|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/132 |
P9_TA(2022)0395
Politika komuni tas-sajd (PKS): restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 f'dak li għandu x'jaqsam mar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2021)0356 – C9-0254/2021 – 2021/0176(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 167/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0356), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0254/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Ottubru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0206/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kummissjoni anness ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0176
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2495.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar is-sajd fil-Kanal Ingliż
Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew jieħdu nota tas-sitwazzjoni tas-sajd fil-Kanal Ingliż u t-tħassib imqajjem mill-partijiet ikkonċernati tas-sajd lokali u reġjonali, inklużi s-sajjieda, rigward l-użu ta' tartaruni demersali minn bosta bastimenti.
Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew jinkoraġġixxu kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk il-partijiet ikkonċernati u l-inizjattivi minnhom u jistiednu lill-Istati Membri biex isegwu, fejn rilevanti, permezz tal-preżentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet konġunti. Il-Kummissjoni se ssegwi b'miżuri, fejn xieraq, inklużi miżuri tekniċi, abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjoni mill-korpi xjentifiċi rilevanti inkluża valutazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tiżgura li l-finanzjament ikun disponibbli għar-riċerka u l-pariri xjentifiċi."
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar il-PKS
Fil-każ li l-Kummissjoni tikkunsidra rieżami tar-Regolament dwar il-PKS, hi se twettaq valutazzjoni tal-impatt, fuq il-linji tal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar. Il-Kummissjoni se tagħmel il-valutazzjoni tal-impatt disponibbli għall-koleġiżlaturi fil-mument li tippubblika din il-proposta.
Inkella, se tikkunsidra tistabbilixxi rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sa mhux aktar tard mill-2032.