28.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 149/299


P9_TA(2022)0369

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta' kooperazzjoni tal-2014 sal-2020, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programmi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni tal-2014 sal-2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm (COM(2022)0362 – C9-0289/2022 – 2022/0227(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2023/C 149/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0362),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0289/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Settembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2022)0227

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ Ottubru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni 2014-2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2192.)