30.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 498/154


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali

(2022/C 498/16)

Relatur:

Jean-Noël VERFAILLIE (FR/RE), Sindku ta’ Marly

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill

COM(2022) 156

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali u l-istabbiliment ta’ Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali

COM(2022) 157

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill

COM (2022) 156

Emenda 1

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda

(16)

Il-kontribut tad-Direttiva 2010/75/UE għall-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija u għall-ekonomija ċirkolari fl-Unjoni jenħtieġ li jsir aktar effettiv, filwaqt li jitqies il-prinċipju “L-Effiċjenza Enerġetika Tiġi l-Ewwel” bħala prinċipju gwida tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Għalhekk, il-permessi jenħtieġ li jistabbilixxu, fejn possibbli, valuri limitu obbligatorji tal-prestazzjoni ambjentali fuq il-livelli tal-konsum u tal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materjali riċiklati, abbażi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT AELs) stabbiliti fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT.

(16)

Il-kontribut tad-Direttiva 2010/75/UE għall-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija u għall-ekonomija ċirkolari fl-Unjoni jenħtieġ li jsir aktar effettiv, filwaqt li jitqies il-prinċipju “L-Effiċjenza Enerġetika Tiġi l-Ewwel” bħala prinċipju gwida tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti qed jikkunsidraw jistabbilixxu, fejn possibbli, valuri limitu obbligatorji tal-prestazzjoni ambjentali fuq il-livelli tal-konsum u tal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materjali riċiklati, abbażi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT AELs) stabbiliti fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT.

Raġuni

Emenda teknika biex il-premessa tiġi allinjata mal-bidliet proposti għall-artikolu rilevanti.

Emenda 2

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda

(25)

L-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni rigward ekonomija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050 jitlob trasformazzjoni profonda tal-ekonomija tal-Unjoni. B’mod konsistenti mat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE jenħtieġ li jinkludu pjanijiet ta’ trasformazzjoni fis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom. Tali pjanijiet ta’ trasformazzjoni se jikkomplementaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) billi jipprovdu mezz għall-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn ir-rekwiżiti fil-livell tal-installazzjoni. L-ewwel prijorità hija t-trasformazzjoni tal-attivitajiet intensivi fl-enerġija elenkati fl-Anness I. Għalhekk, l-operaturi ta’ installazzjonijiet intensivi fl-enerġija jenħtieġ li jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2030. L-operaturi tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet oħra elenkati fl-Anness I jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni bħala parti mir-rikunsiderazzjoni u l-aġġornament tal-permessi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT ippubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2030 . Filwaqt li l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni jenħtieġ li jibqgħu dokumenti indikattivi mħejjija taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi, l-organizzazzjoni tal-awditjar ikkuntrattata mill-operaturi bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom jenħtieġ li tivverifika li jkun fihom l-informazzjoni minima li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea f’att ta’ implimentazzjoni, u l-operaturi jenħtieġ li jagħmlu l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni pubbliċi.

(25)

L-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni rigward ekonomija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050 jitlob trasformazzjoni profonda tal-ekonomija tal-Unjoni. B’mod konsistenti mat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE jenħtieġ li jinkludu pjanijiet ta’ trasformazzjoni fis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom. Tali pjanijiet ta’ trasformazzjoni se jikkomplementaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) billi jipprovdu mezz għall-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn ir-rekwiżiti fil-livell tal-installazzjoni. L-ewwel prijorità hija t-trasformazzjoni tal-attivitajiet intensivi fl-enerġija elenkati fl-Anness I. Għalhekk, l-operaturi ta’ installazzjonijiet intensivi fl-enerġija jenħtieġ li jipproduċu pjanijiet indikattivi ta’ trasformazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2030. L-operaturi tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet oħra elenkati fl-Anness I jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipproduċu pjanijiet indikattivi ta’ trasformazzjoni bħala parti mir-rikunsiderazzjoni u l-aġġornament tal-permessi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT ippubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2030.

Raġuni

Emenda teknika biex il-premessa tiġi allinjata mal-bidliet proposti għall-emenda rilevanti.

Emenda 3

Artikolu 1, il-punt (5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(5)

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

(5)

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permessi mogħtija skont dan l-Artikolu jsiru disponibbli fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma jillimitaw l-aċċess għall-utenti rreġistrati. Barra minn hekk, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku sommarju ta’ kull permess taħt l-istess kundizzjonijiet. Dak is-sommarju għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permessi mogħtija skont dan l-Artikolu jsiru disponibbli fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma jillimitaw l-aċċess għall-utenti rreġistrati. Barra minn hekk, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku sommarju ta’ kull permess taħt l-istess kundizzjonijiet. Dak is-sommarju għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

ħarsa ġenerali tal-kundizzjonijiet prinċipali għal permess;

(a)

ħarsa ġenerali tal-kundizzjonijiet prinċipali għal permess;

(b)

il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali;

(b)

il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali;

(c)

kwalunkwe deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 15(4);

(c)

kwalunkwe deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 15(4);

(d)

il-konklużjonijiet applikabbli tal-BAT;

(d)

il-konklużjonijiet applikabbli tal-BAT;

(e)

id-dispożizzjonijiet għar-rikunsiderazzjoni u l-aġġornament tal-permess.

(e)

id-dispożizzjonijiet għar-rikunsiderazzjoni u l-aġġornament tal-permess.

 

(f)

l-indikazzjoni tal-awtorità jew tal-korp speċifiku responsabbli tat-talbiet għal informazzjoni u tal-ilmenti;

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format li għandu jintuża għas-sommarju msemmi fit-tieni subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format li għandu jintuża għas-sommarju msemmi fit-tieni subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.

Raġuni

Il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-livell speċifiku responsabbli għat-talbiet għal informazzjoni u għall-ilmenti sabiex jiġu evitati kuntatti mal-korp jew l-awtorità żbaljati, li joħloq piż amministrattiv għall-amministrazzjoni pubblika u jagħmilha aktar diffiċli li wieħed jirċievi l-informazzjoni.

Emenda 4

Artikolu 1, il-punt (12)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(12)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(12)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

“Artikolu 15

Valuri limitu tal-emissjonijiet, valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi

Valuri limitu tal-emissjonijiet, valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi

[…]

[…]

3a.   L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, tali valuri limitu tal-prestazzjoni ma jaqbżux il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BATs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5).

3a.   L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, tali valuri limitu tal-prestazzjoni ma jaqbżux il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BATs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5).

[…]”

[…]”

Raġuni

L-obbligu li jiġu stabbiliti valuri vinkolanti tal-prestazzjoni jwassal għal regolamenti inkonsistenti u jikkomprometti t-trasformazzjoni industrijali. Dan ir-rekwiżit għandu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti wara li valutazzjoni bir-reqqa tkun uriet li rekwiżit bħal dan ma jwassalx għal inkonsistenza bejn il-kundizzjonijiet għal permess stabbiliti xi mkien ieħor.

Emenda 5

Artikolu 1, il-punt (18)(a)

(Punt ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda tal-KtR

 

(18a)

Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

3.   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja mifrux lill-pubbliku kkonċernat.

3.   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja mifrux lill-pubbliku kkonċernat.

Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-il-ħarsien ambjentali u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-il-ħarsien ambjentali u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

 

Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull awtorità pubblika sottonazzjonali li t-territorju jew il-popolazzjoni tagħha jistgħu jiġu affettwati ħażin u l-konformità ma’ kull rekwiżit tal-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu suffiċjenti għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu mnaqqra għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.

Dawn l-organizzazzjonijiet jew awtoritajiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu mnaqqra għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.

Raġuni

Il-KtR jappoġġja l-parteċipazzjoni pubblika u li l-awtoritajiet lokali jkollhom aċċess għall-ġustizzja. Jilqa’ r-reviżjonijiet li saru għal dan l-aspett, filwaqt li jissuġġerixxi li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wkoll ikollhom aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri kollha u jitlob informazzjoni sħiħa u f’waqtha u parteċipazzjoni pubblika fil-proċeduri kollha.

Emenda 6

Artikolu 1, il-punt (22)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(22)

Jiddaħħlu l-Artikoli 27a sa 27d li ġejjin:

(22)

Jiddaħħlu l-Artikoli 27a sa 27d li ġejjin:

“[…]

“[…]

Artikolu 27d

Artikolu 27d

Trasformazzjoni lejn industrija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima

Trasformazzjoni lejn industrija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sat-30 ta’ Ġunju 2030 l-operatur jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14a , pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fil- punti 1, 2, 3, 4, 6.1a, u 6.1b tal- Anness I. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni se tittrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2031, l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu, tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sat-30 ta’ Ġunju 2030, u fil-kuntest tal-analiżi mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mal-Artikolu 21(3), wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet relatati mal-BAT wara l-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur għandu jinkludi pjan indikattiv ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq attività elenkata fl-Anness I. Il-pjan indikattiv ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni ser titrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.

2.     L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, bħala parti mir-rieżami tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21(3) wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT wara l-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu msemmija fl-Artikolu 14a, pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni se tittrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

2.    L-operatur għandu jagħmel is-sommarju tal- pjan indikattiv ta’ trasformazzjoni tiegħu pubbliku.

3 .   L-operatur għandu jagħmel il-pjan ta’ trasformazzjoni tiegħu kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 pubbliċi, bħala parti mill-pubblikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu .

3.    Il-Kummissjoni għandha sat-30 ta’ Ġunju 2028, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.

4 .   Il-Kummissjoni għandha sat-30 ta’ Ġunju 2028, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.

 

Raġuni

In-natura indikattiva tal-pjan ta’ trasformazzjoni tidher xierqa peress li l-objettivi segwiti jħarsu ’l quddiem u jiddependu mill-esternalitajiet (eż. id-disponibbiltà ta’ mezzi rinnovabbli u effiċjenti fl-enerġija) u sabiex jiġu evitati proċeduri kkumplikati biex jinkisbu l-permessi.

Emenda 7

Artikolu 1, il-punt (31)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(31)

L-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(31)

L-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 79

“Artikolu 79

Penali

Penali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk id-dispożizzjonijiet, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk id-dispożizzjonijiet, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħad lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multi għandu jkun mill-inqas 8 % tal-fatturat annwali tal-operatur fl-Istat Membru kkonċernat .

2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħad lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multi għandu jkun mill-inqas 8 % tal-fatturat annwali tal-operatur waqt li jitqiesu l-kumpaniji omm u s-sussidjarji .

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali msemmija fil-paragrafu 1 iqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali msemmija fil-paragrafu 1 iqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:

(a)

in-natura, il-gravità, u l-firxa tal-ksur;

(b)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(c)

il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.”.

(a)

in-natura, il-gravità, u l-firxa tal-ksur;

(b)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(c)

il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

 

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fondi li ġejjin mil-penali jintużaw bi prijorità biex tissewwa jew tiġi kkumpensata l-ħsara kkawżata lill-awtoritajiet lokali.

Fejn l-applikazzjoni tad-Direttiva tinvolvi t-trażżin jew l-għeluq ta’ attivitajiet ekonomiċi, il-konsegwenzi soċjali għall-awtoritajiet lokali għandhom jitqiesu fid-definizzjoni tal-penali u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fondi li ġejjin mil-penali jintużaw biex jikkumpensaw it-telf soċjali u ekonomiku għall-awtoritajiet lokali, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. ”.

Raġuni

L-impatt tat-tniġġis fuq l-awtoritajiet lokali jista’ jikkawża ħsara ambjentali, tas-saħħa, soċjali u ekonomika li tista’ tkun estremament problematika, speċjalment għal awtorità żgħira u/jew fqira. Il-penali għandhom iqisu dan.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Kummenti ġenerali

1.

ifakkar fl-impenn tiegħu sabiex titħaffef tranżizzjoni ġusta u nadifa lejn ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari sal-2050, u li tkun favorevoli għar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea li ma tħalli warajha l-ebda persuna u l-ebda territorju madwar l-Unjoni Ewropea; f’dan ir-rigward, jappoġġja r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali maħsuba mhux biss biex tgħin fil-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis għal protezzjoni aħjar tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, iżda wkoll biex tistimula l-innovazzjoni, tippremja lil dawk li huma minn ta’ quddiem u tgħin biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-UE;

2.

iqis li d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali hija qafas leġiżlattiv li diġà wera li huwa effettiv fit-tnaqqis tal-emissjonijiet industrijali ta’ sustanzi niġġiesa u, bħala tali, jibqa’ adattat għat-trasformazzjoni li l-industrija Ewropea teħtieġ biex tissodisfa l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza li s-sinerġiji bejn l-approċċ ta’ prevenzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u l-approċċ ibbażat fuq is-suq tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni ta’ gwadann għall-operaturi, il-klima u l-ambjent;

3.

jappoġġja approċċ ibbażat fuq id-data xjentifika b’mod partikolari biex jiġi vvalutat l-impatt reali tal-attivitajiet industrijali fuq it-tniġġis ġenerali;

4.

jirrimarka li wieħed min-nuqqasijiet residwi attwali huwa n-nuqqas ta’ konsistenza fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali fl-Istati Membri;

5.

jiġbed l-attenzjoni għall-kuntest li fih qed issir ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (prezzijiet tal-enerġija, inflazzjoni rampanti, tfixkil fil-ktajjen tal-provvista) u jwissi dwar l-impatt negattiv li riforma kkalibrata ħażin tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali jkollha fuq il-kompetittività industrijali tal-Ewropa;

6.

jieħu nota, f’dan ir-rigward, tat-tħassib espress mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tal-Leġiżlazzjoni fir-rapport tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (1) b’mod partikolari n-nuqqas ta’ ċarezza f’dan it-test dwar ċerti impatti tar-reviżjoni fuq il-kompetittività industrijali (riskju ta’ rilokazzjoni u sostituzzjoni bi prodotti minn pajjiżi terzi li japplikaw regoli inqas rigorużi, b’mod partikolari dawk dwar attivitajiet li għadhom kif ġew inklużi), kif ukoll l-impatt tal-inklużjoni tal-bhejjem fuq iż-żoni rurali u l-prezzijiet għall-konsumaturi;

7.

jistieden lill-koleġiżlaturi jagħmlu l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali aktar konsistenti u jqisu l-ispejjeż u l-isfidi tat-tranżizzjoni fil-kuntest tal-politika kummerċjali tal-UE, sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi;

8.

ifakkar, f’dan ir-rigward, li s-siti industrijali soġġetti għad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali huma wkoll fil-biċċa l-kbira koperti minn regolamenti u skemi ta’ dekarbonizzazzjoni; għalhekk jappella biex id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali ma tirfisx fuq dawn l-għodda industrijali diġà applikati u partikolarment effiċjenti sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi u jiġu promossi l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni bl-aktar mod kosteffettiv;

Tiġi żgurata l-effettività tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali

9.

iqis li l-prinċipju ġenerali li l-pubbliku jiġi infurmat u l-ħtieġa li ma jiġix ristrett it-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti jridu jkunu konformi mas-sigurtà u s-sikurezza tas-siti, is-sigrieti kummerċjali u l-prevenzjoni ta’ atti malizzjużi;

10.

jafferma li ż-żamma tal-prinċipji ewlenin u tal-approċċ integrat tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali tikkontribwixxi għas-suċċess tat-trasformazzjoni industrijali;

11.

jappoġġja, għalhekk, li jinżammu d-definizzjonijiet tal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli (BAT) u l-proċess ta’ Sevilla (l-istabbiliment ta’ Dokumenti ta’ Referenza tal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli jew BREFs);

12.

għandu tħassib dwar il-formulazzjoni attwali tal-Artikolu 15(3), jiġifieri li jiġu stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet (VLE) fl-aktar livelli stretti, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-BAT;

13.

jiddubita l-kliem tal-Artikolu 15(3)(a) dwar il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT. Dan ir-rekwiżit għandu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti wara li valutazzjoni bir-reqqa tkun uriet li tali rekwiżit ma jwassalx għal inkonsistenza bejn il-kundizzjonijiet għal permess stabbiliti xi mkien ieħor;

14.

jappoġġja bil-qawwa l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” għandu jingħata tifsira ċara u li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali u l-kumpens; iqis li l-penali jeħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u li jqisu l-istruttura tas-sjieda sħiħa tal-kumpaniji biex jiġi żgurat li dawn jiġu imposti fuq il-partijiet responsabbli;

15.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jindirizzaw l-impatti ambjentali, tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi tat-tniġġis. Il-fondi minn penali u minn pagamenti kumpensatorji għandhom jintużaw ukoll biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċċjaw il-konsegwenzi ta’ dawn l-impatti;

16.

jappoġġja l-ħolqien tal-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali. Jitlob, madankollu, li jsiru sforzi biex jiġi limitat il-piż amministrattiv addizzjonali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Kamp ta’ applikazzjoni

17.

huwa tal-fehma li kwalunkwe estensjoni għal setturi ġodda għandha tiġi analizzata bir-reqqa, partikolarment pemezz ta’ analiżi tal-kost-benefiċċju li tqis, fost affarijiet oħra, il-miżuri u l-oqfsa ta’ politika fis-seħħ biex jindirizzawhom;

18.

jappoġġja li d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali tiġi estiża għas-setturi l-oħra, bħas-settur taċ-ċanga; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-piż u l-ispejjeż amministrattivi u jissuġġerixxi li jitqiesu miżuri biex jingħata appoġġ finanzjarju lin-negozji u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din it-tranżizzjoni, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-impatt soċjali fuq l-installazzjonijiet iż-żgħar; jistieden lill-koleġiżlaturi biex ma jillimitawx ruħhom għall-uniku kriterju tal-limitu tat-trobbija tal-annimali;

19.

jitlob li ssir valutazzjoni aktar fil-fond tal-inklużjoni potenzjali tal-akkwakultura fid-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi, jiġu vvalutati l-piż amministrattiv u l-ispejjeż għan-negozji, u jitqies b’mod partikolari l-impatt soċjali fil-komunitajiet lokali fejn l-akkwakultura tirrappreżenta parti sinifikanti tal-ekonomija lokali;

20.

iwissi li estensjoni eċċessiva permezz tal-Artikolu 74, li tippermetti kamp ta’ applikazzjoni usa’ permezz ta’ att delegat, tista’ tipperikola l-proċess kollu tal-ġbir ta’ data fil-fond, taffettwa l-funzjonament tal-proċess ta’ Sevilla u żżid il-burokrazija madwar il-ħruġ ta’ permessi;

Appoġġ għall-innovazzjoni

21.

jikkondividi l-ambizzjoni li jiġu stimulati r-riċerka u l-innovazzjoni dwar teknoloġiji aktar effiċjenti mil-lat ambjentali sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku;

22.

jilqa’ l-istabbiliment taċ-ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali (INCITE) li jista’ jsir ass għall-innovazzjoni tal-UE; madankollu jappella sabiex l-INCITE ma jirdoppjax il-proċess ta’ reviżjoni tal-BREFs;

23.

ifakkar li l-innovazzjoni sseħħ ukoll fil-livell lokali u reġjonali u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu inklużi fost l-istituzzjonijiet pubbliċi involuti fl-attivitajiet tal-INCITE l-ġdid;

24.

jieħu nota tar-rieda li l-livelli ta’ prestazzjoni jiġu kkombinati mat-tekniki emerġenti; iqis li hemm riskju li tinżamm lura l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn it-tekniki emerġenti titwaqqaf jekk il-valuri limitu tal-emissjonijiet inklużi fil-permessi ma jistgħux jintlaħqu b’ċertezza ta’ 100 %;

25.

jilqa’ l-pjani ta’ trasformazzjoni fuq perjodu fit-tul; madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn il-pjani jridu jkunu indikattivi u magħmulin fil-livell tal-intrapriża u mhux fil-livell tas-sit operatorju, u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tikkompromettix is-sigrieti industrijali.

26.

jirrikonoxxi li l-azzjonijiet proposti kif inhuma ma jidhru li jqajmu l-ebda kwistjoni dwar il-konformità tagħhom mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, minħabba n-natura transfruntiera tat-tniġġis minn installazzjonijiet agroindustrijali u l-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq uniku. L-azzjonijiet proposti ma jidhrux li jqajmu xi kwistjoni ġenerali rigward il-konformità tagħhom mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba l-urġenza tal-kriżijiet ambjentali u klimatiċi.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2022.

Vasco ALVES CORDEIRO

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(1)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(1)  SEC(2022) 169.