|
6.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 465/212 |
P9_TA(2022)0134
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – George Marius Hyzler
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2022 dwar il-ħatra proposta ta' George Marius Hyzler għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0043/2022 – 2022/0803(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2022/C 465/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0043/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2022), |
|
A. |
billi, bl-ittra tal-10 ta' Frar 2022, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' George Marius Hyzler għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
B. |
billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tal-kandidat għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu; |
|
C. |
billi dan il-Kumitat imbagħad, fil-21 ta' April 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' George Marius Hyzler għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri. |