Brussell, 22.11.2022

COM(2022) 900 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

dwar l-Abbozz ta’ Pjanijiet Baġitarji għall-2023: Valutazzjoni Ġenerali


Sommarju eżekuttiv

Din il-Komunikazzjoni tiġbor fil-qosor il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 ippreżentati mill-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-Kroazja, u s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali fiż-Żona tal-Euro, inkluża l-pożizzjoni fiskali aggregata, kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 473/2013.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tqis ix-xokk makroekonomiku relatat mal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, kif ukoll l-implikazzjonijiet fit-tul tiegħu fuq il-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE u l-applikazzjoni kontinwa tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fl-2023. Il-valutazzjoni hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-politika fiskali adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Din il-gwida tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej. Għall-2023, l-Istati Membri b’dejn għoli għandhom jiżguraw politika fiskali prudenti, b’mod partikolari billi jżommu ż-żieda fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju. L-Istati Membri b’dejn baxx/medju jenħtieġ li jiżguraw li ż-żieda fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali tkun konformi ma’ pożizzjoni ta’ politika ġeneralment newtrali. Fiż-żewġ każijiet, il-valutazzjoni tal-konformità mal-gwida fiskali jenħtieġ li tqis l-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu lill-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. L-Istati Membri kollha ntalbu jkunu lesti jaġġustaw l-infiq attwali għas-sitwazzjoni li qed tevolvi. Ġew irrakkomandati wkoll jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija filwaqt li jqisu l-inizjattiva REPowerEU, inkluż bl-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF) u ta’ fondi oħra tal-Unjoni.

L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 u l-valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

1.Skont it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, fl-2023 it-tkabbir ekonomiku huwa pproġettat li jkun baxx iżda pożittiv, u jilħaq iż-0,3 % fiż-Żona tal-Euro, fl-istess ħin li l-inflazzjoni se tkun għolja filwaqt li l-politiki fiskali u monetarji se jiġu normalizzati. L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għandhom it-tendenza li jpinġu xenarji makroekonomiċi aktar favorevoli.

2.Fl-2022 id-defiċits tal-gvern komplew jonqsu sostanzjalment mill-ogħla livelli li ntlaħqu fl-2020 (7 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro), minħabba l-irkupru ekonomiku qawwi u t-tneħħija gradwali tal-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19. Madankollu, fl-2022 id-defiċits mistennija jkunu ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-2019 fl-Istati Membri kollha taż-Żona tal-Euro (3,5 % tal-PDG għaż-Żona tal-Euro). Dan jirriżulta minn miżuri temporanji residwi relatati mal-pandemija, miżuri ta’ rkupru, miżuri espansjonarji mhux temporanji oħra u mill-miżuri l-ġodda li ġew adottati biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija. L-ispiża baġitarja netta ta’ dan tal-aħħar mistennija tilħaq il-1,3 % tal-PDG. Anqas biss 30 % ta’ dawn il-miżuri ma huma mmirati. Bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-miżuri tal-enerġija huma miżuri tal-prezzijiet, li jistgħu jnaqqsu l-inċentivi li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Fl-2022 id-defiċit mistenni jibqa’ ogħla minn 3 % tal-PDG f’10 Stati Membri taż-Żona tal-Euro.

3.Fl-2023, filwaqt li l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jindikaw tnaqqis ulterjuri fid-defiċit fiż-Żona tal-Euro għal 3,2 % tal-PDG, it-tbassir tal-Kummissjoni jipproġetta żieda għal 3,7 %. Din id-differenza tirrifletti wkoll kwistjoni ta’ żmien, billi xi Pjanijiet tħejjew qabel ferm it-tbassir tal-Kummissjoni.

4.Bħalissa l-ispiża baġitarja netta tal-miżuri tal-enerġija għall-2023 fiż-Żona tal-Euro hija mbassra li tilħaq iż-0,9 % tal-PDG. Din il-proġettazzjoni hija bbażata l-aktar fuq il-pakketti ta’ politika sinifikanti fuq sena sħiħa li tħabbru minn għadd żgħir ta’ Stati Membri kbar. Fl-istess ħin, xi Stati Membri għadhom ma ħabbru l-ebda miżura tal-enerġija għall-2023 jew il-miżuri tagħhom tħabbru li se jiskadu fil-bidu tal-2023. Jekk il-miżuri tal-enerġija li diġà tħabbru jinżammu fis-seħħ għas-sena sħiħa, l-ispiża netta tagħhom tista’ tiżdied b’madwar 1 % tal-PDG.

5.Fl-2023 il-proporzjon tad-dejn għall-PDG iż-Żona tal-Euro previst ikompli jonqos għal madwar 92 % (meta mqabbel mad-99 % tal-2020), kemm skont l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji kif ukoll skont it-tbassir tal-Kummissjoni. Fil-ftit żmien li ġej it-tkabbir nominali għoli li jirriżulta mill-inflazzjoni għolja se jappoġġa t-tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn. Id-differenzjali tat-tkabbir tal-imgħax se jsir aktar favorevoli, speċjalment fi Stati Membri b’dejn għoli, billi rati tal-imgħax ogħla jikkontribwixxu għal nefqa li tkun biss gradwalment ogħla fuq l-imgħax - u dan minħabba l-maturità twila tad-djun pubbliċi. Fl-2023 sitt Stati Membri taż-Żona tal-Euro huma pproġettati li jibqgħu bi proporzjon tad-dejn ogħla minn 100 % tal-PDG (il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall), b’żieda ulterjuri pproġettata għall-Belġju biss.

6.Fl-2022 il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro hija pproġettata li tibqa’ ċarament espansjonarja, b’madwar 2¼ % tal-PDG, wara l-politika espansjonarja tal-2020 (¼ % tal-PDG) u tal-2021 (1¼ % tal-PDG). Il-pożizzjoni fiskali titkejjel bħala l-bidla fin-nefqa primarja netta relattiva għat-tkabbir potenzjali fuq terminu medju. Dan jinkludi l-miżuri kollha relatati mal-enerġija li tħabbru mill-Istati Membri taż-Żona tal-Euro iżda jeskludi l-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19. Il-biċċa l-kbira ta’ din il-pożizzjoni espansjonarja (qrib iż-2 pp tal-PDG) hija dovuta għaż-żieda fin-nefqa kurrenti primarja netta, li żewġ terzi minnha jirriflettu l-miżuri msemmija hawn fuq biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija.

7.Fl-2022 l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali u n-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u minn fondi oħra tal-UE (madwar ¼ pp tal-PDG) mistennija jkomplu jappoġġaw l-irkupru u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

8.Għall-2023, il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro hija pproġettata li tkun ġeneralment newtrali, wara espansjoni fiskali kumulattiva ta’ 3¾ % tal-PDG fil-perjodu 2020-2022. Fl-2023 in-nefqa kurrenti primarja netta mistennija tagħti kontribuzzjoni kemxejn restrittiva għall-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro u dan minħabba l-impatt nett aktar baxx tal-miżuri relatati mal-enerġija meta mqabbel mal-2022.

9.L-investiment iffinanzjat nazzjonalment u n-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u minn fondi oħra tal-UE mistennija jipprovdu aktar appoġġ għat-tkabbir taż-Żona tal-Euro fl-2023 (bi ¼ pp tal-PDG), filwaqt li jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija.

10.Il-pożizzjoni fiskali pproġettata taż-Żona tal-Euro għall-2023, kif ukoll l-iżviluppi sottostanti tan-nefqa kurrenti primarja netta u tal-investiment huma ġeneralment konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 u mad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar ir-rispons tal-politika fiskali għal prezzijiet għoljin tal-enerġija u pressjonijiet inflazzjonarji tat-3 ta’ Ottubru 2022. Din id-dikjarazzjoni li ssemmiet l-aħħar sejħet biex ma jitwettqux politiki li jżidu mal-pressjonijiet inflazzjonarji. Madankollu, minħabba l-inċertezza rigward l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-enerġija u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-estensjoni possibbli tal-miżuri tal-enerġija sal-2023 għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, hemm riskju li eventwalment il-pożizzjoni fiskali tista’ ssir aktar espansjonarja milli pproġettati bħalissa.

L-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 jiffukaw fuq il-konsistenza mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni mhijiex qed tippubblika Opinjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-2023 tal-Italja li ġie ppreżentata mill-gvern li wasal fi tmiemu fl-10 ta’ Ottubru. Minflok, aktar ’il quddiem il-Kummissjoni se tippubblika opinjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju aġġornat għall-2023 li mistenni jiġi ppreżentat dalwaqt mill-gvern il-ġdid. Dan li ġej huwa sommarju tal-Opinjonijiet tal-Kummissjoni, li huma bbażati fuq it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni.

Stati Membri b’dejn għoli (il-Belġju, Franza, il-Greċja, il-Portugall u Spanja)

·It-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali ta’ Franza, il-Greċja u Spanja huwa pproġettat li se jkun anqas mit-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju, b’kunsiderazzjoni tal-appoġġ temporanju u mmirat għall-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża tal-assistenza lin-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Dan mhuwiex il-każ għall-Belġju fejn it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali jaqbeż it-tkabbir potenzjali, b’kunsiderazzjoni tal-appoġġ temporanju u mmirat għall-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Fir-rigward tal-Portugall, iż-żieda fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali hija pproġettata li tqarreb it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju, b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis ippjanat fil-miżuri b’reazzjoni għall-prezzijiet għoljin tal-enerġija, inkluż f’appoġġ temporanju u mmirat għal unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli.

·L-Istati Membri qed jippjanaw li jiffinanzjaw l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi jużaw l-RRF u fondi oħra tal-UE, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Meta mqabbel mal-2022, fl-2023 l-investiment pubbliku totali bħala perċentwal tal-PDG mistenni jiżdied jew jibqa’ stabbli fl-2022 fl-Istati Membri kollha minbarra Franza u l-Greċja. Il-Belġju, Franza, il-Greċja, il-Portugall u Spanja qed jippjanaw li jżommu d-daqs tal-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, billi mill-2022 sal-2023 huwa pproġettat li jiżdied jew jibqa’ stabbli. Il-kontribuzzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u mill-fondi tal-UE għall-pożizzjoni fiskali ġenerali hija espansjonarja jew newtrali fl-Istati Membri kollha, ħlief fi Franza u fil-Greċja.

·B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-Opinjoni li l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji ta’ Franza, il-Greċja u Spanja huma konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022, filwaqt li dak tal-Belġju huwa parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni, u dak tal-Portugall jirriskja li ma jkun biss parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni.

Stati Membri b’dejn baxx/medju (l-Awstrija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja)

·Il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali fl-2023 tvarja bejn l-Istati Membri:

oRestrittiva (bejn + 0,5 % u + 2,3 % tal-PDG - skont il-konvenzjoni, sinjal negattiv jindika pożizzjoni espansjonarja): Il-Latvja, l-Irlanda, Ċipru u Malta

oĠeneralment newtrali (bejn -0,1 % u -0,2 % tal-PDG): Il-Kroazja, l-Awstrija u l-Finlandja.

oEspansjonarja (bejn -0,4 % u -2,6 % tal-PDG): Il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja

·Il-kontribuzzjoni tan-nefqa kurrenti tagħhom iffinanzjata fil-livell nazzjonali (netta minn miżuri ġodda ta’ dħul) għall-pożizzjoni fiskali ġenerali fl-2023 tvarja wkoll bejn Stat Membru u ieħor:

oRestrittiva (bejn + 0,4 u + 1,7 punti perċentwali): Il-Kroazja, il-Latvja, l-Irlanda, Ċipru u Malta

oĠeneralment newtrali (madwar żero punti perċentwali): Il-Finlandja u n-Netherlands

oEspansjonarja (bejn -0,3 u + -1,7 punti perċentwali): L-Awstrija, il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, is-Slovenja u s-Slovakkja. Fil-każijiet kollha, dan ma jirriżultax mill-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu lill-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna.

·L-Istati Membri qed jippjanaw li jiffinanzjaw l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi jużaw l-RRF u fondi oħra tal-UE, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Meta mqabbel mal-2022, fl-2023 l-investiment pubbliku totali bħala perċentwal tal-PDG mistenni jiżdied jew jibqa’ stabbli fl-Istati Membri kollha b’dejn baxx/medju. L-Istati Membri kollha qed jippjanaw li jħarsu l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Latvja u Malta fejn huwa pproġettat li jonqos mill-2022 għall-2023. Il-kontribuzzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u mill-fondi tal-UE għall-pożizzjoni fiskali ġenerali hija espansjonarja jew newtrali fl-Istati Membri kollha, ħlief fil-Ġermanja.

·B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-Opinjoni li l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-Kroazja, Ċipru, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja u Malta huma konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Awstrija, il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja huma parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni.

Filwaqt li l-Istati Membri mill-ewwel użaw miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, l-estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew il-promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal żieda ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali u għal żieda fid-defiċit u d-dejn ipprġettati tal-gvern fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti aħjar, biex iħarsu l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jitneħħew hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija.



I.Introduzzjoni 

Il-koordinazzjoni tal-politiki baġitarji nazzjonali hija parti importanti mill-qafas tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. 1 Sabiex tkun tista’ ssir din il-koordinazzjoni, l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jippreżentaw l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tas-sena ta’ wara lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-Euro sa nofs Ottubru. Dawn il-pjanijiet jiġbru fil-qosor l-abbozzi ta’ baġits li l-gvernijiet biħsiebhom jippreżentaw lill-parlamenti nazzjonali. Il-Kummissjoni tipprovdi Opinjoni dwar kull pjan, u tivvaluta jekk il-pjan ikunx konformi mal-obbligi tal-Istat Membru skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. L-Opinjonijiet tal-Kummissjoni jipprovdu parir politiku lill-gvernijiet nazzjonali u jinfurmaw lill-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jgħinu bl-adozzjoni ta’ baġits konformi mar-regoli fiskali tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Il-Kroazja se ssir Stat Membru taż-Żona tal-Euro fl-1 ta’ Jannar 2023 u ddeċidiet, fuq bażi volontarja, li tippreżenta l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tagħha għall-2023. Il-pjan tal-Kroazja huwa għalhekk inkluż f’din il-Komunikazzjoni u l-Kummissjoni pprovdiet Opinjoni dwaru. Il-gvernijiet li għadhom kemm spiċċaw il-leġiżlatura tagħhom fl-Italja u fil-Latvja ppreżentaw Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji bbażati fuq politiki mhux mibdula; għalhekk, iċ-ċifri baġitarji tal-2023 għal dawn il-pajjiżi ppreżentati f’din il-Komunikazzjoni ma jirrappreżentawx miri ta’ politika. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni baġitarja u l-prospetti fiż-Żona tal-Euro kollha kemm hi.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet fiskali adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Inċertezza akbar u riskji negattivi qawwija għall-perspettiva ekonomika fil-kuntest tal-gwerra fl-Ewropa, żidiet bla preċedent fil-prezzijiet tal-enerġija u disturbi kontinwi fil-katina tal-provvista ġġustifikaw l-estensjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir sal-2023, li ġiet attivata mill-Kummissjoni u mill-Kunsill f’Marzu 2020 2 . F’dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet fiskali tal-Kunsill ġew ifformulati f’termini kwalitattivi b’bażi kwantitattiva, b’xi differenzjazzjonijiet importanti bbażati fuq l-isfidi tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri.

Għall-2023, il-Kunsill irrakkomanda li ssir enfasi fuq id-direzzjoni ġenerali u l-kompożizzjoni tal-pożizzjoni fiskali, inkluża n-nefqa ffinanzjata mill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF) u minn fondi oħra tal-UE. Il-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 huma esklużi mill-pożizzjoni fiskali. Il-Kunsill irrakkomanda lill-Istati Membri b’dejn għoli (il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall) jenħtieġ li jiżguraw politika fiskali prudenti, b’mod partikolari billi jżommu ż-żieda fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali anqas mill-output potenzjali fuq terminu medju. L-Istati Membri b’dejn baxx/medju ġew irrakkomandati jiżguraw li ż-żieda tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali jkun konformi ma’ pożizzjoni ta’ politika ġeneralment newtrali. Fiż-żewġ każijiet, ir-rakkomandazzjonijiet appellaw għall-kunsiderazzjoni tal-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu lill-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu lesti jaġġustaw l-infiq attwali għas-sitwazzjoni li qed tevolvi. L-Istati Membri ġew irrakkomandati wkoll jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija filwaqt li jqisu l-inizjattiva REPowerEU, inkluż bl-użu tal-Faċilità għall-RRF u ta’ fondi oħra tal-Unjoni.

Għall-perjodu ta’ wara l-2023, l-Istati Membri kollha ġew rakkomandati li jsegwu politika fiskali mmirata lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq perjodu ta’ żmien medju. L-Istati Membri b’dejn għoli ġew rakkomandati wkoll jiżguraw tnaqqis kredibbli u gradwali tad-dejn u sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju permezz ta’ konsolidazzjoni gradwali, investiment u riformi.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni jinqasam fi tnejn: L-ewwel nett, tipprovdi stampa aggregata tal-politika baġitarja fil-livell taż-Żona tal-Euro, hija u tibni fuq valutazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023. It-tieni, tipprovdi ħarsa ġenerali tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji fil-livell tal-pajjiż u tispjega l-approċċ tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, b’enfasi partikolari fuq il-miżuri baġitarji biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija meħuda, jew imħabbra b’mod kredibbli, mill-gvernijiet, u fuq il-kwalità tal-miżuri tal-enerġija.

 Tabella 1: Sommarju tal-valutazzjoni tal-konsistenza tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill

Pożizzjoni fiskali ġenerali

Kontribuzzjoni tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali għall-pożizzjoni fiskali

Bil-kunsiderazzjoni tal-ispejjeż immirati relatati mal-enerġija u mar-refuġjati: l-ebda bidla fil-konklużjoni

Tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali anqas mit-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju

Bil-kunsiderazzjoni tal-ispejjeż immirati relatati mal-enerġija u mar-refuġjati: l-ebda bidla fil-konklużjoni

Investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija

Valutazzjoni Kumplessiva

Żamma ta’ investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali

Kontribuzzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u mill-fondi tal-UE

Stati Membri b’dejn baxx/medju

L-Awstrija

*

Il-Kroazja

*

Ċipru

*

L-Estonja

*

Il-Finlandja

*

Il-Ġermanja

*

L-Irlanda

*

Il-Latvja

*

Il-Litwanja

*

Il-Lussemburgu

*

Malta

*

In-Netherlands

*

Is-Slovenja

*

Is-Slovakkja

*

Stati Membri b’dejn għoli

Il-Belġju

*

*

Franza

*

*

Il-Greċja

*

*

Il-Portugall

*

*

1

Spanja

*

*

* F’din it-tabella ġew inklużi biss l-elementi rilevanti għall-konsistenza tal-Istati Membri mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Għal Stati Membri b’dejn baxx/medju, ir-Rakkomandazzjoni ma tikkonċernax żieda fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment li tkun anqas mit-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju, filwaqt li għall-Istati Membri b’dejn għoli, ir-Rakkomandazzjoni ma tirreferix għall-pożizzjoni fiskali ġenerali u lanqas għall-kontribuzzjoni tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali għall-pożizzjoni fiskali.

1 Fir-rigward tal-Portugall, iż-żieda fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali hija pproġettata li tqarreb it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju, b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis ippjanat fil-miżuri b’reazzjoni għall-prezzijiet għoljin tal-enerġija, inkluż f’appoġġ temporanju u mmirat għal unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli.



II Konstatazzjonijiet ewlenin dwar iż-Żona tal-Euro

Perspettiva ekonomika

Graff 2.1Żona tal-Euro: tkabbir reali tal-PDG, 2019-2023 (%)

Nota: Franza ma ppreżentatx il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022, u għalhekk mhijiex inkluża fiċ-ċifri aggregati tal-SP2022 taż-Żona tal-Euro.

Sorsi: L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (APB 2023) tal-2023, it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea (AF2022), u l-Programmi ta’ Stabbiltà (PS2022) tal-2022.

Fl-2022 l-ekonomija taż-Żona tal-Euro tirkupra bis-sod wara l-pandemija, iżda l-attività ekonomika mistennija tonqos drastikament fl-2023, hekk kif l-inflazzjoni se togħla. F’termini trimestrali, il-PDG reali taż-Żona tal-Euro diġà laħaq il-livell tiegħu ta’ qabel il-pandemija (l-aħħar trimestru tal-2019) fit-tielet kwart tal-2021, bis-saħħa tas-sitwazzjoni tas-saħħa mtejba u l-appoġġ politiku effettiv fil-livell nazzjonali u tal-UE. L-attività ekonomika baqgħet reżiljenti sat-tielet trimestru tal-2022, minkejja ċirkustanzi diffiċli sinifikanti. Il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, bit-tnaqqis fil-provvista tal-gass naturali mir-Russja lejn l-Ewropa, żdiedu mal-ostakli u t-tfixkil li diġà kien hemm fil-ktajjen tal-provvista globali. Il-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew wasslu biex l-inflazzjoni tal-HICP taż-Żona tal-Euro laħqet livelli eċċezzjonalment għoljin (10,6 % f’Ottubru 2022) u għaż-żieda fid-differenzjal tal-inflazzjoni bejn l-Istati Membri minħabba taħlitiet tal-enerġija nazzjonali differenti u miżuri ta’ politika fiskali mhux uniformi. Minkejja l-inflazzjoni għolja, il-konsum privat kompla jirkupra fl-ewwel tliet trimestri tal-2022, bis-saħħa tal-ftuħ mill-ġdid tas-servizzi ta’ kuntatt kollha, id-domanda pendenti relatata mal-iffrankar storikament għoli akkumulat fl-2020 u l-2021 u l-appoġġ tal-gvernijiet biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija. Madankollu, ix-xokk fil-prezz tal-enerġija qed jaffettwa b’mod sinifikanti t-termini tal-kummerċ tal-ekonomija taż-Żona tal-Euro u, konsegwentement, l-introjtu disponibbli reali tal-unitajiet domestiċi u l-profitti reali tad-ditti. Dan huwa mbassar li jissarraf fi tnaqqis fil-konsum privat u fl-investiment fit-trimestri li ġejjin. L-investiment kien diġà beda jnaqqas ir-ritmu minħabba inċertezza għolja u kundizzjonijiet ta’ finanzjament inqas favorevoli, filwaqt li l-irkupru tat-turiżmu barrani appoġġa l-esportazzjonijiet. L-indikaturi disponibbli jindikaw telf kontinwu ta’ momentum, u t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni jbassar reċessjoni teknika, b’żewġ riżultati negattivi b’rabta mal-PDG reali fl-aħħar kwart tal-2022 u fl-ewwel kwart tal-2023. B’mod ġenerali fl-2022 l-ekonomija taż-Żona tal-Euro mbassra tikber bi 3,2 %, riżultat li jsegwi ’l dak tal-irkupru, li fl-2021 ġie rreġistrat li jlaħħaq il-5,3 %. B’riżultat ta’ dan, fl-2022 il-livell tal-PDG reali annwali mistenni li jkun aktar minn 2 pp ogħla mil-livell ta’ qabel il-pandemija tal-2019.

Il-proġettazzjonijiet makroekonomiċi li jinsabu fil-bażi tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji u t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni huma qrib għall-2022 iżda jvarjaw b’mod sinifikanti għall-2023. Il-proġettazzjonijiet għat-tkabbir tal-PDG reali taż-Żona tal-Euro ta’ 3,4 % fl-2022 li jinsabu fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji huma biss kemxejn aktar favorevoli mit-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni (il-Graff 2.1 u t-Tabella IV.1 tal-Anness). Għall-2023, filwaqt li t-tbassir tal-Kummissjoni jistenna li l-ekonomija taż-Żona tal-Euro tistaġna b’mod ġenerali, bi tkabbir ta’ 0,3 % biss, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji xorta qed jipproġettaw li l-attività ekonomika tkompli turi tkabbir sod, għalkemm b’pass ħafna aktar baxx (1,6 %) milli fl-2022. Il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022 kienu saħansitra aktar ottimisti, bi tkabbir ekonomiku pproġettat li jkun 2,6 % għall-2023.

Ir-riskji għat-tkabbir ekonomiku fl-2023 huma negattivi, minħabba pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, restrizzjonijiet fil-provvista tal-enerġija u kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti. It-tensjonijiet ġeopolitiċi, u speċjalment il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jimplikaw inċertezza kbira għall-ekonomija taż-Żona tal-Euro. Il-provvista tal-gass għandha tkun biżżejjed għax-xitwa li ġejja, iżda s-sigurtà tal-enerġija dejjiema u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika se jitolbu aktar investiment. L-inflazzjoni tista’ trabbi aktar l-għeruq u tkun ta’ piż fuq l-irkupru, filwaqt li ż-żieda fl-ispejjeż tas-self tista’ tamplifika l-vulnerabbiltajiet finanzjarji preeżistenti fis-settur korporattiv, li jista’ impatt fuq it-tkabbir. Barra minn hekk, il-potenzjal ta’ inkonsistenza bejn l-objettivi tal-politika fiskali u dawk tal-politika monetarja jista’ jkollha konsegwenzi negattivi. Fl-aħħar nett, ir-riskji li jirriżultaw mill-ekonomija dinjija għadhom kbar.

Perspettiva fiskali

Graff 2.2Żona tal-Euro: defiċit nominali, 2019-2023 (% tal-PDG)

Nota: Iċ-ċifri aggregati tal-PS2022 taż-Żona tal-Euro ma jinkludux id-data ta’ Franza, billi fl-2022 Franza ma ppreżentatx Programm ta’ Stabbiltà.

Sorsi: L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (APB) tal-2023, it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea, u l-Programmi ta’ Stabbiltà (PS) tal-2022.

Fl-2023 l-abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jipproġettaw tnaqqis ulterjuri fid-defiċit taż-Żona tal-Euro, filwaqt li t-tbassir tal-Kummissjoni jipprevedi żieda ħafifa (il-Graff 2.2 u t-Tabella IV.2 tal-Anness). Wara li naqas minn 7 % tal-PDG fl-2020 għal 5,1 % fl-2021, fl-2022 id-defiċit taż-Żona tal-Euro huwa pproġettat li jerġa’ jonqos kemm bl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji kif ukoll fit-tbassir tal-Kummissjoni (għal 3,9 % u 3,5 % tal-PDG rispettivament). Madankollu, fiż-Żona tal-Euro d-defiċit tal-2022 jibqa’ ferm ogħla mil-livell ta’ qabel il-pandemija tal-2019 (0,6 % tal-PDG), anki minħabba nefqa kurrenti mhux temporanja li ġiet implimentata wara l-pandemija. Għall-2023, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jindikaw tnaqqis ulterjuri ta’ 0,7 pp tad-defiċit tal-PDG fiż-Żona tal-Euro, għal 3,2 %. Madankollu, din il-proġettazzjoni tad-defiċit hija aktar favorevoli mit-tbassir tal-Kummissjoni, li għas-sena d-dieħla jipproġetta żieda ta’ 0,2 pp tad-defiċit tal-PDG, għal 3,7 %. Din iż-żieda moderata hija mbuttata minn stabbilizzaturi fiskali awtomatiċi fid-dawl tat-tnaqqis mistenni fir-ritmu ekonomiku, nefqa ogħla fuq l-imgħax u tnaqqis fid-dħul minħabba kompożizzjoni ta’ tkabbir b’anqas rendiment mit-taxxi. 3 . Dawn il-fatturi li jżidu d-defiċit huma mistennija li jibbilanċjaw aktar l-ispejjeż baġitarji netti aktar baxxi tal-miżuri relatati mal-enerġija - bil-kundizzjoni tal-konferma li matul l-2023 se titwaqqaf parti mill-miżuri relatati mal-enerġija (minn 1,3 % tal-PDG fl-2022 għal 0,9 % fl-2023) - u t-tneħħija gradwali totali tal-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 (li huma stmati għal 0,9 % tal-PDG fl-2022 - It-Tabella IV.4 tal-Anness). Il-maġġoranza tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro qed jippjanaw defiċit aktar baxx fl-2023 meta mqabbel mal-2022. Il-Greċja (bi 2,1 pp, għal 2,1 %), il-Ġermanja (b’1,6 pp, għal 2 %), u Spanja (b’1,1 pp, għal 3,9 %) qed jipjanaw tnaqqis ogħla minn 1 pp tal-PDG. Il-proġettazzjonijiet ogħla fit-tbassir tal-Kummissjoni jirriflettu wkoll kwistjoni ta’ żmien, billi xi Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tħejjew ferm qabel it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni. Fl-2023 10 Stati Membri taż-Żona tal-Euro jipproġettaw defiċit ogħla minn 3 % tal-PDG, inklużi erba’ Stati Membri b’dejn għoli (il-Belġju, Spanja, Franza u l-Italja).

Graff 2.3Żona tal-Euro: dejn pubbliku, 2019-2023 (% tal-PDG)

Nota: Franza ma ppreżentatx il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022, u għalhekk mhijiex inkluża fiċ-ċifri aggregati tal-SP2022 taż-Żona tal-Euro.

Sorsi: L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (APB) tal-2023, it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea, u l-Programmi ta’ Stabbiltà (PS) tal-2022.

Fl-2022 u fl-2023 kemm l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji kif ukoll it-tbassir tal-Kummissjoni t-tnejn jindikaw tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn għall-PDG (il-Graff 2.3 u t-Tabella IV.3 tal-Anness). Fl-2022 l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jipproġettaw proporzjon tad-dejn 4 li jilħaq l-94 % tal-PDG (tnaqqis minn 97 % fl-2021), li jerġa’ jonqos għal madwar 92 % fl-2023. 5 Din il-proġettazzjoni hija essenzjalment l-istess bħal fit-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni. Fl-2023 id-defiċit primarju se jkompli jkun ta’ piż fuq id-dinamika tad-dejn fiż-Żona tal-Euro (il-Graff 2.4).

Minħabba l-inflazzjoni għolja, fl-2023 id-differenzjal tat-tkabbir fir-rata tal-imgħax mistenni li jibqa’ favorevoli, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dejn. L-inflazzjoni tfaċċat għal għarrieda (imkejla bid-deflatur tal-PDG) u qed iżżid id-denominatur tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG, filwaqt li rati tal-imgħax ogħla qed jaffettwaw in-numeratur permezz ta’ nefqa tal-imgħax ogħla biss gradwalment, minħabba l-maturità pjuttost twila tad-djun pubbliċi fiż-Żona tal-Euro.  6 Dan l-effett “valanga” 7    li jnaqqas id-dejn huwa partikolarment qawwi fi Stati Membri b’dejn għoli. Fl-2023 qed jitbassar tnaqqis sinifikanti fil-proporzjon tad-dejn mal-PDG fil-Greċja, il-Portugall, Ċipru u l-Irlanda, pajjiżi li mistennija wkoll li juru surplus primarju. Fl-2023 sitt Stati Membri huma pproġettati li jibqgħu bi proporzjon tad-dejn ogħla minn 100 % tal-PDG (il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall), b’żieda ulterjuri pproġettata għall-Belġju biss.

It-tbassir tad-dejn għas-snin li ġejjin huma inċerti ħafna. Is-simulazzjonijiet stokastiċi, li japplikaw firxa kbira ta’ xokkijiet makroekonomiċi madwar ix-xenarju ċentrali, jissuġġerixxu li l-proporzjon tad-dejn għall-PDG taż-Żona tal-Euro x’aktarx li jkun bejn is-87% u t-98 % tal-PDG fl-2023 u bejn it-80% u l-102 % tal-PDG fl-2027 (l-Anness III). Minn naħa, diversi fatturi huma ta’ piż fuq is-sostenibbiltà fiskali. B’mod partikolari, l-ambjent inflazzjonarju għoli huwa mistenni li jaffettwa b’mod negattiv id-dinamiċi fit-tul tad-dejn pubbliku. Fuq żmien qasir il-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG huma pproġettati li jonqsu minħabba t-tkabbir nominali ogħla tal-PDG. Fuq medda itwal ta’ żmien, iż-żieda fir-rati tal-imgħax eventwalment se tikkontribwixxi għad-dinamika tad-dejn. Fl-isfond ta’ prospetti ta’ tkabbir inċerti, dan jirriskja li jkun ta’ detriment għall-iżviluppi tad-dejn fit-tul, li jindika l-importanza li jiġu implimentati riformi u investiment biex jitnieda mill-ġdid il-potenzjal tat-tkabbir u jiġu implimentati politiki fiskali responsabbli. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-għoti ta’ garanziji pubbliċi, inklużi dawk li ngħataw fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv id-dejn u d-defiċits pubbliċi jekk dawn jintalbu. 8 B’mod ġenerali, l-użu ta’ self garantit kien eteroġenu madwar l-Istati Membri - xi pajjiżi diġà kellhom ammonti importanti ta’ self garantit mill-Istat qabel ma faqqgħet il-pandemija (il-Kaxxa 1). Min-naħa l-oħra, diversi fatturi jimmitigaw ir-riskji għas-sostenibbiltà fiskali. Dawn il-fatturi jinkludu t-titwil tal-maturitajiet tad-dejn f’dawn l-aħħar snin (ara n-nota f’qiegħ il-paġna6), sorsi stabbli ta’ finanzjament u inizjattivi tal-UE bħall-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency, SURE) u, aktar importanti minn hekk, NextGenerationEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF), permezz tal-finanzjament tal-investiment u ta’ riformi li jtejbu t-tkabbir. Barra minn hekk, ishma kbar ta’ dejn tal-gvern, fil-medda ta’ bejn l-10 % u l-35 % għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi taż-Żona tal-Euro 9 , huma miżmuma mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Graff 2.4Dekompożizzjoni tal-bidla fil-proporzjon tad-dejn, 2023 (punti perċentwali tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea;



Kaxxa 1. Garanziji fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 

Il-garanziji tal-gvern u forom oħra ta’ appoġġ ta’ likwidità, b’mod partikolari d-differimenti tat-taxxa u s-self, kienu jikkostitwixxu parti importanti mill-miżuri ta’ appoġġ b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19. Ir-rappurtar fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jenfasizza li issa l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-miżuri fuq terminu qasir skadew; barra minn hekk, l-ammont ta’ garanziji maħruġa realment baqa’ tipikament aktar baxx (u ħafna drabi sostanzjalment aktar baxx) mill-ogħla livell tal-iskemi ta’ garanzija li kien tħabbar inizjalment. Il-ħruġ kumulattiv ta’ garanziji marbuta mal-COVID-19 mill-2020 huwa konsiderevolment aktar baxx minn dak matul il-kriżi finanzjarja globali. Madankollu, il-garanziji li nħarġu fl-2020 u fl-2021, kemm jekk direttament marbut mal-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll jekk le, affettwa b’mod viżibbli l-livell ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti pendenti f’xi Stati Membri taż-Żona tal-Euro, b’mod partikolari fl-Italja, fi Spanja, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Finlandja (ara l-Graff B1.1).

Graff B1.1 Żona tal-Euro: Stokk tal-garanziji tal-gvern, 2019-2021 (% tal-PDG)

Bħalissa l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji ma jagħtu l-ebda indikazzjoni dwar miżuri ta’ likwidità mifruxa implimentati minħabba l-kriżi tal-enerġija u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Madankollu, xi Stati Membri rrappurtaw miżuri bħal dawn fil-pjanijiet tagħhom: pereżempju, il-Finlandja ddeċidiet li toħroġ garanziji, self u arranġamenti simili għas-settur tal-enerġija, is-Slovenja qed tippjana li toħroġ garanziji biex tappoġġa kumpaniji tal-istat li joperaw fis-swieq internazzjonali tal-enerġija u l-Lussemburgu ddeċieda li jistabbilixxi skema ta’ garanzija tas-self biex itaffi r-riperkussjonijiet negattivi tal-prezzijiet tal-enerġija fuq il-kumpaniji.



Rispons fiskali għar-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna

L-Istati Membri ħadu miżuri fiskali mdaqqsa b’reazzjoni għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija li rriżultat fl-2022. L-Istati Membri implimentaw firxa ta’ politiki biex itaffu l-impatt ekonomiku u soċjali dirett taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi u d-ditti. F’dan il-kuntest, wieħed mill-objettivi ta’ politika ewlenin huwa l-ħarsien tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u tal-industriji intensivi fl-enerġija minn din il-volatilità tal-prezzijiet li nqalgħet għal għarrieda. It-tbassir tal-Kummissjoni jistma l-ispiża baġitarja netta ta’ miżuri diskrezzjonarji ġodda biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali fuq terminu qasir ta’ prezzijiet għoljin tal-enerġija tilħaq il-1,3 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro (iit-Tabella IV.5 tal-Anness). Il-parti l-kbira ta’ dawn il-miżuri tħabbru li kienu temporanji. Madankollu, filwaqt li madwar terz (jew 0,4 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro) minn dawn il-miżuri huma mmirati (għal aktar dettalji dwar kif dawn il-miżuri huma definiti ara t-Taqsima III, il-Kapitolu Valutazzjoni tal-miżuri għall-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija) lejn l-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għal żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija, żewġ terzi minnhom (jew 0,9 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro, nett mid-dħul minn profitti mhux mistennija minn kumpaniji tal-enerġija) mhumiex meqjusa bħala mmirati sew. Fl-2022, l-ispiża baġitarja tal-kenn u l-integrazzjoni tal-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna, wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, hija stmata għal 0,1 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro kollha kemm hi, b’xi differenzi bejn l-Istati Membri.

It-tneħħija gradwali tal-miżuri relatati mal-enerġija prevista għall-2023 hija bbażata fuq il-miżuri mħabbra fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji u soġġetta għal inċertezza marbuta mal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija, filwaqt li l-ispiża baġitarja biex jiġu protetti r-refuġjati mill-Ukrajna jenħtieġ li tibqa’ tkun pjuttost limitata. Fl-2023, skont it-tbassir tal-Kummissjoni, l-ispiża baġitarja netta tal-miżuri relatati mal-enerġija fiż-Żona tal-Euro hija mbassra li tonqos għal 0,9 % tal-PDG, billi xi Stati Membri adottaw (jew ħabbru) miżuri għal ftit xhur tas-sena d-dieħla biss jew inkella l-ebda miżura. Għalhekk, fl-2023 l-estensjoni jew l-adozzjoni ta’ miżuri ġodda relatati mal-enerġija x’aktarx li żżid l-ispejjeż baġitarji netti ta’ dawn il-miżuri, minkejja taxxi addizzjonali imposti fuq il-profitti żejda tal-kumpaniji tal-enerġija, b’1 % addizzjonali tal-PDG fiż-Żona tal-Euro, li jilħqu qrib it-2 % tal-PDG fl-2023 (għal aktar dettalji ara t-Taqsima III, il-Kapitolu Valutazzjoni tal-miżuri għall-aktar unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija). L-ispiża baġitarja tal-kenn u l-integrazzjoni tal-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna, wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, hija stmata li se tibqa’ 0,1 % tal-PDG fiż-Żona tal-Euro.



Valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro 10

Graff 2.5Il-pożizzjoni u l-komponenti fiskali taż-Żona tal-Euro, 2020–2023 (% tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea

Il-pożizzjoni fiskali aggregata taż-Żona tal-Euro baqgħet espansjonarja ħafna fl-2022.  Fuq il-bażi tat-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro kompliet tkun espansjonarja fl-2022, b’madwar 2¼ % tal-PDG, wara espansjonijiet ta’ 1¼ % u ¼ % tal-PDG irreġistrati fl-2021 u fl-2020, rispettivament (il-Graff 2.5). Il-pożizzjoni fiskali tinkludi l-impuls kemm mill-baġits nazzjonali kif ukoll tal-UE, iżda teskludi l-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 11 . Il-miżuri kollha relatati mal-enerġija huma inklużi fil-pożizzjoni fiskali. Madankollu, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022, fil-valutazzjoni tagħha din il-Komunikazzjoni tqis l-appoġġ temporanju u mmirat lill-unitajiet domestiċi u lid-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna.

B’mod ġenerali, fl-2022, l-iżvilupp fl-infiq kurrenti primarju nett jidher li kien espansjonarju ħafna. In-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fuq livell nazzjonali hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-pożizzjoni espansjonarja fl-2022, bi kważi 2 punti perċentwali tal-PDG. Madwar żewġ terzi tal-kontribuzzjoni espansjonarja hija relatata mal-miżuri meħuda mill-gvernijiet biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi u d-ditti. Dawk il-miżuri jidhru, fil-biċċa l-kbira, b’bażi wiesgħa, mhux immirati lejn gruppi vulnerabbli. It-terz li jifdal huwa relatat maż-żieda fl-infiq kurrenti nett sottostanti, speċjalment it-trasferimenti soċjali, b’rata ogħla mit-tkabbir potenzjali fuq jodu medju. Din ix-xejra espansjonarja kkontribwiet għall-appoġġ tad-domanda domestika filwaqt li żiedet ma’ pressjonijiet inflazzjonarji u ta’ piż fuq il-pożizzjoni fiskali ta’ diversi Stati Membri, inklużi Stati Membri b’dejn għoli. Aktar kontribuzzjonijiet espansjonarji (madwar ¼ pp tal-PDG) huma mistennija fl-2022 minn investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali u nfiq imħallas mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE.

Wara tliet snin ta’ espansjoni fiskali, il-pożizzjoni fiskali għall-2023 bħalissa hija mbassra li tkun ġeneralment newtrali, bil-kundizzjoni li l-miżuri relatati mal-enerġija ppjanati, jitreġġgħu lura. It-tbassir tal-Kummissjoni, li jinkorpora l-informazzjoni pprovduta fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji, jindika li l-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro ssir ġeneralment newtrali fl-2023. Din il-pożizzjoni għandha titqies fil-kuntest ta’ espansjoni kumulattiva ta’ 3¾ % tal-PDG fil-perjodu ta’ wara l-pandemija 2020-2022. Barra minn hekk, din il-pożizzjoni fiskali newtrali tassumi riduzzjoni parzjali tal-miżuri relatati mal-enerġija meta mqabbla mal-2022, li hija soġġetta għal inċertezza (għal aktar dettalji ara t-Taqsima III, il-Kapitolu Valutazzjoni tal-miżuri għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija).

L-investiment u n-nefqa ffinanzjati nazzjonalment iffinanzjati mill-għotjiet tal-RRF u minn fondi oħra tal-UE huma mistennija li jespandu aktar fl-2023. Din iż-żieda addizzjonali fl-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir (b’madwar ¼ % tal-PDG) se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-enerġija importata mill-fjuwils fossili, b’mod partikolari mir-Russja. Barra minn hekk, l-appoġġ fiskali mistenni biex jiffinanzja l-investimenti pubbliċi u privati kif ukoll ir-riformi li jsaħħu l-investiment se jkollhom impatt pożittiv fuq it-tkabbir potenzjali u b’hekk fuq is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju.

L-infiq kurrenti primarju nett jipprovdi kontribuzzjoni kemxejn restrittiva fl-2023. L-impatt nett stmat aktar baxx tal-miżuri relatati mal-enerġija fiż-Żona tal-Euro jispjega fil-biċċa l-kbira din il-kontribuzzjoni restrittiva ta’ madwar ½ pp tal-PDG. Madankollu, din il-valutazzjoni tista’ tiġi riveduta jekk il-miżuri eżistenti jiġu estiżi jew jekk jintuża appoġġ ulterjuri fil-każ ta’ prezzijiet tal-enerġija persistentement għoljin.

Il-pożizzjoni fiskali mbassra taż-Żona tal-Euro, kif ukoll l-iżvilupp sottostanti tan-nefqa kurrenti primarja netta u l-investiment, jidhru li huma konsistenti mar-rakkomandazzjoni fiskali għall-2023. B’mod ġenerali, il-politiki fiskali ppjanati għall-2023 bħalissa mhumiex mistennija jikkontribwixxu għal pressjonijiet inflazzjonarji min-naħa tad-domanda u kieku jtejbu n-naħa tal-provvista tal-ekonomija taż-Żona tal-Euro, filwaqt li jikkomplementaw in-normalizzazzjoni kontinwa tal-politika monetarja mill-BĊE.

Pożizzjoni ta’ Politika Monetarja

In-normalizzazzjoni tal-politika monetarja qed timplika żieda rapida fir-rati ta’ politika fost inflazzjoni għolja bla preċedent. L-inflazzjoni storikament għolja, li laħqet l-10,7 % fiż-Żona tal-Euro f’Ottubru 2022, wasslet għal żieda rapida fir-rati ta’ politika, li żdiedu b’2 punti perċentwali minn Lulju. In-normalizzazzjoni tar-rati ta’ politika bdiet ftit wara t-tmiem tax-xiri nett ta’ assi mill-Eurosistema fil-bidu ta’ Lulju. Għall-ġejjieni, ir-rati ta’ politika huma mistennija li javvanzaw aktar (il-Graff 2.6). Fl-istess ħin, it-titoli li jimmaturaw akkwistati taħt il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija għandhom ikomplu jiġu investiti mill-ġdid sa tmiem is-sena 2024, filwaqt li l-prinċipji li jirregolaw ix-xoljiment tal-Programm ta’ Xiri ta’ Assi għandhom jitħabbru fil-laqgħa tal-BĊE ta’ Diċembru. Fil-laqgħa tiegħu ta’ Ottubru, il-BĊE ddeċieda wkoll li jipprovdi lill-banek b’inċentivi għal ħlas lura bikri tal-finanzjament miksub taħt il-programm ta’ Operazzjonijiet Immirati ta’ Rifinanzjament fuq Perjodu Itwal, bil-ħsieb li jbattal il-likwidità eċċessiva mis-sistema finanzjarja.

Filwaqt li l-inflazzjoni tinvolvi rati reali temporanjament baxxi, il-kundizzjonijiet finanzjarji nominali saru aktar stretti b’mod sinifikanti. Il-kundizzjonijiet finanzjarji bbażati fuq is-suq saru aktar stretti, kif ukoll l-istandards tal-kreditu tal-banek taż-Żona tal-Euro. Miżura komposta tal-ispejjeż ta’ finanzjament 12 turi xejra qawwija 'l fuq mill-aħħar tas-sena li għaddiet għall-unitajiet domestiċi u, b’mod partikolari, għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. In-normalizzazzjoni tal-politika monetarja seħħet flimkien ma’ żieda fir-rendimenti tal-bonds sovrani kif ukoll twessigħ fil-firxiet bejn ir-rati tal-imgħax imħallsa mill-Istati Membri taż-Żona tal-Euro li għandhom inqas dejn u dawk li għandhom aktar dejn. Filwaqt li inflazzjoni għolja tfisser li r-rati reali fuq perjodu iqsar huma attwalment negattivi, il-kundizzjonijiet finanzjarji reali huma mistennija li jissikkaw fil-futur minħabba tnaqqis fl-inflazzjoni u t-trasferiment progressiv ta’ rati ta’ politika ogħla għal rati ta’ self kummerċjali.

Graff 2.6Rati skont il-politika tal-BĊE

 

Nota: Proġettazzjonijiet tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bbażati fuq ir-rati forward €STER OIS.

Sors: Kalkoli proprji ta’ Bloomberg

F’kuntest ta’ inflazzjoni għolja u persistenti, huwa kruċjali li tinżamm taħlita ta’ politika monetarja u fiskali konsistenti. Fl-2020-2021, il-politika monetarja akkomodanti ħafna kkontribwiet għall-espansjoni tal-ispazju fiskali tal-Istati Membri, li ntuża biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, il-politika fiskali kkontribwiet għat-trażmissjoni bla xkiel tal-politika monetarja permezz tal-estensjoni tal-garanziji fuq is-self mill-banek. In-normalizzazzjoni tal-politika monetarja li għaddejja bħalissa qed tnaqqas l-ispazju fiskali f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja u persistenti. Dan jitlob użu għaqli ta’ miżuri ta’ politika fiskali, li jenħtieġ li jkunu mmirati lejn unitajiet domestiċi u kumpaniji vulnerabbli, filwaqt li jinżamm is-sinjal tal-prezz u jiġi evitat it-tħarbit tad-dinamika inflazzjonarja.



III. Ħarsa Ġenerali lejn l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji

Valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali tal-Istati Membri

Pożizzjoni fiskali fl-2022

Fl-2022, hija mbassra pożizzjoni fiskali espansjonarja fi kważi l-Istati Membri kollha taż-Żona tal-Euro, inklużi Stati Membri b’dejn għoli li għalihom il-Kunsill irrakkomanda politika fiskali prudenti (il-Graff 3.1). L-Estonja hija l-uniku pajjiż b’pożizzjoni restrittiva stmata din is-sena, fuq il-bażi tat-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, filwaqt li l-Finlandja u l-Irlanda juru pożizzjoni ġeneralment newtrali. Għall-Estonja, iż-żieda eċċezzjonali - u parzjalment mhux antiċipata - fid-deflatur tal-PDG li hija mbassra għall-2022 (14,3 %) hija waħda mir-raġunijiet wara l-eżitu restrittiv, billi xi nfiq tal-gvern (pereż. trasferimenti soċjali jew pagi tas-settur pubbliku) jista’ jirrifletti inflazzjoni għolja b’dewmien ta’ sena. Żidiet tad-deflatur tal-PDG b’saħħithom ħafna (aktar minn 10 %) huma wkoll imbassra għal-Litwanja (16,5 %) u l-Latvja (11,0 %), filwaqt li t-tbassir għall-inflazzjoni tad-deflatur tal-PDG fl-aggregat taż-Żona tal-Euro huwa ta’ 4,6 %. Pożizzjoni fiskali ta’ appoġġ għall-2022 ġiet irrakkomandata mill-Kunsill fit-18 ta’ Ġunju 2021 għall-Istati Membri b’dejn baxx/medju biss. L-Istati Membri kollha b’dejn għoli, li ġew rakkomandati jimplimentaw politika fiskali prudenti u jippreservaw l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, juru pożizzjoni espansjonarja ħafna din is-sena, bin-nefqa kurrenti primarja netta tkun il-mutur ewlieni fil-biċċa l-kbira tal-każijiet 13 . Fir-rebbiegħa 2023, il-Kummissjoni se tivvaluta, fuq il-bażi tad-data tal-eżitu għall-2022, il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet fiskali speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri mill-Kunsill.

Graff 3.1Pożizzjoni fiskali u komponenti tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro fl-2022 (% tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea;

In-nefqa kapitali ġiet appoġġata kemm minn finanzjament nazzjonali kif ukoll minn dak tal-UE fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2021 stiednu lill-Istati Membri kollha biex jippreservaw l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali fl-2022, u biex jużaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jappoġġaw l-irkupru. L-investiment iffinanzjat nazzjonalment huwa mistenni li jkun ġie ppreservat fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro. L-Italja, il-Latvja, il-Kroazja, il-Litwanja u l-Estonja huma l-eċċezzjoni, bi tnaqqis mistenni ta’ aktar minn 0,1 pp tal-PDG f’dan il-komponent tal-pożizzjoni fiskali fl-2022. Madankollu, l-assorbiment tal-għotjiet tal-RRF huwa ppjanat li jiżdied għal dawk l-Istati Membri. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE hija stmata li din is-sena żdiedet jew ġiet stabbilizzata b’mod ġenerali fil-pajjiżi kollha taż-Żona tal-Euro, ħlief għall-Portugall, Malta u Ċipru minħabba nfiq aktar baxx relatat ma’ fondi oħra tal-UE (il-Graff 3.1).

Fl-2022, il-miżuri relatati mal-enerġija kienu l-mutur ewlieni iżda mhux uniku wara l-iżviluppi espansjonarji fl-infiq kurrenti primarju nett fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (il-Graff 3.2). Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonarji ta’ dħul) huwa pproġettat li qabeż ir-rata ta’ tkabbir potenzjali fuq perjodu medju. Fil-Finlandja, fl-Irlanda u fl-Estonja biss din il-kontribuzzjoni kienet tkun (ftit) restrittiva. Matul l-2022, il-gvernijiet kollha taż-Żona tal-Euro ħadu miżuri biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawk il-miżuri ma kinux immirati lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri b’dejn għoli u diversi pajjiżi b’dejn baxx/medju espandew l-infiq kurrenti nett mhux relatat mal-miżuri tal-enerġija fl-2022 (ara l-faxxa l-blu skura fil-Graff 3.2), prinċipalment minħabba żidiet sinifikanti fit-trasferimenti soċjali sottostanti u, fil-Belġju u fl-Italja, fil-pagi tas-settur pubbliku. B’riżultat ta’ dan, anki wara li jitqiesu l-miżuri mmirati relatati mal-enerġija u l-appoġġ għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, il-kontribut ta’ dan il-komponent jibqa’ espansjonarju b’mod sinifikanti (aktar minn 0,5 punt perċentwali tal-PDG), fl-Istati Membri kollha b’dejn għoli u f’diversi pajjiżi b’dejn baxx/medju, kif muri fil-Graff 3.2.

Graff 3.2Nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fuq livell nazzjonali: kontribuzzjoni għall-pożizzjoni u l-ixprunaturi fiskali, 2022 (punti perċentwali tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea



Pożizzjoni fiskali fl-2023

Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra li tvarja bejn l-Istati Membri (il-Graff 3.3). Fuq il-bażi tat-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, li jinkorpora l-informazzjoni pprovduta fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji, il-pożizzjoni fiskali fl-2023 hija pproġettata li tkun (kemxejn) espansjonarja f’nofs l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u ġeneralment newtrali jew restrittiva fin-nofs l-ieħor. Dan huwa spjegat fil-biċċa l-kbira minn xi gvernijiet li diġà ħabbru miżuri relatati mal-enerġija għas-sena 2023 kollha, filwaqt li oħrajn inkludew fil-Pjanijiet tagħhom dawk il-miżuri biss għall-ewwel xhur tal-2023 jew l-ebda miżura. Il-pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali li tirriżulta għall-aggregat taż-Żona tal-Euro fl-2023 hija għalhekk soġġetta għal inċertezza u eventwalment tista’ tirriżulta aktar espansjonarja milli pproġettat bħalissa.

Graff 3.3Pożizzjoni fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro fl-2023 (% tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea;

It-tnaqqis ipproġettat f’miżuri relatati mal-enerġija jsawwarl-iżviluppi ppjanati f’nefqa kurrenti primarja netta fl-2023, filwaqt li nefqa oħra preżenti tkompli tiżdied f’madwar nofs il-pajjiżi (il-Graff 3.4). Fost l-Istati Membri b’dejn għoli, fl-2023, it-tnaqqis ipproġettat fil-miżuri relatati mal-enerġija jixpruna l-kontribuzzjoni restrittiva tal-infiq kurrenti primarju nett fi Spanja, fl-Italja u fil-Greċja, kif ukoll il-kontribuzzjoni ġeneralment newtrali ta’ dan il-komponent fil-Portugall. Minflok, it-tnaqqis ma jbiddilx il-kontribuzzjoni espansjonarja kumplessiva tal-infiq kurrenti primarju nett mistenni fil-Belġju. Meta jitqiesu biss il-miżuri mmirati relatati mal-enerġija u l-appoġġ għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, in-nefqa kurrenti primarja netta tiżdied aktar mit-tkabbir potenzjali tal-output fuq jodu medju, filwaqt li tipprovdi kontribut espansjonarju għall-pożizzjoni fiskali, kemm fil-Belġju kif ukoll fil-Portugall (il-Graff 3.4). L-infiq kurrenti primarju nett minbarra l-miżuri relatati mal-enerġija huwa pproġettat li jikber b’rata ogħla mit-tkabbir potenzjali fuq perjodu medju fl-Istati Membri kollha b’dejn għoli ħlief fi Franza (ara faxxa l-blu skura fil-Graff 3.4), prinċipalment relatat ma’ żidiet sinifikanti fit-trasferimenti soċjali sottostanti. Fir-rigward tal-pajjiżi b’dejn baxx/medju, il-Finlandja u n-Netherlands biss huma pproġettati li jkollhom kontribuzzjoni ġeneralment newtrali għall-pożizzjoni fiskali tan-nefqa kurrenti primarja netta. Filwaqt li jitqiesu l-miżuri mmirati relatati mal-enerġija u l-appoġġ għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, dan il-kontribut jibqa’ ġeneralment newtrali fil-Finlandja biss. Is-Slovakkja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Estonja u l-Awstrija huma mistennija li jkollhom kontribuzzjoni espansjonarja mdaqqsa (aktar minn 0,5 pp tal-PDG) tal-infiq kurrenti primarju nett fl-2023. Dan jista’ jwassal għal aktar pressjonijiet inflazzjonarji f’dawk il-pajjiżi. Il-kontribuzzjoni espansjonarja ta’ dan il-komponent hija mistennija li tkun iżgħar (¼ punt perċentwal tal-PDG) fil-Ġermanja. Kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali tal-infiq kurrenti primarju nett hija mbassra f’Malta, fl-Irlanda u fil-Latvja, u, sa ċertu punt, fil-Kroazja u f’Ċipru. Dan jidher iġġustifikat mis-sitwazzjoni ekonomika li qed tevolvi, b’mod partikolari l-inflazzjoni għolja.

Graff 3.4Nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fuq livell nazzjonali: kontribuzzjoni għall-pożizzjoni u l-ixprunaturi fiskali, 2023 (punti perċentwali tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea

L-investiment iffinanzjat nazzjonalment kif ukoll l-investiment iffinanzjat permezz tal-RRF jew fondi oħra tal-UE huwa mistenni li jistabbilizza jew jespandi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro fl-2023. Fuq il-bażi tat-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, il-kontribut tal-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jkun newtrali jew pożittiv fl-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, Malta u l-Latvja (il-Graff 3.3) 14 . Fl-istess ħin, l-assorbiment tal-RRF u ta’ fondi oħra tal-UE jgħin biex jiġi ppreservat jew jiżdied l-investiment pubbliku ġenerali fl-2023 anki f’Ċipru, f’Malta u fil-Latvja. Meta wieħed iħares lejn l-iżviluppi relattivi għal-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-2019, fl-2023 il-pajjiżi kollha taż-Żona tal-Euro huma mistennija li jippreservaw jew iżidu l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja u l-Latvja (il-Graff 3.6).

Żviluppi ġenerali fl-investiment pubbliku

L-investiment pubbliku fiż-Żona tal-Euro huwa pproġettat li jkompli jiżdied. B’kuntrast ma’ xokkijiet makroekonomiċi preċedenti, l-investiment pubbliku baqa’ robust matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija attwali. Il-proporzjon ta’ investiment pubbliku mal-PDG fiż-Żona tal-Euro żdied minn 2,8 % fl-2019 għal 3 % fl-2020 u l-2021. Huwa pproġetta li dan żdied għal 3,1 % fl-2022 u aktar għal 3,2 % fl-2023 (il-Graff 3.5) 15 . 

L-investiment pubbliku huwa mistenni li jiżdied fl-2023 fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro (il-Graff 3.6). Ir-Takkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 stiednet lill-Istati Membri kollha“... jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija filwaqt li jqisu l-inizjattiva REPowerEU, inkluż billi jagħmlu użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-Unjoni”. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-evoluzzjoni tal-formazzjoni grossa totali tal-kapital fiss, filwaqt li tqis il-proġetti li għandhom l-għan li jiksbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u li jżidu s-sigurtà tal-enerġija. Fl-2023, il-pubbliku totali

Graff 3.5Żona tal-Euro:  investiment gross u net pubbliku, 1995-2023 (%of GDP)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea

l-investiment huwa mistenni li jiżdied b’aktar minn 0.1 pp tal-PDG meta mqabbel mal-2022 fi 12-il Stat Membru taż-Żona tal-Euro (Ċipru, Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, il-Kroazja, il-Latvja, l-Estonja u s-Slovenja), biex jibqa’ ġeneralment stabbli f’seba’ Stati Membri (l-Irlanda, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Awstrija, Franza, Malta u l-Finlandja). L-investiment pubbliku huwa mbassar li jonqos biss fil-Greċja fl-2023 minħabba investiment aktar baxx iffinanzjat mill-UE iżda li jibqa’ ogħla minn 4 % tal-PDG wara ż-żieda sinifikanti pproġettata għall-2022.

Parti sostanzjali miż-żieda fl-investiment pubbliku bejn l-2019 u l-2023 hija appoġġata mill-finanzjament tal-UE. L-għotjiet tal-RRF se jiffinanzjaw proġetti ta’ investiment u riformi li jtejbu l-produttività mingħajr ma jwasslu għal defiċits u dejn ogħla fil-baġits nazzjonali 16 . L-investimenti pubbliċi ffinanzjati mill-RRF se jkopru parti mill-ħtiġijiet ta’ investiment sostanzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija. F’xi Stati Membri, l-għotjiet tal-RRF jappoġġaw ukoll investimenti minn unitajiet domestiċi u ditti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, bħad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, id-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel u l-SMEs, jew proġetti relatati mal-litteriżmu diġitali, iċ-ċibersigurtà u l-konnettività tal-5G.

Ħafna Stati Membri taż-Żona tal-Euro jippjanaw investimenti biex jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u biex iżidu s-sigurtà u l-effiċjenza tal-enerġija fl-2023. Għadd ta’ Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jinkludu proġetti relatati mat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini (il-Belġju, il-Kroazja, l-Estonja, Franza, il-Greċja, il-Litwanja u Spanja). Oqsma oħra jinkludu investimenti fil-mobbiltà sostenibbli, b’mod partikolari fin-networks ferrovjarji (il-Belġju, l-Estonja, l-Italja u s-Slovenja); id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija (l-Awstrija u l-Portugall); l-idroġenu (l-Italja u n-Netherlands); appoġġ lill-unitajiet domestiċi biex jimxu lejn sistemi tal-enerġija aktar sostenibbli (l-Awstrija); u pannelli solari (il-Greċja u Spanja).

L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jinkorporaw ukoll investimenti pubbliċi li jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali. Il-proġetti jiffukaw fuq id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika f’għadd ta’ Stati Membri (il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, Franza u l-Italja). Id-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel (l-Irlanda u l-Portugall) u tal-SMEs (il-Greċja, Franza u s-Slovenja) huma wkoll oqsma importanti ta’ investiment fl-2023. Il-proġetti jikkonċernaw ukoll it-taħriġ u t-titjib tal-litteriżmu diġitali tal-istudenti (Franza u n-Netherlands); iċ-ċibersigurtà u l-konnettività 5G (Spanja); l-infrastruttura tal-gigabits (is-Slovenja); kif ukoll dijanjostika u tagħmir diġitali fl-isptarijiet (il-Kroazja).

Graff 3.6Investiment pubbliku, 2019, 2022 u 2023 (% tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea

Valutazzjoni tal-miżuri biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi u d-ditti

Il-proġettazzjonijiet fiskali huma affettwati minn sensiela ta’ miżuri baġitarji mmirati biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi u d-ditti. L-ispiża baġitarja netta ta’ dawn il-miżuri hija stmata, mis-servizzi tal-Kummissjoni, għal 1,3 % tal-PDG fl-2022 u 0,9 % fl-2023 għaż-Żona tal-Euro kollha kemm hi (it-Tabella IV.5 tal-Anness). Għall-finijiet ta’ din l-istima, miżuri tal-enerġija” huma definiti bħala: (1) miżuri li għandhom impatt dirett fuq l-ispiża marġinali tal-konsum tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u/jew għad-ditti (“miżuri dwar il-prezzijiet”); (2a) miżuri li jipprovdu appoġġ temporanju għall-introjtu lill-unitajiet domestiċi (għalhekk, żidiet permanenti fil-pagi u s-salarji, il-pensjonijiet jew benefiċċji soċjali oħra mhumiex ikkunsidrati hawnhekk billi mhumiex mistennija li jitreġġgħu lura meta l-prezzijiet tal-enerġija jerġgħu jonqsu); (2b) miżuri li jipprovdu kumpens lil ditti (minbarra miżuri ta’ prezzijiet) f’industriji intensivi fl-enerġija (it-tnejn li huma miżuri ta’ introjtu); u (3) dħul minn (taxxi jew imposti ġodda fuq) profitti mhux mistennija minn kumpaniji tal-enerġija 17 . 

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri adottati mhumiex immirati biżżejjed lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli. Il-miżuri mmirati huma miżuri li minnhom se jibbenefikaw biss l-aktar strati vulnerabbli tal-popolazzjoni, jinvolvu grad ta’ ttestjar tal-mezzi u huma selettivi fuq il-bażi tal-introjtu jew tal-ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Eżempji tipiċi ta’ miżuri bħal dawn huma: żidiet għall-allowances tal-introjtu minimu jew għal pensjonijiet aktar baxxi, skontijiet f’somma f’daqqa mnaqqsa mill-kont tal-enerġija għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, jew prezz imnaqqas għal kull kWh ta’ enerġija għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Min-naħa l-oħra, il-miżuri mhux immirati huma miżuri b’bażi wiesgħa li japplikaw għall-maġġoranza tal-popolazzjoni mingħajr (ħafna) differenzjazzjoni bbażata fuq l-introjtu jew ħtiġijiet speċifiċi. Għall-2023, madwar 90 % tal-impatt baġitarju huwa dovut għall-miżuri li mhumiex immirati.

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri adottati jgħawġu s-sinjal tal-prezz u jnaqqsu l-inċentivi biex jitrażżan il-konsum tal-enerġija u tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Il-miżuri tal-introjtu, kif definiti hawn fuq, jipprovdu appoġġ temporanju lill-unitajiet domestiċi jew lid-ditti, fil-forma ta’ trasferimenti jew sussidji, mingħajr ma jaffettwaw l-ispiża marġinali tal-konsum tal-enerġija. Il-miżuri tal-prezzijiet għandhom impatt fuq l-ispiża marġinali tal-konsum tal-enerġija, u għalhekk inaqqsu l-inċentivi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Għall-2023, madwar żewġ terzi tal-impatt baġitarju huwa dovut għall-miżuri li jgħawġu s-sinjal tal-prezz.

Jekk il-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu għoljin fl-2023, l-ispejjeż baġitarji finali x’aktarx li jaqbżu l-istimi bbażati fuq il-miżuri mħabbra bħalissa. Dawn l-ispejjeż ivarjaw fost l-Istati Membri, u jirriflettu fatturi speċifiċi għall-pajjiż bħat-tfassil tal-pakketti ta’ politika nazzjonali tagħhom u t-taħlita tal-enerġija. B’mod importanti, fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tagħhom, xi Stati Membri kienu għadhom ma ħabbrux liema miżuri tal-enerġija jippjanaw għall-2023. Sabiex tiġi stmata l-ispiża baġitarja tal-miżuri tal-enerġija għall-2023, is-servizzi tal-Kummissjoni kkunsidraw meta l-miżuri mħabbra jew deċiżi mill-gvern jidħlu fis-seħħ u d-data ta’ skadenza mħabbra tagħhom. F’diversi Stati Membri, il-miżuri tal-enerġija huma ppjanati li jiskadu matul l-2023 (xi wħud sa mit-tmiem tal-ewwel kwart tas-sena) 18 . Madankollu, jekk il-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu għoljin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jtawlu l-miżuri eżistenti jew li jimplimentaw oħrajn ġodda. B’riżultat ta’ dan, għaż-Żona tal-Euro kollha kemm hi u għal għadd ta’ Stati Membri, l-ispiża baġitarja tal-miżuri tal-enerġija fl-2023 tista’ tiġi sottovalutata.

Graff 3.7L-ispiża baġitarja tal-miżuri tal-enerġija fl-2022–2023 (% tal-PDG)

Sors: It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni Ewropea

Is-servizzi tal-Kummissjoni stmaw l-ispiża baġitarja addizzjonali potenzjali tal-miżuri tal-enerġija jekk il-miżuri eżistenti kellhom jiġu estiżi matul l-2023. Dan huwa neċessarjament eżerċizzju stilizzat ħafna, li juża t-tbassir tal-ħarifa bħala punt tat-tluq, u jinjora l-impatt li l-estensjoni tal-miżuri tal-enerġija jista’ jkollha fuq l-attività ekonomika u l-inflazzjoni. Dan l-eżerċizzju jindika li, jekk il-miżuri tal-enerġija kellhom jinżammu fis-seħħ għas-sena sħiħa 2023, l-ispiża tagħhom tista’ tiżdied b’1 % addizzjonali tal-PDG fiż-Żona tal-Euro, u tilħaq kważi 2 % tal-PDG fl-2023, ferm ogħla milli fl-2022 (il-Graff 3.7) 19 . L-istampa tvarja fost l-Istati Membri, skont l-ispeċifiċitajiet tal-miżuri magħrufa sal-lum (fis-seħħ, adottati jew imħabbra), inklużi l-ġenerożità tagħhom u d-dati ta’ skadenza ddikjarati. Dan l-eżerċizzju juri kif il-miżuri tal-enerġija jista’ jkollhom impatt fuq l-iżviluppi fiskali u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-Istati Membri jadottaw miżuri li huma fiskalment affordabbli, immirati lejn dawk l-aktar vulnerabbli u jipprovdu inċentivi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.



Valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023

Kważi l-Istati Membri kollha taż-Żona tal-Euro ppreżentaw l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tagħhom sal-15 ta’ Ottubru, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 20 . L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Italja u l-Latvja ġew ippreżentati mill-gvernijiet li temmew il-mandat tagħhom fuq il-bażi ta’ politiki mhux mibdula fid-dawl taċ-ċiklu politiku tagħhom (elezzjonijiet fil-25 ta’ Settembru u fl-1 ta’ Ottubru, rispettivament). Għalhekk, iċ-ċifri murija għad-defiċit tal-gvern tal-2023 u varjabbli fiskali oħra f’dawk iż-żewġ Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji ma jirrappreżentawx il-miri tal-politika. Fil-każ tal-Italja, il-Kummissjoni mhijiex qed tippubblika Opinjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-2023 tal-ebda bidla fil-politika li ġiet ippreżentata mill-gvern li wasal fi tmiemu fl-10 ta’ Ottubru. Minflok, il-Kummissjoni se tippubblika fi żmien debitu opinjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju aġġornat għall-2023 li l-gvern il-ġdid huwa mistenni li jippreżenta dalwaqt. L-Italja hija mistiedna tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-Euro Abbozz tal-Pjan Baġitarju aġġornat malajr kemm jista’ jkun, u mill-inqas xahar qabel ma l-abbozz tal-liġi baġitarja jkun ippjanat li jiġi adottat mill-parlament nazzjonali. 

Din kienet l-ewwel darba li l-Kummissjoni vvalutat Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Kroazja. Billi l-Kroazja se tissieħeb fiż-Żona tal-Euro fi kwistjoni ta’ ġimgħat, fl-1 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kroazja li bagħtet l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tagħha daqslikieku kienet diġà membru taż-Żona tal-Euro.

Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kunsill irrakkomanda li l-politika fiskali tal-Istati Membri għandha tqis l-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu għall-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Barra minn hekk, Il-Kunsill irrakkomanda lill-Istati Membri biex jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija filwaqt li jqis l-inizjattiva REPowerEU, inkluż billi jagħmel użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu lesti li jaġġustaw l-infiq attwali f’sitwazzjoni li qiegħda tevolvi. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għamlu distinzjoni bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-ispazju fiskali tagħhom kif muri mil-livelli tad-dejn tagħhom:

·L-Istati Membri b’dejn għoli ġew rakkomandati biex jiżguraw politika fiskali prudenti, b’mod partikolari billi jillimitaw it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment taħt it-tkabbir tal-output potenzjali fuq perjodu medju. Għall-perjodu ta’ wara l-2023, l-Istati Membri b’dejn għoli ġew rakkomandati jsegwu politika fiskali mmirata lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti għal perjodu medju u li tiżgura tnaqqis kredibbli u gradwali tad-dejn kif ukoll sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju permezz ta’ konsolidazzjoni gradwali, ta’ investiment u ta’ riformi. 

·L-Istati Membri b’dejn baxx u medju għandhom jiżguraw li fl-2023 it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment ikun konformi ma’ pożizzjoni ta’ politika ġeneralment newtrali. Għall-perjodu ta’ wara l-2023, jenħtieġ li jsegwu politika fiskali mmirata lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq perjodu medju.

Dan li ġej huwa sommarju tal-Opinjonijiet tal-Kummissjoni 21 . L-Opinjonijiet huma bbażati fuq it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji:

Stati Membri b’dejn għoli (il-Belġju, Franza, il-Greċja, il-Portugall u Spanja)

·Għal Franza, il-Greċja, l-Italja u Spanja, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa pproġettat li jkun taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq perjodu medju, filwaqt li jitqies l-appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, kif rakkomandat mill-Kunsill. Dan mhuwiex il-każ tal-Belġju, fejn it-tkabbir ta’ nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment jaqbeż it-tkabbir potenzjali, filwaqt li jqis l-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li jaħarbu mill-Ukrajna. Għall-Portugall, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa pproġettat li jkun qrib it-tkabbir potenzjali tal-output fuq perjodu medju, jekk wieħed jassumi t-tnaqqis ippjanat fil-miżuri b’reazzjoni għall-prezzijiet għoljin tal-enerġija, inkluż f’appoġġ temporanju u mmirat għal unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli.

·L-Istati Membri kollha qed jippjanaw li jiffinanzjaw l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi jagħmlu użu mill-RRF u minn fondi oħra tal-UE, kif irrakkomandat mill-Kunsill. L-investiment pubbliku totali bħala perċentwal tal-PDG huwa mistenni li jiżdied jew jibqa’ stabbli fl-2023 meta mqabbel mal-2022 fl-Istati Membri kollha minbarra Franza u l-Greċja. Il-Belġju, Franza, il-Greċja, il-Portugall u Spanja qed jippjanaw li jippreservaw l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, billi huwa pproġettat li jiżdied jew jibqa’ stabbli mill-2022 sal-2023. Il-kontribuzzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u mill-fondi tal-UE għall-pożizzjoni fiskali ġenerali hija espansjonarja jew newtrali fl-Istati Membri kollha, ħlief fi Franza u fil-Greċja.

·B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-Opinjoni li l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għal Franza, il-Greċja, l-Italja u Spanja huma konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022, filwaqt li dik tal-Belġju hija parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni, u dik tal-Portugall tirriskja li tkun biss parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni.

Stati Membri b’dejn baxx/medju (l-Awstrija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja)

·Il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali fl-2023 tvarja bejn l-Istati Membri:

oRestrittiva (bejn + 0,5 % u + 2,3 % tal-PDG) 22 : Il-Latvja, l-Irlanda, Ċipru u Malta

oĠeneralment newtrali (bejn -0,1 % u -0,2 % tal-PDG): Il-Kroazja, l-Awstrija u l-Finlandja.

oEspansjonarja (bejn -0,4 % u -2,6 % tal-PDG): Il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja

·Il-kontribuzzjoni tan-nefqa kurrenti tagħhom iffinanzjata nazzjonalment (netta minn miżuri ġodda ta’ dħul) għall-pożizzjoni fiskali ġenerali fl-2023 tvarja wkoll fost l-Istati Membri:

oRestrittiva (bejn + 0,4 u + 1,7 punti perċentwali): Il-Kroazja, il-Latvja, l-Irlanda, Ċipru u Malta

oĠeneralment newtrali (madwar żero punti perċentwali): Il-Finlandja u n-Netherlands.

oEspansjonarja (bejn -0,3 % u -1,7 punti perċentwali): L-Awstrija, il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, is-Slovenja u s-Slovakkja. Fil-każijiet kollha, dan mhuwiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna 23 . 

·L-Istati Membri kollha qed jippjanaw li jiffinanzjaw l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi jagħmlu użu mill-RRF u minn fondi oħra tal-UE, kif irrakkomandat mill-Kunsill. L-investiment pubbliku totali bħala perċentwal tal-PDG huwa mistenni li jiżdied jew jibqa’ stabbli fl-2023 meta mqabbel mal-2022 fl-Istati Membri kollha b’dejn baxx/medju. L-Istati Membri kollha qed jippjanaw li jippreservaw l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Latvja u Malta fejn huwa pproġettat li jonqos mill-2022 għall-2023. Il-kontribuzzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-RRF u mill-fondi tal-UE għall-pożizzjoni fiskali ġenerali hija espansjonarja jew newtrali fl-Istati Membri kollha, ħlief fil-Ġermanja.

·B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-Opinjoni li l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-Kroazja, Ċipru, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja u Malta huma konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Awstrija, il-Litwanja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja u s-Slovakkja huma parzjalment konformi mar-Rakkomandazzjoni.

Filwaqt li l-Istati Membri użaw malajr miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Belġju, lill-Portugall, lill-Awstrija, lil-Litwanja, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lil-Lussemburgu, lin-Netherlands, lis-Slovenja u lis-Slovakkja biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġits tagħhom għall-2023 ikunu kompletament f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022.

L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji ġeneralment jinkludu miżuri li jmorru fid-direzzjoni tat-tisħiħ tal-kwalità u l-kompożizzjoni tal-finanzi pubbliċi u li jikkontribwixxu għal irkupru sostenibbli u inklużiv. Dan jinkludi investiment li jsaħħaħ it-tkabbir, b’mod partikolari l-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali kif ukoll is-sigurtà tal-enerġija. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.



ANNESS I: Valutazzjoni speċifika għall-pajjiż tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2022

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Awstrija, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li hija ġeneralment newtrali. Din tinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. L-Awstrija qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Awstrija huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lill-Awstrija biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Awstrija użat malajr miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Awstrija għamlet xi progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Belġju, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment mhuwiex ipproġettat li jkun taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju. Dan mhuwiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għall-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Belġju qed jippjana li jiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u jippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Huwa jippjana li jiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Belġju huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lill-Belġju biex jieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Belġju uża malajr miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Belġju għamel progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Kroazja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li hija ġeneralment newtrali. Dan jinkludi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. B’mod ġenerali, minħabba s-sitwazzjoni li qed tevolvi, b’mod partikolari l-pożizzjoni fiskali espansjonarja fl-2022 u l-pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Kroazja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku u l-għotjiet ta’ investiment għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Kroazja huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Kroazja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju ta’ Ċipru, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun restrittiva. Dan jinkludi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment. B’mod ġenerali, minħabba s-sitwazzjoni li qed tevolvi, b’mod partikolari l-pożizzjoni fiskali espansjonarja fl-2022 u l-pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Ċipru qed jippjana li jiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, filwaqt li ma jippreservax l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Huwa jippjana li jiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal Ċipru huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Estonja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. L-Estonja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u qed tippjana wkoll li tippreserva l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Estonja huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lill-Estonja biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Estonja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Finlandja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li hija ġeneralment newtrali. Dan jinkludi kontribuzzjoni ugwalment newtrali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Finlandja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Il-pajjiż qed jippjana li jiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjoni ekoloġika, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Finlandja huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Finlandja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Finlandja għadha ma għamlitx progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju ta’ Franza, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa pproġettat li jkun taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Franza qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal Franza huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li Franza użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li Franza għadha ma għamlitx progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Ġermanja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Ġermanja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja għotjiet ta’ investiment u diversi miżuri oħra inklużi inċentivi tat-taxxa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Ġermanja huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lill-Ġermanja biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Ġermanja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Ġermanja għamlet progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Greċja, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment huwa pproġettat li jkun taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Greċja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u qed tippjana li tippreserva l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Greċja huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Greċja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, promulgazzjoni ta’ miżuri ġodda ta’ appoġġ b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn ipproġettati tal-gvern fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Greċja għamlet xi progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Irlanda, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun restrittiva. Dan jinkludi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. B’mod ġenerali, minħabba s-sitwazzjoni li qed tevolvi, b’mod partikolari l-pożizzjoni fiskali espansjonarja fl-2022 u l-pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. L-Irlanda qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Irlanda huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Irlanda użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Irlanda għadha ma għamlitx progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Latvja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun restrittiva. Dan kien jinkludi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment. B’mod ġenerali, minħabba s-sitwazzjoni li qed tevolvi, b’mod partikolari l-pożizzjoni fiskali espansjonarja fl-2022 u l-pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Latvja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, filwaqt li ma tippreservax l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal-Latvja, li huwa bbażat fuq suppożizzjoni ta’ ebda bidla fil-politika, huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Latvja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Latvja għamlet progress limitat fil-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023. Hekk kif gvern ġdid jieħu l-kariga, u bħala regola mill-inqas xahar qabel ma l-abbozz tal-liġi baġitarja jkun ippjanat li jiġi adottat mill-parlament nazzjonali, il-Latvja hija mistiedna tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-Euro Abbozz tal-Pjan Baġitarju aġġornat. 

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Litwanja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja, f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Litwanja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal-Litwanja huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lil-Litwanja biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Litwanja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Litwanja għamlet xi progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Lussemburgu, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Lussemburgu qed jippjana li jiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u jippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Huwa jippjana li jiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal-Lussemburgu huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lil-Lussemburgu biex jieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Lussemburgu uża b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Lussemburgu għamel progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju ta’ Malta, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li hija restrittiva. Dan jinkludi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. B’mod ġenerali, minħabba s-sitwazzjoni li qed tevolvi, b’mod partikolari l-pożizzjoni fiskali espansjonarja fl-2022 u l-pressjonijiet inflazzjonarji għoljin, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Malta qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, filwaqt li ma tippreservax l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal Malta huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li Malta użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tan-Netherlands, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Din il-pożizzjoni fiskali espansjonarja mhijiex ir-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, il-pożizzjoni fiskali espansjonarja mhijiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-Netherlands qed jippjanaw li jiffinanzjaw investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u qed jippjanaw li jippreservaw l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Huma jippjanaw li jiffinanzjaw l-investiment għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, inkluż permezz ta’ fondi ddedikati. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għan-Netherlands huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lin-Netherlands biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li n-Netherlands varaw malajr miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li n-Netherlands għamlu progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Portugall, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa pproġettat li jkun qrib it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju, jekk wieħed jassumi t-tnaqqis ippjanat fil-miżuri b’reazzjoni għall-prezzijiet għoljin tal-enerġija, inkluż f’appoġġ temporanju u mmirat għal unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata nazzjonalment jirriskja li ma jkunx konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Portugall qed jippjana li jiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u jippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Il-pajjiż qed jippjana li jiffinanzja l-investiment pubbliku fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għall-Portugall jirriskja li jkun biss parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lill-Portugall biex jieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li l-Portugall uża malajr miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Portugall għamel progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tas-Slovakkja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali, li tirrifletti wkoll l-approprjazzjonijiet baġitarji mdaqqsa msemmija hawn fuq għall-appoġġ tal-gvern biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija li ma kinux speċifikati biżżejjed fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju. Il-pożizzjoni espansjonarja ma tistax f’dan l-istadju titqies bħala r-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Is-Slovakkja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għas-Slovakkja huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lis-Slovakkja biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li s-Slovakkja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li s-Slovakkja għadha ma għamlitx progress fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tas-Slovenja, il-pożizzjoni ġenerali tal-politika fiskali hija stmata li tkun espansjonarja f’sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja. Dan jinkludi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ġenerali min-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja tirrifletti l-approprjazzjonijiet baġitarji mdaqqsa msemmija hawn fuq għall-appoġġ tal-gvern biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija għall-kumpaniji. Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ speċifikazzjoni suffiċjenti ta’ dawn il-miżuri fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju, il-pożizzjoni espansjonarja ma tistax f’dan l-istadju titqies bħala r-riżultat ta’ appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ispiża biex jiġu assistiti n-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. B’mod ġenerali, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali mhuwiex konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Is-Slovenja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Is-Slovenja qed tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali (inkluż billi tagħmel użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE). B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għas-Slovenja huwa parzjalment konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni tistieden lis-Slovenja biex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex tiżgura li l-baġit tal-2023 ikun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li s-Slovenja użat b’mod rapidu miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons ta’ politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li s-Slovenja għamlet progress limitat fir-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.

Fl-2023, fuq il-bażi tat-tbassir tal-Kummissjoni u inkluża l-informazzjoni inkorporata fl-Abbozz tal-Pjan Baġitarju ta’ Spanja, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment huwa pproġettat li jkun taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq terminu medju. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Spanja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-RRF u fondi oħra tal-UE, u tippreserva wkoll l-investiment iffinanzjat nazzjonalment. Hija tippjana li tiffinanzja l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għas-sigurtà tal-enerġija. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju għal Spanja huwa konformi mal-gwida fiskali li tinsab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022. Filwaqt li Spanja użat miżuri tal-enerġija bħala parti mir-rispons tal-politika ta’ emerġenza għaż-żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija, estensjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ eżistenti u/jew promulgazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ ġodda b’reazzjoni għal prezzijiet għoljin tal-enerġija tikkontribwixxi għal tkabbir ogħla fin-nefqa kurrenti netta ffinanzjata nazzjonalment u għal żieda fid-defiċit u d-dejn tal-gvern ipproġettati fl-2023. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiffukaw aħjar tali miżuri fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli u d-ditti esposti, biex jippreservaw l-inċentivi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, u biex jiġu rtirati hekk kif jonqsu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Deskrizzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż se ssir fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2023 u ssir valutazzjoni fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2023.



ANNESS II: Il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li jirfdu t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, “il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet tal-previżjonijiet ekonomiċi l-aktar reċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni għal kull Stat Membru, inklużi l-istimi tal-impatt tal-miżuri baġitarji aggregati fuq it-tkabbir ekonomiku, għandhom jiġu annessi mal-valutazzjoni kumplessiva”. Is-suppożizzjonijiet li jirfdu t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, li huwa prodott indipendentement mill-persunal tal-Kummissjoni, huma spjegati fid-dokument tat-tbassir innifsu 24 .

Id-data baġitarja sal-2021 hija bbażata fuq id-data nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u vvalidata mill-Eurostat fil-21 ta’ Ottubru 2022. L-Eurostat ma għamel l-ebda emenda għal, u ma għandu l-ebda riżerva dwar, id-data rrappurtata mill-Istati Membri matul iċ-ċiklu ta’ notifika tal-ħarifa 2022.

Għat-tbassir, miżuri b’sostenn għall-istabbiltà finanzjarja ġew irreġistrati skont id-Deċiżjoni tal-Eurostat tal-15 ta’ Lulju 2009 25 . Sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jirrapportax mod ieħor, l-injezzjonijiet ta’ kapital magħrufa f’biżżejjed dettall ġew inklużi fit-tbassir bħala tranżazzjonijiet finanzjarji, jiġifieri jżidu d-dejn, iżda mhux id-defiċit. Il-garanziji tal-istat fuq l-obbligazzjonijiet u d-depożiti bankarji mhumiex inklużi bħala nfiq tal-gvern, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li dawn ġew eżerċitati fil-mument li jkun ġie ffinalizzat it-tbassir. Madankollu, is-self maħruġ lill-banek, jew minn entitajiet oħra kklassifikati fis-settur pubbliku, normalment iżidu mad-dejn tal-gvern.

Għall-2023, qed jitqiesu l-baġits adottati jew ippreżentati lill-parlamenti nazzjonali kif ukoll kull miżura oħra magħrufa f’biżżejjed dettall. L-informazzjoni kollha inkluża fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji ppreżentati sa nofs Ottubru hija riflessa fit-tbassir tal-ħarifa. Għall-2024, is-suppożizzjoni ta’ “ebda bidla fil-politika” użata fit-tbassiriet timplika l-estrapolazzjoni ta’ xejriet fid-dħul u fl-infiq u l-inklużjoni tal-miżuri li jkunu magħrufa f’biżżejjed dettall.

L-aggregazzjonijiet Ewropej tad-dejn tal-gvern estiż fis-snin tat-tbassir 2022-2024 huma ppubblikati fuq bażi mhux konsolidata (jiġifieri mhux ikkoreġuti għas-self intergovernattiv). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tul iż-żmien, id-data storika qiegħda tiġi ppubblikata wkoll fuq l-istess bażi. Il-proġettazzjonijiet tad-dejn tal-gvern estiż għall-Istati Membri individwali fl-2022–24 jinkludu l-impatt tal-garanziji lill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, is-self bilaterali lil Stati Membri oħra, u l-parteċipazzjoni fil-kapital tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà kif ippjanat fid-data limitu tat-tbassir 26 .


ANNESS III: Analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn u analiżi tas-sensittività

Dan l-Anness jippreżenta analiżi tas-sensittività tal-iżviluppi tad-dejn pubbliku għal skossi makroekonomiċi, kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. Il-proġettazzjonijiet tad-dejn stokastiċi jintużaw biex jivvalutaw l-impatt possibbli fuq id-dinamiki tad-dejn pubbliku tar-riskji għat-tkabbir nominali tal-PDG, l-iżviluppi tas-suq finanzjarju u l-iskossi fiskali li jaffettwaw il-pożizzjoni baġitarja tal-gvern ( 27 ).

Il-proġettazzjonijiet stokastiċi jqisu l-inċertezza makroekonomika li tirrigwarda żewġ xenarji “ċentrali” ta’ proġettazzjoni tad-dejn fl-2023-2027: ix-xenarju tat-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni u x-xenarju tal-abbozz tal-pjanijiet baġitarji (DBP) tal-2023. Fiż-żewġ każijiet, is-suppożizzjoni tas-soltu ta’ “l-ebda bidla fil-politika fiskali” ssir lil hinn mill-orizzont tat-tbassir ( 28 ).

L-iskossi huma applikati għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi preżunti fix-xenarju ċentrali biex tinkiseb id-distribuzzjoni ta’ perkorsi ta’ dejn possibbli (il-“cone” fil-fan charts li jidher fil-Graff III.1). Il-cone jikkorrispondi għal grupp wiesa’ ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi possibbli, b’massimu ta’ 2 000 skoss simulat fuq it-tkabbir, ir-rati tal-imgħax u l-bilanċ primarju. Id-daqs u l-korrelazzjoni ta’ dawn l-iskossi jirriflettu l-volatilità storika u r-relazzjonijiet bejn dawn il-varjabbli ( 29 ). Għaldaqstant, il-fan charts jipprovdu informazzjoni probabilistika dwar id-dinamika tad-dejn għaż-Żona tal-Euro, filwaqt li titqies il-possibbiltà li jkun hemm skossi għat-tkabbir, għar-rati tal-imgħax u għall-bilanċ primarju ta’ kobor u korrelazzjoni li jirriflettu l-iżviluppi fil-passat.

Kull fan chart tirrapporta l-perkors tad-dejn ipproġettat fix-xenarju ċentrali bħala linja miksura. Ir-riżultat medjan tas-simulazzjonijiet jintwera bħala linja sewda solida. Il-cone ikopri 80% tal-perkorsi kollha possibbli tad-dejn, filwaqt li l-perkorsi derivati mill-20% tax-xokkijiet l-anqas probabbli ma jintwerewx. Iż-żoni skurati differenti fil-cone jirrappreżentaw porzjonijiet differenti tad-distribuzzjoni kumplessiva tal-perkorsi possibbli tad-dejn.

Għall-2023, is-simulazzjonijiet jissuġġerixxu li, bi probabbiltà ta’ 80 %, il-proporzjon tad-dejn taż-Żona tal-Euro se jkun bejn 87 % u 98 % tal-PDG fix-xenarju tal-Kummissjoni u fix-xenarju tad-DBP. Sal-2027, ikun hemm probabbiltà ta’ 50 % ta’ proporzjon tad-dejn ogħla minn madwar 90 % tal-PDG fix-xenarju tal-Kummissjoni u fix-xenarju tad-DBP ukoll.

Hemm riskji addizzjonali li jirrigwardaw dawn il-proġettazzjonijiet. Billi d-daqs u l-korrelazzjoni tal-iskossi jirriflettu l-imġiba storika tal-varjabbli, il-metodoloġija ma tkoprix l-inċertezza f’ħin reali, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tad-distakk fl-output. Din l-inċertezza tissuġġerixxi sors addizzjonali ta’ riskji fuq perkorsi futuri tad-dejn li mhuwiex rifless f’din l-analiżi. Sors ieħor ta’ inċertezza jirrigwarda r-realizzazzjoni ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, billi l-fan charts jaqbdu biss riskji li mmaterjalizzaw fil-passat permezz ta’ deterjorament tal-bilanċ primarju.



Graff III.1: Fan charts minn proġettazzjonijiet stokastiċi tad-dejn pubbliku madwar ix-xenarju tat-tbassir tal-Kummissjoni u x-xenarju tat-tbassir tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji; Żona tal-Euro



ANNESS IV: Tabelli

Tabella IV.1: Tkabbir tal-PDG reali (%) skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (DBP) għall-2023 u t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni (COM)

Nota: Franza ma ppreżentatx il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022, u għalhekk mhijiex inkluża fiċ-ċifri aggregati tal-SP2022 taż-Żona tal-Euro.



Tabella IV.2: Bilanċ nominali (% tal-PDG) fil-Programmi ta’ Stabbiltà (PS) tal-2022, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (DBP) tal-2023 u t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni (COM)

2022

2023

Pajjiż

SP

DBP

COM

SP

DBP

COM

BE

-5.2

-5.2

-5.2

-3.6

-5.8

-5.8

DE

-4

-3 ½

-2.3

-2

-2.0

-3.1

EE

-5.3

-2.7

-2.3

-4.8

-3.9

-3.7

IE

-0.4

0.2

0.2

0.2

1.1

0.8

EL

-4.4

-4.2

-4.1

-1.4

-2.1

-1.8

ES

-5.0

-5.0

-4.6

-3.9

-3.9

-4.3

FR

 

-5.0

-5.0

 

-5.0

-5.3

HR

-2.8

-1.5

-1.6

-1.6

-2.3

-2.4

IT

-5.6

-5.1

-5.1

-3.9

-3.4

-3.6

CY

0.0

1.2

1.1

0.4

1.7

1.1

LV

-6.5

-7.0

-7.1

-2.8

-3.3

-3.4

LT

-4.9

-2.0

-1.9

-2.4

-4.9

-4.4

LU

-0.7

-0.4

-0.1

-0.4

-2.2

-1.7

MT

-5.4

-5.8

-6.0

-4.6

-5.5

-5.7

NL

-2.5

-0.9

-1.1

-2.3

-3.0

-4.0

AT

-3.1

-3.5

-3.4

-1.5

-2.9

-2.8

PT

-1.9

-1.9

-1.9

-0.7

-0.9

-1.1

SI

-4.1

-3.8

-3.6

-3.0

-5.0

-5.2

SK

-5.1

-5.0

-4.2

-2.4

-6.4

-5.8

FI

-2.2

-1.4

-1.4

-1.7

-2.2

-2.3

EA

-4.0

-3.9

-3.5

-2.5

-3.2

-3.7

Nota: Franza ma ppreżentatx il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022, u għalhekk mhijiex inkluża fiċ-ċifri aggregati tal-SP2022 taż-Żona tal-Euro.



Tabella IV.3: Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG (% tal-PDG) fil-Programmi ta’ Stabbiltà (PS) tal-2022, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (DBP) tal-2023 u t-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni (COM)

Nota: Franza ma ppreżentatx il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2022, u għalhekk mhijiex inkluża fiċ-ċifri aggregati tal-SP2022 taż-Żona tal-Euro.



Tabella IV.4: Miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 (livelli bħala % tal-PDG)

Sors: Tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni



Tabella IV.5: L-ispiża baġitarja tal-miżuri tal-enerġija fl-2022-2023 (livelli bħala % tal-PDG)

 Sors: Tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni

(1)

 Kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).

(2)

 Fil-Komunikazzjoni lill-Kunsill dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, Brussell, 20.3.2020, COM(2020) 123 final, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-fehma tagħha li minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju li mistenni jirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19 il-kundizzjonijiet biex tiġi attivata l-klawżola liberatorja ġenerali huma ssodisfati. Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Ministri għall-Finanzi tal-Istati Membri qablu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Fit-23 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għall-2023.

(3)

Id-dħul imprevist (nuqqasijiet) huwa stmat permezz taż-żieda (tnaqqis) fil-proporzjon tad-dħul mal-PDG li mhuwiex spjegat minn miżuri diskrezzjonarji jew trasferimenti mill-baġit tal-UE. Għaż-Żona tal-Euro, it-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni jistma dħul imprevist ta’ ¾ % tal-PDG fl-2021, u ta’ ½ % fl-2022. Fl-2023 hu pproġettat dħul ta’ madwar ¾ % tal-PDG.

(4)

Din id-data dwar id-dejn mhijiex ikkonsolidata għal self intergovernattiv.

(5)

 L-Istati Membri b’żidiet ipproġettati fil-proporzjonijiet tad-dejn tagħhom fl-2023 huma l-Belġju, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Finlandja. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li kellhom l-ogħla proporzjonijiet tad-dejn qabel il-kriżi qed jipproġettaw titjib fl-2023.

(6)

Il-maturità medja fiż-Żona tal-Euro bħalissa hija ta’ 8,1 snin (data għal Settembru 2022, sors: Statistika dwar il-finanzi tal-gvern, BĊE).

(7)

 L-hekk imsejjaħ “effett valanga” jaqbad l-impatt tan-nefqa fuq l-imgħax fuq l-akkumulazzjoni annwali tad-dejn, kif ukoll l-impatt tat-tkabbir reali tal-PDG u l-inflazzjoni (deflatur tal-PDG) fuq il-proporzjon tad-dejn.

(8)

L-obbligazzjonijiet kontinġenti ġeneralment ikunu riflessi fid-dejn u d-defiċits pubbliċi biss jekk jintalbu ħlief fil-każ ta’ garanziji standardizzati. F’xi każijiet, il-gvernijiet ħarġu garanziji standardizzati b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19 u l-istima tal-impatt li jħallu fuq id-defiċit jiġi rreġistrat mill-bidu nett f’konformità mar-regoli tal-ESA 2010.

(9)

 Data għall-2021, sors: Statistika dwar il-finanzi tal-gvern, BĊE.

(10)

Il-pożizzjoni fiskali tkejjel l-impuls fuq perjodu qasir lill-ekonomija mill-politika fiskali diskrezzjonarja. F’konformità mal-approċċ użat mir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi ta’ Stabbiltà tal-2021, din il-Komunikazzjoni tivvaluta l-pożizzjoni fiskali billi tħares lejn iż-żieda annwali fin-nefqa primarja netta relattiva għat-tkabbir potenzjali fuq 10 snin. Għal aktar dettalji, ara l-Kaxxa: Indikaturi użati fil-valutazzjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2023 fl-Anness Statistiku.

(11)

Il-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 jikkonsistu prinċipalment fi trasferimenti meħtieġa biex l-unitajiet domestiċi u d-ditti milquta mill-pandemija jinżammu f’wiċċ l-ilma. Dawn il-miżuri huma esklużi mill-pożizzjoni fiskali minħabba li l-impatt dirett tagħhom fuq it-tkabbir ekonomiku huwa preżunt li huwa limitat fiż-żmien tal-iżborż, minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija fuq l-attività ekonomika (pereż. lockdowns mifruxa, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, eċċ.). Ir-rati ta’ tfaddil storikament għoljin tal-unitajiet domestiċi fl-2020 u l-2021 u l-konsum privat reżiljenti fl-2022 jikkorroboraw din is-suppożizzjoni. Li kieku l-miżuri temporanji ta’ emerġenza tal-COVID-19 ma kinux ġew esklużi, il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro kienet tidher espansjonarja ħafna fl-2020 (b’madwar 3,5 % tal-PDG) u kienet tibqa’ espansjonarja fl-2021 (b’1¼ %), filwaqt li kienet tidher ġeneralment newtrali fl-2022 u restrittiva fl-2023 (b’madwar 1 %).

(12)

Jiġifieri, l-indikatur tal-ispiża tal-kreditu kompost (composite credit cost indicator, CCCI) ikkalkulat mis-servizzi tal-Kummissjoni, li huwa kejl sintetiku tal-ispejjeż tal-finanzjament estern għas-settur korporattiv u l-unitajiet domestiċi taż-Żona tal-Euro. Is-CCCI ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji jinkludi l-ispejjeż tal-kreditu pprovdut kemm mill-banek kif ukoll mis-swieq finanzjarji. Is-CCCI tal-unitajiet domestiċi jinkludi l-ispejjeż ta’ self bankarju mogħti għall-konsum, ix-xiri tad-djar u skopijiet oħra.

(13)

Il-Kunsill irrakkomanda lill-Italja u lill-Portugall biex jillimitaw it-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali fl-2022, filwaqt li l-Bulgarija, il-Kroazja, il-Latvja u l-Litwanja ġew rakkomandati li jżommuha taħt kontroll. Dawn l-Istati Membri kienu pproġettati f’dak iż-żmien (fir-rebbiegħa 2021) li fl-2022 jirreġistraw kontribuzzjoni sinifikanti ta’ appoġġ minn tali nefqa għall-pożizzjoni fiskali (aktar minn 0,5 punt perċentwali tal-PDG).

(14)

Madankollu, ta’ min jinnota li l-proporzjon bejn l-investiment pubbliku u l-PDG fil-Latvja huwa ferm ogħla mill-medja taż-Żona tal-Euro.

(15)

Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-formazzjoni grossa tal-kapital fiss, filwaqt li, wara li jitqies il-konsum tal-kapital fiss, il-formazzjoni netta tal-kapital fiss tas-settur tal-gvern estiż fiż-Żona tal-Euro tiżdied minn 0,1 % tal-PDG fl-2019 għal 0,6 % fl-2023 (il-Graff 3.5).

(16)

In-nefqa ffinanzjata minn self mill-RRF hija inkluża fin-nefqa ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

(17)

Id-dħul minn (taxxi jew imposti fuq) profitti mhux mistennija jifforma kategorija speċjali billi dan mhuwiex miżura ta’ appoġġ, iżda pjuttost sors ta’ finanzjament. Dan it-tip partikolari ta’ dħul huwa inkluż fl-istimi minħabba r-rabta diretta ħafna maż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, u minħabba li ħafna Stati Membri diġà qed jużaw jew qed jikkontemplaw l-użu ta’ dan is-sors ta’ dħul għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ appoġġ.

(18)

Il-proġettazzjoni attwali għall-ispiża baġitarja tal-miżuri relatati mal-prezzijiet għoljin tal-enerġija hija xprunata l-aktar minn ftit Stati Membri kbar li diġà ħabbru pakketti ta’ politika sinifikanti għal sena sħiħa.

(19)

Għal xi Stati Membri speċifiċi, din l-istima tassumi wkoll l-użu effettiv tal-approprjazzjonijiet baġitarji attwalment previsti minn xi gvernijiet biex jiffinanzjaw miżuri addizzjonali tal-enerġija fl-2023, li d-dettalji tagħhom għadhom ma ġewx speċifikati. L-impatt baġitarju tiegħu diġà ġie rifless fil-proġettazzjonijiet għad-defiċit u d-dejn tal-gvern estiż fl-2023 li fuqhom huwa bbażat dan it-tbassir tal-ħarifa, iżda mhux fl-ispiża baġitarja kumplessiva tal-miżuri tal-enerġija f’dik is-sena.

(20)

Skont l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament 473/2013, il-Greċja, l-Irlanda u n-Netherlands ipprovdew fl-APB tagħhom stimi kwantitattivi dwar l-effetti distributtivi tal-miżuri baġitarji ppjanati. Malta ppreżentat analiżi distributtiva tal-miżuri diġà implimentati bil-għan li jittaffa l-impatt ta’ inflazzjoni għolja.

(21)

L-Opinjonijiet huma akkumpanjati minn Anness Statistiku, li jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati l-pjanijiet tal-Istati Membri.

(22)

Sinjal negattiv (pożittiv) tal-indikatur jikkorrispondi għal eċċess (nuqqas) fit-tkabbir fin-nefqa primarja meta mqabbel mal-potenzjal fuq perjodu medju li jindika politika fiskali espansjonarja (restrittiva).

(23)

Fil-każijiet tas-Slovakkja u tas-Slovenja, il-miżuri ta’ appoġġ għall-enerġija fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji mhumiex speċifikati biżżejjed. Għalhekk, din il-pożizzjoni espansjonarja f’dan l-istadju ma tistax titqies ir-riżultat tal-appoġġ temporanju u mmirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna.

(24)

     Is-suppożizzjonijiet metodoloġiċi li fuqhom huwa bbażat it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni, jinsab fuq: https://economy-finance.ec.europa.eu/system/files/2022-11/ip187_en_0.pdf

(25)

     Jinsab fuq: http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/2041337/FT-Eurostat-Decision-9-July-20093--final-.pdf .

(26)

     F’konformità mad-deċiżjoni tal-Eurostat tas-27 ta' Jannar 2011 dwar ir-reġistrazzjoni statistika tal-operazzjonijiet li saru mill-EFSF, li tinsab hawn: http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/5034386/2-27012011-AP-EN.PDF .

(27)

Il-metodoloġija għall-proġettazzjonijiet stokastiċi tad-dejn pubbliku użata hawnhekk hija ppreżentata fil-Monitoraġġ tas-Sostenibbiltà tad-Dejn 2019 tal-Kummissjoni Ewropea, l-Anness A7, u f’Berti K. (2013), “Stochastic public debt projections using the storical variance-covarance matrix approach for EU countries”, European Economy Economic Paper Nru 480.

(28)

It-tbassir tal-ħarifa 2022 tal-Kummissjoni jinkorpora miżuri ta’ politika fiskali li ġew adottati jew tal-anqas il-kredibbiltà mħabbra u informazzjoni li kienet disponibbli mill-31 ta’ Ottubru 2022. Lil hinn mill-2024 (l-aħħar sena ta’ tbassir), il-bilanċ strutturali primarju huwa mmodifikat biss bl-ispejjeż (netti) ipproġettati tat-tixjiħ.

(29)

Ix-xokkijiet huma preżunti li jsegwu distribuzzjoni normali konġunta.