|
27.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/14 |
P9_TA(2022)0258
Qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta' Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D080148/03 – 2022/2713(RSP))
(2023/C 32/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta' Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu, jew li għandhom prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D080148/03 (1), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-1 ta' April 2022, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tas-26 ta' April 2022, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-29 ta' Ottubru 2021, u ppubblikata fit-13 ta' Diċembru 2021 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠMs”) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
A. |
billi, fit-12 ta' Diċembru 2019, Pioneer Overseas Corporation ressaq applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 (il-“qamħirrum ĠM”) f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ĠM, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
|
B. |
billi, fid-29 ta' Ottubru 2021, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM, li ġiet ippubblikata fit-13 ta' Diċembru 2021; |
|
C. |
billi l-qamħirrum ĠM bi tliet events ta' trasformazzjoni multipli ġie prodott b'inkroċjar konvenzjonali biex jiġu mħallta tliet avvenimenti ta' qamħirrum GM uniċi: NK603 li jagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glifosat; T25 li jagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glufosinat-ammonju; u DAS-40278-9 li jikkatalizza d-degradazzjoni tal-klassi ġenerali tal-erbiċidi magħrufa bħala aryloxyphenoxypropionates (AOPP) u li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom 2,4-D (6); |
|
D. |
billi s-subkombinazzjoni ta' NK603 x T25 u s-subkombinazzjoni ta' NK603 x DAS-40278-9 kienu ġew ivvalutati qabel mill-EFSA; billi ma ġiet ippreżentata l-ebda data sperimentali mill-applikant għas-subkombinazzjoni DAS-40278-9 x T25, li qabel ma ġietx ivvalutata mill-EFSA; billi minkejja dan, l-EFSA kkonkludiet li din is-subkombinazzjoni ma toħloqx tħassib dwar is-sikurezza; |
Nuqqas ta' valutazzjoni tal-erbiċidi komplementari
|
E. |
billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (7) jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għal pjanti tolleranti għall-erbiċidi; |
|
F. |
billi hemm numru ta' studji li juru li l-għelejjel ĠM li jittolleraw l-erbiċidi jirriżultaw f'użu akbar ta' erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin li jittollera l-erbiċidi (8); billi, b'konsegwenza ta' dan, wieħed jistenna li l-qamħirrum ĠM se jkun espost kemm għal dożi ogħla kif ukoll għal dożi ripetuti ta' erbiċidi tal-glifosat, tal-glufosinate, tal-AOPP u tat- 2,4-D u li, għalhekk, kwantità ogħla ta' residwi u l-prodotti ta' diżaggregazzjoni tagħhom (“metaboliti”) jistgħu jkunu preżenti fil-ħsad; |
|
G. |
billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (10); |
|
H. |
billi l-EFSA kkonkludiet f'Novembru 2015 li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f'Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta' studji xjentifiċi oħra reċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat (11); |
|
I. |
billi artiklu xjentifiku reċenti rieżaminat bejn il-pari minn espert involut fl-iżvilupp ta' pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM li huma tolleranti għat-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fi prodotti ta' dekompożizzjoni ċitotossiċi (12); |
|
J. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠMs; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għaldaqstant it-tossiċità tal-metaboliti, jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika stess (13); |
Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
|
K. |
billi l-Istati Membri ssottomettew ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (14); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu li l-interazzjoni bejn l-erbiċidi, ir-residwi u l-metaboliti tagħhom użati fuq il-qamħirrum ĠM ma tistax tiġi eskluża u dan il-cocktail kimiku qatt ma ġie ttestjat minn perspettiva tossikoloġika qabel, u jista' jaffettwa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent u billi hemm ġene betalattamażi derivat mill-vettur (“bla”) fil-qamħirrum ĠM, ġene ta' reżistenza għall-antibijotiċi li jinattiva peniċillini ta' importanza kritika; |
|
L. |
billi skont awtorità kompetenti ta' Stat Membru (15), filwaqt li l-applikant isostni li l-informazzjoni xjentifika fl-applikazzjoni hija kunfidenzjali, dan imur kontra l-Konvenzjoni ta' Aarhus li tistabbilixxi d-dritt tal-pubbliku li jaċċessa l-informazzjoni ambjentali; |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
|
M. |
billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (16); billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDG”) tan-NU għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b'mod sostanzjali n-numru ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (17); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla li hija maħsuba biex tiġi ttrattata bl-erbiċidi tal-glufosinate, tal-glifosat, tal-AOPP u tat- 2,4-D, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' esponiment akbar tal-ħaddiema u tal-ambjent huwa ta' tħassib partikolari b'rabta mal-għelejjel ĠM li jittolleraw l-erbiċidi, minħabba l-volumi ogħla ta' erbiċidi użati; |
|
N. |
billi, skont studju evalwat bejn il-pari ppubblikat fl-2020, Roundup, wieħed mill-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat l-aktar użati fid-dinja jista' jikkawża telfien tal-bijodiversità, u b'hekk jagħmel lill-ekosistemi aktar vulnerabbli għat-tniġġis u t-tibdil fil-klima (18); |
|
O. |
billi l-Unjoni, bħala parti għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU (“NU KDB”), għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni jew il-kontroll tagħha ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ta' Stati oħra (19); |
|
P. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi fatturi leġittimi bħal dawn għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont il-UN SDGs, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u n-NU KDB; |
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
|
Q. |
billi l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma ta l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi l-votazzjoni fis-26 ta' April 2022 tal-Kumitat tal-Appell imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, għal darb'oħra ma tat l-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra (li jirrappreżentaw 35,72 % tal-popolazzjoni tal-UE) u 3 Stati Membri astjenew (li jirrappreżentaw 34,53 % tal-popolazzjoni), 10 Stati Membri biss ivvotaw favur (li jirrappreżentaw 29,75 % tal-popolazzjoni); |
|
R. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi bħala problematiku l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM qegħdin jibqgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favurihom, u dan ġeneralment jirrappreżenta tabilħaqq l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti iżda saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; |
|
S. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq ta' OĠMs għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta' OĠMs fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 27 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' OĠMs; billi l-ebda minn dawk l-OĠMs ma kellhom maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur l-awtorizzazzjoni tagħhom; billi r-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu n-nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
|
T. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠMs; |
|
U. |
billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠMs meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (20); |
|
1. |
Iqis li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/797 tisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
|
2. |
Iqis li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/797 mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/797; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, minħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta' erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema; |
|
5. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f'ittra datata l-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta' deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar OĠMs (22); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien 'l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠMs għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, in-NU KDB u l-SDGs tan-NU; itenni t-talba tiegħu li l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (23); |
|
7. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (24), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għan-negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠMs meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favurihom; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 141, 20.5.2022, p. 116.
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/6942
(5) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠMs. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0024). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0025). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0062). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4) li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0063). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0115). |
(6) Opinjoni tal-EFSA, p. 3.
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 ( ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).
(8) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta' għelejjel modifikati ġenetikament fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(9) Ir-regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(10) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=search.as
(11) Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, u https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/
(12) Lurquin, P.F., “Production of a toxic metabolite in 2,4-D-resistant GM crop plants” (Produzzjoni ta' metabolit tossiku f'pjanti tar-raba' ĠM reżistenti għal 2,4-D), 3 Biotech 6, 82 (2016), https://doi.org/10.1007/s13205-016-0387-9
(13) Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA “Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005” (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12,https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(14) Kummenti tal-Istati Membri, aċċessibbli permezz tal-portal tal-EFSA OpenEFSA: https://open.efsa.europa.eu/
(15) idem, p. 75.
(16) https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/
(17) https://indicators.report/targets/3-9/
(18) https://www.mcgill.ca/newsroom/channels/news/widely-used-weed-killer-harming-biodiversity-320906
(19) Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, Artikolu 3: https://www.cbd.int/convention/articles/?a=cbd-03
(20) Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur il-Kumitat ta' Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(21) Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(22) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(23) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.