|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/8 |
P9_TA(2022)0401
Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni (2022/2063(INI))
(2023/C 167/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari t-Titolu XIX tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-programmi ta' ħidma tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) għall-2021 u l-2022, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' impatt tal-EIC għall-2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2018 bit-titolu “Evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020: il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE”(COM(2018)0002), |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tas-7 ta' Ġunju 2018 li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont Ewropa (SWD(2018)0307), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Bord tal-EIC tas-16 ta' Awwissu 2022 għad-diskussjoni fil-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-EIC (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Bord tal-EIC tad-9 ta' Frar 2022 dwar il-Programm ta' Ħidma għall-2022 u dwar il-futur tal-Fond tal-EIC (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni tal-5 ta' Awwissu 2022 bit-titolu “Aġġornament tal-implimentazzjoni tal-Aċċelleratur tal-EIC” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0268/2022), |
Objettivi ġenerali u struttura tal-EIC taħt il-Programm Orizzont Ewropa
|
A. |
billi l-EIC huwa l-programm ta' innovazzjoni ewlieni tal-UE biex jidentifika, jiżviluppa u jkabbar l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u b'mod partikolari innovazzjonijiet ta' teknoloġija profonda; billi l-EIC se jiffaċilita u jsaħħaħ in-networking u l-kooperazzjoni u joħloq sinerġiji bejn komunitajiet ta' innovazzjoni differenti fl-UE, u mal-EIT b'mod partikolari, filwaqt li jiżgura kopertura ġeografika wiesgħa; billi l-EIC twaqqaf biex irawwem l-awtonomija strateġika teknoloġika tal-Ewropa kif ukoll biex itejjeb il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-kapital ta' riskju; |
|
B. |
billi r-Regolament (UE) 2021/695 jidentifika lill-EIC bħala “punt uniku ta' servizz ġestit ċentralment” li “jiffoka prinċipalment fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u interruttiva, billi jimmira b'mod partikolari lejn l-innovazzjoni li toħloq is-swieq, filwaqt li jappoġġa wkoll it-tipi kollha ta' innovazzjoni, inklużi dawk inkrimentali”; |
|
C. |
billi r-Regolament (UE) 2021/695 jistipula li l-EIC irid jopera f'konformità ma' valur miżjud ċar lill-Unjoni, awtonomija, kapaċità li jieħu riskju, effiċjenza, effikaċja, trasparenza u obbligu ta' rendikont; |
|
D. |
billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tistipula li l-EIC għandu żewġ objettivi: l-ewwel nett, li jiġu identifikati, żviluppati u implimentati innovazzjonijiet ta' riskju għoli ta' kull tip, inklużi dawk inkrimentali; u t-tieni nett, li jappoġġja t-tkabbir rapidu ta' ditti innovattivi fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali tul il-perkors mill-ideat għas-suq; |
|
E. |
billi l-EIC huwa implimentat permezz ta' tliet pilastri ewlenin: il-Pathfinder tal-EIC; it-Tranżizzjoni tal-EIC; u l-Aċċelleratur tal-EIC; |
|
F. |
billi l-Pathfinder jipprovdi għotjiet għal proġetti b'riskju għoli u b'teknoloġiji mill-aktar avvanzati li jesploraw oqsma ġodda u tat-teknoloġija profonda bil-għan li jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi potenzjalment radikali tal-futur u opportunitajiet ġodda tas-suq; |
|
G. |
billi l-Aċċelleratur jappoġġja prinċipalment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) bl-ambizzjoni li jiżviluppaw innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u ta' teknoloġija profonda li huma essenzjali għat-tkabbir futur tal-Ewropa u għall-awtonomija strateġika miftuħa; |
|
H. |
billi l-Aċċelleratur huwa implimentat prinċipalment permezz tal-użu tal-finanzjament imħallat tal-EIC mogħti permezz ta' proċess uniku, ċar u trasparenti u b'deċiżjoni waħda, li jipprovdi lill-innovatur appoġġjat b'impenn uniku globali għal riżorsi finanzjarji li jkopru d-diversi stadji tal-innovazzjoni sal-użu fis-suq, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni ta' qabel il-massa; |
|
I. |
billi l-leġiżlazzjoni tal-Orizzont Ewropa tippermetti lill-Unjoni tieħu fuqha r-riskju inizjali tal-innovazzjoni magħżula waħedha; |
|
J. |
billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi veikolu bi skop speċjali għall-implimentazzjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC u li timmaniġġja l-elementi operattivi kollha tal-proġetti tal-Aċċelleratur; |
Riżultati tal-Proġett Pilota
|
K. |
billi l-Proġett Pilota tal-EIC u l-Proġett Pilota Msaħħaħ tal-EIC urew b'suċċess il-fattibbiltà tal-EIC bħala programm sħiħ kif deskritt fil-konklużjonijiet ġenerali tal-Istudju ta' Evalwazzjoni tal-2022 ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (7), minkejja xi problemi inizjali inklużi nuqqas ta' komunikazzjoni ċara mal-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet tal-investiment għall-kumpaniji; |
|
L. |
billi l-effikaċja tal-Proġett Pilota tal-Aċċelleratur kienet taħt pressjoni minħabba rati baxxi ta' suċċess; |
|
M. |
billi bejn l-2018 u l-2020, il-Proġett Pilota tal-EIC iffinanzja 330 proġett Pathfinder b'sejħiet li kellhom numri kbar ta' sottomissjonijiet; |
|
N. |
billi l-firxa ġeografika tal-parteċipazzjoni u b'mod partikolari l-koordinazzjoni tal-Proġett Pilota Pathfinder kienet ikkonċentrata fl-UE-15 u fil-Pajjiżi Assoċjati; billi l-pożizzjoni ta' pajjiż fit-tabella ta' valutazzjoni tal-innovazzjoni Ewropea dehret li kienet riflessa fl-għadd ta' applikazzjonijiet kif ukoll fis-suċċess tal-innovaturi tiegħu fil-Proġett Pilota Pathfinder: il-mexxejja tal-innovazzjoni kellhom l-ogħla rati ta' suċċess u l-innovaturi emerġenti kellhom l-aktar rati baxxi ta' suċċess; |
|
O. |
billi l-Fond tal-EIC bl-istruttura oriġinali tiegħu, kif iddaħħal fis-seħħ fl-2020 taħt il-Proġett Pilota tal-EIC, u kien aċċettat mill-Kummissjoni dak iż-żmien, kien qed jiffunzjona b'mod xieraq; billi ttieħdu 140 deċiżjoni ta' investiment fl-ekwità, minkejja d-dewmien u l-kwistjonijiet rikorrenti fl-iffirmar tal-istrument ta' finanzjament imħallat; billi dawn id-deċiżjonijiet kellhom fattur ta' ingranaġġ ta' 2,7, li juri li l-Fond tal-EIC fl-istruttura oriġinali tiegħu kien kapaċi jistabbilixxi koinvestiment sinifikanti; |
|
P. |
billi l-Istudju ta' Evalwazzjoni jikkonkludi li “l-Fond tal-EIC huwa sostnut minn għanijiet ta' politika pubblika u ħtiġijiet tas-suq ġustifikati sew” u li “punt kontroversjali dwar l-istruttura tal-Fond huwa ċċentrat fuq l-interpretazzjoni ta' żewġ regoli ta' eliġibbiltà: in-nonbankabbiltà u l-koinvestiment”; |
|
Q. |
billi l-proċedura ta' diliġenza dovuta kif stabbilita fl-ambitu tal-proġett pilota tal-EIC kienet partikolarment ta' suċċess peress li tipprovdi valutazzjonijiet ta' diliġenza dovuta ta' kwalità għolja kif ikkonfermat mill-fatt li diversi minn dawn il-valutazzjonijiet intużaw biex jattiraw investituri esterni, li jindika li l-investituri jqisu d-diliġenza dovuta ta' kwalità suffiċjenti biex jibbażaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom; |
|
R. |
billi l-parir strutturat dwar l-investiment professjonali mogħti mill-Kumitat tal-Investiment u mit-tim tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) inkorporat fl-EIC u fl-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs (Eismea) seta' jwassal id-diliġenza dovuta ta' kwalità għolja minħabba l-kooperazzjoni unika bejn l-Eismea u l-BEI flimkien mal-għarfien espert dwar l-investiment miġjub mill-esperti esterni, inklużi l-investituri serjali u dawk tal-kapital ta' riskju, fil-Kumitat tal-Investiment; |
Stat ta' Implimentazzjoni tal-EIC taħt il-Programm Orizzont Ewropa
|
S. |
billi l-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja Annotat għall-Programm Orizzont Ewropa ġie ppubblikat tard ħafna, u dan ħoloq inċertezza sinifikanti fost l-applikanti, inklużi l-applikanti potenzjali taħt l-EIC; |
|
T. |
billi l-introduzzjoni ta' Maniġers tal-Programm għandha l-potenzjal li żżid l-effikaċja tal-EIC; billi nħatru disa' maniġers oħra tal-programm; |
|
U. |
billi l-ħidma tal-Maniġers tal-Programm għadha nieqsa mill-viżibbiltà u hija meqjusa bħala nieqsa mit-trasparenza; |
|
V. |
billi l-EIC huwa tip ġdid ta' Programm li jġorr aktar riskju finanzjarju mill-infiq normali tal-Unjoni, li jirrikjedi strateġija ta' awditjar iddedikata; |
|
W. |
billi skont il-Programmi ta' Ħidma tal-2021 u l-2022, EUR 1,55 biljun u EUR 1,71 biljun, rispettivament, saru disponibbli għall-EIC; billi fis-sentejn li huma, madwar EUR 430 miljun irriżultaw mill-baġit tan-Next Generation EU, li kollha saru disponibbli għall-komponenti tal-għotjiet tal-EIC; billi madwar 52 % tal-baġit disponibbli ġie allokat għal sejħiet miftuħa u minn isfel għal fuq fl-ambitu tas-Sejħiet Miftuħa; billi 65 % tal-finanzjament disponibbli ġie allokat għall-komponenti tal-għotjiet tal-EIC, filwaqt li 35 % ġie allokat għal komponenti ta' investiment; billi kważi 70 % tal-finanzjament disponibbli ġie allokat għall-Aċċelleratur, b'20 % jmorru għall-Pathfinder; |
|
X. |
billi s-sejħa Miftuħa tal-Pathfinder kellha rata ta' suċċess ta' 6,45 % u 7 % fl-2021 u fl-2022 rispettivament; billi skont is-Sejħa tal-Isfidi tal-Pathfinder tal-2021, tressqu 403 proposti u ġew magħżula 39 proposta, li jfisser li r-rata ta' suċċess kienet ta' 9,7 %; |
|
Y. |
billi għas-sejħa tal-Aċċelleratur kien hemm żewġ dati limitu fl-2021 u fl-2022 rispettivament; |
|
Z. |
billi, sa Settembru 2022, l-uniku finanzjament trasferit lill-benefiċjarji tal-Aċċelleratur kien il-prepagamenti tal-għotjiet li għalihom iż-żmien sal-għotja kien ta' 12-il xahar, l-ebda fond ma ġie ttrasferit bħala parti minn appoġġ (kważi) ta' ekwità u ttieħdet deċiżjoni ta' investiment waħda biss, li wassal għal żmien għall-investiment ta' aktar minn sena; billi l-Kummissjoni bdiet tiffirma biss id-dokumenti dwar il-kundizzjonijiet fis-sajf tal-2022 għall-benefiċjarji magħżula fl-2021 u l-biċċa l-kbira tagħhom se jiġu ffirmati wara s-sajf (8); |
Kwistjonijiet fundamentali ta' implimentazzjoni
Ġestjoni tal-Fond tal-EIC u kunsiderazzjonijiet dwar ir-ristrutturar tal-Fond
|
1. |
Jinsab imħasseb dwar it-tħabbira fil-bidu tal-2022 ta' bidliet fl-istruttura tal-Fond meta mqabbla mas-sitwazzjoni taħt il-Proġett Pilota tal-EIC, filwaqt li l-kumpaniji mill-ewwel żewġ dati ta' għeluq fl-2021 kienu diġà ntgħażlu għall-finanzjament; |
|
2. |
Ifakkar li l-Fond tal-EIC huwa stabbilit biex jagħti appoġġ lin-negozji ġodda u lill-SMEs li jiżviluppaw innovazzjonijiet ta' teknoloġija profonda; jenfasizza l-fatt li l-flussi tal-flus huma kruċjali għan-negozji ġodda u l-SMEs, u li dewmien twil biex jirċievu l-finanzjament mistenni jista' jwassal għall-falliment ta' dawn it-tipi ta' kumpaniji; jenfasizza għalhekk l-importanza li l-Fond tal-EIC ikun jista' jinvesti f'perjodi ta' żmien kompatibbli mas-suq; jiddeplora l-każijiet fejn il-Fond tal-EIC naqas milli jilħaq dan l-objettiv u fejn id-deċiżjoni ta' investiment oriġinali tal-Fond tal-EIC saret irrilevanti, minħabba d-dewmien twil u l-iżvilupp tal-kumpanija matul dak il-perjodu; |
|
3. |
Huwa mħasseb dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' finanzjament imħallat fl-ambitu tal-Aċċelleratur; jenfasizza li d-dewmien kien esklussivament ir-riżultat ta' perspettivi diverġenti dwar l-implimentazzjoni tal-EIC li jirriżultaw minn interpretazzjonijiet konfliġġenti tat-testi legali rilevanti minn dipartimenti differenti tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-Fond tal-EIC; jinnota li l-kunflitti kienu jikkonċernaw biss il-parti tal-ekwità tal-proġett u għalhekk ma kellhomx jaffettwaw il-ftehimiet ta' għotja; jiddeplora l-fatt li dawn il-kunflitti bejn is-servizzi jpoġġu f'riskju 96 kumpanija Ewropea ta' teknoloġija profonda; jinsab imħasseb ħafna li, ħlief għal eċċezzjoni waħda ta' deċiżjoni ta' investiment, ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni għal investimenti reali mill-Fond tal-EIC; |
|
4. |
Ifakkar li l-Finanzjament Imħallat tal-EIC għandu jingħata permezz ta' proċess uniku u permezz ta' deċiżjoni unika li tkopri kemm l-għotja kif ukoll l-istrumenti finanzjarji; jindika li l-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-elementi operattivi kollha tal-proġetti tal-Aċċelleratur; |
|
5. |
Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar il-ġestjoni tal-Fond tal-EIC fir-rigward tal-implikazzjonijiet tal-persunal kif ukoll dwar ir-responsabbiltà reputazzjonali potenzjali tal-Kummissjoni għall-investimenti; |
|
6. |
Jirrikonoxxi t-tħassib dwar il-persunal imqajjem mill-Kummissjoni rigward il-ġestjoni tal-portafoll ta' investiment tal-Fond tal-EIC; japprezza li r-rappreżentanza tal-Fond tal-EIC jeħtieġ li tkun xierqa u li din tirrikjedi għadd sinifikanti ta' persunal b'esperjenza sinifikanti; iqis, madankollu, li l-impjieg dirett ta' dawn il-persuni mhuwiex l-unika soluzzjoni; jirrimarka li l-Kumitat tal-Investiment oriġinali flimkien mal-BEI kienu żviluppaw pjan alternattiv biex isolvu l-kwistjoni tal-persunal; jikkonkludi għalhekk li l-isfida tal-persunal mhijiex raġuni għar-ristrutturar tal-Fond; |
|
7. |
Jieħu nota tar-raġunament tal-Kummissjoni li l-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 jirrikjedi li l-Kummissjoni tesplora ġestjoni indiretta u li dan iwassal għal bidliet fl-istruttura tal-Fond tal-EIC; |
|
8. |
Ifakkar li t-test tal-Artikolu 11(3) ġie inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont Ewropa u qatt ma ġie kkontestat matul il-proċedura leġiżlattiva; jenfasizza li dan ifisser li l-Kummissjoni missha kienet konxja bis-sħiħ ta' dan it-test meta stabbiliet il-Fond tal-EIC fl-2020; jisħaq li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf il-Fond tal-EIC, li kienet tinkludi l-istruttura oriġinali, ġiet adottata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u kellha l-appoġġ tal-Kummissjoni kollha; jenfasizza li l-istess jgħodd għall-Programm ta' Ħidma tal-EIC għall-2021, li ma semmiex il-ħtieġa li jiġi ristrutturat il-Fond tal-EIC; jikkonkludi li l-kwistjoni tal-konformità mal-Artikolu 11(3) tqajmet internament fil-Kummissjoni fis-sajf tal-2021 wara li l-programm kien diġà beda; iqis li t-tqajjim ta' kwistjoni fundamentali bħal din matul programm fis-seħħ wara li ntilfu diversi opportunitajiet biex titqajjem il-kwistjoni fit-tliet snin ta' qabel il-bidu tal-programm huwa tal-inqas każ ta' ġestjoni ħażina serja u sinjal ta' eżitazzjoni biex jiġi aċċettat mod ġdid ta' ħidma kif previst mill-koleġiżlaturi; |
|
9. |
Jenfasizza li l-Artikolu 11(3) huwa biss sentenza waħda li jeħtieġ li tinqara fil-kuntest tad-Deċiżjoni sħiħa tal-Kunsill; jisħaq f'dan ir-rigward ukoll li l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq jordna li l-Kummissjoni “tistabbilixxi veikolu bi skop speċjali”, mingħajr ma tistabbilixxi kundizzjonijiet oħra; jisħaq, barra minn hekk, li l-finanzjament imħallat tal-EIC kif imsemmi fl-Artikolu 11(3) u definit fil-punt 1.1.2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill jinkludi kemm għotjiet kif ukoll appoġġ għall-investiment fil-forma ta' ekwità jew forom oħra ripagabbli; jikkonkludi, għalhekk, li r-rekwiżit ta' ġestjoni indiretta ma jistax jinqara bħala li japplika biss għall-parti tal-investiment tal-finanzjament imħallat u li dan l-artikolu ma jistax jiġi interpretat b'tali mod li ż-żewġ komponenti jkunu separati fl-implimentazzjoni; |
|
10. |
Jinnota l-importanza tat-tħejjija professjonali ta' deċiżjoni ta' investiment; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol tal-Kumitat ta' Investiment tal-Fond tal-EIC maħtur mill-Kummissjoni kif ukoll l-appoġġ siewi għad-diliġenza dovuta pprovduta mill-BEI inkorporata fl-Eismea; jiddispjaċih, madankollu, li deċiżjonijiet ulterjuri tal-Fond tal-EIC, bħall-parteċipazzjoni f'rawnd ta' investiment wara d-deċiżjoni ta' investiment inizjali jew l-istabbiliment ta' raġunament għal investiment, jidher li jieħdu wisq żmien parzjalment minħabba ż-żmien li jieħu l-BEI biex jipprovdi l-kontribut tiegħu; |
|
11. |
Jinnota li kemm il-Kumitat tal-Investiment tal-EIC kif ukoll il-Bord tal-Fond tal-EIC, taħt it-twaqqif oriġinali tal-Fond tal-EIC, inkludew rappreżentanti tal-Kummissjoni kif ukoll esperti esterni, li jiżguraw bilanċ xieraq bejn il-koerenza tal-politika u d-deċiżjonijiet ta' investiment professjonali; |
|
12. |
Jinnota li l-Kummissjoni f'Ottubru 2022 adottat u implimentat “arranġament tranżitorju” li skontu l-Fond tal-EIC jibqa' fis-sjieda tal-Kummissjoni filwaqt li maniġer ta' fond estern se jieħu d-deċiżjonijiet ta' investiment tal-Fond; jenfasizza li l-maniġer tal-fond estern se jirrekluta wkoll persunal għall-Kumitat tal-Investiment u li dan ifisser li mhux se jkun hemm aktar esperti indipendenti li jipprovdu għarfien espert imprezzabbli fuq il-Kumitat u l-ebda rappreżentant tal-Kummissjoni mhu se jiżgura l-koerenza tal-politiki; jieħu nota tad-deskrizzjoni ta' dan l-arranġament fil-Programm ta' Ħidma tal-EIC għall-2022; |
|
13. |
Jinnota bi tħassib li sakemm l-arranġament tranżitorju għall-investimenti mħabbar fil-Programm ta' Ħidma tal-EIC għall-2022 kien fis-seħħ, id-deċiżjonijiet kollha ta' għotja unika u d-deċiżjonijiet kollha sostanzjali ta' investiment kellhom jiġu approvati mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u b'hekk ikunu akkumpanjati minn livell ieħor ta' skrutinju; iqis dan bħala sitwazzjoni inaċċettabbli minħabba li jagħmel il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet saħansitra itwal, aktar kumpless u b'aktar inċertezza għall-applikanti; |
|
14. |
Jinnota bi tħassib kbir li anke l-istabbiliment ta' arranġament tranżitorju għall-Fond tal-EIC ħa aktar minn sena minħabba diskussjonijiet interni kontinwi bejn is-servizzi differenti tal-Kummissjoni; jinnota li f'Ġunju 2022 il-Kummissjoni bdiet tipproċessa l-komponenti tal-għotjiet tal-proġetti tal-Aċċelleratur magħżula f'Ġunju 2021, li jindika li sar biżżejjed progress fl-istabbiliment tal-arranġament tranżitorju biex tibda l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' finanzjament imħallat; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-ftehimiet ta' għotja għal benefiċjarji magħżula mid-data limitu ta' Ġunju 2021 ġew iffirmati fis-sajf tal-2022, li wassal biex il-benefiċjarji damu aktar minn sena biex jirċievu l-għotja; jinnota li f'Mejju 2022, il-Kummissjoni kkomunikat li l-komponenti tal-għotjiet għall-benefiċjarji ta' finanzjament imħallat tal-EIC mid-data limitu ta' Ottubru 2021 se jiġu ffinalizzati sal-aħħar ta' Mejju jew sal-bidu ta' Ġunju (9); jinnota li l-Kummissjoni kellha tinforma lil dawn il-benefiċjarji matul is-sajf tal-2022 li l-għotjiet ma kinux se jkunu lesti sa Lulju u li x'aktarx kien se jkollhom jistennew sa Ottubru tal-2022; jikkonkludi li għal din d-data limitu ż-żmien għall-għotja se jkun ukoll ta' mill-inqas sena; |
|
15. |
Jenfasizza li l-Artikolu 216(1) tar-Regolament Finanzjarju espressament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tapplika ġestjoni diretta tal-investimenti (l-Artikolu 216(1b)) jew timplementahom permezz ta' “veikolu ta' investiment iddedikat” (l-Artikolu 216(1a)); jisħaq li din il-forma ta' implimentazzjoni tippermetti aktar flessibbiltà u konsiderazzjoni aktar strateġika fid-deċiżjonijiet ta' investiment u l-ġestjoni tal-portafoll milli l-ġestjoni indiretta; jirrifjuta l-idea li t-trasferiment tal-ġestjoni tal-Fond lill-BEI u lil maniġer ta' fond estern se jippermetti l-flessibbiltà u l-kunsiderazzjoni strateġika meħtieġa biex l-EIC ikun suċċess; jesprimi t-tħassib li l-Fond tal-EIC sempliċiment se jsir fond ieħor ta' kapital ta' riskju appoġġjat mill-BEI; |
|
16. |
Jenfasizza li l-parir strateġiku tal-Bord tal-EIC jeħtieġ li jiġi implimentat aktar bir-reqqa fil-ħidma tal-EIC, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex tiżdied id-diversità u l-inklużjoni ta' parteċipanti minn firxa wiesgħa ta' pajjiżi tat-tkabbir biex jiġi realizzat il-potenzjal tal-innovaturi madwar l-Ewropa u biex jitrawmu kollaborazzjonijiet prattiċi mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT); |
Il-Fond tal-EIC bħala investitur uniku
|
17. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-politika ta' koinvestiment li l-Fond tal-EIC qatt ma jkun l-investitur ewlieni f'rawnd ta' ekwità, b'mod partikolari flimkien mar-rekwiżit li l-kumpaniji jġibu koinvestiment ta' tqabbil minn investituri esterni; jemmen li dan imur kontra l-objettivi strateġiċi u l-loġika ewlenija tal-EIC; jenfasizza l-fatt li din ma kinitx il-politika fil-bidu tal-proġett pilota tal-EIC u li din il-bidla fil-politika ġiet introdotta b'effett retroattiv għall-applikazzjonijiet ippreżentati qabel il-bidla fil-politika; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li dan ħoloq problemi ta' likwidità għal ħafna applikanti kif ukoll li terz biss tal-investimenti fl-ekwità impenjati fil-fatt qed jiġu kkonvertiti f'pagamenti għall-kumpaniji; jenfasizza li l-koinvestiment m'għandux ikun rekwiżit bil-quddiem għall-proġetti iżda pjuttost objettiv tal-Fond tal-EIC matul il-ħajja tal-proġett tal-għotja; |
|
18. |
Ifakkar li l-EIC jista' jkun l-uniku investitur, li jieħu r-riskju kollu ta' investiment, f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/695. jinnota li dan ir-rwol jidher li huwa implimentat biss billi jiġi pprovdut self konvertibbli, filwaqt li jkun meħtieġ koinvestiment korrispondenti għal kwalunkwe investiment fl-ekwità; jinnota li aktar minn 50 % tal-investimenti kollha taħt il-komponent tal-ekwità s'issa kienu fil-forma ta' self konvertibbli; jenfasizza li waħda mir-raġunijiet għall-istabbiliment tal-EIC kienet li l-Ewropa għandha nuqqas ta' investituri ta' kapital ta' riskju u b'mod partikolari investituri ta' kapital ta' riskju b'għarfien espert fis-swieq tat-teknoloġija profonda; jinnota f'dan ir-rigward li suq li ma jaħdimx tajjeb ma jistax jiġi invokat bis-sħiħ bħala mekkaniżmu effettiv biex jidderieġi d-deċiżjonijiet ta' investiment u ta' ħruġ tal-EIC; iwissi, f'dan ir-rigward, li rekwiżit ta' koinvestiment kwalifikat jista' jaggrava l-falliment tas-suq li l-EIC ġie stabbilit biex jindirizza; |
|
19. |
Jinnota li l-prattika li jintalab koinvestiment tittrasforma l-EIC f'investiment ta' segwitu u jpoġġih f'riskju:
|
|
20. |
Jinsab allarmat bil-prattika tal-konverżjoni ta' self konvertibbli għal ekwità għal kumpaniji li ma rnexxilhomx jattiraw investiment addizzjonali abbażi ta' valutazzjoni stabbilita fiż-żmien tal-għoti tas-self aktar milli fuq valutazzjoni fil-mument tal-konverżjoni tas-self; jirrimarka f'dan ir-rigward li l-EIC ġie stabbilit biex jiffaċilita l-iżvilupp u t-tkabbir tan-negozji ġodda eżattament f'fażi fejn il-valutazzjonijiet jistgħu jiżdiedu b'pass imgħaġġel minħabba li r-riskji ta' teknoloġija jitnaqqsu b'mod rapidu u jitqarreb id-dħul fis-suq; jikkonkludi, għalhekk, li d-dipendenza fuq valutazzjoni antika tmur direttament kontra l-objettivi tal-EIC; jirrimarka, barra minn hekk, li l-Fond tal-EIC suppost jieħu riskju, iżda bl-użu ta' self konvertibbli, il-biċċa l-kbira tar-riskju essenzjalment jiġi ttrasferit lill-applikant; |
|
21. |
Jirrikonoxxi li investitur ewlieni estern iġib valur miżjud minħabba li dan l-investitur ewlieni jista' jkollu għarfien speċjalizzat ħafna tas-segment tas-suq rilevanti għal investiment speċifiku, u li l-Fond tal-EIC, minħabba d-daqs u n-natura ġenerali tiegħu, jista' ma jkunx kapaċi iqabbel dan l-għarfien speċjalizzat; jinnota, għalhekk, li l-investitur ewlieni speċjalizzat jista' jkun ta' aktar valur miżjud għall-iżvilupp tal-kumpanija milli jkun il-Fond tal-EIC; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li investitur ewlieni estern jiggarantixxi li l-valwazzjoni kif ukoll termini oħra ta' investiment jiġu stabbiliti mis-suq; |
|
22. |
Jirrifjuta bis-sħiħ l-idea li l-Fond tal-EIC ma jistax ikun l-uniku investitur jew l-investitur ewlieni; jenfasizza li l-abbiltà li jinvesti anke meta s-suq ma jkunx lest li jagħmel dan hija waħda mill-ġustifikazzjonijiet ewlenin għall-eżistenza tal-EIC; jikkonkludi li l-politika ta' investiment tal-Fond tal-EIC għandha tippermetti b'mod espliċitu l-possibbiltà li:
|
|
23. |
Jinnota li l-punt 1.2.3 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 jirrikjedi li l-Fond tal-EIC jiddefinixxi u jimplimenta strateġija ta' ħruġ għall-investimenti tiegħu; josserva li ma jidher li hemm l-ebda strateġija bħal din fis-seħħ; |
Difetti fl-implimentazzjoni
Proċedura ta' applikazzjoni
|
24. |
Jenfasizza l-importanza ta' proċedura ta' applikazzjoni aċċessibbli u effettiva għal programm li għandu l-għan li jattira l-aktar innovaturi ambizzjużi; jinnota li l-proċedura għadha tista' tiġi approvata fuq il-linji li ġejjin:
|
|
25. |
Jinnota bi tħassib li l-evalwaturi qed jgħaddu sinjali konfużi lill-partijiet ikkonċernati rigward ir-riskju xieraq u l-bankabbiltà tal-proposti tal-Aċċelleratur tal-EIC, li jaffettwaw b'mod speċjali l-parteċipazzjoni tar-reġjuni sottorappreżentati u l-kumpaniji mmexxija min-nisa; ifakkar li wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-EIC huwa l-abbiltà li jieħu riskji; ifakkar ukoll li l-punt 1.1.2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 jidentifika l-għoti ta' finanzjament għal proġetti mhux bankabbli bħala objettiv ewlieni tal-Aċċelleratur tal-EIC; huwa konvint ħafna li l-Aċċelleratur tal-EIC jista' jirnexxi biss jekk ikun hemm politika u komunikazzjoni ċari dwar ir-riskju xieraq għall-proġetti tal-Aċċelleratur tal-EIC u l-bankabbiltà tagħhom; |
|
26. |
Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas apparenti ta' trasparenza fil-ġestjoni tal-programm kif irrappurtat mill-partijiet ikkonċernati; jenfasizza ż-żewġ preokkupazzjonijiet ewlenin tal-partijiet ikkonċernati:
|
|
27. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' wegħda affidabbli ta' żmien għall-għotja; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-evalwazzjoni tas-sejħa Miftuħa tal-Pathfinder tal-2021 ħadet aktar minn 5 xhur, filwaqt li l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/695 jirrikjedi li l-applikanti jiġu infurmati fi żmien 5 xhur dwar l-eżitu tal-proċess ta' evalwazzjoni; |
|
28. |
Jesprimi tħassib dwar il-proċess ta' sottomissjoni tal-aċċelleratur tal-EIC, li sar itwal u aktar kumpless bl-użu ta' diversi stadji u pjattaforma tal-EIC proprja, barra mill-Portal uffiċjali għall-Finanzjament u għall-Offerti; jemmen li l-proċess ta' sottomissjoni u evalwazzjoni għal Aċċelleratur tal-EIC iċċentrat fuq l-innovazzjoni għandu jkun faċli biex jinftiehem kemm mill-intraprendituri kif ukoll mix-xjentisti, minimu f'termini ta' żmien meħtieġ biex jiġi investit, ġust u trasparenti, u allinjat mal-istandards tal-industrija; |
|
29. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-funzjonament tal-Pjattaforma tal-IA; jinnota f'dan ir-rigward li kemm l-applikanti kif ukoll l-evalwaturi esprimew tħassib dwar il-Pjattaforma; |
|
30. |
Jenfasizza li l-formola online tieħu ħafna ħin, ma għandha l-ebda flessibbiltà f'termini ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni (l-ebda formatting jew immaġni possibbli) u tuża lingwaġġ tekniku bla bżonn; jinnota li l-“Pjan ta' Negozju” li jirriżulta ma jidhirx li huwa skont l-istandards tal-industrija u lanqas ma huwa format li huwa faċli għall-evalwaturi jew għall-maniġers tal-proġetti li jużawh; |
|
31. |
Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għaż-żieda fl-għadd ta' paġni, (120–200 paġna), meta mqabbel mal-Proġett Pilota tal-EIC (50 paġna), filwaqt li jqis li l-evalwaturi għandhom 36 minuta biex jevalwaw proposta sħiħa (fit-tieni stadju); jinnota li din hija waħda mill-raġunijiet għalfejn il-partijiet ikkonċernati ma jħossuhomx sodisfatti fir-rigward tal-kwalità tal-evalwazzjoni; |
|
32. |
Jinnota bi tħassib li opinjoni waħda “No-Go” fit-tieni stadju tal-proċess ta' evalwazzjoni huwa biżżejjed biex applikazzjoni tfalli; jemmen li dan huwa sproporzjonat, meta wieħed iqis li tliet evalwaturi jivvalutaw il-proposta u kollha kemm huma jagħtu “Go/No-Go” fuq tliet kriterji ta' evalwazzjoni separati; |
|
33. |
Japprezza, flimkien mal-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati, l-introduzzjoni tal-proċedura ta' konfutazzjoni peress li potenzjalment tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' proċedura ta' evalwazzjoni aħjar; jinnota, madankollu, li hemm bżonn ta' titjib peress li ħafna partijiet ikkonċernati jirrapportaw li mhuwiex ċar x'jiġri b'rimarki kuntrarji pprovduti mill-applikanti kif ukoll li l-applikanti ftit li xejn għandhom żmien biex iħejju l-konfutazzjoni tagħhom; jisħaq li l-introduzzjoni tal-proċedura ta' konfutazzjoni hija kkunsidrata bħala waħda mill-kawżi għaż-żmien itwal qabel ma wieħed jirċievi għotja; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-proċedura ta' konfutazzjoni biex issir aktar sinifikanti u titlesta f'perjodu ta' żmien iqsar biex jinżamm iż-żmien għall-għotja filwaqt li jitħalla biżżejjed żmien biex titħejja l-konfutazzjoni; |
|
34. |
Jinsab imħasseb dwar il-ħtieġa dejjem akbar li l-applikanti jimpjegaw konsulenti biex jimmaniġġjaw il-proċedura ta' applikazzjoni minħabba l-kumplessità tagħha; |
|
35. |
Jirrikonoxxi li sabiex jiġi ffaċilitat li deċiżjonijiet tal-EIC jittieħdu b'pass mgħaġġel u l-iżvilupp ta' negozji ġodda b'teknoloġija profonda, l-individwi impjegati minn organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom ikunu jistgħu jużaw ir-riżultati ta' proġetti ta' riċerka biex joħolqu negozji ġodda; jilqa' f'dan ir-rigward l-introduzzjoni tal-kunċett ta' “Inventur tal-EIC” fil-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja u l-Programm ta' Ħidma tal-2022; jiddispjaċih li din l-introduzzjoni hija akkumpanjata minn inċertezza dwar il-konsegwenzi legali ta' dan il-kunċett għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka; |
Kwistjonijiet individwali oħra mqajma
|
36. |
Jenfasizza li l-kunċett ta' “Inventuri tal-EIC” għandu jwassal għal użu effettiv tar-riżultati tar-riċerka biex jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi; jikkonkludi għalhekk li m'għandux idgħajjef l-użu tar-riżultati minn esperti oħra fi ħdan l-organizzazzjoni ta' riċerka jew mill-organizzazzjoni ta' riċerka nnifisha biex jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi; jemmen li drittijiet ta' aċċess wiesgħa, mingħajr limitu ta' żmien, għall-Inventuri tal-EIC huma ġġustifikati biss f'każijiet fejn l-organizzazzjonijiet ta' riċerka ma jipprovdux l-appoġġ meħtieġ għar-riċerkaturi individwali biex jużaw ir-riżultati biex jiżviluppaw attività ekonomika; jemmen, għalhekk, li dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw lill-Inventuri tal-EIC fuq bażi ta' każ b'każ meta jkun evidenti li l-Inventur ma jkollux l-appoġġ meħtieġ fi ħdan l-organizzazzjoni tar-riċerka; |
|
37. |
Jiddispjaċih li r-rati baxxi ta' suċċess tal-programm (6 – 10 %) iwasslu biex wisq proposti ta' kwalità għolja ma jiġux iffinanzjati; jenfasizza li r-rati baxxi ta' suċċess jirrappreżentaw telf f'termini ta' innovazzjonijiet li potenzjalment huma profondament trasformattivi li ma jiġux żviluppati aktar kif ukoll ħela ta' ħin u flus investiti bi tħejjija għall-proposti; jitlob l-użu, f'dan ir-rigward, fejn xieraq, ta' applikazzjonijiet f'żewġ stadji sabiex jiġi limitat it-telf fil-ħin u l-flus investiti fit-tħejjija tal-proposti; |
|
38. |
Jenfasizza li l-kapaċità innovattiva, it-tkabbir ekonomiku u r-reżiljenza tal-Ewropa huma mminati minħabba l-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fix-xena tan-negozji ġodda u tal-kapital ta' riskju; jilqa' f'dan ir-rigward l-isforzi li saru mill-EIC biex jippromwovi t-tmexxija u l-parteċipazzjoni tan-nisa fin-negozji ġodda u l-kapital ta' riskju; jiddispjaċih li dan għadu ma wassalx għal bidla suffiċjenti; jirrimarka, f'dan ir-rigward, il-fatt li 1,8 % biss tal-investimenti fin-negozji ġodda Ewropej fl-2021 ġew iġġenerati minn negozji ġodda mwaqqfa esklussivament minn nisa u 9,3 % biss ġew iġġenerati minn timijiet fundaturi magħmulin minn taħlita ta' ġeneri (10); |
|
39. |
Jindika l-importanza tal-Bord tal-EIC bħala konsulent prinċipali għall-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-EIC kif ukoll l-iżvilupp ta' politika ta' innovazzjoni usa', b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-ekosistema tal-innovazzjoni fl-Ewropa kif ukoll l-identifikazzjoni ta' teknoloġiji strateġikament rilevanti; jisħaq li l-Bord tal-EIC għandu jkun infurmat b'mod sħiħ u f'waqtu, kemm mill-Eismea kif ukoll minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni involuti, dwar l-iżviluppi kollha fl-implimentazzjoni tal-EIC, kif ukoll jiġi ppreżentat bi kwalunkwe informazzjoni dwar l-EIC li jitlob; |
|
40. |
Jinnota li t-Tranżizzjoni tal-EIC hija formalment parti mill-Pathfinder tal-EIC, filwaqt li hija implimentata bħala parti separata tal-programm; iqis li s-sejħiet ta' Tranżizzjoni jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-baġits tal-EIC taħt il-Programmi ta' Ħidma tal-2021 u l-2022; jirrimarka li s-sejħiet ta' Tranżizzjoni huma l-uniċi li għalihom tiġi applikata l-proċedura Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; japprova l-użu ta' din il-proċedura għas-sejħa ta' Tranżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni twessa' l-użu ta' din il-proċedura għal aktar sejħiet tal-Pathfinder; |
|
41. |
Jenfasizza li l-Programm ta' Ħidma tal-2022 jirreferi għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” kemm bħala kriterju ta' evalwazzjoni għall-Aċċelleratur tal-EIC kif ukoll bħala kriterju ta' eliġibbiltà għall-EIC b'mod ġenerali; jinsab allarmat b'dan ir-rekwiżit ta' konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” kif minqux fir-Regolament (UE) 2020/852, magħruf bħala r-Regolament dwar it-Tassonomija, peress li jiġi applikat għas-sejħiet kollha irrispettivament mill-kontenut jew il-maturità; jirrikonoxxi l-utilità tal-prinċipju li jiggwida l-għażla ta' proġetti taħt sejħiet li l-kontenut tagħhom huwa relatat direttament mal-objettivi ambjentali tal-Unjoni u li huma qrib l-użu fis-suq; jenfasizza li m'hemm l-ebda bażi legali għal applikazzjoni ġenerali ta' dan il-kriterju ta' eliġibilità addizzjonali għas-sejħiet kollha; |
|
42. |
Jilqa' l-isforzi fi ħdan l-EIC biex jiġi żviluppat qafas adattat għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-EIC; jenfasizza li n-natura unika tal-EIC tirrikjedi approċċ imfassal apposta għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni kif ukoll l-użu tal-eżitu tal-monitoraġġ sabiex jiġi żgurat li l-EIC ikollu l-aqwa prestazzjoni fis-suq; |
Rakkomandazzjonijiet
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-implimentazzjoni tagħha tal-Fond tal-EIC fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa u ssib mod ta' ġestjoni xieraq li jirrifletti n-natura ambizzjuża u trasformattiva tal-EIC bħala l-investitur ta' referenza għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi f'dan l-approċċ il-ġdid il-prinċipji li ġejjin:
|
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu miftuħ mal-Parlament, il-kumitat tal-programm rilevanti u l-Bord tal-EIC sabiex tiżviluppa soluzzjoni alternattiva fit-tul għall-istruttura tal-Fond tal-EIC li tirrispetta bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u l-prinċipji msemmija hawn fuq; jirrakkomanda li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-modi kif tista' tittejjeb l-implimentazzjoni tal-EIC, filwaqt li jitqies bħala għażla l-istabbiliment ta' korp indipendenti tal-Unjoni skont l-Artikolu 187 tat-TFUE bħala l-entità ewlenija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EIC; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-applikanti dejjem jiġu ttrattati b'mod ugwali, u l-implimentazzjoni tiżgura t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; jirrakkomanda li jekk il-valutazzjoni bir-reqqa ssib li korp bħal dan ikun l-aħjar ambjent istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Aċċelleratur skont il-linji stabbiliti hawn fuq, dan għandu jiġi stabbilit malajr kemm jista' jkun; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lill-promozzjoni tan-nisa fis-settur tal-innovazzjoni filwaqt li tistinka għall-parità bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet rilevanti kollha, kif ukoll għall-bilanċ ġeografiku tal-benefiċjarji tal-EIC fir-reġjuni kollha tal-Unjoni; jitlob, b'mod partikolari, li fil-programmi ta' ħidma tal-EIC, il-Kummissjoni tinkludi miżuri speċifiċi biex tindirizza dawn iż-żewġ kwistjonijiet fi ħdan l-EIC; |
|
46. |
Jirrakkomanda li kompartiment InvestEU jiġi esplorat barra mill-fond tal-EIC, għall-kumpaniji li sempliċiment jeħtieġu fond korrispondenti biex jikkompletaw iċ-ċikli ta' espansjoni tagħhom; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli u l-proċeduri rigward l-interpretazzjoni tal-kriterji tan-nonbankabbiltà u tal-koinvestiment, filwaqt li ttejjeb il-komunikazzjoni u tinvolvi aħjar il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal sejħiet li l-kontenut tagħhom huwa relatat direttament mal-objettivi ambjentali tal-Unjoni u li huma qrib l-użu fis-suq, u żżomm lura milli tuża dan il-prinċipju bħala kriterju ta' eliġibbiltà orizzontali addizzjonali għall-proġetti kollha tal-EIC; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-Mudell ta' Ftehim ta' Għotja biex jinkludi definizzjoni ċara ta' “Inventur tal-EIC” u jistipula politika ċara dwar id-drittijiet ta' aċċess għall-Inventuri tal-EIC li tipprovdilhom biss drittijiet ta' aċċess wiesgħa meta organizzazzjoni ta' riċerka ma jkollhiex politika u struttura attiva fis-seħħ biex tappoġġja l-użu tar-riżultati tar-riċerka għal attivitajiet ekonomiċi; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sistema ta' evalwazzjoni kontinwa u aġli tal-prestazzjoni tal-EIC u b'mod partikolari tal-Aċċelleratur; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi valutazzjoni rigoruża u kontinwa tal-proċedura ta' evalwazzjoni, filwaqt li tqis b'mod serju l-ilmenti mqajma mill-applikanti li jistgħu juru inkonsistenzi ċari fl-evalwazzjoni tal-proposta tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar kif tittratta lmenti individwali li juru nuqqas ċar mill-evalwaturi; |
|
52. |
Jistieden lill-korpi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bord tal-EIC, jiżviluppaw strateġija ta' awditjar iddedikata għall-EIC li tirrifletti n-natura partikolari tal-EIC; |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi miżuri biex ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs u tagħmel l-aċċelleratur tal-EIC aċċessibbli u attraenti għal SMEs innovattivi, permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċess ta' applikazzjoni biex jitnaqqsu l-ostakli għall-SMEs; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrument jappoġġja firxa wiesgħa ta' proġetti f'termini tal-iskala tagħhom, sabiex kumpaniji żgħar li qed jiżviluppaw u jespandu innovazzjonijiet b'impatt għoli jista' jkollhom aċċess ugwali għalih; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-proċess ta' sottomissjoni attwali tal-aċċelleratur tal-EIC u ż-żmien tiegħu għall-għotja, filwaqt li tallinja l-pjattaforma tal-EIC mal-kriterji ta' evalwazzjoni tal-aċċelleratur tal-EIC; jemmen li tali reviżjoni għandu jkollha l-għan ta' strument rapidu u sempliċi li jkun adattat għall-ħtiġijiet tan-negozji ġodda Ewropej ta' teknoloġija profonda, billi jintlaħaq perjodu ta' għotja ta' 4 sa 5 xhur; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji u l-kollaborazzjoni mal-EIT; jistieden lill-EIT u l-EIC jistabbilixxu skambji reċiproċi u sistematiċi ta' informazzjoni, kif ukoll ikollhom membru komuni f'kull wieħed mill-bordijiet ta' tmexxija tagħhom, bl-għan li jiġu evitati silos u d-duplikazzjoni tal-isforzi u l-istrateġiji; |
o
o o
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1.
(2) ĠU L 167 I, 12.05.2021, p. 1.
(4) https://eic.ec.europa.eu/news/statement-eic-board-discussion-european-parliament-itre-committee-eic-implementation-2022-08-16_en
(5) https://eic.ec.europa.eu/system/files/2022-02/Statement%20by%20the%20EIC%20Board%20on%20the%20EIC%20Work%20Programme%20for%202022%20and%20future%20of%20the%20EIC%20Fund.pdf
(6) https://eic.ec.europa.eu/news/eic-accelerator-implementation-update-2022-08-05_en
(7) “Studju ta' Evalwazzjoni dwar il-proġett pilota tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC)” (Il-Kummissjoni Ewropea, 2022)
(8) https://eic.ec.europa.eu/news/eic-accelerator-implementation-update-2022-08-05_en
(9) https://sciencebusiness.net/news/commission-says-european-innovation-council-grant-logjam-end-june
(10) https://europeanwomeninvc.idcinteractive.net/