|
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/56 |
P9_TA(2022)0386
Ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0068/2022 – C9-0352/2022 – 2022/0905(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2022 għall-ħatra ta' Dominique Laboureix bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0352/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0259/2022), |
|
A. |
billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (a), ta' dak ir-Regolament għandu jinħatar fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja; |
|
B. |
billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
|
C. |
billi f'konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-28 ta' Settembru 2022 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni; |
|
D. |
billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament; |
|
E. |
billi fit-12 ta' Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta biex Dominique Laboureix jinħatar bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament; |
|
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
|
G. |
billi, fl-24 ta' Ottubru 2022, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Dominique Laboureix, li fiha hu għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat; |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Dominique Laboureix bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.