5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/21


P9_TA(2022)0377

Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (11052/2022 – C9-0304/2022 – 2022/0201(NLE))

(Approvazzjoni)

(2023/C 161/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11052/2022),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova (10152/2022),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0304/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0262/2022),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.