11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/135


P9_TA(2022)0397

Il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni) (COM(2021)0034 – C9-0008/2021 – 2021/0018(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2023/C 167/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0034),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0008/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Frar 2021 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 109 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ((A9-0267/2022),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 78.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P9_TC1-COD(2021)0018

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2561.)