Brussell, 13.12.2022

COM(2022) 800 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Beni Kulturali


1.Introduzzjoni  

It-traffikar ta’ beni kulturali huwa negozju li jħalli qligħ għall-kriminalità organizzata, u f’xi każijiet għal partijiet f’kunflitt u terroristi 1 . Dan huwa dovut b’mod partikolari għar-riskju baxx ta’ detezzjoni, il-potenzjal għal marġnijiet għoljin, u d-daqs attraenti tas-swieq leċiti 2 u illeċiti, xprunati minn domanda globali li hija bejn stabbli u waħda li qed tiżdied, mill-kolletturi, mill-investituri u mill-mużewijiet 3 .

L-Interpol kellha aktar minn 850 000 artefatt sekwestrat globalment fl-2020, b’aktar minn nofshom fl-Ewropa 4 . Mill-2016, l-Operazzjoni Pandora globali annwali wasslet għal 407 arresti u l-irkupru ta’ 147 050 beni kulturali 5 . Din id-data tagħti idea falza ta’ problema aktar estensiva – minħabba li għadd kbir ta’ każijiet ma jiġux skoperti, l-iskala reali tat-traffikar ta’ beni kulturali x’aktarx li hija ħafna akbar 6 .

Il-beni kulturali ta’ spiss huma ta’ importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira. Għalhekk, it-traffikar tal-beni kulturali jista’ jkollu impatt devastanti u irriversibbli fuq il-wirt kulturali fl-UE u lil hinn minnha. Dan jeqred partijiet mill-memorja kollettiva tagħna u jċaħħad lill-umanità mit-testimonjanzi tal-istorja tagħha. Iż-żoni ta’ kriżi u ta’ kunflitt huma partikolarment f’riskju. Dan huwa muri pereżempju fil-Lvant Qarib u Nofsani (bħal fis-Sirja, fl-Iraq jew fil-Libja) u l-aktar reċenti fl-Ukrajna.

L-indirizzar ta’ dan il-fenomenu kriminali intrinsikament tranżnazzjonali kumpless jirrikjedi rispons imfassal apposta fil-livell tal-UE, kif huwa stabbilit fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 2020-2025 7 u fl-Istrateġija tal-UE biex Tiġi Miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 8 . Għalhekk, il-Kummissjoni tressaq pjan ta’ azzjoni. Dan għandu l-għan li jimmassimizza l-potenzjal tal-azzjonijiet eżistenti tal-UE, jenfasizza oqsma li jirrikjedu sforzi ulterjuri u jindika kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi li fadal.

2.Fenomenu kumpless li jirrikjedi rispons imfassal apposta

It-tliet attivitajiet illegali ewlenin assoċjati mat-traffikar ta’ beni kulturali huma (1.) is-serq, (2.) is-sakkeġġ (it-tneħħija illeċita ta’ fdalijiet antiki minn siti arkeoloġiċi, bini jew monumenti 9 ) u (3.) il-falsifikazzjoni ta’ beni kulturali. Reati relatati jinkludu l-frodi, id-disponiment ta’ oġġetti misruqin (fencing), il-kuntrabandu, jew il-korruzzjoni. Lil hinn mit-traffikar, il-kriminali jistgħu jabbużaw saħansitra minn beni kulturali miksubin legalment, għall-ħasil tal-flus, l-evażjoni tas-sanzjonijiet 10 , l-evażjoni tat-taxxa jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Reati relatati ma’ beni kulturali għandhom karatteristiċi speċifiċi, li jiddistingwuhom minn attivitajiet illegali oħrajn. L-identità, l-awtentiċità, l-oriġini 11 , il-provenjenza 12 , u l-istatus legali ta’ beni kulturali rarament ikunu viżibbli mill-ewwel, u spiss jirrikjedu għarfien espert speċifiku li għandu jiġi stabbilit. It-tieni, il-kollezzjonijiet pubbliċi u dawk privati, il-monumenti u s-siti tal-iskavar huma vulnerabbli għas-serq u s-sakkeġġ, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u ta’ kriżi. Barra minn hekk, il-beni kulturali mhux reġistrati, speċjalment minn siti ta’ skavar jew minn kollezzjonijiet mhux katalogati, huma diffiċli biex jiġu identifikati u traċċati ladarba jkunu saru soġġetti għat-traffikar. It-tielet, is-suq għall-beni kulturali huwa soġġett għal ċerti vulnerabbiltajiet attraenti għall-kriminali. Dawn jinkludu l-aċċettazzjoni tal-anonimità u s-segretezza 13 , is-soġġettività tal-prezzijiet u l-volatilità, u l-possibbiltà li jintużaw oġġetti biex jinħażnu u jiġu mċaqilqa ammonti konsiderevoli ta’ flus 14 . Il-kriminali jibbenefikaw ukoll min-nuqqas ġenerali ta’ għarfien dwar il-ħsara li jista’ jġib it-traffikar ta’ beni kulturali 15 .

Barra minn hekk, il-kriminali qed japprofittaw mid-disponibbiltà akbar ta’ mezzi ta’ bejgħ online biex jespandu l-bażi tal-klijenti tagħhom fuq is-swieq leċiti u illeċiti. Dan jippreżenta sfidi addizzjonali għall-infurzar tal-liġi 16 , minħabba l-volum ta’ oġġetti kulturali li għandhom jiġu kkontrollati, il-kriptaġġ tad-data u l-għadd ta’ ġuriżdizzjonijiet potenzjalment involuti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi josservaw livell ogħla ta’ sofistikazzjoni tal-gruppi tal-kriminalità organizzata li huma attivi fit-traffikar tal-beni kulturali meta mqabblin ma’ tipi oħrajn ta’ reati tal-proprjetà organizzati. Il-kriminali joperaw b’mod deliberat bejn il-fruntieri biex jimmassimizzaw il-profitti tagħhom, jgħattu l-perkorsi tagħhom, jistaħbew milli jinqabdu u jiffalsifikaw l-oriġini jew il-provenjenza tal-beni kulturali traffikati.

Għalhekk, l-investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ traffikar ta’ beni kulturali huma kumplessi. Dawn jirrikjedu għarfien espert speċifiku dwar il-beni kulturali, u għadd kbir ta’ awtoritajiet li għandhom ikunu involuti (bħall-pulizija, id-dwana, il-gwardji tal-fruntiera, il-ministeri għall-kultura, l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, u l-ġudikatura), li spiss jinvolvu diversi ġuriżdizzjonijiet minħabba l-ambitu transfruntier ta’ ħafna każijiet.

3.Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Beni Kulturali

F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-azzjoni globali kontra t-traffikar ta’ beni kulturali f’diversi oqsma 17 , dan il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jiskoraġġixxi lill-kriminali b’mod effettiv, li jindirizza t-theddid għas-sigurtà li qed jevolvi u li jipproteġi l-wirt kulturali 18 . Il-pjan ta’ azzjoni jiffoka fuq erba’ objettivi strateġiċi, għal rispons effettiv u komprensiv:

I.It-titjib tal-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tar-reati mill-parteċipanti fis-suq u mill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali;

II.It-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u tal-kapaċitajiet ġudizzjarji;

III.It-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali;

IV.Il-kisba tal-appoġġ ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn biex jipproteġu l-beni kulturali mill-kriminalità.

Il-pjan ta’ azzjoni juża definizzjoni wiesgħa ta’ beni kulturali li tinkludi artefatti ta’ interess storiku, artistiku, xjentifiku, jew etnoloġiku, kif imsemmi fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u ta’ Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċiti tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-1970 (“Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970”) 19 . 

3.1. Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tat-traffikar ta’ beni kulturali mill-parteċipanti fis-suq u mill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali

Il-parteċipanti fis-suq tal-beni kulturali 20 , il-kolletturi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jgħinu fil-prevenzjoni u fl-identifikazzjoni ta’ reati relatati ma’ beni kulturali, peress li huma f’riskju partikolari li jiltaqgħu ma’ beni kulturali traffikati jew li jsiru vittmi ta’ reati ta’ proprjetà. Huwa essenzjali li dawn il-partijiet ikkonċernati jkunu konxji mil-leġiżlazzjoni applikabbli u minn għodod mhux leġiżlattivi oħrajn li għandhom l-għan li jipprevjenu u jidentifikaw dawn ir-reati 21 . Il-Kummissjoni tinsab fi djalogu regolari mal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, b’mod partikolari permezz tal-grupp ta’ esperti tal-Wirt Kulturali 22 . Il-Kummissjoni kkooperat ukoll mal-UNESCO biex tapprofondixxi l-fehim tas-suq tal-arti u tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali tar-regoli dwar id-diliġenza dovuta u l-etika 23 . L-UNESCO bħalissa qed taħdem fuq reviżjoni tal-Kodiċi Internazzjonali għan-Negozjanti fil-Proprjetà Kulturali sabiex tindirizza l-isfidi li nqalgħu mill-adozzjoni tiegħu fl-1999 ’l hawn, kif ukoll biex issaħħaħ u tiċċara l-prinċipji etiċi li għandhom jirregolaw is-suq tal-arti.

Peress li t-traffikar tal-beni kulturali huwa tipikament reat transfruntier, il-leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE għandha rwol importanti fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ każijiet bħal dawn. L-esportazzjoni ta’ beni kulturali mit-territorju doganali tal-Unjoni hija soġġetta għal rekwiżit ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, biex jiġi żgurat li l-esportazzjonijiet jgħaddu minn kontrolli uniformi fil-fruntieri esterni tal-UE 24 . L-importazzjoni ta’ beni kulturali taqa’ taħt ir-Regolament (UE) 2019/880. Dan jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ beni kulturali esportati illegalment minn pajjiż terz, u jissoġġetta l-importazzjoni ta’ ċerti beni kulturali fl-Unjoni għal rekwiżiti għal-liċenzji tal-importazzjoni jew għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur. Ir-Regolament jintroduċi wkoll sistema elettronika ċentralizzata għall-ħżin u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u għat-twettiq tal-formalitajiet tal-importazzjoni mill-operaturi. Din is-sistema se ssir operazzjonali sa Ġunju 2025 25 . Din hija mingħajr karti, u se tiżgura l-interkonnessjoni bejn l-awtoritajiet doganali u kulturali rilevanti u l-bażijiet tad-data eżistenti. Barra minn hekk, għandha l-potenzjal li tnaqqas il-każijiet ta’ falsifikazzjoni tad-dokumenti, u telimina l-ħtieġa li tiġi vverifikata l-awtentiċità tal-liċenzji stampati. Il-Kummissjoni qed tqis ukoll estensjoni futura ta’ din is-sistema għal-liċenzji tal-esportazzjoni skont ir-Regolament (KE) 116/2009. Il-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ beni kulturali hija kkomplementata mid-Direttiva 2014/60/UE dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru 26 .

Biex tissimplifika ulterjorment l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni, il-Kummissjoni torganizza skambji regolari mal-awtoritajiet doganali u kulturali tal-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet doganali relatati ma’ beni kulturali, il-Kumitat dwar il-Beni Kulturali stabbilit bir-Regolament (KE) 116/2009 u bir-Regolament (UE) 2019/880 u l-Grupp tal-Proġetti dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Beni Kulturali.

Madankollu, l-iskrutinju u l-kontroll tal-kummerċ ta’ beni kulturali jistgħu jvarjaw ħafna fis-suq uniku 27 . Dan iħalli lakuni sinifikanti għall-kriminali biex jaħbu t-traċċi tagħhom u jaħbu l-oriġini ta’ oġġett. F’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 28 u kif tqajmet mill-partijiet ikkonċernati tal-infurzar tal-liġi kkonsultati, miżuri biex tiżdied it-traċċabbiltà 29 tat-trasferiment tal-proprjetà f’beni kulturali fis-suq uniku jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiġu identifikati każijiet ta’ traffikar u biex il-kriminali jiġu skoraġġuti milli jinfiltraw is-suq tal-beni kulturali. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ provenjenza għall-beni kulturali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/60/UE jtejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmu tar-ritorn previst mid-Direttiva nnifisha 30 . Ħafna Stati Membri diġà implimentaw reġistri tal-bejgħ għall-kategoriji ta’ beni kulturali. L-implimentazzjoni ta’ miżuri simili fl-UE tgħin biex tingħata spinta lill-prevenzjoni u lill-identifikazzjoni tal-kriminalità f’każijiet transfruntieri, u tgħin biex tiġi stabbilita stampa komprensiva tat-traffikar illeċitu ta’ beni kulturali fis-suq uniku. Barra minn hekk, l-effettività tar-reġistri tal-bejgħ eżistenti tista’ tittejjeb, pereżempju billi jiġi żgurat li l-informazzjoni tinħażen b’mod diġitali u li r-reġistri jkunu interkonnessi.

Jistgħu jittieħdu wkoll passi biex il-ġabriet ta’ beni kulturali pubbliċi u privati jsiru anqas vulnerabbli għall-kriminalità fuq il-proprjetà. Il-Europol 31 tirrapporta li fl-UE, ħafna każijiet ta’ traffikar jikkonċernaw beni kulturali misruqin minn postijiet ta’ qima, istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, mużewijiet, kif ukoll djar u kollezzjonijiet privati. Il-ġabriet pubbliċi u dawk privati jeħtieġ li jiżviluppaw sensibilizzazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tagħhom għall-kriminalità fil-proprjetà, iħarrġu lill-persunal tagħhom fl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni, u jinvestu f’għodod ta’ protezzjoni.

Bl-istess mod, is-sidien jew il-maniġers ta’ kollezzjonijiet pubbliċi u privati jistgħu jieħdu miżuri volontarji biex jipproteġu lilhom infushom aħjar kontra l-kriminalità fil-proprjetà. Azzjoni ewlenija hija li jinżammu inventarji u bażijiet tad-data aġġornati tal-beni kulturali kollezzjonati. Dawn l-inventarji jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u t-tiftix ta’ oġġetti misruqin. Anke għall-kollezzjonijiet privati, hemm għodod disponibbli rakkomandati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħall-Object-ID tal-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) 32 . Ir-rapportar ta’ każijiet ta’ kriminalità fuq il-proprjetà lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huwa mezz ieħor biex jiġu identifikati u evitati r-reati. Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-beni kulturali misruqin jidhru f’bażijiet tad-data nazzjonali tal-arti misruqa u l-Bażi tad-Data tal-Interpol tax-Xogħlijiet tal-Arti Misruqin. Ir-reġistrazzjoni ta’ beni kulturali misruqin iżżid il-viżibbiltà tagħhom, u tnaqqas il-possibbiltà li t-traffikanti jsibu mezzi ta’ bejgħ fl-ekonomija legali.

L-UE diġà għandha leġiżlazzjoni speċifika fis-seħħ biex tindirizza t-traffikar tal-beni kulturali online. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali 33 jżid ir-responsabbiltajiet tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji, inklużi pjattaformi online li jikkollegaw lill-konsumaturi ma’ fornituri ta’ oġġetti u servizzi. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jirregola wkoll ir-rapportar ta’ kontenut illegali, bħal fuq bejgħ suspettuż 34 , jintroduċi l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jibagħtu ordnijiet ta’ tneħħija transfruntiera lill-fornituri ta’ servizzi intermedjarji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, u jżid l-obbligi ta’ traċċabbiltà għan-negozjanti. Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll id-diġitalizzazzjoni u l-preservazzjoni diġitali tal-wirt kulturali permezz tal-ispazju komuni Ewropew tad-data għall-wirt kulturali 35 u l-Cloud Kollaborattiv Ewropew għall-Wirt Kulturali li mistenni jasal.

Komponent ewlieni tal-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali hija l-identifikazzjoni ta’ flussi finanzjarji illeċiti. Barra minn hekk, il-prevalenza tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu b’beni kulturali miksubin legalment tirrikjedi attenzjoni partikolari. Tħassib li s-settur tal-arti u tal-oġġetti antiki jista’ jiġi abbużat mill-kriminali biex isir ħasil tar-rikavat mir-reati tagħhom wassal għal sejħiet biex jiġi estiż il-qafas regolatorju tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament t-terroriżmu. Id-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus 36 issa tapplika għall-parteċipanti fis-suq tal-arti u tal-oġġetti antiki, bħal galleriji u djar tal-irkant, li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet tal-arti, kif ukoll għal portijiet ħielsa għal tranżazzjonijiet li jaqbżu ċertu limitu. Il-parteċipanti fis-suq għandhom obbligu li jinkludu valutazzjonijiet tar-riskju u approċċi “bbażati fuq ir-riskju” għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ ġestjoni tar-riskju, diliġenza dovuta effettiva tal-klijenti u identifikazzjoni tal-klijenti u s-sidien benefiċjarji tagħhom, u jirrapportaw tranżazzjonijiet u attivitajiet suspettużi lill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja nazzjonali. Barra minn hekk, il-proposta għal Regolament ġdid kontra l-Ħasil tal-Flus 37 tistabbilixxi limitu madwar l-UE ta’ EUR 10 000 għall-pagamenti fi flus. Dan jista’ jnaqqas l-attraenza tas-suq tal-beni kulturali għall-ħasil tal-flus.

L-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġu livell suffiċjenti ta’ fehim tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur tal-beni kulturali sabiex ikunu jistgħu jaġixxu kif xieraq meta jkun meħtieġ. Għal dan il-għan, il-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali mwettqin mill-Istati Membri skont il-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus 38 jipprovdu l-ambjent adegwat. L-Istati Membri jistgħu wkoll joħorġu gwida lill-entitajiet rilevanti tas-settur privat dwar kif għandhom jidentifikaw tranżazzjonijiet rilevanti u jikkonformaw mal-obbligi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 39 . 

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tappoġġa l-proġett tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-arti, l-oġġetti antiki u beni kulturali oħrajn. L-objettivi tagħha jinkludu l-għajnuna lill-pajjiżi, lill-awtoritajiet kompetenti u lis-settur privat biex jifhmu kif il-kriminali u t-terroristi jistgħu jabbużaw mill-kummerċ ta’ dawn l-oġġetti, u biex jiġu żviluppati l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet biex itaffu dawn ir-riskji 40 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni kontinwament tivvaluta r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq uniku meta jkunu relatati ma’ attivitajiet transfruntieri. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju supranazzjonali 41 , il-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja r-riskji speċifiċi tas-suq tal-arti u tal-oġġetti antiki u setturi relatati oħrajn, bħall-portijiet ħielsa u l-faċilitajiet għall-ħżin tal-arti 42 . 

Azzjonijiet ewlenin

Il-Kummissjoni se:

·Tniedi djalogu mas-suq tal-arti, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UNESCO, dwar il-kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni u l-kummerċ ta’ beni kulturali fis-suq uniku, inkluż avveniment ta’ livell għoli fl-2023;

·Issostni l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-professjonisti tal-wirt kulturali u l-awtoritajiet rilevanti permezz ta’ sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma u attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari 43 ;

·Tesplora l-estensjoni tas-sistema elettronika għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ beni kulturali biex tiġi ttrattata l-esportazzjoni ta’ beni kulturali, permezz ta’ studju ta’ fattibbiltà;

·Bl-għan li tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu reġistri tal-bejgħ biex itejbu t-traċċabbiltà tal-beni kulturali fis-suq uniku (inkluż il-bejgħ online), il-Kummissjoni se tniedi studju, u abbażi ta’ dan toħroġ gwida lill-Istati Membri fl-2024;

·Tikkoopera mal-ICOM biex tippromwovi l-Kodiċi ta’ Etika tal-ICOM għall-Mużewijiet, ittejjeb il-kapaċitajiet u tipprovdi taħriġ lill-persunal fil-mużewijiet u fl-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali f’diversi Stati Membri, sabiex jirreġistraw u jipproteġu aħjar il-kollezzjonijiet tagħhom.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex:

·Isaħħu l-kooperazzjoni effettiva u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet doganali u mal-Kummissjoni 44 permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali sabiex tiġi miġġielda l-frodi relatata mal-beni kulturali;

·Jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-kollezzjonijiet pubbliċi u privati jirreġistraw kif xieraq il-possessjonijiet tagħhom f’bażijiet tad-data u jirrapportaw każijiet ta’ delitti kontra l-proprjetà lill-infurzar tal-liġi, bl-għajnuna ta’ standards u għodod miftiehma internazzjonalment (bħall-istandard tal-ID tal-Oġġett jew il-Bażi tad-Data tax-Xogħlijiet tal-Arti Misruqin);

·Jidentifikaw, jivvalutaw u jifhmu r-riskji tat-traffikar ta’ beni kulturali, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus, u jadottaw miżuri adegwati biex itaffu dawn ir-riskji;

·Iqajmu sensibilizzazzjoni u joħorġu gwida lis-settur privat dwar kif l-aħjar jikkonforma mal-obbligi tagħhom biex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti 45 ;

·Itejbu l-kooperazzjoni bejn l-entitajiet obbligati mis-suq tal-arti u tal-oġġetti antiki, mis-settur finanzjarju u mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja billi jaqsmu l-għarfien u t-taħriġ dwar ir-riskji u t-tipi ta’ attivitajiet illegali relatati ma’ beni kulturali, filwaqt li jqisu l-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u dawk privati;

·Jippromwovu l-Kodiċi tal-Etika Internazzjonali tal-UNESCO għan-Negozjanti fil-Proprjetà Kulturali u l-Kodiċi tal-Etika tal-ICOM għall-Mużewijiet.

3.2. It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura

Minħabba n-natura kumplessa tat-traffikar ta’ beni kulturali, l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura jiffaċċaw sfidi speċifiċi. Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex tingħata spinta lill-kapaċità tagħhom li jittrattaw każijiet ta’ traffikar ta’ beni kulturali b’mod effettiv, f’konformità mal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet skont il-liġi tal-UE u dik nazzjonali.

Bħalissa, l-istampa tal-intelligence disponibbli ma tirriflettix b’mod adegwat il-prevalenza tat-traffikar tal-beni kulturali. Waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ data dwar it-traffikar ta’ beni kulturali hija li l-każijiet ta’ traffikar ma humiex irreġistrati kif xieraq. Impediment ewlieni għall-ġbir ta’ stampa komprensiva tal-intelligence madwar l-UE huwa li la hemm metodoloġija uniformi għall-ġbir tad-data, u lanqas kategorizzazzjoni uniformi tar-reati relatati mal-beni kulturali. Sabiex tiġi ffaċilitata kategorizzazzjoni uniformi, il-katalgu komprensiv tar-reati tal-proprjetà kulturali stabbilit fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-Reati relatati mal-proprjetà kulturali (“il-Konvenzjoni ta’ Nikosija”) 46 fih gwida dwar il-kategoriji ta’ reati li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jużaw. 

L-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġ li jkollhom fehim adegwat tal-modus operandi tal-kriminali, u jaqsmu informazzjoni ma’ xulxin biex ikunu jistgħu jimmassimizzaw l-użu tar-riżorsi tagħhom. Fehim bħal dan għandu jkopri b’mod partikolari d-differenzi reġjonali 47 bejn it-traffikanti, pereżempju f’termini ta’ struttura organizzazzjonali, beni kulturali f’riskju, rotot ta’ traffikar jew metodi biex wieħed jaħsel il-flus u jiffalsifika l-oriġini u l-provenjenza tal-beni. Dan l-għarfien jista’ jiffaċilita tiftix aktar immirat u użu effettiv tar-riżorsi disponibbli. L-azzjonijiet operazzjonali tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal fehim aħjar tal-prattiki tat-traffikanti u tal-ambitu tat-traffikar tal-beni kulturali.

L-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġ ukoll li jkunu konxji tar-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni fl-aġenziji u bejn l-aġenziji 48 , kif ukoll tal-għażliet ta’ kooperazzjoni f’każ partikolari. Biex tappoġġa lill-awtoritajiet pubbliċi fl-isforzi tagħhom għall-bini tal-kapaċità, l-UNESCO ppubblikat is-sett ta’ għodod “Fighting the illicit trafficking of cultural property: a toolkit for European judiciary and law enforcement”, żviluppat bħala parti mill-kooperazzjoni bejn l-UE u l-UNESCO. Il-Kummissjoni tappoġġa lill-UNESCO fit-traduzzjoni tas-sett ta’ għodod tagħha f’lingwi ulterjuri tal-pajjiżi rilevanti. It-tieni, l-UNODC żviluppa Għodda ta’ Assistenza Prattika 49 , biex jgħin fl-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Internazzjonali 50 .

L-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġu għarfien espert u għodod 51 speċifiċi biex jidentifikaw u jinvestigaw każijiet ta’ traffikar. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Interpol, dan jinvolvi r-reġistrazzjoni adegwata ta’ oġġetti misruqin fil-livell nazzjonali u internazzjonali, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħiliet meħtieġa, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ unitajiet speċjalizzati fil-livell nazzjonali ddedikati esklussivament għall-investigazzjonijiet dwar it-traffikar ta’ beni kulturali 52 , kif stipulat mill-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970. Gruppi speċjalizzati ta’ prosekuturi wrew ukoll li huma effettivi fl-approfondiment tal-ambitu tal-investigazzjonijiet. Fattur importanti ieħor huwa l-aċċess f’waqtu għall-għarfien espert minn storiċi tal-arti, arkeoloġi jew esperti oħrajn tal-beni kulturali, biex jiġu identifikati l-beni kulturali sekwestrati, tiġi ddeterminata l-awtentiċità tagħhom, jew jiġi kkwantifikat id-dannu possibbli li jkun seħħ f’siti li kienu jew li jirriskjaw li jiġu sakkeġġati.

It-teknoloġija hija kruċjali fl-appoġġ tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u fil-protezzjoni tal-beni kulturali milli jiġu ttraffikati. Dan jinkludi software biex jiġu rreġistrati oġġetti misruqin u biex jiġu identifikati beni kulturali illegali fis-suq, teknoloġija tas-sorveljanza tal-ajru biex jiġu protetti siti f’riskju jew għodod ta’ investigazzjoni online, inklużi dawk ibbażati fuq intelliġenza artifiċjali. B’mod partikolari , l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtieġu għodod speċifiċi ta’ identifikazzjoni biex jindirizzaw b’mod effettiv il-volum ta’ oġġetti li għandhom jiġu vverifikati fl-investigazzjonijiet online, pereżempju għall-iskennjar sistematiku tal-Internet għal immaġnijiet u data oħra ta’ beni kulturali illegalment għall-bejgħ.

L-awtoritajiet jistgħu iqisu wkoll it-twessigħ tal-ambitu tal-investigazzjonijiet lil hinn mill-irkupru tal-beni traffikati, biex jinkludu n-networks kriminali u l-flussi tal-flus illeċiti wara l-każijiet ta’ traffikar individwali. L-investigazzjonijiet dwar l-ambitu b’dan il-mod huma konformi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali (eż., l-Interpol), mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Kriminalità Organizzata 2021-2025 u mal-għanijiet strateġiċi orizzontali komuni tal-EMPACT. Fil-livell tal-UE u dak internazzjonali, l-investigazzjonijiet jistgħu jiġu appoġġati mill-Europol 53 , l-aġenzija tal-UE għall-ġestjoni tal-fruntieri Frontex 54 , u l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) f’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom, jew permezz tal-involviment ta’ sħab bħall-Interpol, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) jew l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni tista’ tiġi stabbilita fil-kuntest ta’ strumenti rilevanti oħrajn tal-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja 55 . L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jipprosekwixxi reati speċifiċi relatati mat-traffikar ta’ beni kulturali li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu 56 . Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv il-kompiti tiegħu mogħtija mir-Regolament (UE) 2017/1939, inkluż billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu ma’ pajjiżi mhux tal-UE. 

Bħala kriminalità transfruntiera b’mod inerenti, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-beni kulturali tista’ tissaħħaħ permezz ta’ skambji aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika u tal-aħjar prattiki, kif ukoll biex jitrawmu sforzi konġunti fit-traffikar tal-beni kulturali, fl-2012 il-Kunsill ħoloq in-network informali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, EU CULTNET 57 . Dan in-network għandu potenzjal sinifikanti biex jappoġġa lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fl-indirizzar tat-traffikar ta’ beni kulturali, b’mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni dwar proġetti ta’ interess komuni u l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi mfassla għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri biex tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi permezz tal-EU CULTNET.

Traffikanti ta’ beni kulturali jibbenefikaw minn kriminalizzazzjoni mhux uniformi ta’ reati rilevanti madwar l-UE. Il-“Konvenzjoni ta’ Nikosija” tal-Kunsill tal-Ewropa 58 hija l-uniku trattat internazzjonali li jittratta speċifikament il-kriminalizzazzjoni tat-traffikar illeċitu tal-proprjetà kulturali. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni stipulati taħt il-konvenzjoni jinkludu l-kriminalizzazzjoni tas-serq, l-importazzjoni/l-esportazzjonijiet illegali, l-iskavar illegali, l-akkwist illegali u t-tqegħid fis-suq, kif ukoll il-falsifikazzjoni tad-dokumenti. Dawn il-miżuri jgħinu biex ifixklu l-attivitajiet ta’ traffikar permezz ta’ investigazzjonijiet miżjuda kif ukoll possibbiltajiet imtejba biex tiġi rkuprata u kkonfiskata proprjetà kulturali misruqa. Barra minn hekk, sabiex jiġu mxekkla l-mudelli ta’ negozju kriminali, dan l-aħħar il-Kummissjoni proponiet li żżid ir-regoli tal-UE dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi 59 li jkunu jirrikjedu li l-Istati Membri jittraċċaw, jiffriżaw u jikkonfiskaw proprjetà li tirriżulta mit-traffikar ta’ beni kulturali fejn traffikar bħal dan jitwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed taħdem fuq modi kif iżżid ir-responsabbiltà kriminali tal-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni 60 . Dan ikollu wkoll impatt fuq dawk l-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fl-użu ta’ beni kulturali biex jiġu evitati l-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Azzjonijiet ewlenin

Il-Kummissjoni se:

·Tidentifika u tiffaċilita kategoriji aktar uniformi għall-ġbir ta’ data bl-appoġġ mill-Europol, li jista’ jwassal għal ġbir ta’ data fl-UE kollha permezz tal-EUROSTAT fil-futur;

·Tesplora miżuri għal armonizzazzjoni u interkonnessjoni madwar l-UE kollha tal-bażijiet tad-data tal-Istati Membri ta’ beni kulturali misruqin – inkluża konnessjoni mal-Bażi tad-Data tax-Xogħlijiet tal-Arti Misruqin tal-Interpol;

·Tkompli tiffinanzja l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet biex itejbu t-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni ta’ beni kulturali għall-protezzjoni tagħhom minn theddid magħmul mill-bniedem (inkluża l-kriminalità), u tindirizza aspetti differenti tal-protezzjoni ta’ beni kulturali, inklużi miżuri ta’ traċċabbiltà kif ukoll l-identifikazzjoni u t-traċċar ta’ beni kulturali traffikati 61 ;

·Iżżid it-traffikar ta’ beni kulturali mal-kors ta’ induzzjoni għall-uffiċjali tal-korp permanenti tagħha għall-identifikazzjoni ta’ kriminalità transfruntiera tal-Frontex;

·Tivvaluta l-għodod eżistenti ta’ investigazzjoni diġitali (inklużi dawk iffinanzjati mill-Kummissjoni) u trawwem l-aċċess tal-Istati Membri għal dawn, b’appoġġ mil-Laboratorju tal-Innovazzjoni tal-Europol;

·Twettaq immappjar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li tikkriminalizza t-traffikar illeċitu ta’ proprjetà kulturali u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Nikosija;

L-Istati Membri huma mħeġġa biex:

·Jistabbilixxu u jiġġestixxu b’mod xieraq bażijiet tad-data nazzjonali dedikati ta’ beni kulturali misruqin;

·Jirrapportaw beni kulturali misruqin lill-Interpol permezz tal-bażi tad-data tagħha dwar ix-Xogħlijiet tal-Arti Misruqin;

·Jikkondividu informazzjoni dwar każijiet ta’ traffikar ta’ beni kulturali mal-Europol u mal-Interpol biex itejbu l-istampa tal-intelligence;

·Jimmassimizzaw il-potenzjal tal-EMPACT għal każijiet ta’ traffikar ta’ beni kulturali, inkluż dwar investigazzjonijiet dwar in-networks kriminali u l-flussi ta’ flus illeċiti involuti;

·Jieħdu vantaġġ sħiħ mill-appoġġ u l-għarfien espert tal-Europol kif ukoll tal-Eurojust għall-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera;

·Jipprovdu bini adegwat tal-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji, pereżempju billi jistabbilixxu u jħarrġu unitajiet speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi u gruppi speċjalizzati ta’ prosekuturi, u billi jipprovdu taħriġ bażiku għall-uffiċjali tal-pulizija, tad-dwana u tal-gwardja tal-fruntiera involuti fil-kontrolli ta’ rutina;

·Jikkonkludu memoranda ta’ qbil bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-wirt kulturali biex ikunu żgurati l-ġestjoni u l-ħżin adegwati ta’ beni kulturali sekwestrati jew konfiskati;

·Jappoġġaw it-tisħiħ u l-kontinwità tan-network EU CULTNET biex jintuża l-potenzjal sħiħ tiegħu, inkluż billi jiġi ssekondat persunal adatt lill-Europol għal dak l-għan, u bl-iżvilupp ta’ miżuri komuni bħat-titjib tal-aċċess rapidu tal-infurzar tal-liġi għall-għarfien espert meħtieġ minn arkeologi jew storiċi tal-arti 62 ;

·Jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw il-“Konvenzjoni ta’ Nikosija” tal-Kunsill tal-Ewropa 63 .

3.3. Tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali

Ġlieda effettiva kontra t-traffikar ta’ beni kulturali tirrikjedi azzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-UE. L-azzjoni esterna tal-UE tinkludi kooperazzjoni multilaterali u bilaterali, u tiffoka fuq miżuri f’pajjiżi tas-sors, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni barra mill-UE. L-azzjonijiet jinkludu appoġġ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u tas-siti arkeoloġiċi, l-istabbiliment ta’ bażijiet tad-data nazzjonali dwar il-beni kulturali, u l-bini tal-kapaċità għall-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura.

Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) qed ikomplu jappoġġaw rispons globali għat-traffikar tal-beni kulturali. Dawn se jinkorporaw ulterjorment il-protezzjoni tal-wirt kulturali fl-azzjoni esterna tal-UE, li tvarja minn rispons għal kriżi u emerġenza għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kooperazzjoni internazzjonali u multilaterali, u fi ħdan il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni, flimkien mas-SEAE, f’konformità mal-kompiti rispettivi tagħhom u mal-proċeduri applikabbli skont id-dritt tal-UE, se jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali 64 dedikati għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali, filwaqt li jinkoraġġixxu ulterjorment l-iżvilupp u l-aderenza ma’ oqfsa u standards legali internazzjonali rilevanti.

Fir-rigward tal-kooperazzjoni bilaterali jew reġjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE, l-UE inkludiet il-protezzjoni tal-beni kulturali kontra t-traffikar fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali, bħall-Prijoritajiet ta’ Sħubija mal-Eġittu, 65 jew il-Programm tal-Ewropa tal-Amerika Latina ta’ Assistenza kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali (El pacCto). Dan irriżulta fl-istabbiliment ta’ għodod ġodda ta’ kooperazzjoni biex jiġi investigat it-traffikar tal-proprjetà kulturali 66 . Barra minn hekk, l-UE appoġġat attivitajiet relatati mal-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali fil-Balkani tal-Punent, u pprovdiet appoġġ finanzjarju għall-protezzjoni tal-wirt kulturali lill-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu tat-traffikar ta’ beni kulturali bħall-Mali, it-Tuneżija, il-Libanu, l-Iraq, is-Sirja, il-Libja u l-Jemen 67 . Dwar il-bini tal-kapaċitajiet, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll lill-pajjiżi sħab fil-qasam tal-irkupru tal-assi. Hija tiffinanzja miżuri ta’ assistenza mmirati lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera għat-traċċar, l-investigazzjoni, is-sekwestru u l-konfiska tal-assi 68 . 

L-UE taħdem ukoll globalment biex tindirizza l-flussi finanzjarji illeċiti relatati mal-beni kulturali. Dan qed isir permezz tal-Faċilità Globali tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. Il-Faċilità Globali għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi jadattaw għall-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, li jiżguraw rispons globali koordinat għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u t-terroriżmu. L-azzjonijiet jinkludu t-titjib tal-investigazzjonijiet u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi sħab, pereżempju l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja.

L-azzjoni tal-UE tindirizza b’mod speċifiku l-vulnerabbiltà tal-beni kulturali għall-ħsara kriminali f’reġjuni ta’ kunflitt u ta’ kriżi 69 . Il-progress tagħha huwa mmonitorjat mis-SEAE, flimkien mas-servizzi tal-Kummissjoni u mill-Istati Membri 70 . Dan jinkludi task force informali ta’ esperti mis-SEAE u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-iffaċilitar ta’ azzjonijiet konkreti ġodda. Peress li l-aġenti skjerati f’missjonijiet u f’operazzjonijiet jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-protezzjoni ta’ beni kulturali, it-traffikar ta’ beni kulturali se jiġi inkluż fil-moduli dedikati ta’ taħriġ tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni dwar il-wirt kulturali f’kunflitti u fi kriżijiet. Eżempju notevoli ieħor huwa l-appoġġ ta’ pajjiżi f’riskju ta’ sakkeġġ minn teknoloġija satellitari u droni permezz tal-programm ta’ osservazzjoni tad-Dinja tal-Unjoni Ewropea Copernicus. 

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna titlob għal azzjoni ulterjuri biex jiġu ssalvagwardjati l-beni kulturali tal-Ukrajna. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE se jkomplu jappoġġaw is-salvagwardja tal-beni kulturali fl-Ukrajna b’diversi mezzi, inkluża l-assistenza għall-protezzjoni u l-evakwazzjoni ta’ beni kulturali 71 . Għal dan il-għan, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE jiskambjaw regolarment f’task force dedikata dwar l-aħjar prattiki, it-tagħlimiet meħudin u azzjonijiet ġodda possibbli. L-azzjonijiet jinkludu appoġġ finanzjarju għall-protezzjoni tal-bini u tal-kollezzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-professjonisti tal-wirt kulturali biex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom fl-Ukrajna, f’kooperazzjoni mal-Alleanza Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Wirt f’Żoni ta’ Kunflitt 72 . Barra minn hekk, għall-ewwel darba, il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili ġie attivat biex jipprovdi assistenza fil-qasam tal-protezzjoni tal-wirt kulturali 73 . Il-programm Dar tal-Ewropa II, iffinanzjat mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, se jinkludi appoġġ għall-preżervazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali tal-Ukrajna.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-appoġġ eżistenti tal-Istati Membri għall-pajjiżi ta’ sors jew ta’ tranżitu mhux tal-UE, inkluż f’kunflitti u fi kriżijiet, bħal fil-Lvant Nofsani 74 u fl-Ukrajna.

Azzjonijiet ewlenin

Is-servizzi tal-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mas-SEAE, u l-Istati Membri fejn xieraq, se:

·Jissorveljaw u jirrapportaw dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Approċċ tal-UE għall-Wirt Kulturali f’kunflitti u fi kriżijiet

·Iżidu l-appoġġ għall-protezzjoni tal-beni kulturali tal-Ukrajna mill-qerda billi jappoġġaw l-evakwazzjoni u l-protezzjoni fiżika tal-kollezzjonijiet;

·Isaħħu l-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi għall-kooperazzjoni u l-investigazzjonijiet transfruntieri dwar il-ħasil tal-flus relatati mal-beni kulturali, b’mod partikolari billi jiġi estiż l-ambitu tal-Faċilità Globali tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus biex tkopri l-Asja u l-Amerika Latina.

3.4. Tiżdied il-protezzjoni tal-beni kulturali kontra t-traffikar bil-massimizzazzjoni tal-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-UNESCO u l-UNODC, urew li hemm għarfien pubbliku limitat dwar il-ħsara li jista’ jġib it-traffikar tal-beni kulturali. Huwa vitali li tiġi ġġenerata sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-wirt kulturali u d-dannu li jsir mill-kummerċ illeċitu ta’ beni kulturali lil hinn mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mill-komunitajiet tal-wirt kulturali. L-udjenzi fil-mira jinkludu xerrejja potenzjali ta’ beni kulturali, żgħażagħ, ġurnalisti, individwi jew entitajiet li jistgħu jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika dwar beni kulturali, kif ukoll komunitajiet f’pajjiżi ta’ oriġini li jistgħu jinfluwenzaw il-mod kif il-beni kulturali lokali jiġu ppreżervati u protetti.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tappoġġa diversi proġetti ta’ sensibilizzazzjoni. Biex tqajjem għarfien dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali fl-Ukrajna, il-Kummissjoni tappoġġa l-kampanja #ArtvsWar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taħdem flimkien mal-UNESCO u tappoġġa l-kampanja tagħhom dwar “il-Prezz Veru tal-Arti” (“the Real Price of Art”), biex iżżid is-sensibilizzazzjoni tax-xerrejja potenzjali dwar l-impatt tat-traffikar fuq il-wirt kulturali. Sabiex tilħaq udjenza usa’, il-Kummissjoni tappoġġa l-ħolqien ta’ materjal tal-apprendiment dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali 75 , u l-promozzjoni tiegħu fl-UE permezz tal-pjattaforma School Education Gateway. L-UE tappoġġa wkoll l-involviment taż-żgħażagħ. Pereżempju, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti għall-Wirt Kulturali, stabbilita fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018, hija parti minn proġett ta’ network appoġġat mill-Programm Ewropa Kreattiva “European Cultural Heritage Agora: Empowering Europe’s Civil Society Movement for Heritage”.

Azzjonijiet ewlenin

Is-servizzi tal-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mas-SEAE fejn xieraq, se:

·Jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-ICOM, biex jiġi aġġornat l-Osservatorju tal-ICOM, li jiċċentralizza u jxerred diversi strumenti u materjali għall-fehim pubbliku internazzjonali u l-orjentazzjoni politika biex jiġu protetti l-beni kulturali;

·Jappoġġaw lill-UNESCO fil-ħolqien ta’ manwal għall-ġurnalisti dwar ir-rapportar dwar reati relatati mal-wirt kulturali;

·Jappoġġaw inizjattivi ta’ involviment taż-żgħażagħ permezz tal-Ewropa Kreattiva, il-Korp ta’ Solidarjetà tal-UE, u l-Erasmus+;

·Jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-organizzazzjonijiet rilevanti taż-żgħażagħ sabiex jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li l-wirt kulturali jiġi protett mill-qerda, mis-serq u mis-sakkeġġ.  

4.Konklużjoni

It-traffikar tal-beni kulturali ma huwiex reat mingħajr vittmi: dan mhux biss iħeġġeġ attivitajiet li jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE, iżda jista’ jikkawża wkoll ħsara irreparabbli lill-wirt kulturali tagħna u għalhekk, lill-identità komuni tagħna. Din hija r-raġuni għaliex il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali tirrikjedi sforzi komuni u sostnuti addizzjonali minn firxa kbira ta’ partijiet ikkonċernati fl-UE u lil hinn minnha. Dan il-pjan ta’ azzjoni jipprovdi qafas komprensiv għall-UE u għall-Istati Membri biex javvanzaw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rispons tal-ġustizzja kriminali għat-traffikar ta’ beni kulturali u reati relatati. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill japprovaw dan il-pjan ta’ azzjoni u jappoġġaw l-implimentazzjoni tiegħu.

(1)

     Ara pereżempju r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2199 (2015), 2253 (2015), 2322 (2016), 2347 (2017), 2462 (2019) u 2617 (2021); Id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-Ministri tal-Kultura tal-G20 tat-30 ta’ Lulju 2021.

(2)

     Fl-2021, is-suq “leċitu” tal-arti u tal-oġġetti antiki kien stmat li jlaħħaq USD 65 biljun globalment, żieda ta’ 29 % meta mqabbel mal-2020, u jisboq il-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-COVID; ara Clare McAndrew, The Art Market 2022 – An Art Basel & UBS Report.

(3)

     Cf. Europol, Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata 2021.

(4)

     Rapport tal-Interpol, Valutazzjonijiet tar-Reati Kontra l-Proprjetà Kulturali 2020.

(5)

     Parti mill-operat tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT). Ara https://www.europol.europa.eu/media-press/newsroom/news/total-of-52-arrests-in-operation-across-28-countries-targeting-trafficking-in-cultural-goods .

(6)

     Ara l-Kummissjoni Ewropea, Illicit trade in cultural goods in Europe - Characteristics, criminal justice responses and an analysis of the applicability of technologies in the combat against the trade, final report, 2019, p. 81, 159, 160.

(7)

     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM/2020/605 final .

(8)

     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025, COM/2021/170 final.

(9)

     Inkluż is-sakkeġġ, jiġifieri s-serq fil-gwerra, meqjus bħala reat tal-gwerra fid-dritt umanitarju internazzjonali konswetudinarju. Ara https://ihl-databases.icrc.org/customary-ihl/eng/docs/v1_rul_rule52 .

(10)

     Ara pereżempju United States Senate, Permanent Subcommittee on Investigations, Committee on Homeland Security and Governmental Affairs, The Art Industry and U.S. Policies that Undermine Sanctions Staff Report Permanent Subcommittee on Investigations United States Senate, 2020.

(11)

     Il-post in situ ta’ oġġett fid-data tal-iskoperta arkeoloġika tiegħu.

(12)

     Il-katina tad-dettalji tal-kustodja “mill-oriġini sal-preżent” ta’ oġġett.

(13)

     Bħal użu ta’ tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, anonimità tax-xerrejja u użu ta’ kumpaniji fittizji u portijiet ħielsa.

(14)

     Ara pereżempju dwar il-vulnerabbiltajiet tas-suq tal-arti għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, TRACFIN (Traitement du renseignement et action contre les circuits financiers clandestins), La lettre d’information de TRACFIN, in-numru 16, Ġunju 2018.

(15)

     Ara r-rapport ikkwotat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, p. 70, 81, 158–160.

(16)

     Jekk ma jkunx speċifikat ulterjorment, it-terminu awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif jintuża f’dan id-dokument jirreferi għall-pulizija, id-dwana, il-kontroll tal-fruntieri u awtoritajiet rilevanti oħrajn li jwettqu kompiti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(17)

     Ara, b’mod partikolari, ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2199 (2015), 2253 (2015), 2322 (2016), 2347 (2017), 2462 (2019) u 2617 (2021), ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/69/196 (Linji Gwida Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u r-Rispons tal-Ġustizzja Kriminali fir-Rigward tat-Traffikar tal-Proprjetà Kulturali u Reati Relatati Oħrajn), ir-Rapport tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali fl-10 sessjoni tagħha, ir-Riżoluzzjoni 10/7 tal-UNTOC COP/2020/10, il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-NU għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u ta’ Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċiti tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-1970, il-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar Beni Kulturali Misruqin jew Esportati Illegalment tal-1995, id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-Ministri tal-Kultura tal-G20 tat-30 ta’ Lulju 2021, ir-rapport tal-Interpol “Il-Valutazzjoni tar-Reati kontra l-Proprjetà Kulturali 2020”, “Is-Sikurezza u s-Sigurtà tal-Wirt Kulturali f’Żoni ta’ Gwerra jew ta’ Instabbiltà” ppubblikat taħt is-serje tax-Xjenza għall-Paċi u s-Sigurtà tal-2021 tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO), Declaration of the UNESCO World Conference on Cultural Policies and Sustainable Development – MONDIACULT 2022.

(18)

     Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni A/RES/69/196 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(19)

     L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970.

(20)

     Li jinkludi diversi parteċipanti involuti fi tranżazzjonijiet tas-suq tal-arti, bħal xerrejja, galleriji, djar tal-irkant, aktar negozjanti tal-beni kulturali (inklużi pjattaformi ta’ bejgħ online), portijiet liberi, faċilitajiet ta’ ħżin tal-arti, esperti tal-beni kulturali, negozji involuti fil-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet ta’ beni kulturali, kif ukoll kontabilisti, awdituri, konsulenti tat-taxxa u professjonisti legali involuti fi tranżazzjonijiet ta’ beni kulturali.

(21)

     Is-swieq tal-arti u l-istituzzjonijiet kulturali huma soġġetti għal regoli u normi oħrajn dwar id-diliġenza dovuta, il-kura dovuta jew ir-rapportar rigward il-klijenti, il-provenjenza ta’ beni kulturali jew tranżazzjonijiet. Dawn ir-regoli u n-normi jirriżultaw mill-prattika tas-suq, mill-kodiċijiet ta’ kondotta (bħall-kodiċi Internazzjonali ta’ etika tal-UNESCO għall-kummerċjanti fil-proprjetà kulturali jew il-Kodiċi dwar l-Etika għall-Mużewijiet tal-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet), mill-ġurisprudenza jew mil-leġiżlazzjoni (bħad-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43–74; Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru, ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1–10, jew ir-rekwiżiti nazzjonali għar-reġistrazzjoni tal-bejgħ fir-reġistri).

(22)

      https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?lang=mt&do=groupDetail.groupDetail&groupID=3204 .

(23)

     Għal aktar dettalji ara: https://en.unesco.org/fighttrafficking/eu-cooperation.

(24)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1 – 7, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1081/2012 tad-9 ta’ Novembru 2012 għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ĠU L 324, 22.11.2012, p. 1–24.

(25)

     Ara r-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali, ikkomplementat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1079 tal-24 ta’ Ġunju 2021. F’dak li jikkonċerna s-Sirja u l-Iraq, ara l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6-23) u l-Artikolu 11c tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja kif emendat fit-13 ta’ Diċembru 2013 bir-Regolament 1332/2013, ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1-32.

(26)

     Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru, ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1–10.

(27)

     Barra mill-oqsma armonizzati mil-leġiżlazzjoni tal-UE, bħad-Direttiva (UE) 2015/849, id-Direttiva 2014/60/UE, jew ir-rekwiżiti nazzjonali għar-reġistrazzjoni tal-bejgħ fir-reġistri.

(28)

     Artikolu 10(1).

(29)

     Fir-rigward tal-appoġġ għal miżuri ta’ traċċabbiltà miżjuda ara l-azzjonijiet taħt l-objettiv strateġiku 2.

(30)

     Ara l-Ewwel rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Riformulazzjoni), COM/2021/705 final, it-18 ta’ Novembru 2021.

(31)

     Cf. Europol, Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata 2021.

(32)

     Bl-għajnuna wkoll tal-App ID-Art tal-Interpol. Ara https://www.interpol.int/Crimes/Cultural-heritage-crime/ID-Art-mobile-app .

(33)

     Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1–102.

(34)

     L-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi li jippermettu r-rapportar ta’ negozji jew bejgħ suspettużi fuq l-Internet hija elenkata bħala l-linja gwida 3 (d) fil-Linji Gwida Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u r-Rispons tal-Ġustizzja Kriminali fir-Rigward tat-Traffikar tal-Proprjetà Kulturali u Reati Relatati Oħrajn, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, A/C3/69/L7.

(35)

     Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2021)7953 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar spazju komuni Ewropew tad-data għall-wirt kulturali; Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Brunet, P., De Luca, L., Hyvönen, E., et al., Report on a European collaborative cloud for cultural heritage : ex – ante impact assessment, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2777/64014 . Għal aktar informazzjoni dwar Europeana u l-ħolqien ta’ Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali (4CH) ara https://www.europeana.eu/mt u https://www.4ch-project.eu.

(36)

     Ara d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73–117, emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43–74.

(37)

     Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, COM/2021/420 final.

(38)

     Ara l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(39)

     Ara d-Direttiva (UE) 2015/849.

(40)

     Għal aktar informazzjoni: ir-Rapport Annwali tal-FATF 2020-2021, il-paġna 32.

(41)

     Ara l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(42)

     Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu li jaffettwa s-suq intern u marbut ma’ attivitajiet transfruntiera, COM/2022/554 final, is-27.10.2022 u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dak ir-rapport, SWD/2022/344 final.

(43)

     Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Kultura 2023–2026.

(44)

     Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1 – 16.

(45)

     Ara b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2015/849.

(46)

     Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-Reati relatati mal-Proprjetà Kulturali, adottata fit-3 ta’ Mejju 2017 (Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa nru 221).

(47)

     Cf. Interpol, Assessing Crimes Against Cultural Property 2020, il-paġna 6.

(48)

     Il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tista’ tfisser, pereżempju, il-kooperazzjoni fi ħdan awtorità waħda (eż., bejn diversi unitajiet tal-pulizija speċjalizzati f’forom differenti ta’ kriminalità, jew bejn diversi unitajiet tal-pulizija reġjonali). Il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tfisser kooperazzjoni bejn awtoritajiet differenti, bħall-pulizija, id-dwana, il-ġudikatura, eċċ.

(49)

     Għodda ta’ assistenza Prattika tal-UNODC biex tassisti fl-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u r-Rispons tal-Ġustizzja Kriminali fir-Rigward tat-Traffikar tal-Proprjetà Kulturali u Reati Relatati Oħrajn (2016).

(50)

     Ara n-nota 18 f’qiegħ il-paġna.

(51)

     Bħall-bażi tad-data tax-Xogħlijiet tal-Arti Misruqin tal-Interpol u l-ID-Art App korrispondenti, jew il-Listi Ħomor tal-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, li jiddeskrivu l-kategoriji ta’ beni kulturali f’riskju ta’ traffikar minn diversi reġjuni tad-dinja.

(52)

     Ara l-Interpol, Creating a national cultural heritage Unit. The value of a national unit dedicated to fighting crimes against cultural heritage and the illicit traffic of cultural property, Jannar 2019.

(53)

     B’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni permezz tal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA), l-ospitar ta’ laqgħat operazzjonali, l-appoġġ operazzjonali matul l-investigazzjonijiet (inkluż it-taħriġ ta’ investigazzjoni online fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ Pandora tal-EMPACT), l-appoġġ analitiku, l-appoġġ strateġiku (eż., il-valutazzjoni tat-theddid), jew l-appoġġ tekniku permezz tal-Laboratorju tal-Innovazzjoni tal-Europol.

(54)

     Eż., l-użu tal-Katalogu tas-Servizzi tal-Fużjoni tal-Eurosur tal-Frontex għall-identifikazzjoni ta’ reati transfruntieri.

(55)

     Bħall-kooperazzjoni EMPACT, skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, użu ta’ ċentri konġunti ta’ koordinazzjoni (bl-involviment possibbli ta’ pajjiżi mhux tal-UE), inkluż appoġġ tal-Eurojust u tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji kriminali, il-possibbiltajiet ta’ assistenza legali reċiproka inkluż skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/60/UE, Mandat ta’ Arrest Ewropew, Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, il-kooperazzjoni bbażata fuq id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22-30), ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 1-38), il-kooperazzjoni u l-assistenza legali reċiproka fl-investigazzjonijiet dwar il-kriminalità organizzata bbażati fuq il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali (UNTOC).

(56)

     It-traffikar ta’ beni kulturali jista’ jirriżulta wkoll fi ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew jista’ jkun relatat ma’ reati kriminali li jaffettwaw dawn l-interessi finanzjarji. L-UPPE huwa kompetenti biex jinvestiga u jipprosekwixxi reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif ukoll reati li huma marbutin b’mod inseparabbli magħhom. Ara r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1-71.

(57)

     Abbozz ta’ Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ network informali ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u għarfien espert kompetenti fil-qasam tal-beni kulturali (EU CULTNET) tal-4 ta’ Ottubru 2012, 14232/12.

(58)

     Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-Reati relatati mal-Proprjetà Kulturali, adottata fit-3 ta’ Mejju 2017 (Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa nru 221).

(59)

     Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska ta’ assi tal-25 ta’ Mejju 2022, COM (2022) 245 final.

(60)

     Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, “Lejn Direttiva dwar il-pieni kriminali għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni”, tal-25.5.2022, COM(2022) 249 final; id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2332 tal-28 ta’ Novembru 2022 dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ST/10287/2022/REV/1, ĠU L 308, 29.11.2022, p. 18–2.

(61)

     Diġà ġew ippubblikati żewġ sejħiet għal proposti taħt l-ewwel programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa, wieħed taħt il-Cluster 2 “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva” (jiġifieri HORIZON-CL2-2022-HERITAGE-01-07:: Il-protezzjoni ta’ artefatti u ta’ beni kulturali minn theddid antropoġeniku ), l-ieħor taħt il-Cluster 3 “Sigurtà Ċivili għas-soċjetà” (jiġifieri HORIZON-CL3-2021-FCT-01-08: Il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali ).

(62)

     B’hekk titqies il-ħidma tal-proġett NETCHER iffinanzjat mill-UE (NETwork u pjattaforma soċjali għat-Tisħiħ u l-Bini mill-Ġdid tal-Wirt Kulturali).

(63)

     Ara n-nota 72 f’qiegħ il-paġna.

(64)

     Li jinkludu, iżda ma humiex limitati għal: UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, ICOM, WCO, Interpol, UNIDROIT, UNODC, ICCROM (Ċentru Internazzjonali għall-Istudju tal-Preservazzjoni u r-Restawr tal-Proprjetà Kulturali) u ALIPH (Alliance Internationale pour la protection du patrimoine dans les zones en conflit).

(65)

     Ara l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu dwar il-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Eġittu 2021–2027, is-16 ta’ Ġunju 2022.

(66)

     Ara https://www.elpaccto.eu/en/news/new-cooperation-tools-to-investigate-trafficking-in-cultural-property/

(67)

     Għal aktar eżempji ara 2022 Report on the progress in the implementation of the “Concept on Cultural Heritage in conflicts and crises. A component for peace and security in European Union’s external action” and the dedicated Council Conclusions, l-14.9.2022, SEAE (2022) 1556.

(68)

     L-appoġġ jingħata permezz tal-programmi EUROMED Pulizija u EUROMED Ġustizzja, immexxija mis-CEPOL u l-Eurojust. EUROMED Pulizija għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-Pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar biex jiġġieldu l-kriminalità serja u organizzata. Il-proġett tal-Ġustizzja tal-EUROMED ilaqqa’ flimkien l-aktar partijiet ikkonċernati rilevanti fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.

(69)

     F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Approċċ tal-UE għall-Wirt Kulturali f’kunflitti u fi kriżijiet tat-18 ta’ Ġunju 2021.

(70)

     Ara r-rapport imsemmi fin-nota 67 f’qiegħ il-paġna.

(71)

     Ibid., p. 6-8.

(72)

     https://www.aliph-foundation.org/en/actions-country/UA.

(73)

     https://civil-protection-humanitarian-aid.ec.europa.eu/where/europe/ukraine_en.

(74)

     Fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Lvant Qarib, tista’ tinbena wkoll azzjoni fuq ir-riżultati tat-taħriġ u l-istudju ffinanzjati mill-UE “El HIWAR II” dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali fl-Eġittu, fil-Ġordan u fil-Libanu.

(75)

     Pereżempju permezz ta’ PITCHER (Il-Prevenzjoni tat-Traffikar Illeċitu tal-Wirt Kulturali: Riżorsi Edukattivi), https://www.pitcher-project.eu/ .