|
24.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta’ Jannar 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ COMP/AT.40414 Koch Media
Relatur: Il-Latvja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 320/08)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel kumplessivament mal-abbozz ta’ deċiżjoni u jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha fuq il-bażi tal-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |