Brussell, 12.4.2022

COM(2022) 250 final

2022/0119(BUD)

Proposta għal

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2022

ID-DĦUL TAS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2021


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, kif adottat fl-24 ta’ Novembru 2021 3 ,

il-baġit emendatorju Nru 1/2022 4 , adottat fil-5 ta’ April 2022,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2022 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima Individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm ).

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2022 huwa maħsub li jdaħħal is-surplus li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena 2021 fil-baġit tal-2022. Kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 5 (“Ir-Regolament Finanzjarju”), is-surplus huwa l-uniku suġġett ta’ dan l-ABE u jrid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji fl-aħħar ta’ Marzu 2022.

1.L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2021 turi surplus ta’ EUR 3,2 biljun, li għalhekk jiddaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2022.

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2021

Surplus tad-Dħul

2 574 755 747

Surplus tan-Nefqa

652 303 060

Surplus totali

3 227 058 807

2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-2022 kif dovut. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri se jkunu influwenzati wkoll mit-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji li se jkun disponibbli wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji aktar tard f’ Mejju 2022 u se jiġu inklużi f’ABE sussegwenti skont l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

3.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta t-tqassim tal-eżitu tal-2021 f’termini tal-implimentazzjoni tad-dħul:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2021

Baġit 2021 
(inkl. AB1-6)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tad-Dħul

168 010 982 854

170 585 738 601

2 574 755 747

Titolu 1 - Riżorsi proprji

156 993 359 980

158 632 143 890

1 638 783 910

 

Imposti u dazji oħra fis-settur taz-zokkor

0

883 297

883 297

 

Dazji doganali

17 348 140 020

19 036 802 611

1 688 662 591

 

Riżorsi proprji ġejjin mill-VAT

17 940 791 850

17 933 927 671

-6 864 179

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

115 857 763 230

115 819 165 638

-38 597 592

 

Korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit mogħtija lir-Renju Unit

0

0

0

 

Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING konċess lil xi SM

0

10 862 017

10 862 017

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart tal-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat

5 846 664 880

5 830 502 655

-16 162 225

Titolu 2 - Surpluses, bilanċi u aġġustamenti

1 768 617 610

1 772 041 495

3 423 885

Titolu 3: Dħul Amministrattiv

1 725 783 332

1 582 329 661

-143 453 671

Titolu 4: Dħul Finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi

515 233 376

1 626 004 706

1 110 771 330

Titolu 5: Garanziji baġitarji, operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self

0

0

0

Titolu 6: Dħul, kontribuzzjonijiet u refużjonijiet relatati ma’ politiki tal-Unjoni

7 007 988 556

6 973 218 850

-34 769 706

4.Il-varjazzjonijiet netti kkombinati fit-Titolu 1 (Riżorsi Proprji) u fit-Titolu 2 (Surpluses, bilanċi u aġġustamenti) jammontaw għal EUR 1 642 miljun. Din id-differenza pożittiva hija xprunata b’mod predominanti minn ammont ogħla milli mistenni ta’ dazji doganali disponibbli għall-baġit tal-UE fl-aħħar xhur tas-sena.

5.Il-varjazzjonijiet fit-Titolu 4 (Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi) jammontaw għal EUR 1 111 miljun, li jinkludu multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta’ inadempjenza, pagamenti ta’ penali oħra u mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali. Din id-differenza pożittiva hija xprunata b’mod predominanti minn ammont ogħla milli previst ta’ multi tal-kompetizzjoni (b’EUR 957 miljun) li finalment jissarrfu fl-aħħar xhur tas-sena.

6.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta t-tqassim tal-eżitu tal-2021 f’termini tal-implimentazzjoni baġitarja tan-nefqa għall-istituzzjonijiet kollha:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2021

Baġit 2021 
(inkl. AB1-6)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tan-Nefqa

168 010 982 854

167 358 679 794

-652 303 060

Approprjazzjonijiet tal-eżitu awtorizzati fil-baġit

168 010 982 854

167 812 011 433

-198 971 421

Il-Kummissjoni Ewropea

163 703 947 487

163 622 385 683

-81 561 804

 

Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u l-Qasam Diġitali

16 670 488 767

16 645 756 020

-24 732 747

 

Intestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

63 855 086 295

63 852 305 111

-2 781 184

 

Intestatura 2b — Reżiljenza u Valuri

3 758 497 873

3 751 692 278

-6 805 595

 

Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent

56 021 071 987

56 004 511 158

-16 560 829

 

Intestatura 4 - Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

2 519 397 533

2 517 772 210

-1 625 322

 

Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża

714 020 119

708 160 481

-5 859 638

 

Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja

11 454 658 856

11 451 911 273

-2 747 583

 

Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

6 137 143 724

6 116 694 818

-20 448 906

 

Strumenti speċjali tematiċi

2 573 582 334

2 573 582 334

0

Istituzzjonijiet oħra

4 307 035 367

4 189 625 749

-117 409 618

 

Il-Parlament Ewropew

2 063 521 135

2 051 903 263

-11 617 872

 

Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew

594 386 954

522 990 866

-71 396 088

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

444 049 000

438 236 491

-5 812 509

 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

153 721 727

148 565 360

-5 156 367

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

145 024 938

131 688 018

-13 336 920

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

106 740 880

105 596 831

-1 144 049

 

L-Ombudsman Ewropew

12 501 836

11 107 040

-1 394 796

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

19 463 193

16 761 285

-2 701 908

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

767 625 704

762 776 595

-4 849 109

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti

0

-327 465 673

-327 465 673

Il-Kummissjoni Ewropea

0

-249 983 942

-249 983 942

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (b’mod awtomatiku)

 

-52 538 699

-52 538 699

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (permezz ta’ deċiżjoni)

 

-197 445 243

-197 445 243

Istituzzjonijiet oħra

0

-77 481 731

-77 481 731

 

Il-Parlament Ewropew

 

-38 279 705

-38 279 705

 

Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew

 

-10 065 860

-10 065 860

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

 

-3 331 060

-3 331 060

 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

 

-711 148

-711 148

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

-2 682 342

-2 682 342

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

-1 204 696

-1 204 696

 

L-Ombudsman Ewropew

 

-31 534

-31 534

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

 

-124 247

-124 247

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

 

-21 051 141

-21 051 141

Varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju fuq in-nefqa

0

-125 865 965

-125 865 965

7.L-ammont mhux implimentat mill-istituzzjonijiet kollha flimkien kien ta’ EUR 652 miljun. Il-Kummissjoni implimentat 99,95 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati. Is-sottoimplimentazzjoni tal-Kummissjoni kienet tikkonċerna ammont ta’ EUR 81 miljun ta’ approprjazzjonijiet ivvotati u ta’ EUR 250 miljun ta’ approprjazzjonijiet riportati mill-2020. Minn dan l-ammont, EUR 183 miljun kienu relatati mal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, li għalih ix-xiri tad-dożi tal-vaċċin għal pajjiżi bi dħul baxx se jitlesta fl-2022.

8.Is-sottoimplimentazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra ta’ EUR 117 miljun u l-kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ EUR 77 miljun hija simili għal-livelli tas-snin preċedenti.

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
(2)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.
(3)    ĠU L 45, 24.2.2022.
(4)    ĠU L xx, 05.4.2022.
(5)    ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.