|
27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 493/148 |
P9_TA(2022)0220
Ħatra ta' membru fil-bord tal-għażla għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-ħatra ta' Margreet Fröberg fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (2022/2043(INS))
(2022/C 493/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu (B9-0290/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Margreet Fröberg tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939; |
|
1. |
Jipproponi li Margreet Fröberg tinħatar fil-bord tal-għażla; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |