossiya 24 / Russia 24

TV Centre International”



ANNESS VII

L-Anness XXI għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XXI

LISTA TA’ OĠĠETTI U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3i

Kodiċi NM

Isem l-oġġett

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

1604 31 00

Kavjar

1604 32 00

Sostituti tal-kavjar

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xarbiet oħra spiritużi

2303

Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili, polpa tas-selq, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fond u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar, kemm jekk fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le

2523

Siment ta’ Portland, siment tal-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta’ gagazza u kemm jekk le

ex 2825

Idrazina u idrossilammina u mlieħ inorganiċi tagħhom; bażijiet inorganiċi oħra; ossidi, idrossidi u perossidi tal-metall oħrajn, minbarra l-kodiċijiet NM 28252000 u 28253000

ex 2835

Fosfinati (ipofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le, ħlief għall-kodiċi NM 28352600

ex 2901

Idrokarburi aċikliċi, għajr għall-kodiċi NM 29011000

2902

Idrokarboni ċikliċi

ex 2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom, minbarra għall-kodiċi NM 29051100

2907

Fenoli; fenolalkoħol

2909

Eteri, eter-alkoħoli, eter-fenoli, eter-alkoħol-fenoli, perossidi ta’ alkoħol, eter perossidi, keton perossidi (definiti kemikament jew le), u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

310420

Klorur tal-potassju

310520

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju

310560

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju

ex 31059020

Fertilizzanti oħrajn li fihom il-klorur tal-potassju

ex 31059080

Fertilizzanti oħrajn li fihom il-klorur tal-potassju

3902

Polimeri ta’ propilene jew olefini oħrajn, f’forom primarji

4011

Tajers pnewmatiċi ġodda oħrajn, tal-gomma

44

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

4705

Polpa tal-injam miksuba b’taħlita ta’ proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

4804

Karti u kartun kraft mhux miksijin, f’rombli jew folji, għajr dawk tal-intestatura 4802 jew 4803 fi stat mhux mitwi (minbarra oġġetti tal-intestatura 4802 jew 4803)

6810

Oġġetti ta’ siment, tal-konkos jew ta’ ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le

7005

Ħġieġ “float ”, u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

7007

Ħġieġa tas-sigurtà, li tikkonsisti fi ħġieġ imwebbes (ittemprat) jew ħġieġ laminat

7010

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta' ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta' merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotjien u tipi ta’ għeluq oħra, tal-ħġieġ

7019

Fibri tal-ħġieġ (inkluż suf tal-ħġieġ) u oġġetti magħmula minnhom (pereżempju, raden, rovings, fibri minsuġin).

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f'għamliet semimanifatturati, jew f'għamla ta’ trab

7606

Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

7801

Ċomb mhux maħdum

8411

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn tal-gass.

8431

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-makkinarju tal-intestaturi minn 8425 sa 8430

8901

Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet, laneċ, bastimenti tat-tagħbija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew prodotti

8904

Laneċ tal-irmonk u mezzi li jimbuttaw

8905

Bastimenti ħfief, fire-floats , dreġers, krejnijiet li jżommu f’wiċċ l-ilma, u bastimenti oħrajn li l-kundizzjoni ta’ tbaħħir tagħhom hija sussidjarja għall-funzjoni prinċipali tagħhom; baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma; pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma jew li jinżlu taħt l-ilma

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha



ANNESS VIII

Jiddaħħal l-Anness li ġej:

Anness XXV

Lista ta’ żejt grezz u prodotti petrolifiċi msemmija fl-Artikolu 3m u 3n

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

2709 00

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin minn minerali bituminużi, grezzi

2710    

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin mill-minerali bituminużi, għajr grezzi; preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom skont il-piż 70 % jew aktar żjut tal-petroleum jew żjut miksubin mill-minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparati; żjut għar-rimi”