|
5.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 125/172 |
P9_TA(2022)0309
Rapport interim dwar il-proposta tal-2021 għal reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta tal-2021 għal reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (COM(2021)0569 – 2021/0429R(APP))
(2023/C 125/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0569), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima (COM(2021)0568), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (1) (“l-FII”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0227/2022), |
|
A. |
billi l-proposti tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 biex tiġi stabbilita l-ġenerazzjoni li jmiss ta' riżorsi proprji għall-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rivedut il-qafas finanzjarju pluriennali (“il-QFP”) għall-perjodu 2021-2027 huma marbuta b'mod inseparabbli mal-pakkett “lesti għall-mira ta' 55 %” imressaq fl-14 ta' Lulju 2021; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha; |
|
C. |
billi, f'konformità mal-pożizzjoni li ilu jħaddan il-Parlament, jeħtieġ li l-impenji u l-objettivi ta' politika ġodda jiġu mqabbla ma' flus ġodda, u ma għandhomx jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' programmi u prijoritajiet oħra tal-Unjoni; |
|
D. |
billi l-inkorporazzjoni sħiħa tal-Fond Soċjali għall-Klima fil-baġit tal-Unjoni hija rekwiżit tat-Trattat skont l-Artikolu 310(1) tat-TFUE u prerekwiżit, fost l-oħrajn, biex jiġi rispettat il-metodu Komunitarju, jiġu garantiti r-responsabbiltà, is-sorveljanza u l-kontroll parlamentari, jiġu żgurati l-prevedibbiltà tal-finanzjament u l-ipprogrammar pluriennali, u tiġi ssalvagwardjata t-trasparenza tad-deċiżjonijiet baġitarji meħuda fil-livell tal-Unjoni; |
|
E. |
billi, f'każ ta' żieda fil-prezz tal-karbonju meta mqabbel mas-suppożizzjoni inizjali, għandha ssir disponibbli allokazzjoni addizzjonali għall-Fond Soċjali għall-Klima fuq bażi annwali, b'mod proporzjonat mar-rata ta' żieda fil-prezz tal-karbonju, sabiex jiġu appoġġati aktar l-unitajiet domestiċi u l-utenti vulnerabbli tat-trasport fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika; billi tali rinforzi annwali għandhom jiġu akkomodati fi ħdan il-QFP permezz ta' aġġustament awtomatiku fil-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju tal-limitu massimu tal-intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” u l-limitu massimu tal-pagamenti; |
|
F. |
billi, skont l-Artikolu 312(5) tat-TFUE, u kif definit aktar fil-FII, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma meħtieġa jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' QFP ġdid jew rivedut; |
|
1. |
Jesprimi l-pożizzjoni tiegħu biss dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal reviżjoni tal-QFP 2021-2027, u b'hekk jagħżel approċċ immirat limitat, u f'allinjament sħiħ, mal-pożizzjoni tiegħu dwar il-pakkett “lesti għall-mira ta' 55 %”; |
|
2. |
Jiddikjara, madankollu, li hija meħtieġa reviżjoni usa' tal-QFP attwali peress li kien diġà ġġebbed sal-limiti tiegħu fl-ewwel sena tiegħu; jindika d-diversi kriżijiet u sfidi li l-Unjoni qed tindirizza, b'mod partikolari l-gwerra fl-Ukrajna u r-riperkussjonijiet tagħha, u l-ħtiġijiet finanzjarji sostanzjali li ġġenerat; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni twettaq rieżami fil-fond tal-funzjonament tal-QFP attwali u tipproċedi bi proposta leġiżlattiva għal reviżjoni komprensiva tal-QFP mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-ewwel trimestru tal-2023; biħsiebu jagħti aktar dettalji dwar it-talbiet tiegħu għal dik ir-reviżjoni f'rapport iddedikat; |
|
3. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-inkorporazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima fil-baġit tal-Unjoni u fil-QFP bħala parti mill-pożizzjoni fit-tul tiegħu li l-programmi u l-fondi kollha tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi fil-baġit; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni bħala punt tat-tluq fir-rigward taż-żieda tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, li hija prekundizzjoni neċessarja sabiex il-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima ma jkunx ta' detriment għal programmi u prijoritajiet oħra tal-Unjoni; |
|
4. |
Jissottolinja, madankollu, li huma meħtieġa xi modifiki biex jirriflettu l-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-pakkett “lesti għall-mira ta' 55 %”, inkluż dwar il-pakkett finanzjarju rivedut tal-Fond Soċjali għall-Klima, li jirrifletti d-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kif emendata; |
|
5. |
Jappoġġa l-proposta għal aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda; iqis li dan huwa konformi mal-prinċipju, kif stabbilit fil-FII, li n-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru ma għandhiex twassal għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta' investiment taħt il-QFP, filwaqt li taderixxi mal-prinċipju baġitarju tal-universalità tad-dħul; jafferma mill-ġdid, għalhekk, li aġġustament annwali bħal dan jiddependi fuq l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda f'konformità mal-pjan direzzjonali stabbilit fil-FII; |
|
6. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki li ġejjin:
|
Modifika 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
“4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a, 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.”; |
“4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a, 4b, 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.”; |
Modifika 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
||||
|
“Artikolu 4a |
“Artikolu 4a |
||||
|
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda |
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq riżorsi proprji ġodda |
||||
|
1. Mill-2024, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji tas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jsir aġġustament 'il fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-subintestatura 2b u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena kurrenti. |
1. Mill-2024, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji tas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jsir aġġustament 'il fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-subintestatura 2b u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena kurrenti. |
||||
|
2. Dan l-aġġustament annwali għandu jkun tal-ammonti li ġejjin: |
2. Dan l-aġġustament annwali għandu jkun tal-ammonti li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
L-aġġustamenti annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-EUR 15 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) kull sena għas-snin mill-2024 sal-2027. |
L-aġġustamenti annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-EUR 15 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) kull sena għas-snin mill-2024 sal-2027. |
||||
|
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-aġġustamenti annwali msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji għas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju.”; |
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-aġġustamenti annwali msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji għas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju.'; |
||||
|
|
Artikolu 4b |
||||
|
|
Aġġustament annwali speċifiku bbażat fuq il-flutwazzjoni tal-prezz tal-karbonju |
||||
|
|
1. Mill-2025, għandu jsir aġġustament annwali 'l fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestatura 3 ‘Riżorsi Naturali u Ambjent’ u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena attwali fil-każ li l-prezz medju tal-karbonju kkalkulat fis-sena n-1 ikun ogħla mis-suppożizzjoni inizjali. |
||||
|
|
2. L-aġġustament annwali 'l fuq imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ikkalkulat billi tiġi mmultiplikata l-allokazzjoni annwali li tirriżulta mill-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima bil-perċentwal li bih il-prezz medju tal-karbonju kkalkulat fis-sena n-1 qabeż is-suppożizzjoni inizjali.”; |
Modifika 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
||||
|
“L-ammonti li jikkorrispondu mal-aġġustamenti 'l fuq msemmija mal-Artikolu 4a(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”; |
“L-ammonti li jikkorrispondu mal-aġġustamenti 'l fuq msemmija fl-Artikolu 4a(1), l-Artikolu 4b u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”; |
Modifika 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
“ANNESS I
QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-27)
|
(EUR miljuni – prezzijiet tal-2018) |
||||||||||
|
APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2021-2027 |
||
|
19 712 |
|
19 133 |
18 633 |
18 518 |
18 646 |
18 473 |
133 326 |
||
|
49 741 |
51 920 |
52 194 |
53 954 |
55 182 |
56 787 |
58 809 |
378 587 |
||
|
45 411 |
45 951 |
46 493 |
47 130 |
47 770 |
48 414 |
49 066 |
330 235 |
||
|
4 330 |
5 969 |
5 701 |
6 824 |
7 412 |
8 373 |
9 743 |
48 352 |
||
|
55 242 |
52 214 |
51 489 |
[50 617 ] |
[51 895 ] |
[58 064 ] |
[56 947 ] |
[376 468 ] |
||
|
li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti |
38 040 |
37 544 |
37 604 |
36 983 |
36 373 |
35 772 |
35 183 |
257 499 |
||
|
2 324 |
2 947 |
3 164 |
3 282 |
3 672 |
3 682 |
3 736 |
22 807 |
||
|
1 700 |
1 725 |
1 737 |
1 754 |
1 928 |
2 078 |
2 263 |
13 185 |
||
|
15 309 |
15 522 |
14 789 |
14 056 |
13 323 |
12 592 |
12 828 |
98 419 |
||
|
10 021 |
10 215 |
10 342 |
10 454 |
10 554 |
10 673 |
10 843 |
73 102 |
||
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
7 742 |
7 878 |
7 945 |
7 997 |
8 025 |
8 077 |
8 188 |
55 852 |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
154 049 |
154 754 |
152 848 |
[152 750 ] |
[155 072 ] |
[162 522 ] |
[163 899 ] |
[1 095 894 ] |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT |
156 557 |
156 322 |
149 936 |
[149 936 ] |
[152 112 ] |
[159 068 ] |
[158 722 ] |
[1 082 652 ]”. |
||
|
7. |
Jinsab lest li jidħol f'negozjati biex itejjeb il-proposta tal-Kummissjoni; |
o
o o
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(14) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(15) ĠU […], […], p. […].
(14) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(15) ĠU […], […], p. […].