IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.10.2022
COM(2022) 529 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.10.2022
COM(2022) 529 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
1.Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 u t-tieni edizzjoni tad-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “It-twaqqif ta’ Sistema għall-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-Ewropa” 1 li ġiet ippubblikata fl-2011, iddeskriviet l-isfidi relatati mas-sikurezza li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u kkonkludiet dwar in-neċessità li jiġi żviluppat approċċ iżjed proattiv u bbażat fuq l-evidenza. Speċifikat numru ta’ azzjonijiet prattiċi sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni kienet akkumpanjata minn dokument li jiddeskrivi l-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASP) 2 .
F’dak iż-żmien ġew implimentati numru ta’ dawk l-azzjonijiet, b’mod partikolari bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili 3 , l-iżvilupp ta’ analiżi tas-sikurezza fil-livell tal-UE, l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, l-użu estensiv tal-Kumitat regolatorju tal-EASA u tal-korpi konsultattivi tal-EASA bħala l-fora ewlenin sabiex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, il-pubblikazzjoni annwali ta’ aġġornamenti għall-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, l-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza, u ż-żieda fil-kooperazzjoni mal-ġirien tal-Unjoni fl-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mas-sikurezza. Ġie rrakkomandat ukoll li l-Kummissjoni taġġorna l-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fuq bażi regolari hekk kif iseħħu bidliet fil-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-UE.
L-ewwel reviżjoni, jiġifieri t-tieni edizzjoni 4 , tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, saret fl-2015. Huwa kien jinkludi sett integrat ta’ regolamenti fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-attivitajiet u mal-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni konġunta tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell Ewropew. Ma kienx pjan ta’ attivitajiet iżda, pjuttost, kellu l-iskop li joħloq ekwivalent fil-livell tal-UE għall-Programm tal-Istat għas-Sikurezza kif meħtieġ mill-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-ICAO. Kellu l-mertu li jipprovdi struttura ċara għall-ispjegazzjoni tal-politiki Ewropej dwar is-sikurezza u tal-objettivi tagħhom, tal-kunċetti ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, ta’ aċċertament tas-sikurezza, u ta’ promozzjoni tas-sikurezza.
Bil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/1139 5 , u b’mod partikolari bl-Artikolu 5 tiegħu, l-EASP kiseb status legali bħala d-dokument li jiddeskrivi l-funzjonament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li fih ir-regoli, l-attivitajiet u l-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.
Għaldaqstant, din it-tieni reviżjoni, jiġifieri t-tielet edizzjoni, tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, se ssegwi l-istess struttura bħat-tieni edizzjoni, allinjata mal-format u mal-istruttura tal-qafas tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza kif spjegat fid-dettall fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.
2.It-tielet edizzjoni tad-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispjega kif tiġi ġestita s-sikurezza fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, mhux biss permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni iżda wkoll permezz ta’ politiki, prattiki u azzjonijiet oħrajn.
Id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jagħti idea tar-regoli u tal-proċessi kollha li qegħdin jikkontribwixxu, b’mod integrat, għall-prevenzjoni ta’ inċidenti u għas-sikurezza tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Unjoni.
Id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ma huwiex maħsub sabiex jieħu post id-dokumenti tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza tal-Istati Membri iżda, pjuttost, sabiex jakkumpanjhom. Ladarba bosta regoli u attivitajiet relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni jiġu adottati u koordinati fil-livell tal-UE, l-Istati Membri għandhom jirreferu għad-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fid-dokument tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza tagħhom stess, sabiex jispjegaw b’mod komprensiv kif tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni fit-territorji nazzjonali tagħhom kif mitlub minnhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Tabilħaqq, peress li l-UE lleġiżlat f’bosta oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni u implimentat proċess Ewropew ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, ma jkunx possibbli għall-Istati Membri li jiddeskrivu kif jieħdu ħsieb il-ġestjoni tas-sikurezza mingħajr ma jinkludu d-dimensjoni tal-UE.
Barra minn hekk, f’ċerti oqsma koperti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Unjoni. Id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispjega kif l-UE tindirizza l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dan it-trasferiment ta’ responsabbiltajiet.
Billi jiddeskrivi l-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni konġunta tas-sikurezza fil-livell Ewropew u, b’mod partikolari, il-mod kif il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-EASA jikkooperaw sabiex jidentifikaw il-perikli, in-nuqqasijiet fis-sikurezza, u jieħdu azzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskji għas-sikurezza relatati, id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jiddeskrivi min huwa inkarigat bid-diversi responsabbiltajiet għas-sikurezza fl-UE u kif l-UE fis-sħuħija tagħha tista’ tikseb u żżomm prestazzjoni sodisfaċenti tas-sikurezza. Jipprovdi wkoll trasparenza lill-partijiet ikkonċernati kollha b’interess fis-sikurezza dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, it-tqassim tal-kompetenzi, il-politiki u l-proċessi attwalment fis-seħħ fis-sistema tal-Unjoni Ewropea.
Id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi dawn li ġejjin:
-L-ewwel parti tad-dokument hija ddedikata għall-politiki, għall-objettivi u għar-riżorsi Ewropej relatati mas-sikurezza. B’mod partikolari, fiha d-deskrizzjoni tal-qafas leġiżlattiv Ewropew tal-avjazzjoni u tispjega t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u d-diversi atturi fil-livell tal-UE. Fl-aħħar nett, din il-parti tiddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ sabiex tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni tal-UE.
-It-tieni parti tiffoka fuq il-ġestjoni Ewropea tar-riskji għas-sikurezza. Tiddeskrivi r-rekwiżiti eżistenti tal-ġestjoni tas-sikurezza li huma applikabbli għall-industrija u għall-Istati Membri, u tispjega kif ir-riskji għas-sikurezza huma vvalutati u mmitigati b’mod kollettiv fl-UE.
-It-tielet parti tindirizza d-dimensjoni Ewropea ta’ aċċertament tas-sikurezza u prinċipalment tiddeskrivi kif titwettaq is-sorveljanza tas-sikurezza fl-UE u fl-Istati Membri tagħha.
-Fl-aħħar nett, ir-raba’ parti tiddeskrivi l-attivitajiet Ewropej fil-qasam tal-promozzjoni tas-sikurezza fosthom it-taħriġ u l-kooperazzjoni internazzjonali.
3.L-impatt tar-Regolament (UE) 2018/1139 fuq il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Mill-pubblikazzjoni tal-ewwel żewġ edizzjonijiet tad-Dokument dwar il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fl-2011 u fl-2015, seħħew diversi bidliet leġiżlattivi fl-UE u, b’mod partikolari, daħal fis-seħħ ir-Regolament qafas ġdid (UE) 2018/1139. L-impatt tiegħu huwa fundamentali peress li jipprevedi li l-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Ir-Regolament jikkonkludi li huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet għat-titjib tas-sikurezza. Jistipula li, għal dak l-għan, fil-livell tal-Unjoni għandhom jitfasslu Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Fuq il-bażi tiegħu, kull Stat Membru għandu jfassal ukoll Programm tal-Istat għas-Sikurezza f’konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dak il-Programm għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Istat Membru sabiex jimmitiga r-riskji identifikati għas-sikurezza.
Il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/1139 stabbilixxa qafas legali tal-UE għall-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, billi ddedika erba’ artikoli għall-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, għall-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, għall-Programm tal-Istat għas-Sikurezza, u l-Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Issa, dawn l-erba’ kunċetti huma rikonoxxuti fid-dritt tal-UE.
L-Artikolu 5 dwar il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistabbilixxi li wara li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u lill-Istati Membri, hija għandha tadotta, tippubblika u taġġorna, kif meħtieġ, dokument li jiddeskrivi l-funzjonament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jkun fih ir-regoli, l-attivitajiet u l-proċessi li jintużaw sabiex tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament (il-“Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”). Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jinkludi tal-anqas l-elementi relatati mar-responsabbiltajiet tal-Istat għall-ġestjoni tas-sikurezza deskritti fl-istandards internazzjonali u fil-prattiki rakkomandati. Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jiddeskrivi wkoll il-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni, għall-aġġornament u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, li jikkomplementa l-Programm.
L-Artikolu 6 dwar il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistabbilixxi li l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiżviluppa, tadotta, tippubblika, u sussegwentement taġġorna tal-anqas fuq bażi annwali Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jidentifika r-riskji ewlenin tas-sikurezza li jaffettwaw is-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jiġu mmitigati dawk ir-riskji. Il-proċess għall-iżvilupp u għall-adozzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ġie rfinat kontinwament sabiex jinkorpora t-tagħlimiet meħudin wara l-ewwel ċikli ta’ implimentazzjoni. Jikkostitwixxi element vitali tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza fil-livell tal-UE. F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jiddeskrivi l-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni, għall-aġġornament u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
Minbarra li nbidel il-qafas legali, il-ġestjoni tas-sikurezza evolviet f’oqsma oħrajn; eżempju minnhom huwa l-evoluzzjoni tal-attivitajiet imwettqin mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-kompetenzi f’oqsma tradizzjonali bħall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS), jew oqsma ġodda introdotti bis-saħħa tar-Regolament (UE) 2018/1139 bħall-avjazzjoni mingħajr bdot abbord, l-ambjent, is-servizzi fuq l-art u l-interfaċċa bejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni, b’enfasi partikolari fuq iċ-ċibersigurtà.
Sabiex tinżamm l-effiċjenza fil-prevenzjoni ta’ inċidenti u fil-mitigazzjoni tar-riskji, il-ġestjoni tas-sikurezza trid tadatta kontinwament għall-bidliet fis-sistema tal-avjazzjoni, għall-iżviluppi tat-teknoloġija, għal mudelli ta’ negozju ġodda u għall-perikli ġodda li jfeġġu għas-sikurezza. Għalhekk, id-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jeħtieġ aġġornamenti regolari sabiex jiġu riflessi dawn il-bidliet. L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi li d-dokument għandu jiġi aġġornat kif ikun meħtieġ.
It-tielet edizzjoni tad-dokument tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, li tirrifletti l-bidliet imsemmijin hawn fuq u li tiddeskrivi l-mod kif inhi ġestita attwalment is-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha, hija pprovduta fl-Anness ta’ dan ir-Rapport.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, It-twaqqif ta’ Sistema għall-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-Ewropa, KUMM/2011/0670 finali.
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, SEC/2011/1261 final.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18.
Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, COM(2015) 599 final.
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 212, 22.08.2018, p. 1.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.10.2022
COM(2022) 529 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Werrej
1.EUROPEAN SAFETY POLICIES, OBJECTIVES AND RESOURCES
1.1.The European Aviation Safety Policy
1.2.The European Aviation Safety Policy and ICAO
1.3.The European safety and environmental protection legislative framework
1.3.1.Structure of the European safety legislative framework
1.3.2.Regulation (EU) 2018/1139 and associated rules
1.3.3.Investigation of accidents and incidents in civil aviation
1.3.4.Reporting, analysis and follow-up of occurrences in civil aviation
1.3.5.European Union list of air carriers subject to an operating ban within the EU
1.4.Safety responsibilities and accountabilities in the European Union
1.4.1.Decision making process within the European Union
1.4.2.Aviation safety competences and responsibilities within the European safety system
1.5.Accident and incident investigation
1.5.1.The applicable rules
1.5.2.Safety recommendations
1.5.3.Cooperation with other entities
1.6.Enforcement
1.6.1.Enforcement towards the Member States
1.6.2.Enforcement towards regulated industry organisations
2.EUROPEAN SAFETY RISK MANAGEMENT
2.1.Safety Data collection, Analysis and Exchange
2.2.Safety Risk Management at EU level: the process to develop and update the European Plan for Aviation Safety
2.2.1The European Plan for Aviation Safety: international dimension
2.3.Safety performance monitoring
2.3.1Agreement on safety performance of organisations
2.3.2Member States' safety performance
2.3.3The EASA Annual Safety Review
2.4.Safety Management Requirements for Authorities and Organisations
3.EUROPEAN SAFETY ASSURANCE
3.1Safety Oversight
3.1.1Monitoring the application of the rules in the Member States
3.1.2Oversight on certified organisations
3.2Safety-data-driven targeting of oversight of areas of greater concern or need
3.2.1Safety-data-driven targeting of monitoring of the Member States
3.2.2Safety-data-driven targeting of oversight of the industry
4.EUROPEAN SAFETY PROMOTION
4.1Activities at EU Level
4.1.1Safety communication
4.2Training at EU level
List of Acronyms
Table 1. Applicable European Union aviation safety and environmental protection/compatibility legislation9
Table 2. Competent Authorities under EU rules 25
Figure 1. Interrelationship between the stakeholders in the European safety system
Figure 2. The European SRM process
Figure 3. Relationship between the EASP, EPAS and other programmes and plans43
Introduzzjoni
Dan id-dokument jiddeskrivi l-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni billi jiddeskrivi s-sett applikabbli ta’ regoli tal-avjazzjoni fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-attivitajiet u mal-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni konġunta tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell tal-Unjoni.
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jikkorrispondi b’mod funzjonali, fil-livell tal-UE, għall-Programm tal-Istat għas-Sikurezza kif deskritt fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Ir-Regolament (UE) 2018/1139 introduċa Kapitolu obbligatorju ġdid dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fil-qafas legali tal-avjazzjoni tal-UE. Jistabbilixxi, fost aspetti oħrajn, li l-Kummissjoni għandha tadotta, tippubblika u taġġorna dokument (il-“Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”) li jiddeskrivi l-funzjonament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jkun fih ir-regoli, l-attivitajiet u l-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità mal-qafas legali tagħha.
Il-Programm jispjega kif tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni minn perspettiva Ewropea. Peress li llum il-ġurnata ħafna regoli u attivitajiet relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni jiġu adottati u kkoordinati fil-livell tal-UE, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fil-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza tagħhom stess. Din hija r-raġuni għaliex il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jinkludi tal-anqas l-elementi relatati mar-responsabbiltajiet tal-Istat għall-ġestjoni tas-sikurezza deskritti fl-istandards internazzjonali u fil-prattiki rakkomandati. Tabilħaqq, l-UE lleġiżlat f’ċerti oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u ma huwiex possibbli għall-Istati Membri li jiddeskrivu kif is-sikurezza tiġi ġestita fi ħdan l-Istat tagħhom mingħajr ma jinkludu d-dimensjoni tal-UE. Barra minn hekk, f’ħafna mill-oqsma koperti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Unjoni. Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispjega wkoll kif l-UE tindirizza l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn din id-delega tar-responsabbiltajiet.
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jimxi mal-format u mal-istruttura tad-deskrizzjoni ta’ Programm tal-Istat għas-Sikurezza kif deskritt fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jiddeskrivi wkoll il-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni, għall-aġġornament u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
L-objettiv tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huwa li s-sistema għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni Ewropea twassal l-ogħla livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, li titgawda b’mod uniformi madwar l-Unjoni kollha, u kulma jmur tkompli titjieb, filwaqt li jitqiesu objettivi rilevanti oħrajn, fosthom il-ħarsien tal-ambjent.
Billi jiddeskrivi l-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni konġunta tas-sikurezza fil-livell Ewropew u, b’mod partikolari, il-mod kif il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”), l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jikkooperaw sabiex jidentifikaw il-perikli u jieħdu azzjonijiet sabiex jimmitigaw ir-riskji għas-sikurezza, il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ sikurezza ta’ livell għoli fl-UE kollha li huma ddefiniti fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jiżgura li dawk kollha li huma involuti jkunu konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom u li r-regoli u l-proċessi kollha jkunu fis-seħħ sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni u b’hekk dan jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-aċċidenti fir-reġjun Ewropew u lil hinn minnu.
Terminoloġija
F’dan id-dokument kollu:
·meta ssir referenza għal “Stati Membri”, din għandha tfisser is-27 Stat Membru tal-UE;
·meta ssir referenza għal “Stati Membri tal-EASA”, din għandha tfisser is-27 Stat Membru tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, mal-Liechtenstein, man-Norveġja u mal-Iżvizzera;
·meta ssir referenza għal “Stati tal-ICAO EUR”, din għandha tfisser il-55 Stat tar-Reġjun EWROPA tal-ICAO, li jinkludu l-Istati Membri kollha tal-UE;
·kwalunkwe referenza għal “Regolament Bażiku” jew “BR” għandha tfisser ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea 1 ; u
·kwalunkwe referenza għan-“Network ta’ Analisti” jew għan-“NoAs” għandha tfisser in-Network ta’ Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili 2 .
1.IL-POLITIKI, L-OBJETTIVI U R-RIŻORSI EWROPEJ GĦAS-SIKUREZZA
1.1.Is-Sistema Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Is-Sistema Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fiha regoli u proċessi li jintużaw għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139. Dawk ir-regoli u l-proċessi jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, qegħdin jarmonizzaw l-aspetti tas-sikurezza u jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-prodotti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital involuti fl-avjazzjoni ċivili.
Fl-istess ħin, is-sistema:
-ittejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni,
-tippromwovi l-kosteffiċjenza, billi, fost l-oħrajn, tevita d-duplikazzjoni, u tippromwovi l-effettività fil-proċessi regolatorji, ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza kif ukoll użu effiċjenti tar-riżorsi relatati fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali,
-tassisti lill-Istati Membri sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi tiżgura interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni uniformi u f’waqtha tad-dispożizzjonijiet tagħha,
-tippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili, billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u
-tippromwovi l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki amministrattivi.
Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni hija bbażata fuq kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“EASA” jew “l-Aġenzija”), l-Istati Membri, kif ukoll l-industrija tal-avjazzjoni.
Il-livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej u tal-passiġġieri jiddependi l-aktar fuq l-adozzjoni ta’ regoli komuni dwar is-sikurezza, fuq miżuri li jiżguraw li l-prodotti, il-persuni u l-organizzazzjonijiet 3 fl-UE jikkonformaw ma’ tali regoli, kif ukoll fuq proċessi effiċjenti ta’ Ġestjoni tar-Riskju tas-Sikurezza fil-livelli reġjonali, Statali u industrijali. L-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi sistema ta’ infurzar, li biha l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Din is-sistema hija akkumpanjata minn investigazzjonijiet rigorużi ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti li jippermettu li jiġu identifikati d-diskrepanzi fis-sikurezza u li tittieħed azzjoni sabiex id-diskrepanzi jitneħħew. Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi wkoll l-użu ta’ elementi iżjed proattivi u bbażati fuq l-evidenza li jimmiraw lejn l-identifikazzjoni tar-riskji li jheddu l-aktar is-sikurezza u sabiex tittieħed azzjoni sabiex dawk ir-riskji jitnaqqsu. B’mod partikolari, is-sistema tieħu vantaġġ mill-identifikazzjoni u mill-evalwazzjonijiet tar-riskju xprunati mid-data mwettqin mill-programm Data4Safety (big data) appoġġat mill-Kummissjoni u koordinat mill-EASA, bil-parteċipazzjoni tas-sħab rilevanti mill-komunità Ewropea tal-avjazzjoni.
1.2.Is-Sistema Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-ICAO
Is-Sistema Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni hija koordinata mill-qrib mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni tal-Istandards u tal-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).
Il-Kummissjoni u l-EASA jsegwu l-proċess ta’ żvilupp tagħhom u jiskedaw azzjonijiet ta’ tfassil ta’ regoli relatati mal-iskeda malli jkun jista’ jiġi kkonfermat li tkun meħtieġa bidla fil-qafas regolatorju Ewropew. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-proposti ta’ Emenda tal-Annessi tal-ICAO (Ittra tal-Istat tal-ICAO tat-tip I) kif ukoll l-identifikazzjoni tad-differenzi bejn il-qafas regolatorju tal-UE u l-Annessi tal-ICAO (Ittra tal-Istat tal-ICAO tat-tip II u Listi ta’ Kontroll tal-Konformità). Fil-valutazzjoni tad-differenzi, l-EASA u l-Kummissjoni jappoġġaw lill-Istati Membri li jridu jinnotifikaw id-differenzi lill-ICAO. Wara l-valutazzjoni tal-EASA, il-Kummissjoni tipproponi deċiżjoni lill-Kunsill tal-UE dwar in-notifika tad-differenzi.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-EASA jaħdmu fi sħubija mal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO għar-reġjun tal-Ewropa/tal-Atlantiku tat-Tramuntana (EUR/NAT) sabiex jippromwovu approċċ reġjonali għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, iħeġġu ġestjoni tar-riskju kollaborattiva u joħolqu sinerġiji fi ħdan id-diversi inizjattivi ta’ titjib tas-sikurezza tal-UE. Il-Pjan Reġjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EUR RASP) ta’ EUR huwa strumentali f’dan il-kuntest: l-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO, il-Kummissjoni u l-EASA ilhom mill-2017 jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw RASP bħal dan li jibbaża fuq l-azzjonijiet definiti fil-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EPAS), u b’hekk jippermettu lill-Istati kollha tal-ICAO EUR jibbenefikaw mill-proċess stabbilit tal-ippjanar tas-sikurezza u mid-diversi riżultati tiegħu, kemm f’termini ta’ materjal regolatorju, ta’ riżultati tanġibbli għall-promozzjoni tas-sikurezza, ta’ linji gwida, ta’ għodod u tal-aħjar prattiki. L-ewwel EUR RASP inħareġ f’Jannar 2019.
Il-Kummissjoni u l-EASA huma rrappreżentati wkoll fil-Grupp ta’ Ppjanar tas-Sistema Ewropea tal-Avjazzjoni (EASPG) u fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Programm (PCG) relatat tiegħu. L-objettivi ewlenin tal-EASPG huma li jiġi żgurat li l-pjanijiet għall-iżvilupp tas-sistema tan-navigazzjoni bl-ajru u l-pjanijiet għas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-Reġjun EUR jibqgħu koerenti u kompatibbli ma’ dawk tar-reġjuni kontigwi kif ukoll mal-pjanijiet globali tal-ICAO, u li tiġi ġestita u kkoordinata l-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-EASPG għandu rwol importanti fil-promozzjoni u fl-iffaċilitar tal-armonizzazzjoni u tal-koordinazzjoni tal-programmi subreġjonali u nazzjonali EUR relatati man-navigazzjoni bl-ajru u mas-sikurezza.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni u l-EASA huma rrappreżentati fil-Grupp ta’ Studju dwar il-Pjan għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Globali (GASP), u b’hekk jikkontribwixxu għall-manutenzjoni tal-GASP, u tal-materjal ta’ gwida u tal-għodod relatati. L-iskop ewlieni tal-GASP huwa li kontinwament inaqqas il-fatalitajiet u r-riskju ta’ fatalitajiet billi jiggwida l-iżvilupp ta’ strateġija armonizzata għas-sikurezza tal-avjazzjoni fuq il-bażi ta’ sitt għanijiet tal-GASP b’miri assoċjati, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet reġjonali u nazzjonali għas-sikurezza tal-avjazzjoni.
Barra minn hekk, l-EASA tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza (SSP) u tal-ġestjoni tas-sikurezza globalment permezz ta’ proġetti ta’ assistenza teknika tal-UE u billi taħdem mal-Uffiċċji Reġjonali tal-ICAO sabiex tappoġġa lill-Istati u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza (RSOOs). L-objettivi ewlenin ta’ dawn il-proġetti huma li jgħollu l-livell ta’ sikurezza globalment billi jgħinu lill-Istati jistabbilixxu l-SSP tagħhom, jgħinu lill-Istati u lill-RSOOs jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni reġjonali, u b’hekk jiżguraw il-konformità mal-SARPs tal-ICAO. Matul dawn l-attivitajiet, il-politiki u l-objettivi Ewropej dwar is-sikurezza jistgħu jiġu promossi b’mod effettiv fil-livell reġjonali u globali.
1.3.Il-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent
1.3.1.L-istruttura tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar is-sikurezza
L-Artikolu 4(2) (g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi li t-trasport huwa kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Barra minn hekk, l-Artikolu 100(2) tat-TFUE jippermetti li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa għat-trasport bl-ajru, fuq proposta mill-Kummissjoni. L-Artikolu 2(2) tat-TFUE jistabbilixxi li meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f’qasam speċifiku, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f’dak il-qasam, u li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sal-punt li l-Unjoni ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha.
Għalhekk, ir-rekwiżiti ġuridiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni jistgħu jiġu ddefiniti fil-livell tal-Unjoni, permezz tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Il-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili huwa magħmul minn Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkomplementati, meta jkunu rilevanti, minn regolamenti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmi għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-effettività tal-leġiżlazzjoni, li potenzjalment iwasslu għar-reviżjoni tagħha, huma inklużi fl-atti legali rilevanti u vvalutati wkoll permezz tal-hekk imsejħa spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni tal-Istati Membri mwettqin mill-EASA.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti taqsira tal-leġiżlazzjoni applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni li ġiet adottata fil-livell tal-UE.
Tabella 1. Leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent
|
Ir-Regolament Bażiku tal-EASA u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni u Delegati relatati |
||
|
(UE) 2018/1139 |
Anness I: Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3) Anness II: Rekwiżiti Essenzjali għall-Ajrunavigabbiltà Anness III: Rekwiżiti Essenzjali ta’ Kompatibbiltà Ambjentali Relatata mal-Prodotti Anness IV: Rekwiżiti Essenzjali għall-Ekwipaġġ tal-Ajru Anness V: Rekwiżiti Essenzjali għal Operazzjonijiet bl-Ajru Anness VI: Rekwiżiti Essenzjali għall-Entitajiet Kwalifikati Anness VII: Rekwiżiti Essenzjali għall-Ajrudromi Anness VIII: Rekwiżiti Essenzjali għal ATM/ANS u għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru Anness IX: Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord Anness X: Tabella ta’ Korrelazzjoni |
|
|
IR: (UE) Nru 748/2012 |
Anness I: Parti 21 Anness II: Regolament Imħassar – lista ta’ emendi Anness III: Tabella ta’ Korrelazzjoni |
|
|
Speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għall-operazzjonijiet |
IR: (UE) 2015/640 |
Anness I: Parti-26 |
|
IR: (UE) Nru 1321/2014 |
Anness I : Parti-M Anness II : Parti-145 Anness III : Parti-66 Anness IV : Parti-147 Anness Va : Parti-T Anness Vb : Parti-ML Anness Vc: Parti-CAMO Anness Vd: Parti-CAO |
|
|
IR: (UE) Nru 1178/2011 |
Anness I : Parti-FCL Anness II : Konverżjoni ta’ liċenzji mhux tal-UE Anness III : Liċenzji ta’ Stati mhux tal-UE Anness IV: Parti-MED Anness V: Parti-CC Anness VI: Parti-ARA Anness VII : Parti-ORA Anness VIII : Parti-DTO |
|
|
IR: (UE) Nru 965/2012 |
Anness I: Definizzjonijiet Anness II: Parti-ARO Anness III: Parti-ORO Anness IV: Parti-CAT Anness V: Parti-SPA Anness VI: Parti-NCC Anness VII: Parti-NCO Anness VIII: Parti-SPO |
|
|
Blalen tal-arja – Operazzjonijiet bl-Ajru |
IR: (UE) 2018/395 |
Anness I: Parti-DEF Anness II: Parti-BOP Anness III: Parti-BFCL |
|
IR: (UE) 2018/1976 |
Anness I: Parti-DEF Anness II: Parti-SAO Anness III: Parti-SFCL |
|
|
Ir-Regolament Bażiku tal-EASA u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni u Delegati relatati (ikompli) |
||
|
IR: (UE) Nru 452/2014 |
Anness I: Parti-TCO Anness II: Parti-ART |
|
|
Forniment ta’ servizzi tal-ATM/ANS – Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru |
IR: (UE) 2017/373 |
Anness I: Definizzjonijiet Anness II: Parti-ATM/ANS.AR Anness III : Parti-ATM/ANS.OR Anness IV : Parti-ATS Anness V : Parti-MET Anness VI : Parti-AIS Anness VII : Parti-DAT Anness VIII : Parti-CNS Anness IX : Parti-ATFM Anness X : Parti-ASM Anness XI : Parti-FPD Anness XII : Parti-NM Anness XIII : Parti-PERS |
|
L-interoperabilità tan-Network Ewropew tal-ATM |
IR: (UE) Nru 1079/2012 IR: (UE) Nru 1207/2011 IR: (UE) Nru 1206/2011 IR: (UE) Nru 29/2009 IR: (KE) Nru 262/2009 IR: (KE) Nru 633/2007 IR: (KE) Nru 1033/2006 IR: (KE) Nru 1032/2006 |
|
|
Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru
|
IR: (UE) 2015/340 |
Anness I: Parti ATCO Anness II: Parti ATCO.AR Anness III: Parti ATCO.OR Anness IV: Parti ATCO.MED |
|
IR: (UE) Nru 1332/2011 |
Anness: ACAS |
|
|
IR: (UE) 2018/1048 |
Anness: Subparti PBN |
|
|
IR: (UE) Nru 923/2012 |
Anness: Regoli standardizzati Ewropej tal-ajru |
|
|
IR: (UE) Nru 139/2014 |
Anness I: Definizzjonijiet Anness II: Parti-ADR.AR Anness III: Parti-ADR.OR Anness IV: Parti-ADR.OPS |
|
|
Sistema tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAS) (Regoli u proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord) |
IR: (UE) 2019/947 |
Anness: Ops UAS fil-kategoriji “Miftuħa” u “Speċifiċi” |
|
UAS u operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord) |
DR: (UE) 2019/945 |
Anness |
|
Qafas regolatorju għall-U-space |
IR: (UE) 2021/664 |
Anness I: Kriterji għad-definizzjoni tal-kapaċitajiet, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet operattivi u r-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(4) Anness II: Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni komuni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) Anness III: Il-kwalità tad-data, il-latenza tad-data u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 5(4)(b) u fl-Artikolu 7(5)(c) Anness IV: Talba għall-awtorizzazzjoni tat-titjira tal-UAS imsemmija fl-Artikolu 6(4) Anness V: L-iskambju ta’ data u ta’ informazzjoni operattivi rilevanti bejn il-fornituri tas-servizzi tal-U-space u l-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru f’konformità mal-Artikolu 7(3) Anness VI: Ċertifikat għall-fornitur tas-servizzi tal-U-space msemmi fl-Artikolu 14(3) Anness VII: Ċertifikat għal fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni komuni uniku msemmi fl-Artikolu 14 (3) |
|
Regolamenti oħrajn dwar il-funzjonament tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea |
||
|
IR: (UE) 2019/2153 |
Anness |
|
|
IR: (UE) Nru 646/2012 |
||
|
IR: (UE) Nru 628/2013 |
||
|
Ir-regolamenti fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni li ma jirriżultawx mir-Regolament Bażiku tal-EASA |
||
|
IR: (UE) Nru 376/2014 |
Anness I: Lista ta’ rekwiżiti applikabbli għall-iskemi ta’ rappurtar tal-okkorrenzi obbligatorji u volontarji Anness II: Partijiet Interessati Anness III: Talba għal Informazzjoni mir-Repożitorju Ċentrali Ewropew |
|
|
DR: (UE) 2020/2034 Li jissupplimenta (UE) Nru 376/2014 |
Anness: L-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji |
|
|
IR: (UE) 2015/1018 |
Anness I: Okkorrenzi marbuta mal-operat tal-inġenju tal-ajru Anness II: Okkorrenzi relatati ma’ kundizzjonijiet tekniċi, manutenzjoni u tiswija tal-inġenju tal-ajru Anness III: Okkorrenzi relatati ma’ servizzi u faċilitajiet ta’ navigazzjoni tal-ajru Anness IV: Okkorrenzi relatati mal-ajrudromi u s-servizzi fuq l-art Anness V: Okkorrenzi relatati ma’ inġenju tal-ajru apparti minn inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, inkluż sailplanes u vetturi li huma eħfef mill-arja |
|
|
L-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili |
(UE) Nru 996/2010 |
Anness: Lista ta’ eżempji ta’ inċidenti serji |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 |
||
|
L-istabbiliment ta’ lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità |
(KE) Nru 2111/2005 |
Anness: Kriterji komuni għall-kunsiderazzjoni ta’ projbizzjoni tal-operar għal raġunijiet ta’ sigurtà fil-livell Komunitarju |
|
Regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità |
(KE) Nru 473/2006 |
Anness A: Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn Stat Membru li jagħmel talba skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Bażiku Anness B: Komunikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri eċċezzjonali meħudin skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Bażiku sabiex jimponi projbizzjoni fuq l-operat fit-territorju tiegħu Anness C: Komunikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri eċċezzjonali meħudin kif permess mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament Bażiku sabiex iżomm jew jimponi projbizzjoni fuq l-operat fit-territorju tiegħu meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tinkludix miżuri simili fil-lista Komunitarja |
|
(UE) Nru 474/2006 |
Anness A: Lista tat-trasportaturi tal-ajru li l-operazzjonijiet kollha tagħhom huma soġġetti għal projbizzjoni fi ħdan il-Komunità |
|
|
Anness B: Lista tat-trasportaturi tal-ajru li l-operazzjonijiet kollha tagħhom huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fi ħdan il-Komunità |
||
|
(KE) Nru 549/2004 |
||
|
(KE) Nru 550/2004 |
Anness I: Rekwiżiti għal Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti Anness II: Kundizzjonijiet li għandhom jinhemżu ma’ ċertifikati |
|
|
Ajru Uniku Ewropew – l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru |
(KE) Nru 551/2004 |
|
|
Ajru Uniku Ewropew – Proġetti Komuni |
IR: (UE) Nru 409/2013 |
|
|
IR: (UE) 2019/317 |
Anness I: Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) għall-Iffissar ta’ Miri u Indikaturi għall-Monitoraġġ Anness II: Mudell għall-Pjanijiet ta’ Prestazzjoni fil-Livell Nazzjonali jew tal-Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali msemmi fl-Artikolu 10(1) Anness III: Mudell għall-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 10(5) Anness IV: Kriterji għall-Valutazzjoni ta’ Pjanijiet u Miri ta’ Prestazzjoni fil-Livell Nazzjonali jew tal-Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali Anness V: Kriterji għall-Valutazzjoni tal-Abbozz ta’ Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk Anness VI: Lista ta’ data relatata mal-prestazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 36(1) u l-Artikolu 37 Anness VII: Kostijiet Iddeterminati u Reali Anness VIII: Rekwiżiti għall-Kalkolu tal-Unitajiet tas-Servizzi En Route u tat-Terminal imsemmija fl-Artikolu 25 Anness IX: Rati Unitarji Anness X: Kriterji għall-Valutazzjoni ta’ jekk il-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 35(1) huwiex soġġett għall-Kundizzjonijiet tas-Suq Anness XI: Tabelli ta’ rappurtar li jappoġġaw il-Bażi tal-Kostijiet u r-Rati Unitarji li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35(6) Anness XII: Elementi essenzjali għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 30(1) Anness XIII: Rekwiżiti speċifiċi dwar l-iskemi ta’ inċentivi msemmija fl-Artikolu 11(3) |
|
|
Regolamenti oħrajn fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili relatati mal-ħarsien tal-ambjent |
||
|
Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju fl-ajruporti tal-Unjoni |
IR: (UE) Nru 598/2014 4 |
Anness I: Stima tas-Sitwazzjoni tal-Istorbju f’ajruport Anness II: Valutazzjoni tal-kost-effettività ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju |
Il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web EUR-Lex, fil-Kapitolu 07.40.30 5 tat-taqsima msejħa Direttorju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tippubblika wkoll ħarsa ġenerali lejn il-qafas regolatorju 6 .
Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u tippromwoviha globalment, l-EASA tagħmel disponibbli verżjonijiet konsolidati tar-regoli tal-avjazzjoni permezz tal-proġett tagħha tar-Regoli elettroniċi, bl-għan li jiġu ddiġitalizzati r-regoli tal-avjazzjoni. Ir-Regoli ta’ Aċċess Faċli jippreżentaw il-liġi tal-avjazzjoni b’mod konsolidat u faċli għall-utent (ir-regoli ta’ implimentazzjoni bl-emendi kollha tagħhom jintwerew ħdejn il-mezzi aċċettabbli ta’ konformità relatati, il-materjal ta’ gwida, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati).
Huma disponibbli Regoli ta’ Aċċess Faċli għall-oqsma kollha tal-avjazzjoni u huma kondiviżi f’format pdf u bħala pubblikazzjoni dinamika online. Dawn jinsabu fil-link li ġejja: https://www.easa.europa.eu/document-library/easy-access-rules
1.3.2.Ir-Regolament (UE) 2018/1139 u r-regoli assoċjati
1.3.2.1.Ir-rekwiżiti legali
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 7 huwa l-fulkru tas-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-UE. Jimmira li jistabbilixxi u li jżomm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa billi jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili. Jippermetti wkoll ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati, jintroduċi proċess ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni sabiex tiġi ssorveljata l-applikazzjoni tar-regoli mill-Istati Membri u jistabbilixxi l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jiddefinixxi “rekwiżiti essenzjali” li jistabbilixxu objettivi u obbligi ta’ livell għoli fuq l-awtoritajiet, fuq il-persuni u fuq l-organizzazzjonijiet sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-Regolament. Ir-rekwiżiti essenzjali jimplimentaw l-istandards u l-prattiki rakkomandati stipulati bl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dawn jirrigwardaw il-prodotti, il-partijiet u l-apparat ajrunawtiċi, l-operaturi involuti fit-trasport bl-ajru, kif ukoll il-bdoti u l-persuni, il-prodotti u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tagħhom, l-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) ipprovduti fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat tal-UE, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.
Bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti delegati u ta’ implimentazzjoni, inklużi dawk li huma deskritti fit-tabella inkluża fit-taqsima 1.3.1.
Dawn ir-regoli kollha japplikaw direttament fl-Istati Membri u ma jirrikjedux traspożizzjoni nazzjonali.
Fl-Unjoni Ewropea, l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza rikjesti bir-Regolament (UE) 2018/1139 u bir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu jitwettqu fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Madankollu, f’ċerti każijiet definiti b’mod ċar, bħal pereżempju l-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn, l-EASA hija l-awtorità kompetenti u għandha s-setgħa li toħroġ ċertifikati u li tieħu l-miżuri relatati ta’ infurzar.
L-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni fejn bħalissa tiġi eżerċitata l-kompetenza tal-UE huma:
1)Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali
Ir-regoli tal-UE japplikaw għall-inġenji tal-ajru msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà li ġew stabbiliti fl-Anness II għal dak ir-Regolament.
Fir-rigward tal-istorbju u tal-emissjonijiet, dawk l-inġenji tal-ajru u l-magni, l-iskrejjen, il-partijiet u t-tagħmir mhux installat tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fl-aħħar emendi għall-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li jiġu adattati regolarment. Ir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom japplikaw għal prodotti, għal parts u għal tagħmir mhux installat sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma jkunx fihom rekwiżiti dwar il-ħarsien tal-ambjent.
Sett ta’ regoli relatati mal-ajrunavigabbiltà inizjali u kontinwa huwa applikabbli għad-disinn tal-prodotti, għad-disinn tal-partijiet, għad-disinn ta’ tagħmir mhux installat, għal inġenji tal-ajru individwali, għal organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-ġestjoni u għall-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa kif applikabbli, tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir mhux installat, u lill-persunal responsabbli involut f’dawn l-attivitajiet.
2)Ħarsien tal-ambjent
L-EASA tapplika miżuri fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-istorbju, għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1139, bl-għan li jiġu evitati effetti ta’ ħsara sinifikanti fuq il-klima, fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-prodotti tal-avjazzjoni ċivili kkonċernati. Fit-teħid ta’ dawk il-miżuri, l-EASA tqis kif xieraq l-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati, il-benefiċċji ambjentali, il-fattibbiltà teknoloġika u l-impatt ekonomiku. Il-miżuri jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ standards ambjentali li tinkiseb permezz tal-involviment effettiv tal-UE upstream fil-proċess tal-Kumitat tal-ICAO dwar il-Ħarsien tal-Ambjent mill-Avjazzjoni (CAEP). Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1139 jagħti s-setgħa lill-UE sabiex toħloq standards ambjentali f’dawk l-oqsma fejn ma hemm l-ebda standard tal-ICAO disponibbli, inklużi iżda mhux limitati għal inġenji tal-ajru ibridi, elettriċi u li jaħdmu bl-idroġenu.
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni u l-EASA jiddefinixxu u jikkoordinaw il-politiki u l-azzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent tal-avjazzjoni ċivili fil-livell tal-UE. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni, l-EASA, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll l-Istati Membri jintalbu jikkooperaw fi kwistjonijiet ambjentali. Il-kooperazzjoni tinkludi attivitajiet relatati mas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), ir-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) 8 . Fl-istess kuntest, l-EASA qiegħda tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-istrateġija ambjentali tal-UE, bħall-iżvilupp ta’ programm ta’ tikkettar ambjentali għall-avjazzjoni bħala parti mill-Istrateġija ta’ Mobilità Intelliġenti u Sostenibbli 9 kif ukoll l-appoġġ ipprovdut fir-rigward tal-iżvilupp tal-“pakkett lesti għall-mira ta’ 55 %”, li jinkludi l-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas leġiżlattiv dwar l-Avjazzjoni RefuelEU 10 b’kompitu ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar dwar l-użu ta’ Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli għall-EASA.
Barra minn hekk, analiżi ambjentali żviluppata b’mod konġunt mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u mill-EASA, bl-appoġġ tal-Maniġer tan-Netwerk tal-Ajru Uniku Ewropew (SES), tipprovdi rendikont oġġettiv tal-istat tal-ħarsien tal-ambjent relatat mal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni. Din l-analiżi, ippubblikata kull tliet snin fir-Rapport Ewropew dwar l-Ambjent fl-Avjazzjoni, fiha rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jittejjeb il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni. L-aħħar rapport ġie ppubblikat f’Settembru 2022 11 .
Barra minn hekk, l-EASA għandha wkoll mandat sabiex tiġbor u tivverifika l-informazzjoni dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru għall-immudellar tal-istorbju madwar l-ajruporti, skont ir-Regolament (UE) 598/2014 12 .
3)Ekwipaġġ tal-ajru
Il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat tal-inġenji tal-ajru msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll l-apparati ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Il-bdoti huma meħtieġa jkollhom liċenzja ta’ bdot u ċertifikat mediku ta’ bdot xierqa għall-operazzjoni li tkun se titwettaq, l-ekwipaġġ tal-kabina involut f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru huwa meħtieġ ikollu attestazzjoni, u l-approvazzjonijiet huma meħtieġa fir-rigward taċ-ċentri ajrumediċi, tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti u tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina.
Huma meħtieġa ċertifikati fir-rigward ta’ kull apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir użat għat-taħriġ tal-bdoti. Il-persuni responsabbli għall-għoti ta’ taħriġ fit-titjir, ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, jew għall-valutazzjoni tal-ħiliet tal-bdoti, kif ukoll l-eżaminaturi ajrumediċi, huma meħtieġa wkoll li jkollhom ċertifikat.
4)Operazzjonijiet fl-ajru
L-operat tal-inġenji tal-ajru msemmijin fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, għandu jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V u, jekk applikabbli, fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom, u d-disponibbiltà għalihom tal-mezzi, sabiex iwettqu l-kompiti assoċjati mal-operat tal-inġenji tal-ajru f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli tal-UE, jew ikollhom ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika l-privileġġi mogħtijin lill-operatur tal-inġenji tal-ajru u jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu jew jitneħħew privileġġi. B’mod simili, iċ-ċertifikat jista’ jkun limitat, sospiż jew revokat, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u mal-proċeduri applikabbli tal-UE għall-ħruġ u għaż-żamma ta’ tali ċertifikat.
5)Ajrudromi u servizzi fuq l-art
L-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, l-operat tal-ajrudromi u l-forniment ta’ servizzi fuq l-art u ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar tar-rampa (AMS) fl-ajrudromi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VII u, jekk applikabbli, fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139. Ir-regoli tal-UE japplikaw għall-ajrudromi, li jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, u li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
-ikunu miftuħin għall-użu pubbliku,
-ikunu jaqdu t-trasport kummerċjali bl-ajru; u
-ikollhom ranway bl-istrumenti ta’ 800 metru jew aktar, jew
-ikunu jaqdu esklussivament ħelikopters bl-użu ta’ proċeduri ta’ avviċinament jew ta’ tluq bl-istrumenti.
Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu rekwiżiti komuni għal dawn:
-id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajrudromi,
-inkluż it-tagħmir relatat mas-sikurezza użat fihom,
-id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza użat jew maħsub għall-użu fl-ajrudromi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-UE, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi fuq l-art u ta’ Servizzi ta’ Mmaniġġjar tar-Rampa f’dawk l-ajrudromi; u
-is-salvagwardja tal-inħawi tal-ajrudromi riferiti, u dan mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-ippjanar tal-ambjent u tal-użu tal-art.
6)ATM/ANS, inkluża l-implimentazzjoni tal-SES
Il-forniment ta’ ATM/ANS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness VII. L-inġenji tal-ajru kollha li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SES), għajr dawk involuti fl-attivitajiet imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII. Il-fornituri ta’ ATM/ANS huma meħtieġa jkollhom ċertifikat li jispeċifika l-privileġġi mogħtijin, ladarba jkunu wrew konformità mar-regoli applikabbli tal-UE. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni jew fil-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS jistgħu jkunu meħtieġa jkollhom ċertifikat.
L-EASA hija l-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ ċerti fornituri ta’ servizzi tal-ATM/ANS u ta’ organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ATCO, inklużi fornituri pan-Ewropej, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni jew fil-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS.
L-EASA, fuq talba, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-SES kif stipulat fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
7)Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru involuti fil-forniment ta’ ATM/ANS, kif ukoll il-persuni, l-organizzazzjonijiet u l-apparati sintetiċi tat-taħriġ involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-verifika jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl- Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139. Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu meħtieġa jkollhom liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru u ċertifikat mediku ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru li jispeċifikaw il-privileġġi mogħtijin u jistgħu jiġu emendati sabiex jiżdiedu jew jitneħħew privileġġi, kif ukoll jiġu limitati, sospiżi jew irrevokati meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u mal-proċeduri applikabbli tal-UE għall-ħruġ u għaż-żamma ta’ liċenzja jew ta’ ċertifikat mediku. L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċ-ċentri ajrumediċi huma meħtieġa jkollhom ċertifikat. Il-persuni responsabbli sabiex jipprovdu t-taħriġ prattiku u jivvalutaw il-ħiliet prattiċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll l-eżaminaturi ajrumediċi, għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw ċerti rekwiżiti tal-kompetenza.
8)Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-partijiet, tat-tagħmir mhux installat u tat-tagħmir tagħhom sabiex jiġu kkontrollati mill-bogħod, kif ukoll il-persunal, inklużi l-bdoti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IX , u, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/1139. B’kont meħud tan-natura u tar-riskju tal-attività kkonċernata, tal-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernati u tal-karatteristiċi taż-żona ta’ operat, jista’ jkun meħtieġ ċertifikat għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni, u għall-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat u tat-tagħmir sabiex jiġu kkontrollati mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż l-bdoti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika l-limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kundizzjonijiet tal-operat u l-privileġġi, u jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu jew jitneħħew limitazzjonijiet, kundizzjonijiet u privileġġi, kif ukoll jiġi limitat, sospiż jew irrevokat meta d-detentur ma jibqax konformi mal-kundizzjonijiet, mar-regoli u mal-proċeduri għall-ħruġ jew għaż-żamma ta’ tali ċertifikat.
9)Operazzjonijiet minn Pajjiżi Terzi
L-inġenji tal-ajru msemmijin fl- Artikolu 2(1) (c) tar-Regolament (UE) 2018/1139, kif ukoll l-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom, għandhom jikkonformaw mal-istandards applikabbli tal-ICAO. Sa fejn ma jkun hemm l-ebda standard bħal dan, dawk l-inġenji tal-ajru, l-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jikkonformaw, fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru għajr inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/1139. Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IX u, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV u V tar-Regolament imsemmi.
10)Riċerka u innovazzjoni (R&I)
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 introduċa numru ta’ kompetenzi ġodda ewlenin għall-EASA. Fil-qasam tar-R&I, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili sabiex tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-konsistenza u tal-koordinazzjoni bejn ir-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati minn fondi pubbliċi u l-politiki li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. L-EASA tappoġġa lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fit-twettiq tal-programmi qafas rilevanti tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali, inkluż fit-twettiq ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni, fir-rieżami ta’ proġetti ffinanzjati u fl-isfruttament tar-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni. L-Aġenzija timplimenta wkoll partijiet relatati mal-avjazzjoni ċivili tal-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ riċerka ad hoc li huma kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija u mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2018/1139.
L-industrija Ewropea tal-avjazzjoni għaddiet minn żvilupp b’suċċess f’dawn l-aħħar deċennji li xpruna lill-Ewropa fuq quddiem nett fis-suq kompetittiv globali. Elementi sinifikanti huma l-programmi tal-UE tar-R&I fl-avjazzjoni Ewropea kif ukoll l-attivitajiet ta’ riċerka tal-Istati Membri u tal-industrija. Dawn l-inizjattivi huma direttament rilevanti għall-objettiv kemm tal-EASP kif ukoll tal-EPAS li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza, ta’ sigurtà u ta’ ħarsien tal-ambjent fl-Ewropa.
Teknoloġiji u kunċetti ġodda qegħdin joħorġu b’rata mingħajr preċedent. Il-programmi Ewropej u nazzjonali tar-R&I, inklużi Clean Sky/Avjazzjoni Nadifa u SESAR qegħdin jiżviluppaw kunċetti u soluzzjonijiet ġodda tal-avjazzjoni, li se jkollhom jiġu ċċertifikati jew approvati qabel ma jibdew joperaw fl-Ewropa kif ukoll f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, parteċipanti ġodda, b’mod partikolari fis-settur tad-droni, iġibu rekwiżiti ġodda fix-xena ajrunawtika Ewropea u jeħtieġu risponsi regolatorji Ewropej ġodda.
Is-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni tappoġġa l-użu ta’ dawn is-soluzzjonijiet il-ġodda, u b’mod aktar ġenerali l-integrazzjoni sikura ta’ teknoloġiji u ta’ kunċetti ġodda.
Fir-rigward tal-EPAS, il-proġetti ta’ riċerka li jsiru parti mill-Pjan jirriżultaw mil-lista ta’ suġġetti tal-aġenda tar-riċerka prijoritizzati, li għalihom jinkiseb sors ta’ finanzjament jew fejn x’aktarx li l-proġett ikun iffinanzjat mill-bidu tal-perjodu ta’ referenza tal-EPAS partikolari 13 .
Il-programm Data4Safety jipprovdi sors ta’ valur għall-identifikazzjoni ta’ data rilevanti (data dwar it-titjiriet, data dwar it-traffiku, temp, rapporti dwar is-sikurezza, eċċ.) li tkun disponibbli b’mod aggregat sabiex tappoġġa l-proġetti ta’ riċerka, f’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jitlob lill-EASA tiġbor u tanalizza d-data dwar is-sikurezza biex tidentifika r-riskji u tkejjel il-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni.
11)Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, inkluża ċ-ċibersigurtà
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi li l-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-avjazzjoni ċivili, inkluża ċ-ċibersigurtà, meta jkun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. L-EASA tista’ tipprovdi wkoll assistenza teknika lill-Kummissjoni, meta l-Aġenzija jkollha l-għarfien espert rilevanti dwar is-sikurezza, fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, l-Aġenzija għandha, fejn neċessarju, tirreaġixxi mingħajr dewmien żejjed għal problema urġenti billi tieħu miżuri relatati mal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikazzjoni ambjentali sabiex tindirizza l-vulnerabbiltajiet fid-disinn tal-inġenji tal-ajru, u tirrakkomanda azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u/jew tgħaddi l-informazzjoni rilevanti lil dawk l-awtoritajiet u l-persuni, f’każ li l-problema taffettwa l-operat tal-inġenji tal-ajru, inklużi r-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jirriżultaw minn żoni ta’ kunflitt.
12)Kooperazzjoni internazzjonali
Bis-saħħa ta’ ftehimiet internazzjonali fis-settur tal-avjazzjoni, l-UE testendi l-qafas regolatorju tagħha għal pajjiżi u għal reġjuni terzi madwar id-dinja. Dawn il-ftehimiet ifittxu konverġenza regolatorja sħiħa mar-regoli applikabbli tal-UE bl-għan li jitkabbar is-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE b’dawn il-pajjiżi u r-reġjuni terzi, jew inkella jistabbilixxu regoli u proċeduri għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinnota l-attività intensa mwettqa mill-Kummissjoni u mill-EASA sabiex jipprovdu assistenza teknika lil pajjiżi u lil reġjuni terzi sabiex jappoġġawhom fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-avjazzjoni tal-UE applikabbli. Tali assistenza tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli, għar-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati, fl-interess tal-industrija Ewropea, u għall-promozzjoni tal-istandards Ewropej tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-Aġenzija tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma ma’ dawk l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
Fil-kuntest tal-ICAO, l-EASA tassisti lill-Istati Membri fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.
L-Aġenzija taġixxi bħala Organizzazzjoni Reġjonali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza fil-qafas tal-ICAO (ara t-taqsima 1.2 aktar ’il fuq).
13)Maniġġar ta’ Kriżijiet fl-Avjazzjoni
Il-Kummissjoni, kif ukoll l-EASA f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ħadu azzjoni immedjata fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom sabiex jikkontribwixxu għal rispons f’waqtu għall-kriżi tal-COVID-19 u għall-mitigazzjoni tagħha. L-EASA, f’koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, ħarġet numru ta’ rekwiżiti u ta’ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati tal-avjazzjoni, fil-forma ta’ Direttivi dwar is-Sikurezza, ta’ Bullettini ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza, ta’ linji gwida u ta’ materjali għall-promozzjoni tas-sikurezza.
Fost dawn id-dokumenti, l-EASA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ħarġu dokument konġunt li jiddefinixxi miżuri sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tas-saħħa tal-vjaġġaturi tal-ajru u tal-persunal tal-avjazzjoni ladarba l-linji tal-ajru jerġgħu jibdew bl-iskedi tat-titjiriet regolari wara t-tfixkil serju kkawżat mill-COVID-19 14 .
14)Interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi
L-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2018/1139 introduċa r-rekwiżit li “[l-]Kummissjoni, l-Aġenzija, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom jikkooperaw, fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, bil-ħsieb li jiżguraw li jitqiesu l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi relatati inkluż fi proċeduri regolatorji, is-sorveljanza u l-implimentazzjoni ta’ kultura ġusta […] biex jindirizzaw riskji soċjoekonomiċi għas-sikurezza tal-avjazzjoni”.
Jeħtieġ ukoll li, kull tliet snin, l-Aġenzija tippubblika rieżami “li għandu jagħti rendikont oġġettiv tal-azzjonijiet u l-miżuri meħuda, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi”.
Dan huwa konformi mal-proċess tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza (SRM), li billi huwa proċess proattiv u xprunat mid-data, għandu l-għan li jidentifika u jivvaluta b’mod sistematiku problemi għas-sikurezza inklużi dawk li jirriżultaw minn fatturi soċjoekonomiċi. L-EASA ppubblikat l-ewwel ħarġa tar-rieżami tal-Artikolu 89 f’Diċembru 2021 15 . Ir-rieżami jeżamina b’mod partikolari l-implikazzjonijiet tas-sikurezza tal-fatturi soċjoekonomiċi fl-oqsma tal-Impjiegi u tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, tas-Saħħa u tal-Istil ta’ Ħajja u tal-Edukazzjoni. Jidentifika wkoll azzjonijiet u miżuri futuri possibbli fil-kuntest tal-EPAS.
1.3.2.2.Miżuri meħudin mill-Aġenzija
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati tiegħu hija appoġġata, fejn rilevanti, mill-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni (CSs) u minn speċifikazzjonijiet dettaljati oħrajn (DSs), minn Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) u minn Materjal ta’ Gwida (GM).
Is-CSs jipprevedu standards tekniċi, li jindikaw il-mezzi sabiex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu. Jintużaw għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet. Meta r-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi hekk, xi CSs jifformaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat mill-EASA.
Id-DSs huma standards mhux vinkolanti maħruġin mill-Aġenzija għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, fejn ir-Regolament (UE) 2018/1139 jirrikjedi l-użu ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati għad-dikjarazzjoni tal-konformità mill-organizzazzjoni jew mill-persuna soġġetta għal tali obbligu ta’ dikjarazzjoni.
L-AMC huma standards mhux vinkolanti maħruġin mill-Aġenzija li jintużaw minn organizzazzjonijiet sabiex juru l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, jew mas-CSs u mad-DSs.
Il-GM huwa materjal mhux vinkolanti maħruġ mill-Aġenzija, li jgħin sabiex tintwera t-tifsira ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, ta’ CSs jew ta’ DSs, u li jintuża sabiex jappoġġa l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, u tas-CSs u tad-DSs.
1.3.2.3.Arranġamenti ta’ Flessibbiltà
Peress li l-avjazzjoni hija attività kumplessa, ir-regoli ma jirnexxilhomx ikopru is-sitwazzjonijiet kollha u huwa meħtieġ ċertu ammont ta’ flessibbiltà sabiex l-attivitajiet ikunu jistgħu jseħħu filwaqt li jinżamm livell adegwat ta’ sikurezza.
Għal dan l-għan, id-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà jinsabu fir-Regolament (UE) 2018/1139, li jippermetti lill-Istati Membri jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti applikabbli lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għar-Regolament, fil-każ ta’ ċirkostanzi imprevedibbli urġenti li jaffettwaw lil dawk il-persuni jew ħtiġijiet operazzjonali urġenti ta’ dawk il-persuni, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
·ma jkunx possibbli li dawk iċ-ċirkostanzi jew dawk il-ħtiġijiet jiġu indirizzati b’mod adegwat f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
·fejn neċessarju jiġu żgurati s-sikurezza, il-ħarsien tal-ambjent u l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, fejn neċessarju permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni;
·l-Istat Membru jkun immitiga kemm jista’ jkun kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kundizzjonijiet tas-suq bħala konsegwenza tal-għoti tal-eżenzjoni; u
·l-eżenzjoni tkun limitata fl-ambitu u fid-durata sal-livell strettament neċessarju u tiġi applikata b’mod mhux diskriminatorju.
Meta l-eżenzjoni tkun ingħatat għal durata li taqbeż it-tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ta l-istess eżenzjoni ripetutament u d-durata totali tagħha jkun ta’ aktar minn tmien xhur, l-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq ikunux ġew sodisfatti u, fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċievi n-notifika, għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. Imbagħad, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, tivvaluta jekk ġewx issodisfati dawk il-kundizzjonijiet. Meta tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta tkun differenti mill-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tadotta, fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, att ta’ implimentazzjoni li jkun fih id-deċiżjoni tagħha għal dak l-għan. Hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jiġi nnotifikat b’att ta’ implimentazzjoni li tikkonferma li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati, huwa għandu jirrevoka minnufih l-eżenzjoni mogħtija.
Meta Stat Membru jqis li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Annessi tista’ tintwera permezz ta’ mezzi oħrajn għajr dawk stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament, u li dawk il-mezzi joffru vantaġġi sinifikanti f’termini ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew ta’ effiċjenza għall-persuni soġġetti għal dan ir-Regolament jew għall-awtoritajiet ikkonċernati, ikun jista’ jibgħat talba motivata għall-emendar tal-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija sabiex ikun hemm lok li jintużaw dawk il-mezzi l-oħrajn. F’dak il-każ, l-Aġenzija għandha toħroġ, mingħajr dewmien bla bżonn, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Meta jkun neċessarju, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, mingħajr dewmien u filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li temenda l-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat.
1.3.3.L-investigazzjoni ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti fl-avjazzjoni ċivili
Ir-regoli applikabbli għall-investigazzjoni ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti huma ddefiniti fil-livell Ewropew, fi ħdan ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 16 . Dan jiżgura livell għoli ta’ effiċjenza, ta’ ħeffa u ta’ kwalità fl-investigazzjonijiet Ewropej tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili; bl-objettiv uniku ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti fil-ġejjieni mingħajr ma jiġu attribwiti t-tort jew l-imputabbiltà. Ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza billi jiġi stabbilit Network Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-Settur tal-Avjazzjoni Ċivili (ENCASIA) u jintroduċi dispożizzjonijiet għall-ħżin tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u tar-rispons assoċjat tagħhom f’bażi tad-data ċentrali tal-UE.
Iżjed informazzjoni dwar il-proċessi tal-investigazzjoni ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti fl-Unjoni Ewropea hija mehmuża fit-taqsima 1.5.
1.3.4.Ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 17 jinkludi regoli relatati mar-rapportar, mal-analiżi u mas-segwitu ta’ okkorrenzi li jikkomplementaw ir-regoli speċifiċi għall-oqsma dwar ir-rapportar tal-okkorrenzi inklużi mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni tal-oqsma. Din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti bl-għan li titrawwem kultura soda ta’ rapportar. Tistabbilixxi wkoll obbligi għall-industrija, għall-Istati Membri u għall-EASA sabiex jiġbru u janalizzaw l-okkorrenzi, bl-għan li jiġu appoġġati l-proċessi tagħhom ta’ ġestjoni tas-sikurezza. Barra minn hekk, tiżgura li l-informazzjoni titħares kif xieraq u tiġi kondiviża fost l-Istati Membri u mal-EASA. Ir-regolament fih ukoll dispożizzjonijiet sabiex jitrawmu prinċipji tal-Kultura Ġusta fl-Istati Membri kollha.
Fl-aħħar nett, l-EASP jibbenefika mill-ħidma tan-Network ta’ Analisti stabbilit minn dan ir-regolament sabiex jiġi ddeterminat liema azzjoni jeħtieġ li tiġi implimentata fil-livell tal-Unjoni minn perspettiva bbażata fuq l-evidenza. Dan ix-xogħol jibbenefika mill-analitiċi avvanzati disponibbli fil-pjattaforma Data4Safety kif ukoll mill-possibbiltà, fejn rilevanti, li d-data dwar l-okkorrenzi tiġi amalgamata ma’ sorsi oħrajn ta’ data u b’hekk tissaħħaħ id-dimensjoni mmexxija mid-data ta’ din il-ħidma u tiġi permessa l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni aħjar tar-riskji fi ħdan is-sistema kollha.
1.3.5.Lista tal-Unjoni Ewropea tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-UE
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 18 (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2111/2005”) jistabbilixxi regoli dwar l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni ta’ lista tal-UE, ibbażata fuq kriterji komuni, ta’ trasportaturi tal-ajru li, għal raġunijiet ta’ sikurezza, huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. Il- lista ta’ trasportaturi tal-ajru projbiti 19 li ġiet adottata fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament hija fiha nnifisha Regolament u, għaldaqstant, tapplika direttament fl-Istati Membri. Il-lista ta’ trasportaturi tal-ajru projbiti hija stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 20 . Tiġi aġġornata b’mod regolari.
Bl-iskop li tiġi aġġornata l-lista, il-Kummissjoni hija megħjuna mill-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”, li huwa magħmul minn esperti tekniċi tas-sikurezza tal-ajru mill-Istati kollha tal-EASA u ppresedut mill-Kummissjoni. Filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru” jadotta l-opinjoni tiegħu b’maġġoranza kwalifikata. 21
Id-deċiżjoni li trasportatur tal-ajru (jew grupp ta’ trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-istess Stat) jiġi inkluż jew jitneħħa mil-lista tittieħed fuq il-bażi tal-kriterji komuni tas-sikurezza li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Dawn il-kriterji jqisu, pereżempju, l-eżistenza ta’ nuqqasijiet fis-sikurezza min-naħa ta’ trasportatur tal-ajru, in-nuqqas ta’ ħila jew ta’ rieda ta’ trasportatur tal-ajru jew tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tiegħu li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza, il-projbizzjonijiet fuq l-operat imposti minn pajjiżi terzi, ir-rapporti tal-awditjar imfasslin minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali (ICAO) u informazzjoni sostanzjata li tkun relatata mal-aċċidenti. Il-kriterji kollha jqisu l-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jkunu jew SARPs tal-ICAO fil-każ ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi jew id-dritt tal-UE fil-każ ta’ operaturi Ewropej.
1.4.Ir-responsabbiltajiet u l-obbligi ta’ rendikont tas-sikurezza fl-Unjoni Ewropea
1.4.1.Il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 100(2) tat-TFUE jippermetti, fost ħafna miżuri oħrajn, l-adozzjoni ta’ miżuri għat-titjib tas-sikurezza tat-trasport bl-ajru li għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Leġiżlazzjoni bħal din tiġi proposta mill-Kummissjoni, li għandha d-dritt ta’ inizjattiva, u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li ta’ sikwit jissejħu l-“koleġiżlaturi”. Il-Parlament Ewropew, elett miċ-ċittadini Ewropej, u l-Kunsill, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, jistgħu jemendaw it-test propost mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-rekwiżiti tat-Trattati. L-adozzjoni mill-koleġiżlaturi, tassumi li fl-aħħar mill-aħħar jaqblu bejniethom dwar test korrispondenti.
Ladarba kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu approvaw it-test finali, dan jiġi ffirmat b’mod konġunt mill-Presidenti u mis-Segretarji Ġenerali taż-żewġ istituzzjonijiet. Wara l-iffirmar, it-testi jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Ir-Regolamenti huma direttament vinkolanti fl-UE kollha mid-data stabbilita fil-verżjoni ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
L-atti adottati f’konformità mal-proċedura ta’ hawn fuq jistgħu jinkludu setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni biss għandha dawn is-setgħat jekk l-att legali bażiku jipprevedi dan.
Għall-adozzjoni ta’ atti delegati, ġie stabbilit grupp ta’ esperti speċifiku, fejn il-Kummissjoni, wara diskussjoni bir-reqqa tal-proposti regolatorji ma’ esperti li jirrappreżentaw lill-Istati Membri, tadotta l-atti delegati. Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, inħoloq kumitat speċifiku 22 sabiex jadotta abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti (UE) 2018/1139 u (UE) Nru 376/2014, fejn il-Kummissjoni tippreżenta abbozzi ta’ Regolamenti bbażati l-aktar fuq proposti magħmulin mill-EASA (l-hekk imsejħin Opinjonijiet) li jkunu għaddew minn konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati qabel ma jiġu ppubblikati mill-Aġenzija. L-abbozz ta’ Regolament huwa diskuss f’dan il-kumitat regolatorju magħmul minn rappreżentanti tas-27 Stat Membru, li jgħoddu wkoll bħala osservaturi r-rappreżentanti tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, f’konformità mal-ftehim ŻEE 23 u mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru 24 . Jekk il-kumitat jipprovdi opinjoni pożittiva dwar il-miżuri proposti tal-Kummissjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi adottat.
Fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, kumitat ieħor huwa ta’ rilevanza: il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru” li huwa involut fl-aġġornament tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (UE) 2111/2005. Barra minn hekk, il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku huwa responsabbli għall-adozzjoni tar-regoli tal-iskema ta’ prestazzjoni, li jinkludu l-indikaturi tal-prestazzjoni ta’ sikurezza għall-ATM/ANS.
1.4.2.Il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tas-sikurezza tal-avjazzjoni fis-sistema Ewropea tas-sikurezza
1.4.2.1.Sommarju tal-kompetenzi u tar-responsabbiltajiet fis-sistema Ewropea tas-sikurezza
Tabella 2. Awtoritajiet Kompetenti skont ir-regoli tal-UE
|
QASAM TA’ KOMPETENZA |
STATI MEMBRI |
EASA |
|
L-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u l-ħarsien tal-ambjent, li jkopru: -l-ajruplani, -l-inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors, -sailplanes, -blalen tal-arja, -iġfna tal-ajru, -inġenji tal-ajru e-VTOL |
Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru (individwali) |
Ċertifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru, tal-magna u tal-iskrejjen |
|
Ċertifikazzjoni tal-istorbju ta’ inġenju tal-ajru (individwali) |
Ċertifikazzjoni ta’ partijiet u ta’ apparati |
|
|
mhux applikabbli |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tad-disinn |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ organizzazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ pajjiżi terzi Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni tal-UE li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR 25 |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni (Parti-145), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni ta’ pajjiżi terzi (Parti-145) Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-Parti-145 tal-UE li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kombinati (Parti-CAO), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kombinati ta’ pajjiżi terzi (Parti-CAO) Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-Parti-CAO tal-UE li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (Parti-CAMO), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti) |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (Parti-CAMO) Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-UE li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Ħruġ ta’ liċenzja lill-persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni |
mhux applikabbli |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ fil-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (Parti-147), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti) |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ fil-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi (Parti-147) Approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ fil-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-UE (Parti-147) li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Operazzjonijiet fl-Ajru |
mhux applikabbli |
Awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi (trasport kummerċjali bl-ajru) |
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tad-detenturi taċ-ċertifikat tal-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru / taċ-ċertifikat tal-operaturi tal-ajru (AOC), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru li l-AOC tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Sorveljanza/awtorizzazzjoni ta’ operaturi oħrajn (operazzjonijiet mhux kummerċjali, operazzjonijiet speċjalizzati), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Sorveljanza/awtorizzazzjoni ta’ operaturi oħrajn f’każijiet li fihom is-sorveljanza ġiet ittrasferita f’konformità mal-Artikoli 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Ekwipaġġ tal-Ajru u Mediku |
Ħruġ ta’ liċenzja u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti |
mhux applikabbli |
|
Attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina |
mhux applikabbli |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti ta’ pajjiżi terzi Ċertifikazzjoni u sorveljanza tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti tal-UE li ċ-ċertifikat tagħhom ġie ttrasferit f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tal-BR |
|
|
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ ċentri ajrumediċi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ ċentri ajrumediċi ta’ pajjiżi terzi |
|
|
Ċertifikazzjoni ta’ FSTDs, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni tal-FSTDs: - użati minn organizzazzjonijiet ta’ taħriġ iċċertifikati mill-EASA - li jinsabu f’pajjiż terz - li jinsabu fi Stat Membru fuq talba ta’ Stat Membru |
|
|
Ċertifikazzjoni ta’ għalliema tat-titjir, ta’ eżaminaturi u ta’ eżaminaturi ajrumediċi |
mhux applikabbli |
|
|
ATM/ANS |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ fornituri tal-ATM/ANS, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ fornituri tal-ATM/ANS ta’ pajjiżi terzi. Ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ fornituri tal-ATM/ANS pan-Ewropej, inkluż il-Maniġer tan-Network u l-fornituri ta’ servizzi tad-DAT |
|
mhux applikabbli |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza fir-rigward taċ-ċertifikati għal ċertu tagħmir tal-ATM/ANS relatat mas-sikurezza, u d-dikjarazzjonijiet magħmulin fir-rigward ta’ dan |
|
|
Ħruġ ta’ liċenzji u ċertifikazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (inklużi l-għalliema tat-titjir u l-assessuri) |
mhux applikabbli |
|
|
Ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti |
Ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ta’ pajjiżi terzi |
|
|
Ċertifikazzjoni ta’ eżaminaturi ajrumediċi u ta’ ċentri mediċi |
mhux applikabbli |
|
|
Ajrudromi (inklużi ħeliports u vertiports) |
Ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u tat-tagħmir relatat mas-sikurezza tagħhom |
Ċertifikazzjoni u sorveljanza fir-rigward taċ-ċertifikati għal ċertu tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, u d-dikjarazzjonijiet magħmulin fir-rigward ta’ dan |
|
Ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajrudromi u tal-operazzjonijiet tagħhom |
mhux applikabbli |
|
|
UAS (Droni) |
Reġistrazzjoni ta’ operaturi tal-UAS u ta’ UAS iċċertifikati |
Verifika tad-disinn tal-UAS operata fil-kategorija “speċifiċi” |
|
Awtorizzazzjonijiet operazzjonali għall-UAS operati fil-kategorija “speċifiċi” |
mhux applikabbli |
|
|
Ħruġ inizjali u sorveljanza kontinwa taċ-ċertifikati tal-operaturi tal-UAS Ħfief (LUC) |
mhux applikabbli |
|
|
Ħruġ ta’ liċenzja u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti mill-bogħod li joperaw UAS |
mhux applikabbli |
|
|
U-space |
Valutazzjoni tar-riskju tal-ispazju tal-ajru, deżinjazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-U-space, rikonfigurazzjoni dinamika tal-ispazju tal-ajru u r-responsabbiltajiet relatati |
mhux applikabbli |
|
Deżinjazzjoni u ċertifikazzjoni tal-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ informazzjoni komuni |
mhux applikabbli |
|
|
Ċertifikazzjoni ta’ fornituri oħrajn ta’ servizzi tal-u-space (USSP) |
Ċertifikazzjoni tal-USPs pan-Ewropej u tal-USPs ta’ pajjiżi terzi |
Nota:
Ir-responsabbiltajiet tal-approvazzjoni/taċ-ċertifikazzjoni fid-diversi oqsma ta’ kompetenza jinkludu wkoll il-ġestjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, fejn applikabbli. Il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tiġi vverifikata bħala parti mill-proċessi ta’ ċertifikazzjoni/approvazzjoni inizjali u ta’ sorveljanza kontinwa u ma tkun soġġetta għall-ebda ċertifikat separat tal-approvazzjoni/tal-organizzazzjoni. Għaldaqstant, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għal dawk l-oqsma ssegwi dik iddefinita fit-Tabella 2.
Illustrazzjoni 1. L-interrelazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fis-sistema Ewropea tas-sikurezza
1.4.2.2.L-Istati Membri
Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kunsill magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri huwa koleġiżlatur flimkien mal-Parlament Ewropew (ara t-taqsima 1.3.1). L-Istati Membri (iżda mhux il-Kunsill bħala tali) huma wkoll parti mill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-każ tal-atti ta’ implimentazzjoni permezz tal-arranġamenti stabbiliti tal-proċedura ta’ kumitat (ara t-taqsima 1.4.1).
Skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għar-regolamentazzjoni ta’:
(a) L-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1139 (eż. ċerti inġenji tal-ajru storiċi, inġenji tal-ajru sperimentali, inġenji tal-ajru ħfief, eċċ);
(b) Operazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru waqt it-twettiq ta’ attivitajiet jew ta’ servizzi militari, doganali, tal-pulizija, ta’ tfittxija u salvataġġ, ta’ tifi tan-nar, ta’ gwardja tal-kosta jew ta’ attivitajiet jew ta’ servizzi simili, dment li ma jkunux iddeċidew li japplikaw ir-rekwiżiti tal-UE kif previsti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139;
(c) ATM/ANS, inklużi sistemi u kostitwenti, li huma pprovduti jew magħmulin disponibbli mill-militar, dment li Stat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika r-rekwiżiti tal-UE kif previsti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139;
(d) Ajrudromi li jkunu kkontrollati u operati mill-militar, dment li Stat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika r-rekwiżiti tal-UE kif previst fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139;
Nota: Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti nazzjonali ta’ sigurtà u ta’ difiża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi tal-ATM/ANS imsemmijin fil-punt (c) ipprovduti lit-traffiku tal-ajru ċivili kif ukoll lill-faċilitajiet imsemmijin fil-punt (d) miftuħin għall-użu pubbliku, joffru livell ta’ sikurezza u ta’ interoperabbiltà mas-sistemi ċivili li jkun effettiv daqs dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali tar-Regolament (UE) 2018/1139.
(e) L-ajrudromi li ma jissodisfawx minn tal-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(i) ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;
(ii) jaqdu t-Trasport Kummerċjali bl-Ajru;
(iii) ikunu pprovduti operazzjonijiet li jużaw proċeduri ta’ avviċinament jew tat-tluq bl-istrumenti u
a. ikollhom runway miksija ta’ 800 metru jew iżjed; jew
b. jaqdu b’mod esklużiv il-ħelikopters;
(f) Fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ Stat Membru, l-ajrudromi li jissodisfaw il-kriterji kollha li huma deskritti fil-punti (e) (i) sa (iii), iżda jkollhom mhux aktar minn 10 000 passiġġier li jużaw trasport kummerċjali bl-ajru fis-sena jew li jkollhom mhux aktar minn 850 moviment fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ merkanzija fis-sena.
(g) Miżuri ta’ limitazzjoni tal-ħin tat-titjiriet għal dawk iż-żoni mhux koperti mid-Dritt tal-UE (ara r-Regolament (UE) Nru 965/2012, l-Artikolu 8).
Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika kwalunkwe waħda mit-Taqsimiet 1, 2, 3, jew 7 tal-Kapitolu III, jew kwalunkwe taħlita tagħhom, għall-attivitajiet kollha jew xi wħud minnhom imsemmijin fl-Artikolu 2(3)(a) tar-Regolament u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet, meta jqis li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet inkwistjoni u tal-għan u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv. Din l-hekk imsejħa possibbiltà ta’ “inklużjoni fakultattiva” tipprovdi flessibbiltà lill-Istati Membri sabiex jiddeċiedu meta l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tkun aktar effiċjenti bil-ħsieb li jiksbu titjib fis-sikurezza, fl-interoperabbiltà jew fl-effiċjenza.
Filwaqt li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni tiġi adottata fil-livell tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-iżgurar tas-sikurezza tal-avjazzjoni fit-territorju tagħhom u fl-ispazju tal-ajru tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni rikjesti bir-Regolament (UE) 2018/1139 u bir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu jitwettqu fil-livell nazzjonali, fosthom approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali u l-ħruġ ta’ liċenzja lill-persunal. L-Istati Membri jissorveljaw dan il-persunal u dawn l-organizzazzjonijiet, iwettqu l-awditjar, il-valutazzjonijiet u l-ispezzjonijiet, u jieħdu miżuri għall-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.
Madankollu, f’ċerti oqsma, iċ-ċertifikati jinħarġu fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Tabilħaqq, f’dawk l-oqsma, l-Istati Membri ddelegaw ir-responsabbiltajiet li huma ta’ kompetenza tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago lill-UE (ara d-dijagramma 2 ta’ hawn fuq għad-dettalji).
Skont l-Artikolu 64(7) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-riallokazzjonijiet tar-responsabbiltà skont dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Meta, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, Stat Membru jalloka mill-ġdid ir-responsabbiltà għall-kompiti li jkunu attribwiti lilu bil-Konvenzjoni ta’ Chicago, huwa għandu jinnotifika lill-ICAO dwar il-fatt li l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor iwettaq f’ismu l-funzjonijiet u d-dmirijiet mogħtijin lilu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.
L-Istati Membri huma responsabbli wkoll, f’konformità mal-Istandards tal-ICAO u skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/1139, għall-iżvilupp ta’ Programm tal-Istat għas-Sikurezza, li jrid ikun allinjat mal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u li jappoġġa t-twettiq tas-Sistema Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
1.4.2.3.L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ġiet stabbilita fl-2002 sabiex tagħti lok għal arranġamenti aħjar fl-oqsma kollha li huma koperti bir-Regolament (UE) 2018/1139, sabiex ċerti kompiti li jitwettqu fil-livell tal-UE, jitwettqu minn korp espert speċjalizzat uniku. Il-persunal tal-EASA huwa magħmul minn iżjed minn 800 espert u amministratur tal-avjazzjoni mill-Istati Membri kollha. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f’Cologne (il-Ġermanja) b’uffiċċju fi Brussell u b’ħames uffiċċji oħra, f’Washington (l-Istati Uniti), f’Montreal (il-Kanada), f’Beijing (iċ-Ċina), fil-Belt tal-Panama (il-Panama) u f’Singapore.
L-EASA hija indipendenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet tekniċi u għandha awtonomija ġuridika, amministrattiva u finanzjarja. Għandha personalità ġuridika u teżerċita l-kompiti u r-responsabbiltajiet mogħtijin lilha bir-Regolament (UE) 2018/1139.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-EASA, li jlaqqa’ flimkien ir-rappreżentanti tas-27 Stat Membru tal-UE, tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Kummissjoni, jiddefinixxi l-programm ta’ ħidma tal-EASA, jistabbilixxi l-baġit tagħha u jissorvelja l-operat tal-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jistieden ukoll lill-osservaturi għad-deliberazzjonijiet tiegħu, filwaqt li jlaqqa’ lill-Istati ġirien tal-UE li ffirmaw ftehim komprensiv dwar l-avjazzjoni mal-UE u mal-industrija rrappreżentata permezz tal-Bord Konsultattiv tal-EASA.
L-EASA taġixxi bħala l-awtorità kompetenti fl-oqsma tal-avjazzjoni deskritti fid-dijagramma 2 ta’ hawn fuq. F’dan il-kuntest, mill-2003, l-EASA hija responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru fl-UE. Iċ-ċertifikat maħruġ mill-EASA jixhed li t-tip tal-inġenju tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza stipulati bil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-EASA tissorvelja l-prestazzjoni tat-tipi tal-inġenji tal-ajru waqt li jkunu operattivi, matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ inġenju tal-ajru li jkun prodott fuq il-bażi tad-disinn tat-tip. Għalhekk, meta tkun identifikat kundizzjoni mhux sikura, l-EASA tista’ tordna li tittieħed azzjoni. Għal dak l-għan, toħroġ “direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà” li huma indirizzati lejn id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip u li jridu jiġu segwiti mill-operaturi fil-kuntest ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru individwali tagħhom.
L-EASA twettaq ukoll il-kompiti u r-responsabbiltajiet varji deskritti fid-dijagramma 3 ta’ hawn fuq. B’mod partikolari, dan jinkludi t-tħejjija u l-adozzjoni ta’ opinjonijiet li jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-partijiet tekniċi tar-Regolamenti delegati u ta’ implimentazzjoni.
Il-korpi konsultattivi jgħinu lill-EASA fit-tfassil ta’ dawn l-opinjonijiet u jagħtu wkoll pariri dwar il-kontenut, il-prijoritajiet u t-twettiq tal-programm ta’ regolamentazzjoni tal-EASA fil-kuntest tal-EPAS. L-Aġenzija tħejji u tadotta wkoll il-miżuri (speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħrajn, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida) li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli tekniċi komuni.
Barra minn hekk, l-EASA twettaq spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni fl-Istati Membri sabiex tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1139 kif ukoll tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu (ara wkoll it-taqsima 3.1.1) mill-Istati Membri. Tirrapporta lill-Kummissjoni, li fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi dwar it-tnedija ta’ miżuri ta’ infurzar għal nuqqas ta’ konformità fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet tekniċi u legali mal-Aġenzija.
Fil-qasam tal-ATM/ANS, l-EASA tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-SES, billi twettaq spezzjonijiet tekniċi, investigazzjonijiet u studji, kif ukoll billi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM (MP), inkluż appoġġ għall-iżvilupp u għall-użu tal-programm SESAR. B’mod partikolari, l-EASA tqis il-ħtiġijiet regolatorji u ta’ implimentazzjoni tal-bidliet operazzjonali essenzjali tas-SESAR u avvanzi teknoloġiċi oħrajn, fosthom, iżda mhux biss, soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-U-space, il-virtwalizzazzjoni, l-arkitettura bbażata fuq il-cloud u operazzjonijiet tat-torrijiet remoti, billi jkunu jistgħu jintużaw metodi ta’ ħidma ġodda, titjib operazzjonali u teknoloġiji żviluppati mis-SESAR. L-EASA tappoġġa wkoll iċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni tas-SESAR billi tivvaluta s-sistemi proposti u billi tissorvelja s-soluzzjonijiet implimentati. Dawn jifformaw il-pedamenti tal-arkitettura futura tal-ispazju tal-ajru tal-Ewropa b’appoġġ għas-sikurezza, tal-effiċjenza u tal-prestazzjoni ambjentali. Barra minn hekk, l-EASA tiżgura, f’isem il-Kummissjoni, is-sorveljanza tal-Maniġer tan-Network għall-funzjonijiet ta’ network tal-ATM tal-SES.
Barra minn hekk, l-EASA tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network, b’mod partikolari billi tipprovdi materjal ta’ gwida għall-elementi relatati mas-sikurezza tal-Iskema ta’ Prestazzjoni tal-ATM tal-SES (irreferi għal 2.3.1).
L-EASA għandha wkoll is-setgħa li tawtorizza lit-trasportaturi tal-ajru kummerċjali ta’ pajjiżi terzi li jtiru lejn, fi ħdan jew mill-31 Stat tal-EASA. L-EASA tieħu ħsieb biss il-parti tal-valutazzjoni tal-operaturi barranin li hija relatata mas-sikurezza. Il-permessi ta’ operar ikomplu jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-EASA tikkoordina l-Programm Ewropew ta’ Spezzjonijiet fir-Rampa “SAFA” (Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin) fir-rigward tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru barranin li jużaw l-ajruporti tal-Unjoni.
B’mod iktar ġenerali, l-EASA tagħti pariri tekniċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta dan ikun xieraq. L-Aġenzija hija wkoll l-organu eżekuttiv tal-assistenza teknika fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ATM lil pajjiżi u lil reġjuni terzi li magħhom l-UE ffirmat ftehimiet dwar l-avjazzjoni u li l-UE impenjat ruħha li tipprovdilhom tali appoġġ. L-assistenza hija pprovduta wkoll lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fuq bażi ad hoc.
Barra minn hekk, l-EASA twettaq ukoll kompiti fil-qasam tal-ġbir tad-data, tal-analiżi u tar-riċerka sabiex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni. F’dan il-kuntest, hija appoġġata min-Network ta’ analisti tas-sikurezza tal-avjazzjoni (NoAs). L-Aġenzija tikkoordina l-programm Data4Safety, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jistabbilixxi kapaċitajiet robusti ta’ ġestjoni tar-riskju għas-settur tal-avjazzjoni Ewropew sabiex itejjeb il-kapaċitajiet tiegħu li jieħu deċiżjonijiet infurmati u mmexxijin mid-data fl-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-objettiv tal-programm huwa li jisfrutta t-tip u l-volum bla preċedent ta’ għarfien u ta’ data sabiex jiġu indirizzati l-biċċa l-kbira tal-problemi u tal-isfidi importanti ffaċċjati u li se jiġu ffaċċjati mis-settur tat-trasport Ewropew.
L-EASA hija membru taċ-Ċellola Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet tal-Avjazzjoni li hija responsabbli sabiex tikkoordina l-ġestjoni tar-rispons għal kriżi tan-network fil-qasam tal-avjazzjoni. Sa fejn ikollha kompetenza, għandha tikkontribwixxi għal rispons f’waqtu u għall-mitigazzjoni ta’ kriżijiet fl-avjazzjoni, f’koordinazzjoni, ma’ partijiet ikkonċernati adatti oħrajn.
Fl-aħħar nett, l-EASA hija responsabbli għat-tħejjija u għall-adozzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EPAS). 26
L-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Filwaqt li l-EPAS kien diġà għodda stabbilita sew għall-ippjanar tas-sikurezza fil-livell tal-UE, kien biss bir-Regolament (UE) 2018/1139 li dan id-dokument ġie pprovdut b’rikonoxximent legali formali. Huwa jindirizza l-problemi għas-sikurezza b’mod eżawrjenti u sħiħ.
Il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jittratta l-ġestjoni tas-sikurezza jeħtieġ l-adozzjoni tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-Anness 19 tal-ICAO relatati mal-Programmi tal-Istati għas-Sikurezza jiġu trasposti wkoll fid-dritt tal-Unjoni.
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1139 fih numru ta’ prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-EASA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri meta jirregolaw is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u meta jieħdu miżuri sabiex itejbu s-sikurezza tal-avjazzjoni. Dawn il-prinċipji jeħtieġu b’mod partikolari li l-miżuri u r-regoli tas-sikurezza jkunu jikkorrispondu u proporzjonati għan-natura u għar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru, ta’ operazzjonijiet u ta’ attivitajiet li jindirizzaw. Dawn il-miżuri, sa fejn dan ikun possibbli, għandhom jiġu fformulati wkoll b’mod li jiffoka fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti kif jistgħu jintlaħqu dawk l-objettivi, u għandhom ukoll irawmu approċċ sistemiku għall-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jqisu l-interdipendenzi bejn is-sikurezza u oqsma tekniċi oħrajn, inkluża ċ-ċibersigurtà. Dan għandu jikkontribwixxi sabiex il-livelli ta’ sikurezza rikjesti jinkisbu b’mod aktar kosteffiċjenti u sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni.
1.4.2.4.Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi Ewropej skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (ara wkoll it-taqsima 1.3.1) u għat-tħejjija u għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni meta previsti skont l-istrument bażiku.
Ladarba tiġi adottata l-leġiżlazzjoni tal-UE, l-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà primarja li japplikawha b’mod korrett u f’waqtu. Il-Kummissjoni timmonitorja l-applikazzjoni xierqa mill-Istati Membri (ara wkoll it-taqsima 3.1.1) bl-assistenza tal-Aġenzija permezz tal-proċess ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni.
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni jekk Stat Membru jkun issuspettat li kiser id-dritt tal-Unjoni. Jekk ma tkun tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni fi stadju bikri, il-Kummissjoni, tipikament wara li tikkonsulta lill-EASA, tista’ tiftaħ proċediment formali ta’ ksur u eventwalment tressaq l-Istat Membru quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ara t-taqsima 1.6).
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu dwar il-baġit annwali tal-UE u l-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tiżgura l-allokazzjoni ta’ biżżejjed fondi għal dawk l-attivitajiet imwettqin mill-EASA li jiddependu fuq finanzjament mill-UE.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tħejjija, għall-aġġornament u għall-adozzjoni tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, taġġorna kif meħtieġ il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni sabiex jirrifletti l-bidliet introdotti fih. Tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-Istati Membri għal dan l-għan.
1.5.L-investigazzjoni ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti
1.5.1.Ir-regoli applikabbli
Ir-responsabbiltà li jiġu investigati l-aċċidenti u l-inċidenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni, billi jiġu ddeterminati l-kawżi tagħhom u jsiru rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza bil-ħsieb li ma jerġgħux jirrepetu ruħhom, tibqa’ tal-Istati Membri.
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 jipprovdi l-bażi legali fil-livell tal-UE għall-investigazzjoni u għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti. Jiżgura livell għoli ta’ effiċjenza, ta’ ħeffa u ta’ kwalità fl-investigazzjonijiet Ewropej tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, bl-objettiv uniku li jkun hemm il-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fil-ġejjieni mingħajr ma jiġu attribwiti t-tort jew l-imputabbiltà. Dawn ir-regoli jiżguraw b’mod partikolari li l-awtorità inkarigata tinvestiga l-aċċidenti u l-inċidenti (l-Awtorità għall-Investigazzjoni tas-Sikurezza - SIA) tkun indipendenti minn organizzazzjonijiet Statali oħrajn tal-avjazzjoni u minn kwalunkwe parti jew entità oħra li l-attivitajiet tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lill-awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza, jew jistgħu jinfluwenzaw l-oġġettività tagħha. Ir-regoli jipprevedu li l-attivitajiet tal-SA jistgħu jiġu estiżi għall-ġbir u għall-analiżi ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti. Dawn l-attivitajiet, l-istudji jew l-analiżi ta’ serje ta’ investigazzjonijiet jistgħu wkoll iwasslu għal rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li jridu jiġu kkunsidrati mid-destinatarju rilevanti u, skont kif ikun xieraq, iridu jittieħdu passi fil-konfront tagħhom sabiex tiġi żgurata prevenzjoni adegwata tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili.
1.5.2.Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 jirrikjedi li d-destinatarju ta’ rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza jinforma lill-SIA li ħarġet ir-rakkomandazzjoni fi żmien 90 jum minn meta jirċievi dik l-ittra, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu jew li qegħdin jiġu kkunsidrati, u meta jkun xieraq, dwar iż-żmien neċessarju sabiex jitlestew u, meta ma tittieħed l-ebda azzjoni, ir-raġunijiet għal dan. Fi żmien 60 jum minn meta tirċievi t-tweġiba, l-SIA tinforma lid-destinatarju jekk tikkunsidrax li t-tweġiba hija adegwata jew le u tagħti ġustifikazzjoni meta ma taqbilx mad-deċiżjoni li ma tittieħed l-ebda azzjoni.
L-SIAs għanda timplimenta proċeduri biex jiġu rreġistrati r-risponsi għar-rakkomandazzjonijiet li jkunu ħarġu dwar is-sikurezza, u l-entitajiet li jirċievu rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza għandhom jimplimentaw proċeduri sabiex jiġi ssorveljat il-progress tal-azzjoni meħuda bħala rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jirċievu dwar is-sikurezza. L-EASA tipproċessa r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza indirizzati lill-Aġenzija u tipprovdi rapporti ta’ progress u statistiki dwar il-proċessar tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.
Il-leġiżlazzjoni tintroduċi wkoll rekwiżiti sabiex jiġu rreġistrati r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kif ukoll it-tweġibiet assoċjati f’bażi tad-data ċentrali Ewropea msejħa Repożitorju Ċentrali Ewropew (ECR), ġestit mill-Kummissjoni. L-SIAs għandhom jirreġistraw bl-istess mod ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza riċevuti minn pajjiżi terzi fl-ECR.
Hemm ħtieġa leġittima li l-pubbliku jingħata aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza (u r-risponsi għalihom) minħabba li l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 huwa li jitnaqqas in-numru ta’ aċċidenti u li jiġi promoss it-tixrid tas-sejbiet ta’ inċidenti relatati mas-sikurezza. Minħabba li għal raġunijiet ta’ sigurtà ma għandu jkun hemm l-ebda aċċess dirett għall-ECR, ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza u r-risponsi għalihom li jinsabu fl-ECR jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali fuq sit web pubbliku separat. Dan jinsab fil-Hub Ċentrali tal-ECCAIRS 2 ( www.aviationreporting.eu ). Il-missjoni taċ-Ċentru Ewropew ta’ Koordinament għas-Sistemi ta’ Notifika tal-Aċċidenti u tal-Inċidenti tal-Avjazzjoni (ECCAIRS) hija li jipprovdi pjattaforma diġitali li tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014. L-ECCAIRS jappoġġa lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni fil-ġbir, fil-kondiviżjoni u fl-analiżi tal-informazzjoni tagħhom dwar is-sikurezza bl-għan aħħari li tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni. L-EASA tipprovdi appoġġ lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-ECR.
1.5.3.Kooperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni fost id-diversi SIAs billi jistabbilixxi Network Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-Settur tal-Avjazzjoni Ċivili (ENCASIA), magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza f’kull Stat Membru u/jew, fil-każ ta’ awtorità multimodali, il-kap tal-fergħa tal-avjazzjoni tiegħu, jew ir-rappreżentanti tagħhom. L-ENCASIA jfittex li tkompli tittejjeb il-kwalità tal-investigazzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza u li tissaħħaħ l-indipendenza tagħhom billi jitħeġġu standards għoljin fil-metodi ta’ investigazzjoni u fit-taħriġ tal-investigaturi. B’mod partikolari, l-ENCASIA jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-aspetti kollha li huma relatati mal-investigazzjonijiet tas-sikurezza, jippromwovi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni li tkun utli għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jikkoordina u jorganizza “rieżamijiet bejn il-pari” u attivitajiet ta’ taħriġ u jippromwovi l-aqwa prattiki għall-investigazzjoni tas-sikurezza. Fl-aħħar nett, l-ENCASIA huwa inkarigat li jwettaq l-analiżi tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza maħruġin jew riċevuti mill-Istati Membri tal-UE bil-ħsieb li jiġu identifikati rakkomandazzjonijiet importanti dwar is-sikurezza li jkunu ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha.
F’konformità mal-Anness 13 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 jixħet l-obbligu fuq l-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza fl-UE li jistiednu lill-EASA, u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza. Ir-rwol tal-EASA huwa li taġixxi bħala konsulent sabiex tkun tista’ tappoġġa lill-Investigatur Responsabbli jew lir-Rappreżentant Akkreditat tal-awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza li jwettaq jew jipparteċipa fl-investigazzjoni iżda mingħajr ma taffettwa l-istatus indipendenti tal-investigazzjoni Bl-istess mod, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tal-Istati Membri tal-UE jistgħu wkoll jipparteċipaw f’investigazzjonijiet tas-sikurezza bħala konsulenti. L-EASA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili jappoġġaw ukoll l-investigazzjoni li fiha jipparteċipaw billi jipprovdu l-informazzjoni, konsulenti u t-tagħmir mitlubin lill-SIA responsabbli.
Ir-Regolament jimmira wkoll li jtejjeb il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet bejn l-SIAs, u l-awtoritajiet l-oħrajn li x’aktarx ikunu involuti fl-attivitajiet relatati mal-investigazzjoni tas-sikurezza, bħall-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-avjazzjoni ċivili u tat-tfittxija u salvataġġ.
1.6.Infurzar
1.6.1.L-infurzar fil-konfront tal-Istati Membri
L-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati, u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE skont dawn, u li għandha tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 258 tat-TFUE stabbilixxa l-proċedura ta’ infurzar ġenerali tal-UE, li tattribwixxi lill-Kummissjoni s-setgħa li tressaq proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istati Membri li hija tqis li jkunu qegħdin jiksru l-obbligi tagħhom. Jista’ jiġi identifikat ksur potenzjali b’diversi modi, tipikament permezz tar-riżultati tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni mwettqin mill-EASA li tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni. Modi oħrajn jinkludu lmenti miġjubin għall-attenzjoni tal-Kummissjoni u miksubin minn varjetà ta’ sorsi, minn ilmentaturi individwali jew istituzzjonali.
Il-monitoraġġ tal-konformità mal-liġi tal-UE dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u mal-biċċa l-kbira tal-qafas regolatorju fil-qasam tal-ATM/ANS jitwettaq mill-Aġenzija li, bis-saħħa tal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) 2018/1139, hija inkarigata sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni inkarigat ukoll lill-EASA tagħmel l-istess għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għar-Regolament ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Permezz tad-dispożizzjonijiet u permezz tal-proċeduri stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni speċifiku (UE) Nru 628/2013, l-EASA timmonitorja l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tar-Regolamenti msemmijin hawn fuq, tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, u twettaq spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni. Barra minn hekk, mill-2022 ’il quddiem, l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jintużaw ukoll sabiex jiġu vvalutati l-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza (SSP) tal-Istati Membri li għandhom ikunu konsistenti mal-EPAS u jinkludu l-elementi deskritti fl-Anness 19 tal-ICAO. Dawn l-SSPs għandhom jinkludu wkoll, jew ikunu akkumpanjati minn, Pjanijiet tal-Istati għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (SPAS) li jidentifikaw ir-riskji ewlenin għas-sikurezza u jistabbilixxu azzjonijiet sabiex jimmitigawhom, inklużi r-riskji u l-azzjonijiet identifikati fl-EPAS li huma rilevanti għall-Istat ikkonċernat.
Għal kull spezzjoni ta’ standardizzazzjoni, l-EASA tfassal rapport ta’ spezzjoni li fih tindirizza s-sejbiet identifikati matul l-ispezzjoni u li jintbagħat lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. F’każijiet li fihom is-sejbiet identifikati ta’ nuqqas ta’ konformità ma jiġux indirizzati kif suppost, il-kwistjoni tiġi rrapportata lill-Kummissjoni li tista’ tibda proċedura ta’ ksur fuq il-bażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE.
Minbarra l-proċess ta’ standardizzazzjoni, iċ-ċertifikati maħruġin mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet magħmulin minn persuni fiżiċi u ġuridiċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu huma soġġetti għal monitoraġġ mill-Kummissjoni u mill-EASA. Jekk il-Kummissjoni tqis li persuna ġuridika jew fiżika li jkun inħarġilha ċertifikat jew li tkun għamlet dikjarazzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, tesiġi lill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza ta’ dik il-persuna sabiex jieħu azzjoni korrettiva xierqa kif ukoll miżuri ta’ salvagwardja, inkluża l-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat (ara t-taqsima 1.6.2.2 ta’ hawn taħt).
1.6.2.L-infurzar fil-konfront tal-organizzazzjonijiet regolati tal-industrija
1.6.2.1.Multi u penali
Ir-regolamenti applikabbli dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni jirrikjedu li l-Istati Membri jistabbilixxu multi u penali għall-ksur ta’ dawn ir-Regolamenti u tar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, jekk ikun hemm. Dawk il-multi u l-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Barra minn hekk, f’każijiet ta’ ksur tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu u meta l-Aġenzija tkun l-awtorità kompetenti u tissorvelja organizzazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-EASA, timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi bħala penali fuq il-persuni u fuq l-impriżi li l-EASA tkun ħarġitilhom ċertifikat. Huwa meħtieġ li dawn il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi bħala penali jridu jkunu dissważivi u proporzjonati kemm għall-gravità tal-każ kif ukoll għall-kapaċità ekonomika tad-detentur ikkonċernat taċ-ċertifikat, filwaqt li jitqies b’mod partikolari kemm tkun ġiet kompromessa s-sikurezza. Il-Kummissjoni qiegħda tħejji att delegat f’dan il-qasam, f’konformità mal-Artikolu 84(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139, li jistabbilixxi kriterji dettaljati u metodoloġija dettaljata sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti tal-multi u l-proċeduri għall-ġbir tal-ħlasijiet perjodiċi bħala penali, inklużi r-regoli għall-inkjesti, għar-rapportar u għad-drittijiet tad-difiża.
1.6.2.2.L-azzjonijiet dwar iċ-ċertifikati u miżuri oħrajn
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jirrikjedi li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-EASA jikkooperaw bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Apparti s-sorveljanza taċ-ċertifikati li huma jkunu ħarġu jew id-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew, l-Istati Membri huma mitlubin iwettqu investigazzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa, u jieħdu kwalunkwe miżura meqjusa neċessarja, inkluż li l-inġenji tal-ajru ma jitħallewx jittajru. Meta jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità tad-detenturi taċ-ċertifikati mill-awtorità kompetenti (awtorità nazzjonali jew l-EASA), jew meta l-awtorità kompetenti tkun ġiet informata dwar dan, hija tista’ jew ikollha temenda (tillimita), tissospendi jew tirtira ċ-ċertifikat f’konformità mad-dispożizzjoni applikabbli fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tqis li persuna fiżika jew ġuridika li jkun inħarġilha ċertifikat jew li tkun għamlet dikjarazzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, tesiġi lill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza sabiex jieħu azzjoni korrettiva xierqa kif ukoll miżuri ta’ salvagwardja, inkluża l-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat. Ladarba l-Kummissjoni tadotta l-att ta’ implimentazzjoni li jkun fih tali deċiżjoni, din tidħol fis-seħħ u ċ-ċertifikat jew l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ma jibqax japplika għall-Istati Membri l-oħrajn. Ladarba l-Kummissjoni jkollha biżżejjed evidenza li ttieħdet azzjoni korrettiva xierqa, hija tiddeċiedi li r-rikonoxximent reċiproku għandu jerġa’ jibda japplika.
L-EASA għandha wkoll mandat sabiex tirreaġixxi mingħajr dewmien żejjed għal problema urġenti ta’ sikurezza li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 billi tiddetermina l-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li fihom taġixxi bħala l-awtorità kompetenti u billi xxerred informazzjoni relatata lil dawk persuni, inklużi direttivi (direttivi dwar is-sikurezza) jew rakkomandazzjonijiet.
Għall-kompiti li għalihom l-Istat Membru ikun responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza, f’każ li tkun ġiet identifikata problema urġenti ta’ sikurezza, l-EASA għandha tiddetermina l-objettivi tas-sikurezza li għandhom jintlaħqu u tirrakkomanda azzjoni korrettiva li għandha tittieħed mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. F’dan il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinformaw lill-EASA mingħajr dewmien żejjed dwar il-miżuri meħudin sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-sikurezza ddeterminati mill-EASA.
Minbarra dawn il-miżuri, l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ politiki nazzjonali ta’ infurzar sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali. Fil-kuntest speċifiku tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, ir-rakkomandazzjoni 3.2.1.2 tistabbilixxi b’mod espliċitu li l-Istati għandhom jistabbilixxu politika ta’ infurzar li tispeċifika l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom il-fornituri ta’ servizzi b’SMS jitħallew jittrattaw, u jsolvu, avvenimenti li jinvolvu ċerti problemi ta’ sikurezza, internament, fil-kuntest tal-SMS tagħhom u għas-sodisfazzjon tal-awtorità xierqa tal-Istat.
2.IL-ĠESTJONI EWROPEA TAR-RISKJI GĦAS-SIKUREZZA
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Għalhekk, ir-Regolament jikkonkludi li huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet għat-titjib tas-sikurezza. Għal dak l-għan, fil-livell tal-Unjoni għandhom jitfasslu Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jfassal ukoll Programm tal-Istat għas-Sikurezza f’konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dak il-Programm għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Istat Membru sabiex jimmitiga r-riskji identifikati għas-sikurezza.
Fid-dawl ta’ dan, ir-Regolament (UE) 2018/1139 jintroduċi qafas regolatorju vinkolanti ġdid bil-Kapitolu II tiegħu dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-Artikolu 5 tat-tali Regolament jistabbilixxi li wara li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-Istati Membri, hija għandha tadotta, tippubblika u taġġorna, kif meħtieġ, dokument li jiddeskrivi l-funzjonament tas-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jkun fih ir-regoli, l-attivitajiet u l-proċessi li jintużaw sabiex tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament (il-“Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”). Il-Programm għandu jinkludi tal-anqas l-elementi relatati mar-responsabbiltajiet tal-Istat għall-ġestjoni tas-sikurezza deskritti fl-istandards internazzjonali u fil-prattiki rakkomandati. Għandu jiddeskrivi wkoll il-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni, għall-aġġornament u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament, li għandu jinvolvi mill-qrib lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1139 stabbilixxa li l-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiżviluppa, tadotta, tippubblika, u sussegwentement taġġorna tal-anqas fuq bażi annwali Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, u fuq il-bażi tal-eżiti xprunati mid-data tal-programm Data4Safety, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jidentifika r-riskji ewlenin tas-sikurezza li jaffettwaw is-sistema Ewropea tas-sikurezza tal-avjazzjoni u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jiġu mmitigati dawk ir-riskji. Dan l-Artikolu jipprevedi wkoll li l-Aġenzija, għal darb’oħra f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiddokumenta f’portafoll dedikat tar-riskji għas-sikurezza r-riskji għas-sikurezza msemmijin fl-Artikolu u timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni relatati mill-partijiet ikkonċernati, inkluż, fejn xieraq, billi tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza.
Il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jispeċifika, filwaqt li jqis l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fl-Unjoni. Fil-prattika, dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta’ għan ta’ sikurezza aspirazzjonali, flimkien mal-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza bbażati fuq l-eżiti (operazzjonali) u bbażati fuq il-proċessi (SPIs) u appoġġati mill-Iskema ta’ Prestazzjoni tal-ATM tal-SES. L-SPIs ibbażati fuq l-eżiti huma definiti fl-Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza (ASR) tal-EASA u mmonitorjati permezz tal-SRM Ewropew. L-indikaturi bbażati fuq il-proċessi huma definiti fil-Kapitolu 4 tal-EPAS u mmonitorjati permezz tal-proċeduri ta’ standardizzazzjoni tal-EASA. Il-Qasam tal-Prestazzjoni Ewlenija tas-Sikurezza tal-Iskema ta’ Prestazzjoni tal-SES tikkonforma mal-prinċipji u mad-direzzjoni teknika tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-EASA. L-indikaturi tal-prestazzjoni huma mfasslin minn grupp ta’ ħidma mmexxi mill-Aġenzija u appoġġati minn AMC u minn GM assoċjati. Dawn l-indikaturi jkejlu l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza fil-livell tal-organizzazzjonijiet u mbagħad jimmonitorjaw l-eżiti tas-sikurezza, bl-użu tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew bħala sors tad-data.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jimmiraw b’mod konġunt li jilħqu dak il-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza.
L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jistituzzjonalizza l-Programm tal-Istat għas-Sikurezza (SSP) fil-livell tal-Istati Membri. Jistabbilixxi li kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jistabbilixxi u jżomm programm tal-Istat għas-sikurezza għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu (“il-Programm tal-Istat għas-Sikurezza”), li għandu jkun proporzjonat għad-daqs u għall-kumplessità ta’ dawk l-attivitajiet u għandu jkun konsistenti mal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-SSP għandu jinkludi tal-anqas l-elementi relatati mar-responsabbiltajiet tal-Istat għall-ġestjoni tas-sikurezza deskritti fl-istandards internazzjonali u fil-prattiki rakkomandati. Barra minn hekk, l-SSP għandu jispeċifika l-objettivi tas-sikurezza li għandhom jintlaħqu fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi li l-SSP għandu jinkludi jew ikun akkumpanjat minn Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, kull Stat Membru, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandu jidentifika f’dak il-pjan ir-riskji ewlenin għas-sikurezza li jaffettwaw is-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tiegħu u għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jiġu mmitigati dawk ir-riskji.
L-Artikolu 8 jispeċifika wkoll li l-Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (SPAS) għandu jinkludi r-riskji u l-azzjonijiet identifikati fl-EPAS li huma rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat u li l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Aġenzija bir-riskji u bl-azzjonijiet identifikati fl-EPAS li huma jqisu ma għandux ikun rilevanti għas-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħhom u r-raġunijiet għal dan. Din l-informazzjoni normalment tiġi inkluża fl-SPAS stess. L-azzjonijiet tal-EPAS li jridu jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri huma identifikati bħala “Kompiti tal-Istati Membri (MSTs)”. Barra minn hekk, sabiex l-Istati Membri jiġu megħjunin bl-identifikazzjoni tal-punti tal-EPAS rilevanti għall-SPAS tagħhom, azzjoni dedikata tal-MST telenka l-oqsma ta’ riskju ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati. Minbarra li jikkunsidraw dawk l-oqsma ta’ riskju ewlenin, l-Istati huma mħeġġin jirrieżaminaw il-portafolli tar-riskju għas-sikurezza tal-oqsma li jipprovdu lista komprensiva ta’ problemi għas-sikurezza prijoritizzati għad-diversi oqsma, kif inklużi fil-Volum III tal-EPAS.
B’dan il-Kapitolu II il-ġdid, ir-Regolament (UE) 2018/1139 jimplimenta r-rekwiżiti internazzjonali stabbiliti mill-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li jistabbilixxi r-rekwiżit għas-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza għall-fornituri ta’ servizzi u jirrikjedi li s-Sistemi kollha ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza għandhom ikunu aċċettabbli għall-Istat responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, l-Anness 19 tal-ICAO jirrikjedi li l-Istati jiżviluppaw programm għall-ġestjoni tas-sikurezza, l-SSP għall-fini ta’ preċiżjoni, li jirrikjedi fost elementi oħrajn li jiġu stabbiliti leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni primarja, politiki, objettivi u riżorsi ċari, sistema tal-Istat u funzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza u għall-iżgurar tas-sikurezza, u attivitajiet ta’ promozzjoni tas-sikurezza.
Għalhekk, bis-saħħa tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-UE timponi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu SSP. Barra minn hekk, tradizzjonalment l-UE irriflettiet l-ispirtu tal-Istandards rilevanti tal-ICAO f’diversi Regolamenti Ewropej, b’mod partikolari fir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139.
2.1.Il-Ġbir, l-Analiżi u l-Iskambju tad-Data dwar is-Sikurezza
L-informazzjoni dwar is-sikurezza hija riżorsa importanti sabiex jiġu identifikati l-perikli għas-sikurezza. Diversi Regolamenti tal-UE jiżguraw li d-data u l-informazzjoni rilevanti jinġabru, jiġu analizzati u jiġu skambjati, meta dan ikun xieraq. Dan jinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili (sa tmiem l-2021, ir-Repożitorju Ċentrali Ewropew kien fih aktar minn 2 400 000 entrata), dwar it-trasportaturi tal-ajru tal-UE u ta’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-Programm tal-UE ta’ Spezzjonijiet fir-Rampa (sa tmiem l-2021, il-bażi tad-data tal-SAFA kien fiha aktar minn 160 000 rapport, minn meta s-sistema tal-SAFA saret il-Programm tal-UE ta’ Spezzjonijiet fir-Rampa), dwar ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza skont is-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza (SRIS - sa tmiem l-2021, il-bażi tad-data tal-SRIS kien fiha aktar minn 4 100 rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza) u informazzjoni miġbura, analizzata u skambjata fil-kuntest tal-awtorizzazzjonijiet tat-TCOs u tal-lista Ewropea ta’ sikurezza ta’ inġenji tal-ajru pprojbiti.
Fl-UE, il-ġbir, l-analiżi u l-iskambju ta’ okkorrenzi huma rregolati bir-Regolament (UE) Nru 376/2014. Din il-leġiżlazzjoni tirrikjedi li l-organizzazzjonijiet, l-Istati Membri u l-EASA jistabbilixxu sistema li tippermetti l-ġbir u l-ħżin ta’ okkorrenzi rilevanti. L-okkorrenzi li jinġabru jiġu analizzati u, fejn rilevanti, jiġu implimentati l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni. L-okkorrenzi kollha li jinġabru, kif ukoll l-informazzjoni rilevanti dwar l-analiżi u s-segwitu tagħhom, jiġu ttrasferiti fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew (ECR).
L-informazzjoni dwar l-okkorrenzi sottomessa fl-ECR titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri (għall-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u għall-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza), tal-EASA u tal-Kummissjoni. L-NoAs stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 huma meħtieġa sabiex jiġi analizzat l-ECR b’appoġġ tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza u, għalhekk, jikkontribwixxu għall-FSE.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 jimponi wkoll fuq l-awtoritajiet u fuq l-EASA l-użu ta’ Skema Komuni Ewropea għall-Klassifikazzjoni tar-Riskji (ERCS) 27 . L-ERCS tkejjel ir-riskju għas-sikurezza tal-okkorrenzi rrapportati bl-użu ta’ matriċi bidimensjonali:
-L-ewwel nett, ir-ringieli tal-matriċi jindirizzaw is-severità billi jidentifikaw l-agħar eżitu probabbli tal-aċċident li kien jirriżulta li kieku l-okkorrenza li qed tingħata punteġġ eskalat f’aċċident. Dan isir billi jitqiesu kemm it-tip ta’ aċċident l-aktar probabbli kif ukoll il-kategorija tat-telf ta’ ħajjiet potenzjali abbażi tad-daqs tal-inġenju tal-ajru u tal-prossimità għal żoni popolati jew ta’ riskju għoli.
-It-tieni nett, il-kolonni jkejlu l-probabbiltà/plawsibbiltà, billi jqisu kemm l-okkorrenza kienet qrib dak l-eżitu ta’ aċċident. Id-determinazzjoni tal-probabbiltà/plawsibbiltà tqis l-effettività tal-ostakli eżistenti għas-sikurezza.
Permezz tal-applikazzjoni tal-ERCS, il-ġestjoni tas-sikurezza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li tinkludi l-immirar tas-sorveljanza permezz tad-data dwar is-sikurezza (irreferi għat-taqsima 3.2.2), se tkompli tissaħħaħ.
Parti essenzjali mis-sistema stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 hija d-definizzjoni ta’ “Kultura Ġusta”, li l-objettiv tagħha huwa li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tal-informazzjoni dwar is-sikurezza billi jinħoloq ambjent ta’ fiduċja li fih in-nies iħossuhom kunfidenti jirrapportaw l-okkorrenzi. Dan l-ambjent ta’ “Kultura Ġusta” jiġi stabbilit permezz ta’ prinċipji ewlenin definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, inkluża l-protezzjoni milli wieħed jingħata tort u kastig (għajr f’każijiet ta’ mġiba ħażina apposta jew ta’ mġiba inaċċettabbli).
Din is-sistema hija kkompletata bil-programm Data4Safety li jiġbor, fuq bażi volontarja, data komplementari bħal data dwar it-titjiriet, it-traffiku u t-temp. Tipprovdi wkoll kapaċitajiet analitiċi msaħħa. Data4Safety jappoġġa t-tbassir ta’ riskji futuri.
2.2.Il-Ġestjoni tar-Riskji għas-Sikurezza fil-livell tal-UE: il-proċess sabiex jiġi żviluppat u aġġornat il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Sal-11-il edizzjoni tiegħu (EPAS 2022-2026), l-EPAS kien ikopri perjodu ta’ żmien ta’ ħames snin u kien jinħareġ bħala pjan kontinwu b’aġġornamenti annwali. Mit-12-il edizzjoni, dan il-perjodu ta’ żmien tnaqqas għal tliet snin, sabiex jiġi allinjat mal-perjodu ta’ referenza tal-Pjan Globali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Il-prijoritajiet strateġiċi fil-Volum I jiġu stabbiliti għall-perjodu ta’ referenza ta’ tliet snin, b’rieżami ta’ nofs it-terminu sabiex jiġi żgurat li jibqgħu rilevanti. F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-Volum II tal-EPAS li jiddeskrivi l-azzjonijiet tal-EPAS kif ukoll il-Volum III bil-portafolli tar-riskji għas-sikurezza tal-qasam se jkompli jiġi rrieżaminat u aġġornat fuq bażi annwali.
L-iżvilupp tal-Pjan, kemm f’termini ta’ prijoritajiet strateġiċi kif ukoll ta’ azzjonijiet, jiddependi fuq gruppi dedikati ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari:
-il-Korp Konsultattiv tal-Istati Membri (MAB) u l-Korp Konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati (SAB) jipprovdu pariri dwar prijoritajiet strateġiċi;
-il-Korpi Tekniċi/Settorjali (TeB, TeC, Kumitati Settorjali li jirrappreżentaw lill-Istati Membri u lill-industrija rispettivament) jipprovdu pariri tekniċi u operazzjonali kif ukoll feedback dwar l-implimentazzjoni; u
-il-ħidma kollaborattiva mwettqa mill-EASA mas-sħab tas-sikurezza tagħha (b’mod partikolari permezz tal-programm Data4Safety) li tappoġġa l-iżvilupp tal-Portafolli tar-Riskji għas-Sikurezza.
Iċ-ċiklu standard ta’ programmazzjoni tal-EPAS jipprevedi żewġ fażijiet distinti, kull wieħed b’konsultazzjoni dedikata mal-partijiet ikkonċernati.
Fażi I:
- Matul l-ewwel fażi, il-prijoritajiet strateġiċi derivati mill-Istrateġija tal-Avjazzjoni għall-UE u l-prijoritajiet tas-sikurezza ddeterminati permezz tal-proċess tal-SRM Ewropew jiġu diskussi u kkonfermati mal-Korpi Konsultattivi (ABs) tal-EASA. L-MAB u l-SAB jieħdu rwol ta’ tmexxija fil-konsolidazzjoni tal-inputs mis-sottokumitati tal-oqsma tagħhom u jipprovdu lill-EASA bil-fehmiet tal-Istati Membri/tal-industrija dwar il-prijoritajiet. Din il-Fażi tinbeda darba kull tliet snin fil-bidu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena tal-perjodu ta’ referenza l-ġdid).
Fażi II:
- Fuq il-bażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza miftehmin, l-objettivi intermedji tal-ippjanar għall-azzjonijiet individwali tal-EPAS jiġu ddefiniti jew aġġornati f’konformità mal-proċess ta’ Programmazzjoni Unika tal-EASA. Imbagħad jiġi żviluppat abbozz tal-EPAS li jiġi pprovdut lill-ABs kollha għal kummenti dettaljati. Wara l-konsultazzjoni mal-ABs u l-analiżi tal-kummenti, jiġi kkonsolidat l-abbozz finali tal-EPAS u jiġi integrat il-Volum III. Dan il-Volum, li jipprovdi s-sett sħiħ ta’ portafolli tar-riskji għas-sikurezza tal-qasam, inkluża deskrizzjoni ta’ kull problema għas-sikurezza identifikata u prijoritizzata, jiġi żviluppat permezz tal-proċess tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza.
Imbagħad, l-abbozz finali tal-EPAS magħmul mit-tliet volumi kollha jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija (MB) tal-EASA. Wara l-approvazzjoni formali tiegħu mill-MB, jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-EASA.
Aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-EPAS, inkluża l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni u informazzjoni dwar id-diversi gruppi li għandhom rwol fl-iżvilupp tal-EPAS, tista’ tinstab hawnhekk:
Il-prijoritajiet tas-sikurezza u l-azzjonijiet relatati fl-EPAS jiġu ddeterminati permezz tal-proċess tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza, li jinvolvi lill-Istati Membri, lill-industrija, lill-Kummissjoni u lill-EASA.
Il-proċess tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza (SRM)
Ir-riskji ewlenin għas-sikurezza u l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni korrispondenti li jikkontribwixxu għall-EPAS jiġu żviluppati permezz tal-proċess tal-SRM Ewropea. Dan jinkludi sett ta’ proċessi li għandhom l-għan li jidentifikaw il-problemi għas-sikurezza u l-mitigazzjonijiet tagħhom, kif ukoll li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni. Jinvolvi analiżi tad-data minn sorsi differenti u kollaborazzjoni mas-sħab tas-sikurezza mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u mill-industrija (permezz tal-programm Data4Safety) u mill-NoAs.
Il-proċess tal-SRM isegwi ħames passi speċifiċi:
Illustrazzjoni 2. Il-proċess tal-SRM Ewropea
L-identifikazzjoni tal-problemi għas-sikurezza: Dan huwa l-ewwel pass fil-proċess tal-SRM, u jitwettaq permezz tal-analiżi tad-data dwar l-okkorrenzi u informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza u informazzjoni ta’ appoġġ mill-ħidma kollaborattiva mas-sħab tas-sikurezza b’mod partikolari permezz tal-programm Data4Safety. Dawn il-problemi għas-sikurezza kandidati jiġu rikonoxxuti formalment mill-Aġenzija u mbagħad jiġu soġġetti għal valutazzjoni preliminari tas-sikurezza. Imbagħad, din il-valutazzjoni tinforma d-deċiżjoni dwar jekk problema għas-sikurezza kandidata għandhiex tiġi inkluża formalment fil-portafoll rilevanti tar-riskji għas-sikurezza jew għandhiex tkun soġġetta għal azzjonijiet oħrajn. Jittieħed parir mid-Data4Safety u mill-NoAs. L-eżitu ta’ dan il-pass fil-proċess huwa l-portafolli tar-riskji għas-sikurezza tal-qasam. Fil-portafolli, kemm l-oqsma ta’ riskju ewlenin kif ukoll il-problemi għas-sikurezza jiġu prijoritizzati. Il-portafolli tar-riskji għas-sikurezza tal-oqsma huma ppubblikati mal-Volum III tal-EPAS.
Il-valutazzjoni tal-problemi għas-sikurezza: Ladarba problema għas-sikurezza tiġi identifikata u tiddaħħal fil-portafoll tar-riskji għas-sikurezza, din tkun soġġetta għal valutazzjoni teknika tas-sikurezza. Dawn il-valutazzjonijiet huma prijoritizzati fil-portafoll. Il-proċess ta’ valutazzjoni huwa koordinat mill-EASA u huwa appoġġat mid-Data4Safety u mill-NoAs. Barra minn hekk, il-membri tal-grupp huma mħeġġin jipparteċipaw fil-valutazzjoni nnifisha. Dan l-approċċ kollaborattiv mas-sħab tas-sikurezza tal-Aġenzija huwa kritiku sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli. Flimkien, din tifforma l-Valutazzjoni tal-Problemi għas-Sikurezza, li tipprovdi azzjonijiet potenzjali ta’ mitigazzjoni għall-EPAS.
Id-definizzjoni u l-programmazzjoni ta’ azzjonijiet dwar is-sikurezza: Dan jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tiġi stabbilita f’dokument dwar l-istrateġija tal-aħjar intervent (BIS), li jiddefinixxi l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni possibbli, jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-benefiċċji ta’ kull azzjoni possibbli, u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar azzjoni(jiet) ta’ mitigazzjoni li għandha tiġi implimentata fl-EPAS. Bl-użu tal-Valutazzjoni tal-Problemi għas-Sikurezza/tal-BIS kombinati, il-proposti formali ta’ azzjoni tal-EPAS imbagħad jiġu sottomessi lill-ABs bħala parti mill-konsultazzjoni tal-BIS u/jew tal-EPAS.
Hemm tipi differenti ta’ azzjoni tal-EPAS, bħall-kompiti ta’ Tfassil tar-regoli (RMTs), il-Kompiti ta’ promozzjoni tas-sikurezza (SPTs) jew il-kompiti tal-Istati Membri (MSTs). Deskrizzjoni dettaljata tat-tipi ta’ azzjonijiet tal-EPAS u tal-mudelli relatati hija disponibbli fuq il-paġna tal-EPAS tas-sit web tal-EASA:
· Tipi u mudelli ta’ azzjonijiet tal-EPAS
Imbagħad, ladarba jiġu diskussi u miftehmin, l-azzjonijiet jiġu inklużi fl-edizzjoni li jmiss tal-EPAS. L-azzjonijiet li jkunu ta’ kost baxx jew li jeħtieġu intervent aktar rapidu spiss jitħaffu u jidhru fl-aġġornament disponibbli li jmiss tal-EPAS, mingħajr il-ħtieġa ta’ BIS. F’xi każijiet, ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ sikurezza aktar immedjati li jistgħu jitlestew qabel il-pubblikazzjoni tal-EPAS li jmiss. Naturalment, dawn ma jiġux inklużi fl-EPAS. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu l-pubblikazzjoni ta’ bulettin dwar is-sikurezza (SIB) jew jieħdu l-forma ta’ attivitajiet immedjati ta’ promozzjoni tas-sikurezza.
Implimentazzjoni u segwitu: Il-pass li jmiss fil-proċess jinvolvi l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-azzjonijiet li ġew inklużi fl-EPAS.
L-EASA timmonitorja l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet fuq il-bażi tal-KPIs definiti fil-kuntest tal-proċess ta’ Programmazzjoni Unika. Il-feedback dwar il-progress jiġi pprovdut regolarment matul il-laqgħat tal-ABs.
L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jirrikjedi li l-Istati Membri jikkunsidraw l-azzjonijiet tal-EPAS u r-riskji rilevanti fi ħdan il-Pjan tal-Istat tagħhom għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (SPAS) u jipprovdu ġustifikazzjonijiet meta t-tali azzjonijiet ma jitqisux rilevanti għalihom. Għaldaqstant, l-SPAS jibqgħu għodda importanti għall-Istati Membri sabiex jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet. L-Istati huma mistennijin jirrieżaminaw l-SPAS tagħhom tal-anqas darba fis-sena u meta l-SPAS tagħhom ma jiġux aġġornati kull sena, ikunu mistennijin iżommu rekords dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti tal-EPAS, li jinkludu ġustifikazzjoni meta t-tali azzjonijiet ma jitqisux rilevanti.
L-EASA tivvaluta b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-SSPs fil-livell tal-Istati individwali bħala parti mill-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni tal-SYS tal-EASA. Il-valutazzjoni hija maħsuba sabiex tidentifika l-punti b’saħħithom u l-oqsma għat-titjib, u tikkontribwixxi għall-maturazzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-SSPs fl-Ewropa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-GASP u tal-EPAS għal implimentazzjoni effettiva tal-SSPs sal-2025. Dan jinvolvi valutazzjoni tal-proċessi u tal-eżiti tal-ippjanar tal-azzjonijiet tas-sikurezza fil-livell tal-Istati. Barra minn hekk, dawk l-azzjonijiet tal-EPAS inklużi wkoll fl-EUR RASP ikunu soġġetti għal stħarriġiet annwali ta’ implimentazzjoni ġestiti mill-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO EUR. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ jiġu diskussi fil-laqgħat tal-ABs u fil-Grupp Reġjonali ta’ Esperti dwar is-Sikurezza (RESG) EUR, rispettivament.
Kejl tal-prestazzjoni tas-sikurezza: L-istadju finali fil-proċess tal-SRM huwa l-kejl tal-prestazzjoni tas-sikurezza. Dan iservi għall-monitoraġġ ta’:
(1) bidliet speċifiċi li jkunu rriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ sikurezza; u
(2) bidliet sistemiċi li setgħu seħħew fis-sistema tal-avjazzjoni u jistgħu jeħtieġu azzjonijiet addizzjonali.
Il-kejl tal-prestazzjoni jsir permezz ta’ qafas tal-prestazzjoni tas-sikurezza li jimmonitorja:
(1) trażversalment, l-oqsma varji filwaqt li jħares lejn iż-żoni ta’ riskji ewlenin fil-livell tal-qasam; u
(2) il-problemi speċifiċi għas-sikurezza.
L-Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza (ASR) tal-EASA hija l-analiżi annwali tal-qafas ta’ prestazzjoni tas-sikurezza. Tidentifika x-xejriet tas-sikurezza, tenfasizza l-oqsma prijoritarji, l-oqsma ewlenin ta’ riskju u l-problemi għas-sikurezza. Minn dan il-pass, il-proċess tal-SRM jerġa’ jibda. Fir-rigward tal-ASR, ara § 2.3.3 għal aktar dettalji dwar l-ASR tal-EASA.
2.2.1Il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni: id-dimensjoni internazzjonali
L-EPAS jappoġġa l-objettivi u l-prijoritajiet tal-GASP. L-iskop tal-GASP huwa li kontinwament inaqqas il-fatalitajiet u r-riskju ta’ fatalitajiet billi jiggwida l-iżvilupp ta’ strateġija armonizzata għas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet reġjonali u nazzjonali għas-sikurezza tal-avjazzjoni. Sistema tal-avjazzjoni sikura tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-Istati u tal-industriji tagħhom. Il-GASP jippromwovi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza ta’ Stat billi jippromwovi approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni tas-sikurezza kif ukoll approċċ koordinat għall-kollaborazzjoni bejn l-Istati, ir-reġjuni u l-industrija. Minbarra li jindirizza s-sikurezza sistemika, il-GASP jindirizza kategoriji ta’ okkorrenzi ta’ riskju għoli globali (G-HRCs), li jitqiesu bħala prijoritajiet globali għas-sikurezza. Dawn il-kategoriji ġew iddeterminati fuq il-bażi tal-fatalitajiet attwali minn aċċidenti fil-passat, fuq riskju għoli ta’ fatalità għal kull aċċident jew fuq in-numru ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti. L-oqsma ta’ riskju ewlenin identifikati permezz tal-proċess għall-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza jinkludu l-ħames G-HRCs, li huma
-titjira kkontrollata fl-art;
-telf tal-kontroll waqt it-titjira;
-ħabta fl-ajru;
-ħruġ mir-runway; u
-inkursjoni fuq ir-runway.
Oqsma ta’ riskju ewlenin addizzjonali jiġu identifikati fl-ambitu tal-EPAS (irreferi għall-Volum III, Kapitolu 17 tal-EPAS), bħal nirien, duħħan u pressurizzazzjoni, ħsara fuq l-art, kolliżjoni ma’ ostakli waqt it-titjira, korrimenti oħrajn, u s-sigurtà.
L-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO għar-reġjun EUR/NAT u l-EASA ilhom mill-2017 jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw Pjan Reġjonali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (RASP) ibbażat fuq l-EPAS. L-ewwel EUR RASP inħareġ f’Jannar 2019. Il-Grupp ta’ Esperti Reġjonali dwar is-Sikurezza EUR (EUR RESG) huwa responsabbli għaż-żamma u għall-monitoraġġ tal-EUR RASP. Il-EUR RESG huwa kopresedut mill-EASA u mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija (bħalissa l-IATA). Il-EUR RESG jirrapporta lill-Grupp ta’ Ppjanar tas-Sistema Ewropea tal-Avjazzjoni (EASPG). Filwaqt li l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-EPAS huma ddeterminati bħala parti mill-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza, il-EUR RASP jipprovdi sett ta’ Indikaturi u miri tal-Prestazzjoni tas-Sikurezza EUR derivati mill-għanijiet u mill-miri tal-GASP, li għalihom tinġabar id-data mill-ICAO.
Illustrazzjoni 3. Ir-relazzjoni bejn l-EASP, l-EPAS u programmi u pjanijiet oħrajn
2.3.Monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza
Il-prestazzjoni tas-sikurezza titqies bħala l-kisba tas-sikurezza mir-Reġjun, mill-Istat jew mill-organizzazzjoni vvalutata permezz ta’ mezzi kwantitattivi u/jew kwalitattivi.
Il-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza li għandu jinkiseb ma għandux ikollu karattru vinkolanti iżda, minflok, għandu jesprimi l-ambizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, kif espressa fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1139 .
Nota:
Il-kunċett ta’ Livell Aċċettabbli ta’ Prestazzjoni tas-Sikurezza (ALoSP) kif definit fl-Istandard 3.4.2.1 tat-tieni edizzjoni tal-Anness 19 tal-ICAO qiegħed jiġi propost li jitneħħa għall-edizzjoni li jmiss, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati u mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija. Minflok, se tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal monitoraġġ u għal ġestjoni attivi tal-prestazzjoni tas-sikurezza fuq il-bażi ta’ indikaturi li jirriflettu l-objettivi tas-sikurezza.
Aktar gwida dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza, ipprovduta mill-EASA, hija disponibbli hawnhekk:
2.3.1Il-ftehim dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet
L-Istati Membri tal-UE huma responsabbli sabiex jivvalutaw perjodikament is-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjonijiet, li tinkludi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza mill-organizzazzjonijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, meta tkun meħtieġa sistema ta’ ġestjoni bħal din. Il-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza li għandu jinkiseb għandu jiġi vvalutat fl-isfond tal-objettivi tas-sikurezza u jqis l-effettività tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju u l-monitoraġġ għandu jikkunsidra taħlita ta’ indikaturi bbażati fuq il-proċessi u bbażati fuq l-eżiti, derivati mill-objettivi tas-sikurezza.
Il-koerenza fl-objettivi tas-sikurezza trid tiġi żgurata bejn l-Istat (jiġifieri SSP/SPAS skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1139) u l-entitajiet regolati kif ukoll rigward il-monitoraġġ ta’ dawn l-objettivi. Il-monitoraġġ isir permezz tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni tas-Sikurezza tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet kif ukoll permezz ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskji/ibbażata fuq il-prestazzjoni. Din il-metodoloġija tiffaċilita t-titjib kontinwu tal-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza miksub. Meta ma tiġix issodisfata l-prestazzjoni tas-sikurezza, kemm l-Istat kif ukoll l-organizzazzjoni għandhom jikkollaboraw sabiex jieħdu azzjonijiet bl-għan li jtejbu s-sitwazzjoni.
Il-maturità fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza tiżdied maż-żmien hekk kif timmatura l-implimentazzjoni u jsir skambju regolari ta’ informazzjoni sinifikattiva bejn l-Istat u l-organizzazzjonijiet issorveljati.
Fil-qafas tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-UE, bħalissa hemm qasam wieħed li għalih huma definiti miri espliċiti tal-prestazzjoni tas-sikurezza: fil-livell tal-UE ġiet stabbilita skema ta’ prestazzjoni tal-ATM tal-SES 28 bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru billi tittejjeb l-effiċjenza ġenerali tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-erba’ oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità (tad-dewmien) u tal-kosteffiċjenza. L-iskema tipprevedi li jiġu stabbiliti miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għal perjodi fissi ta’ referenza ta’ bejn 3 u 5 snin fl-erba’ oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżviluppaw pjanijiet ta’ prestazzjoni li jinkludu miri vinkolanti fil-livell nazzjonali jew tal-Blokok ta’ Spazju tal-Ajru Funzjonali (FAB) li jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha.
Għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ prestazzjoni tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew, il-Kummissjoni hija megħjuna minn Korp indipendenti ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni kif deżinjat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/672/UE 29 .
2.3.2Il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-Istati Membri
L-istess prinċipji bħal dawk deskritti fi 2.3.1 japplikaw għall-Istati Membri tal-UE: il-livell ta’ prestazzjoni tas-sikurezza li għandu jinkiseb għandu jiġi vvalutat skont l-objettivi tas-sikurezza u jqis l-effettività tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni li jirriżultaw mill-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-Istat fi ħdan l-SSP u ddefiniti fl-SPAS (jiġifieri l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1139), filwaqt li jitqiesu r-riskji u l-azzjonijiet definiti fl-EPAS bħala rilevanti għall-Istat (ara l-Artikoli 6 u 8.2 tar-Regolament (UE) 2018/1139).
Ma hemm l-ebda ftehim dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-Istati Membri fil-livell tal-UE u bħalissa ma hemm l-ebda mira speċifika ta’ prestazzjoni tas-sikurezza imposta fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni.
2.3.3Ir-Rieżami tas-Sikurezza Annwali tal-EASA
L-Artikolu 72(7) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jindika li sabiex il-pubbliku ġenerali jiġi mgħarraf bil-livell ġenerali ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha tippubblika rieżami tas-sikurezza annwalment u meta jkunu japplikaw ċirkostanzi speċjali. Dak ir-rieżami għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza f’lingwaġġ li jkun sempliċi u faċli sabiex jinftiehem, u għandu jindika jekk ikunx hemm riskji ogħla b’rabta mas-sikurezza.
Barra minn hekk, l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 jindika li l-Aġenzija għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-riżultat tal-analiżi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu fl-analiżi annwali dwar is-sikurezza msemmija fl-Artikolu 72(7) tar-Regolament (UE) 2018/1139 kif ġej: “Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, f’kollaborazzjoni ma’ xulxin, għandhom jipparteċipaw regolarment fl-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew.”
F’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, l-EASA ilha mill-2005 tippubblika Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza (ASR). L-analiżi ppreżentata f’dan ir-rieżami tipprovdi l-kontribut xprunat mid-data li jappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet meħtieġ għall-EPAS. L-ASR jipprovdi kemm sommarju statistiku tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Istati Membri tal-EASA kif ukoll jidentifika l-aktar sfidi importanti tas-sikurezza li qiegħda tiffaċċja l-avjazzjoni Ewropea llum.
Huma pprovduti portafolli tad-data għal kull wieħed mill-oqsma tal-avjazzjoni u dawn jibnu fuq il-ħidma tas-snin ta’ qabel. Juru l-fatturi kawżali u kontribwenti li ġew identifikati fid-data dwar l-okkorrenzi, kontroreferenzjati mal-oqsma ta’ riskju ewlenin (jew l-eżiti ewlenin tal-aċċidenti) li jikkontribwixxu għalihom.
L-analiżi tal-ASR tiffoka fuq ir-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni fuq il-bażi tad-data dwar l-okkorrenzi. Din il-ħidma hija parti mill-Proċess tal-SRM Ewropea li għaddej bħalissa. Tappoġġa l-iżvilupp ta’ portafolli tar-riskji għas-sikurezza tal-oqsma u tipprovdi lista ta’ oqsma ta’ riskju ewlenin li fuq il-bażi tagħhom jiġu pprijoritizzati l-azzjonijiet għall-EPAS.
B’mod simili għall-obbligu tal-EASA, l-Istati Membri huma meħtieġa wkoll jippubblikaw analiżi annwali dwar is-sikurezza. Tabilħaqq, l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 dwar l-Analiżi u s-Segwitu tal-Okkorrenzi fil-Livell Nazzjonali jindika li sabiex il-pubbliku jiġi informat dwar il-livell ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, kull Stat Membru għandu jippubblika rieżami tas-sikurezza tal-anqas darba fis-sena. Ir-rieżami tas-sikurezza għandu:
(a) ikun fih informazzjoni aggregata u anonimizzata dwar it-tip ta’ okkorrenzi u informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza rrapportata permezz tas-sistemi nazzjonali ta’ rapportar obbligatorju u volontarju;
(b) jidentifika x-xejriet;
(c) jidentifika l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru.
2.4.Ir-Rekwiżiti ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza għall-Awtoritajiet u għall-Organizzazzjonijiet
L-iżvilupp tar-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 irriżulta fl-adozzjoni ta’ żewġ settijiet distinti ta’ rekwiżiti għall-awtoritajiet u għall-organizzazzjonijiet rispettivament:
a.Ir-Rekwiżiti għall-Awtoritajiet li jqisu kif imiss it-tmien elementi kritiċi ta’ sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza kif definiti mill-appendiċi 1 tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicaco, sabiex b’hekk jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-SSPs, filwaqt li jservu wkoll għall-objettiv ta’ standardizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1139. Jinkludu wkoll elementi li huma essenzjali sabiex tiġi stabbilita sistema komprensiva tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-livell tal-UE, li tinkorpora r-responsabbiltajiet tal-UE u tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tas-sikurezza.
b.Ir-Rekwiżiti għall-Organizzazzjonijiet, f’ħafna oqsma tal-avjazzjoni, li jinkludu rekwiżiti ġenerali konsolidati għas-sistemi ta’ ġestjoni (tas-sikurezza). Bl-adozzjoni fl-2021/2022 ta’ regoli li jeħtieġu sistemi ta’ ġestjoni fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà inizjali u kontinwa 30 , il-qafas regolatorju tal-UE jikkonforma mal-kapitolu 4 tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-SMS. Dawn ir-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet huma mfasslin sabiex jinkorporaw l-SARPs tal-Anness 19 tal-ICAO b’mod li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mas-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni u titħeġġeġ il-ġestjoni integrata. Ir-rekwiżiti għas-sistemi ta’ ġestjoni jippermettu flessibbiltà sabiex is-sistema tiġi adattata skont id-daqs, in-natura jew il-kumplessità tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-avjazzjoni u joqogħdu fi kwalunkwe mudell ta’ negozju li jsegwu, sabiex b’hekk ikun hemm applikazzjoni proporzjonata.
Ir-rekwiżiti ġenerali għas-sistemi ta’ ġestjoni għandhom l-għan li jippromwovu qafas uniku ta’ ġestjoni tas-sikurezza għall-organizzazzjonijiet approvati kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139. Għall-oqsma tekniċi differenti, dawn ir-Rekwiżiti ġenerali għall-Awtoritajiet u għall-Organizzazzjonijiet huma akkumpanjati wkoll b’rekwiżiti iżjed speċifiċi (pereżempju: ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tad-data tat-titjir għall-operaturi tal-ajru).
Barra minn hekk, dawn ir-rekwiżiti għall-Awtoritajiet u għall-Organizzazzjonijiet qegħdin jiġu emendati b’dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni.
Flimkien ma’ dawn ir-rekwiżiti, ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 jiżgura li l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw il-perikli u jimmaniġġaw ir-riskji għas-sikurezza permezz tal-ġbir, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili. Minn Jannar 2023, dan ir-regolament jimponi fuq l-awtoritajiet u fuq l-EASA l-użu tal-ERCS (ara t-taqsima 2.1)
Fl-2019, saret evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 376/2014. Hija kkonkludiet li r-Regolament għadu rilevanti anke fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fis-settur tal-avjazzjoni, bħaż-żieda rapida fl-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll fid-dawl tat-theddid dejjem akbar relatat maċ-ċibersigurtà. Billi l-evalwazzjoni ddeterminat li r-Regolament joffri biżżejjed flessibbiltà sabiex tali żviluppi jiġu indirizzati b’mod effiċjenti, huwa rikonoxxut ukoll li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-aġġornar tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 billi tiġi aġġornata l-lista ta’ okkorrenzi rapportati b’mod obbligatorju u l-kampi obbligatorji tad-data sabiex ikun jista’ jsir aħjar il-ġbir ta’ data dwar is-sikurezza li tirriżulta minn dawk l-oqsma l-ġodda tal-avjazzjoni.
3.L-AĊĊERTAMENT EWROPEW TAS-SIKUREZZA
3.1Is-Sorveljanza tas-Sikurezza 31
Is-sorveljanza tas-sikurezza fl-Unjoni Ewropea tinkludi l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ superviżjoni fuq dawk l-organizzazzjonijiet li ġew approvati mill-EASA kif ukoll fuq dawk li ġew approvati mill-Istati Membri. Tinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni.
3.1.1Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fl-Istati Membri
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2013 32 jistabbilixxi l-metodi ta’ ħidma għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni flimkien mas-segwitu tagħhom jitwettqu mill-EASA (ara wkoll it-taqsimiet 3.2.1 u 1.6.1).
3.1.2Is-sorveljanza fuq organizzazzjonijiet iċċertifikati
Is-sorveljanza tas-sikurezza hija parti mill-proċess ta’ ġestjoni tas-sikurezza li hija ddedikata għall-iżgurar ta’ konformità effettiva mar-rekwiżiti tas-sikurezza u mal-proċeduri assoċjati li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Is-sorveljanza tas-sikurezza tiżgura li l-industrija Ewropea tal-avjazzjoni tipprovdi livell ta’ sikurezza li jkun konformi ma’ dak li ġie ddefinit bir-regoli tal-Unjoni. Għalhekk, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri individwali u tal-EASA għas-sorveljanza tas-sikurezza huma l-pedament li fuqu tinbena s-sikurezza tal-avjazzjoni u għar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji u taċ-ċertifikati fl-Unjoni Ewropea.
Bl-introduzzjoni tar-Rekwiżiti għall-Awtoritajiet, din is-sorveljanza tinkludi monitoraġġ kontinwu tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet li tqis ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom (ara wkoll it-taqsima 3.2.2).
3.2L-immirar tas-sorveljanza ta’ oqsma li huma aktar ta’ tħassib jew li għandhom aktar bżonn, permezz tad-data dwar is-sikurezza
3.2.1L-immirar tal-monitoraġġ tal-Istati Membri permezz tad-data dwar is-sikurezza
Fl-UE, l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni tal-Istati Membri mill-Aġenzija qegħdin isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskji li fih l-intervall tal-ispezzjonijiet, l-ambitu u l-profondità tal-investigazzjonijiet, kif ukoll id-daqs u l-kompożizzjoni tat-tim, jitfasslu għas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat u settur.
Dan il-monitoraġġ jitwettaq fuq bażi kontinwa, jindirizza s-sistema kollha tal-avjazzjoni u huwa bbażat fuq ir-riskju, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha disponibbli għall-EASA. Għal dak l-għan, l-EASA tivvaluta l-ħila tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza. Dan jinvolvi l-ġbir u l-analiżi tad-data, it-twettiq ta’ spezzjonijiet kif ikun neċessarju u s-segwitu għas-sejbiet li jkun hemm, sabiex jiġi żgurat li l-korrezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi xierqa jiġu implimentati fil-pront.
L-istandardizzazzjoni hija parti mill-ġbir tad-data dwar is-sikurezza fil-livell tal-UE li huwa meħtieġ sabiex jiġu identifikati l-perikli u jippermetti l-immirar tas-sorveljanza ta’ oqsma li huma aktar ta’ tħassib jew li għandhom aktar bżonn, permezz tad-data dwar is-sikurezza.
L-istrateġija ta’ standardizzazzjoni hija ffokata fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
-L-implimentazzjoni ta’ Approċċ ta’ Monitoraġġ Kontinwu: Ir-Regolament (UE) Nru 628/2013 jintroduċi sistema għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni uniformi tar-Regoli Ewropej dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni li għandha tiġi estiża għall-oqsma kollha tal-avjazzjoni.
-L-ippjanar tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni fuq il-bażi tar-riskji: fl-approċċ ta’ monitoraġġ kontinwu, l-intervall bejn l-ispezzjonijiet, l-ambitu u l-profondità tal-investigazzjonijiet, kif ukoll id-daqs u l-kompożizzjoni tat-tim, jitfasslu skont is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat u settur. Dan jirriżulta f’użu iżjed flessibbli u iżjed effiċjenti tar-riżorsi u f’piż imnaqqas għal dawk l-Istati Membri li jkollhom prestazzjoni tajba u, għaldaqstant, jistgħu jiġi spezzjonati anqas ta’ spiss. Il-verifika tal-konformità regolatorja kulma jmur qiegħda tiddaħħal mas-sistema/mal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni, filwaqt li tiġi vverifikata l-effettività sistemika tas-Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti u tal-Programmi tal-Istati għas-Sikurezza.
-L-integrazzjoni tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni tal-EASA u tal-programm USOAP tal-ICAO: l-arranġament eżistenti ta’ ħidma jkattar iżjed kooperazzjoni u integrazzjoni tal-attivitajiet bejn l-EASA u l-ICAO. L-għodod identifikati għal dan l-iskop huma d-djalogu kostanti, l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ data, il-parteċipazzjoni fl-ispezzjonijiet u fl-awditjar ta’ xulxin, bl-objettiv li kemm ir-rekwiżiti u l-istandards tal-UE kif ukoll dawk tal-ICAO jkunu jistgħu jiġu ssodisfati kemm jista’ jkun permezz ta’ proċess integrat wieħed biss.
-L-integrazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza fl-ambitu tal-istandardizzazzjoni tal-EASA: mill-2022, l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jintużaw ukoll sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni effettiva tal-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza u tal-Pjanijiet tal-Istat relatati għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Istati Membri. F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni adottat mill-ICAO, li jrawwem u jappoġġa l-implimentazzjoni gradwali tal-SSP, l-EASA tivvaluta l-livell ta’ implimentazzjoni tal-SSPs bl-użu tal-ħames livelli ta’ maturità ddefiniti fil-metodoloġija tal-ICAO ta’ Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza (SSPIA).
-L-involviment tal-persunal tal-Awtoritajiet Kompetenti fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni: sabiex tinkiseb standardizzazzjoni proattiva u sabiex jiġi promoss livell adegwat ta’ ksib tal-kwalifiki mill-persunal madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, il-laqgħat ta’ standardizzazzjoni jipprovdu l-fora sabiex ikun hemm fehim komuni tar-rekwiżiti, jiġu pprovduti interpretazzjonijiet u sseħħ il-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki, u b’hekk tiġi appoġġata l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli.
-Il-mekkaniżmu msaħħaħ ta’ feedback regolatorju: il-mekkaniżmu eżistenti ta’ feedback qiegħed jiġi integrat u jittejjeb sabiex b’mod sistematiku tiġi evalwata l-effettività tar-regoli u sabiex l-eżitu tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni jikkontribwixxi għall-ġestjoni tas-sikurezza, għat-tfassil tar-regoli u għall-attivitajiet li jippromwovu s-sikurezza.
3.2.2L-immirar tas-sorveljanza tal-industrija permezz tad-data dwar is-sikurezza
Ir-rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinsabu fid-dritt tal-Unjoni jagħtu mandat għall-iżvilupp ta’ programm ta’ sorveljanza filwaqt li jqisu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza tal-passat, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Mis-sena 2023, l-applikazzjoni tal-ERCS mill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ okkorrenzi rrapportati minn organizzazzjonijiet se tappoġġa l-valutazzjoni tar-riskji assoċjati.
L-awtorità għandha tnaqqas iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jekk ikun hemm evidenza li jkunu naqsu l-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni. Meta l-organizzazzjoni turi livell għoli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza u ta’ konformità regolatorja, l-awtorità tista’ testendi ċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza. Tali mmirar ibbażat fuq ir-riskji u fuq il-prestazzjoni tas-sorveljanza jiżgura li r-riżorsi ta’ sorveljanza disponibbli kemm fl-Istati Membri kif ukoll fl-EASA jintużaw bl-aktar mod effiċjenti.
Barra minn hekk, sorveljanza bbażata fuq ir-riskji u fuq il-prestazzjoni tħeġġeġ il-ħsieb dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, bl-għan li l-organizzazzjonijiet jingħataw is-setgħa li jimmaniġġaw ir-riskji li ma jkunux indirizzati mir-regolamenti u jinħolqu inċentivi għall-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni tas-sikurezza permezz ta’ tnaqqis possibbli tal-piż tas-sorveljanza. Għalhekk, tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ ġestjoni fir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-organizzazzjonijiet.
L-EASA tappoġġa l-immirar tas-sorveljanza tal-industrija fuq il-bażi tad-data dwar is-sikurezza billi telenka u tiddeskrivi r-riskji u l-problemi ewlenin għas-sikurezza applikabbli f’kull qasam, bħala parti mill-EPAS. Il-prattiki għas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri wkoll u jiġu diskussi regolarment mat-TeB tal-Ġestjoni tas-Sikurezza 33 .
4.IL-PROMOZZJONI TAS-SIKUREZZA EWROPEA 34
Il-promozzjoni tas-sikurezza hija parti importanti ta’ programm tas-sikurezza u ta’ ġestjoni effettiva tas-sikurezza. Ir-riskji għas-sikurezza jistgħu jittaffew billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tat-tagħlimiet meħudin dwar is-sikurezza, billi jiġu kkomunikati l-aqwa prattiki u billi jiġu spjegati l-proċeduri u r-regolamenti dwar is-sikurezza. Fis-sistema tal-avjazzjoni Ewropea, dan huwa parti miż-żamma ta’ kultura tajba ta’ sikurezza.
Meta jkun possibbli, il-promozzjoni tas-sikurezza tintuża bħala alternattiva ħafifa u effettiva għat-tfassil tar-regoli u għas-sorveljanza. Tappoġġa fehim aħjar tar-regolamenti tal-UE dwar l-avjazzjoni ċivili u tipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-intelligence u tal-analiżi tas-sikurezza. L-istrateġija tipprovdi informazzjoni kontinwa dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti relatati mas-sikurezza fil-livell tal-oqsma, b’kontenut tekniku aġġustat għall-udjenza fil-mira tagħha (minn avvanzat għal professjonisti speċjalizzati sa bażiku għall-pubbliku ġenerali). Tintuża firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ komunikazzjoni sabiex jixxerrdu l-messaġġi dwar is-sikurezza, inkluża l-media soċjali.
Il-promozzjoni tas-sikurezza tinvolvi ħidma ġenerali jew immirata li tikkomunika u xxerred informazzjoni dwar is-sikurezza lill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-avjazzjoni. L-attività hija xprunata mill-proċess tal-Ġestjoni Ewropea tar-Riskji għas-Sikurezza li janalizza d-data u jiġġenera azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza, kif deskritti fil-kapitolu 2.
Numru ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni tas-sikurezza jitwettqu mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u huma deskritti f’dettall fil-Programmi tal-Istat għas-Sikurezza tal-Istati Membri. Dan huwa kkoordinat mill-EASA permezz tan-Network għall-Promozzjoni tas-Sikurezza, stabbilit bħala sħubija volontarja bejn l-EASA, l-Istati Membri u organizzazzjonijiet oħrajn tal-avjazzjoni. L-objettiv tan-Network għall-Promozzjoni tas-Sikurezza huwa li jtejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa billi jipprovdi qafas għall-kollaborazzjoni fl-attività ta’ promozzjoni tas-sikurezza fl-Istati Membri kollha.
Għall-benefiċċju reċiproku u għal għan komuni, il-membri tan-Network għall-Promozzjoni tas-Sikurezza jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw attivitajiet, jikkooperaw u jikkondividu attivitajiet konġunti u jikkollaboraw sabiex iżidu l-kapaċità għall-attivitajiet, inkluż għat-tfassil, għall-iżvilupp, għall-pubblikazzjoni, għat-traduzzjoni u għat-tixrid ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza. In-Network għall-Promozzjoni tas-Sikurezza jesplora wkoll għodod komuni u jiżviluppa mezzi sabiex titkejjel l-effettività tal-prodotti għall-promozzjoni tas-sikurezza li jkunu xxerrdu.
Fil-livell Ewropew, il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta’ promozzjoni tas-sikurezza jiġu kkoordinati mill-EASA. F’dan il-kuntest, l-EASA bniet attività integrata ta’ programmazzjoni li tiżgura li l-attivitajiet ta’ promozzjoni tas-sikurezza u regolatorji jindirizzaw ir-riskji għas-sikurezza bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li jakkumpanjaw lil xulxin f’ċerti oqsma. F’dan il-kuntest, l-EASA toħloq pakketti Ewropej distinti għall-promozzjoni tas-sikurezza skont il-qasam operazzjonali u s-suġġetti tas-sikurezza li jkunu qegħdin jiġu promossi bl-għan li żżid l-ilħuq tal-prodotti għall-promozzjoni tas-sikurezza. Dan isir bl-użu tal-marka “Together4Safety” għal attivitajiet professjonali u kummerċjali tal-avjazzjoni u tal-marka “The Aviator’s Club” għall-avjazzjoni ġenerali bi bdoti privati. B’mod parallel, l-attivitajiet ta’ sħubija għas-sikurezza jissaħħu bil-firxa sħiħa ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali fil-livell tal-oqsma li jkopru l-Operazzjonijiet Kummerċjali bl-Ajru (inklużi l-ajrudromi u l-ATM), l-inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors, l-Avjazzjoni Ġenerali u d-droni. Il-fehim li partijiet ikkonċernati tal-avjazzjoni differenti għandhom ħtiġijiet differenti ħafna f’termini ta’ mezzi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, l-approċċ ibbażat fuq l-oqsma jiżgura li l-promozzjoni tas-sikurezza tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull parti tal-komunità tal-avjazzjoni. Kull qasam għandu parti dedikata fuq is-sit web tal-EASA u, għall-ewwel tlieta, is-siti komunitarji tagħhom stess sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
Kmieni fl-2019, l-EASA nediet Strateġija Ġdida għall-Promozzjoni tas-Sikurezza li tieħu approċċ dejjem aktar proattiv għall-mod kif l-EASA tikkomunika mal-komunità Ewropea tal-avjazzjoni. Permezz ta’ Together4Safety u Aviator’s Club (għall-Avjazzjoni Ġenerali) tal-EASA, hija tistinka sabiex tkun fuq quddiem nett fil-promozzjoni tas-sikurezza fl-Ewropa u madwar id-dinja billi jkollha marka rikonoxxuta li toħloq interess, trawwem l-involviment u tgħin sabiex tittejjeb is-sikurezza.
4.1L-Attivitajiet fil-Livell tal-UE
4.1.1Il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza
Il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza tgħin sabiex tinbena kultura b’saħħitha ta’ sikurezza. Il-prodotti ta’ komunikazzjoni dwar is-sikurezza fl-Unjoni Ewropea jinkludu rapporti ta’ analiżi tas-sikurezza; bullettini, fuljetti u posters; materjal awdjoviżiv; sett ta’ għodod, manwali u gwidi; pjanijiet u programmi; sessjonijiet ta’ ħidma u avvenimenti oħrajn ta’ sikurezza. Għal kull kompitu tiġi żviluppata fergħa ta’ kontenut ta’ promozzjoni tas-sikurezza li tgħaqqad l-aktar pakketti effettivi ta’ riżultati tanġibbli għas-suġġett tas-sikurezza li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat. Ir-riżultati tanġibbli jiġu promossi permezz tal-media soċjali kif ukoll permezz tas-sħab kollaborattivi tal-EASA sabiex jiġi mmassimizzat l-ilħuq tal-messaġġi dwar is-sikurezza.
4.1.1.1Komunikazzjoni obbligatorja dwar is-sikurezza
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jirrikjedi li l-EASA tippubblika Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza 35 sabiex il-pubbliku jiġi informat dwar il-livell ġenerali ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili. L-Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza tippreżenta informazzjoni dwar is-sikurezza Ewropea u dinjija tal-avjazzjoni ċivili (irreferi għat-taqsima 2.3.3).
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 jirrikjedi t-twaqqif ta’ bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza. Din il-bażi tad-data hija disponibbli pubblikament online 36 .
4.1.1.2Il-komunikazzjoni mhux obbligatorja dwar is-sikurezza
L-EASA tippubblika Bullettini dwar is-Sikurezza (SIBs) 37 sabiex tinforma lill-partijiet ikkonċernati. L-SIBs huma disponibbli pubblikament u jiġu rrieżaminati u aġġornati regolarment. L-Aġenzija tippubblika wkoll rieżami tal-progress dwar is-segwitu tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza 38 .
4.1.1.3Is-sessjonijiet ta’ ħidma u l-konferenzi dwar is-sikurezza
L-EASA tmexxi kampanji dwar is-sikurezza sabiex jiġu indirizzati problemi speċifiċi għas-sikurezza li jkunu ġejjin mill-okkorrenzi, mir-riskji identifikati għas-sikurezza, mill-problemi emerġenti jew mill-awditi tas-sikurezza.
L-EASA regolarment twettaq ukoll sessjonijiet ta’ ħidma u konferenzi li jintużaw sabiex ixerrdu informazzjoni dwar is-sikurezza lill-partijiet ikkonċernati Ewropej u sabiex jipprovdu opportunità għal diskussjonijiet dwar suġġetti relatati mas-sikurezza, inklużi r-riżultati tal-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, l-Aġenzija kull sena torganizza Konferenza dwar is-Sikurezza.
B’mod regolari, il-Kummissjoni Ewropea torganizza konferenzi u seminars dwar problemi relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, twettaq sessjonijiet ta’ ħidma u attivitajiet sabiex tappoġġa t-tixrid u l-fehim xierqa ta’ ċerti regoli dwar is-sikurezza, fosthom ir-Regolamenti (UE) Nru 376/2014 u (UE) Nru 996/2010.
4.1.1.4Informazzjoni online
Firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni hija disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-EASA 39 u fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea li huwa ddedikat għall-Politika Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni 40 .
Barra minn hekk, in-networks b’aċċess ristrett jintużaw ta’ sikwit għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza bejn l-EASA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll mal-industrija.
4.2It-taħriġ fil-livell tal-UE
Fl-UE, l-attivitajiet ta’ taħriġ jinkludu l-organizzazzjonijiet tal-avjazzjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni: L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti tal-Istati Membri, l-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza u l-industrija.
Skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-Kummissjoni u l-Aġenzija huma meħtieġa jappoġġaw lill-Istati Membri b’taħriġ xieraq.
Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli sabiex jinżamm il-livell ta’ taħriġ tal-persunal tagħhom sabiex il-livell tal-kompetenza tagħhom jiżgura li jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom sew. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti huma mitlubin jiffaċilitaw it-twettiq tal-obbligi min-naħa tal-organizzazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni b’edukazzjoni jew b’taħriġ rilevanti meta dan ikun fattibbli jew xieraq.
Barra minn hekk, qegħdin jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda ta’ taħriġ sabiex jiġi żgurat li dawk kollha li jkunu involuti jkollhom il-ħiliet rilevanti u b’hekk jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni tirnexxi.
L-EASA tistinka sabiex iżżomm livelli għoljin ta’ għarfien u ta’ kompetenza filwaqt li tibqa’ aġġornata bl-aħħar żviluppi fl-avjazzjoni fl-oqsma tal-attivitajiet tagħha. L-EASA tiżviluppa u tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ lill-impjegati tagħha u lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
L-Aġenzija żviluppat ukoll u tieħu ħsieb sistema elettronika ta’ eżamijiet permezz tas-sit web tagħha, li hija bbażata fuq bażi tad-data magħmula minn mistoqsijiet. Din tiġi offruta fuq bażi volontarja lill-istudenti tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ jew lill-istudenti li jitħarrġu waħedhom permezz ta’ sistema ta’ ċentri stabbiliti tal-eżamijiet, u tipprovdi l-opportunità li wieħed jirċievi ċertifikat.
Barra minn hekk, l-EASA tipprovdi wkoll assistenza lill-awtoritajiet sħab sabiex jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom (eż. tal-ICAO, ir-Regolamenti tal-UE), u timplimenta proġetti ta’ Kooperazzjoni mal-UE fl-Avjazzjoni Ċivili f’diversi reġjuni tad-dinja, inklużi l-pajjiżi ġirien tal-UE, ir-Reġjun tal-Asja/tal-Paċifiku, l-Afrika u l-Amerka Latina.
Lista ta’ Akronimi
|
ABs |
korpi konsultattivi |
|
ACAS |
sistema għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru |
|
ALoSP |
Livell Aċċettabbli ta’ Prestazzjoni tas-Sikurezza |
|
AMC |
mezzi aċċettabbli ta’ konformità |
|
AMS |
servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa |
|
ANS |
servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru |
|
AOC |
ċertifikat tal-operatur tal-ajru |
|
ASR |
Analiżi Annwali dwar is-Sikurezza |
|
ATM |
ġestjoni tat-traffiku tal-ajru |
|
BIS |
l-istrateġija tal-aħjar intervent |
|
BR |
Regolament Bażiku |
|
CAEP |
Il-Kumitat dwar il-Ħarsien tal-Ambjent mill-Avjazzjoni (ICAO) |
|
CAMO |
l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa — l-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 |
|
CAO |
l-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata — l-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 |
|
CC |
l-ekwipaġġ tal-kabina — l-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 |
|
CS |
speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni |
|
DAT |
fornituri tad-data - l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/373 |
|
DR |
regolament delegat |
|
DS |
speċifikazzjoni dettaljata |
|
DTO |
organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata |
|
EASA |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea |
|
EASP |
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni |
|
EASPG |
Il-Grupp ta’ Ppjanar tas-Sistema tal-Avjazzjoni tar-Reġjun Ewropew (ICAO) |
|
ECCAIRS |
Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Koordinament għas-Sistemi ta’ Notifika tal-Aċċidenti u tal-Inċidenti tal-Avjazzjoni |
|
ECDC |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard |
|
ECHA |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi |
|
ECR |
Ir-Repożitorju Ċentrali Ewropew |
|
EEA |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent |
|
EFTA |
L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles |
|
ENCASIA |
In-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-Settur tal-Avjazzjoni Ċivili |
|
EPAS |
Il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni |
|
ETS |
L-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU) |
|
UE |
L-Unjoni Ewropea |
|
EUR RASP |
Il-Pjan Reġjonali Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (ICAO) |
|
EUR RESG |
Il-Grupp ta’ Esperti Reġjonali EUR dwar is-Sikurezza (ICAO) |
|
EUR/NAT |
L-Atlantiku Ewropew/tat-Tramuntana (l-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO) |
|
EVT |
kompitu ta’ evalwazzjoni (EPAS) |
|
FAB |
blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali |
|
FSTD |
apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir |
|
GANP |
Il-Pjan Globali għan-Navigazzjoni bl-Ajru |
|
GASeP |
Il-Pjan Globali għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni |
|
GASP |
Il-Pjan Globali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (ICAO) |
|
G-HRCs |
il-kategoriji globali ta’ okkorrenzi ta’ riskju għoli |
|
GM |
materjal ta’ gwida |
|
IATA |
L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru |
|
ICAO |
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali |
|
IR |
regolament ta’ implimentazzjoni |
|
LUC |
ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa |
|
MAB |
Korp Konsultattiv tal-Istati Membri |
|
MB |
Il-Bord tat-Tmexxija |
|
MST |
kompitu tal-Istati Membri (EPAS) |
|
NASP |
pjan nazzjonali għas-sikurezza tal-avjazzjoni |
|
NCA |
awtorità nazzjonali kompetenti |
|
NCC |
Operazzjonijiet tal-ajru mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni — l-Anness VI (il-Parti-NCC) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 |
|
NoAs |
in-network ta’ analisti tas-sikurezza tal-avjazzjoni |
|
Parti 21 |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 — iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir relatati, u ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni |
|
Parti-145 |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 — approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni |
|
Parti-147 |
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 — rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ fil-manutenzjoni |
|
Parti-26 |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 — speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għall-operazzjonijiet |
|
Parti-66 |
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 – persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni |
|
Parti-AIS |
L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika |
|
Parti-ARA |
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 — rekwiżiti għall-awtoritajiet għall-ekwipaġġ tal-ajru |
|
Parti-ARO |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — rekwiżiti għall-awtoritajiet għall-operazzjonijiet tal-ajru |
|
Parti-ART |
L-Anness 2 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 — rekwiżiti għall-awtoritajiet rigward l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi |
|
Parti-ASM |
L-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru |
|
Parti-ATFM |
L-Anness IX tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru |
|
Parti-ATM/ANS.AR |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti — sorveljanza tas-servizzi u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ATM |
|
Parti-ATM/ANS.OR |
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi |
|
Parti-ATS |
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru |
|
Parti-BFCL |
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/395 — rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-ekwipaġġ tat-titjira tal-blalen tal-arja |
|
Parti-BOP |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/395 — operazzjonijiet tal-ajru tal-blalen tal-arja |
|
Parti-CAMO |
L-Anness Vc tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 - organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa |
|
Parti-CNS |
L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza |
|
Parti-DAT |
L-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi tad-data |
|
Parti-DEF |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/395 — definizzjonijiet (blalen tal-arja) L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1976 — definizzjonijiet (sailplanes) |
|
Parti-FCL |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 — il-ħruġ ta’ liċenzja għall-ekwipaġġ tat-titjira |
|
Parti-FPD |
L-Anness XI tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri tad-disinn tal-proċeduri |
|
Parti-M |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 — rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa |
|
Parti-MED |
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 — rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti, għall-idoneità medika tal-ekwipaġġ tal-kabina, għaċ-ċertifikazzjoni tal-eżaminaturi ajrumediċi, u għall-kwalifika ta’ prattikanti mediċi ġenerali u ta’ prattikanti mediċi tas-saħħa okkupazzjonali |
|
Parti-MET |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi |
|
Parti-ML |
L-Anness Vb tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 — rekwiżiti “ħfief” tal-ajrunavigabbiltà kontinwa |
|
Parti-NCC |
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni |
|
Parti-NCO |
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni |
|
Parti-NM |
L-Anness XII tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti speċifiċi għall-Maniġer tan-Network |
|
Parti-ORA |
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 — rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-ajru |
|
Parti-ORO |
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-ajru |
|
Parti-PERS |
L-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/373 — rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi dwar it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-persunal |
|
Parti-SAO |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1976 — operazzjonijiet tal-ajru b’sailplanes |
|
Parti-SFCL |
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1976 — rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-ekwipaġġ tat-titjira tas-sailplanes |
|
Parti-SPA |
L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — approvazzjonijiet speċifiċi |
|
Parti-SPO |
L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 — operazzjonijiet speċjalizzati |
|
Parti-T |
L-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 — ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenji tal-ajru reġistrati f’pajjiż terz li huma operati minn operaturi tal-UE jew minn operaturi li jirrisjedu fl-UE |
|
Parti-TCO |
L-Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 — operaturi minn pajjiżi terzi |
|
PCG |
Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Programmi (ICAO) |
|
R&I |
riċerka u innovazzjoni |
|
REACH |
Ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi |
|
RES |
kompitu ta’ riċerka (EPAS) |
|
RMT |
kompitu ta’ tfassil tar-regoli (EPAS) |
|
RSOO |
Organizzazzjoni Reġjonali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza |
|
SAB |
Korp Konsultattiv għall-Partijiet Ikkonċernati |
|
SAFA |
Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin |
|
SARPs |
Standards u Prattiki Rakkomandati (ICAO) |
|
SERA |
Regoli Ewropej Standardizzati tal-Ajru - ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 |
|
SES |
L-Ajru Uniku Ewropew |
|
SESAR |
Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew |
|
SIA |
awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza |
|
SIB |
bullettin dwar is-sikurezza |
|
SMS |
sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza |
|
SPAS |
Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni |
|
SPI |
indikatur tal-prestazzjoni tas-sikurezza |
|
SPN |
In-Network għall-Promozzjoni tas-Sikurezza |
|
SPT |
kompitu ta’ promozzjoni tas-sikurezza (EPAS) |
|
SRIS |
Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza |
|
SRM |
ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza |
|
SSP |
Programm tal-Istat għas-Sikurezza |
|
SSPIA |
Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni ta’ Programm tal-Istat għas-Sikurezza |
|
SYS 2.0 |
Spezzjoni ta’ standardizzazzjoni fil-qasam “Faċilitaturi sistemiċi għall-ġestjoni tas-sikurezza” (SYS). 2.0 tirreferi għall-Fażi II, meta l-ambitu tal-ispezzjoni inizjali jiġi estiż għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-SSP u tal-SPAS. |
|
TCO |
operatur minn pajjiż terz |
|
TeB |
korp tekniku (subkorp tal-MAB) |
|
TeC |
kumitat tekniku (sottogrupp tal-SAB) |
|
TFUE |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
UAS |
sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord |
|
USOAP |
Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (ICAO) |
|
USSP |
fornitur ta’ servizzi tal-U-space |
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 212, 22.08.2018, p. 1.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 122, 24.04.2014, p. 18.
Għall-fini ta’ dan id-dokument, l-organizzazzjonijiet jinftehmu bħala organizzazzjonijiet tal-industrija li jipprovdu prodotti jew servizzi tal-avjazzjoni.
https://eur-lex.europa.eu/browse/directories/legislation.html?locale=mt
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 212, 22.08.2018, p. 1.
https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/qanda_20_2330
COM(2021) 561 final.
https://www.easa.europa.eu/eco/sites/default/files/2022-09/220723_EASA%20EAER%202022.pdf
Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE. ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65-78.
Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ riċerka tal-Aġenzija tista’ tinstab fuq is-sit web tal-EASA: https://www.easa.europa.eu/easa-and-you/safety-management/research .
Il-Protokoll tal-EASA/ECDC dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fl-Avjazzjoni fid-dawl tal-COVID-19 | EASA (europa.eu)
L-EASA tippubblika studju tal-fatturi soċjoekonomiċi fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni | EASA (europa.eu)
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE); ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 122, 24.04.2014, p. 18.
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE, (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 344 ta’ 27.12.2005, p.15.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/transport/modes/air/safety/air-ban/index_mt.htm
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.
Id-dettalji proċedurali huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni; ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Il-kumitat għall-applikazzjoni ta’ regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili -“Kumitat tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea: Kumitat tal-EASA”.
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, ĠU L 1, 3.1.1994, Anness XIII – p. 1-101.
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73–90.
Artikolu 64: riallokazzjoni tar-responsabbiltà fuq talba tal-Istati Membri – Artikolu 65: riallokazzjoni tar-responsabbiltà wara talba tal-organizzazzjonijiet li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed.
Ara t-taqsima 2.2 għal informazzjoni dettaljata dwar l-EPAS, l-iżvilupp u l-proċess ta’ adozzjoni tiegħu. Preċedentement, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni kien jismu l-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Isem dan il-pjan inbidel sabiex ma jkunx hemm konfużjoni bejn il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASP) u l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASP).
L-ERCS tifforma parti mill-qafas legali tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, fl-ewwel istanza permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 ippubblikat fis-6 ta’ Ottubru 2020, kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2082 tas-26 ta’ Novembru 2021, li se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas); ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew; ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/672/UE tal-24 ta’ Settembru 2014 dwar l-estensjoni tal-ħatra tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew; ĠU L 281, 25.9.2014, p. 5.
Ajrunavigabbiltà inizjali: Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 2022/201 tal-10/12/2021 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2022/203 tal-14/02/2022, Ajrunavigabbiltà Kontinwa: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1963 tat-08/11/2021
Għall-fini ta’ dan id-dokument, “sorveljanza” tirreferi kemm għas-sorveljanza li titwettaq fuq organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti tagħhom kif ukoll għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fl-Istati Membri tal-EASA li titwettaq mill-EASA fil-kuntest tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni.
Is-sorveljanza tas-sikurezza fl-UE hija rregolata prinċipalment bir-Regolament (UE) 2018/1139 u bir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu (ara d-Dijagramma 1 għal iżjed informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.
https://www.easa.europa.eu/domains/safety-management/safety-promotion
http://easa.europa.eu/newsroom-and-events/general-publications