|
5.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 125/485 |
P9_TA(2022)0328
L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (riformulazzjoni) (COM(2021)0734 – C9-0432/2021 – 2021/0375(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2023/C 125/29)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 144
Proposta għal regolament
Premessa 30
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 38
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 39
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 41
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 50
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 61
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 2– paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 4a Obbligi ta' trasparenza fir-rigward tal-użu tal-logos, il-pubblikazzjoni tal-programm politiku u l-bilanċ bejn il-ġeneri 1. Kull partit politiku Ewropew għandu jiżgura li l-partiti membri jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew. Il-logo tal-partit politiku Ewropew għandu jintwera fil-parti ta' fuq tal-paġna ta' quddiem tas-sit web tal-partit membru, b'mod viżibbli b'mod ċar. 2. Kull partit politiku Ewropew u l-partiti membri tiegħu għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom informazzjoni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jsiru wara …[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], flimkien ma' informazzjoni aġġornata dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-Membri tal-Parlament Ewropew tagħhom. Kull partit politiku Ewropew għandu jiżgura li l-partiti membri tiegħu jippubblikaw tali informazzjoni dwar il-kandidati rispettivi tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej u dwar il-Membri tal-Parlament Ewropew tagħhom fuq is-siti web tagħhom. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-ewwel diffużjoni, kull partit politiku Ewropew għandu jittrażmetti lill-Awtorità informazzjoni dwar kull riklam politiku li jisponsorja jew jippubblika direttament biex jippermetti li l-kuntest usa' tar-reklamar politiku u l-għanijiet tiegħu jinftiehmu miċ-ċittadini. Din l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 tal-Anness II. |
2. Kull partit politiku Ewropew għandu jittrażmetti lill-Awtorità informazzjoni dwar kull riklam politiku li jisponsorja jew jippubblika direttament biex jippermetti li l-kuntest usa' u l-objettivi tar-reklam politiku jinftiehmu miċ-ċittadini. Din l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 tal-Anness II. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità f'forma li hija faċilment aċċessibbli u li tuża lingwaġġ sempliċi. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-awtorità għandha tippubblika minnufih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-repożitorju previst fl-Artikolu 8 . L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, viżibbli b'mod ċar u faċli għall-utent, u li tuża lingwaġġ sempliċi . |
3. L-Awtorità għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-repożitorju previst fl-Artikolu 8 mingħajr dewmien żejjed . |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar li jkollha l-kompetenza li tissorvelja l-konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4 u tinnotifika lill-Awtorità b'dan. Tali awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali għandhom iħaddmu s-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u jkunu legalment distinti mill-gvern u funzjonalment indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kull korp pubbliku jew privat ieħor. L-Awtorità għandha tippubblika fis-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri u żżommha aġġornata. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu suġġetti għal rimedji legali effikaċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'talba ta' kwalunkwe parti interessata, jista' jitfittex rimedju xieraq li jirrikjedi li l-Partit Politiku Ewropew itemm kull ksur tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 jew 4. |
imħassar |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 6a |
|
|
Rekwiżiti għar-regoli dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri |
|
|
1. Il-korpi governattivi kolleġġjali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jilħqu bilanċ bejn il-ġeneri. |
|
|
2. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jadottaw pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri li jinkludi mekkaniżmi li jiggarantixxu l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom u l-partiti politiċi Ewropej għandhom jistiednu l-partiti membri tagħhom biex jagħmlu l-istess. |
|
|
3. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandu jkollhom protokoll għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u l-fastidju abbażi tal-ġeneru. Huma għandhom jiżguraw l-indipendenza u l-għarfien espert tal-esperti li jwettqu l-investigazzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-konfront tal-awturi ta' dawk l-atti. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jinkorporaw il-projbizzjoni ta' atti ta' fastidju sesswali u ta' fastidju abbażi tal-ġeneru fir-regoli interni tagħhom. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità għandha tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni u l-qtugħ mir-reġistru ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha b'mod regolari tivverifika li l-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 u d-dispożizzjonijiet ta' governanza stipulati f'konformità mal-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b), (d), (e) u ( f ), u fl-Artikolu 6(1), il-punti minn (a) sa (e), u (g), ikomplu jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej reġistrati. |
L-Awtorità għandha tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni u l-qtugħ mir-reġistru ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha b'mod regolari tivverifika li l-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 u d-dispożizzjonijiet ta' governanza stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b), (d), (e) , (f) u ( h ), u fl-Artikolu 6(1), il-punti minn (a) sa (e), u (g), ikomplu jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej reġistrati. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Kull emenda għad-dokumenti jew l-istatuti li tiġi ppreżentata bħala parti mill-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 9(2), għandha tiġi notifikata lill-Awtorità, li għandha taġġorna r-reġistrazzjoni f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 18(2) u (4), mutatis mutandis. |
5. Kull emenda għad-dokumenti jew l-istatuti li tiġi ppreżentata bħala parti mill-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 9(2), għandha tiġi notifikata lill-Awtorità fi żmien xahrejn. L-Awtorità għandha taġġorna r-reġistrazzjoni fid-dawl ta’ tali emendi, billi tapplika l- proċeduri stipulati fl-Artikolu 18(2) u (4), mutatis mutandis. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-lista aġġornata tal-partiti membri ta' partit politiku Ewropew, annessa mal-istatuti tal-partit f'konformità mal-Artikolu 4(2), għandha tintbagħat lill-Awtorità kull sena. Kull bidla li b'konsegwenza tagħha l-partit politiku Ewropew jista' ma jibqax jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), għandha tiġi kkomunikata lill-Awtorità fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir tali bidla. |
6. Il-lista aġġornata tal-partiti membri ta' partit politiku Ewropew, annessa mal-istatuti tal-partit f'konformità mal-Artikolu 4(2), għandha tintbagħat lill-Awtorità sat-30 ta' Settembru kull sena. Kull bidla li b'konsegwenza tagħha l-partit politiku Ewropew jista' ma jibqax jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), għandha tiġi kkomunikata lill-Awtorità fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir tali bidla. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni |
Verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u eżami tar-raġunijiet għat-tneħħija mir-Reġistru mill-Awtorità |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu , l-Awtorità għandha b'mod regolari tivverifika li l-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 3, u d-dispożizzjonijiet ta' governanza stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b), (d), (e) u ( f ), u l-Artikolu 6(1),il-punti minn (a) sa (e) u (g) , għadhom qed jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej reġistrati. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11a , l-Awtorità għandha b'mod regolari tivverifika li l-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 3, u d-dispożizzjonijiet ta' governanza stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b), (d), (e) , (f) u ( h ), u fl-Artikolu 6(1), il-punti minn (a) sa (e) u (g) , għadhom qed jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej reġistrati. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta l-Awtorità ssib li xi waħda mill-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni jew mid-dispożizzjonijiet tal-governanza msemmija fil-paragrafu 1 , bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 3(1),il-punt d), u l-Artikolu 3(2), il-punt (c),ma għadhomx qed jiġu rrispettati, għandha tinnotifika lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati. |
2. Fejn, wara verifika mwettqa fis-sens tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità tqis li waħda mir-raġunijiet għad-dereġistrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 19(1), il-punt (a)(i) jew (ii), tista' tapplika għal partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, l-Awtorità għandha, mingħajr dewmien żejjed , tinforma lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati dwar dan. |
|
|
Fejn l-Awtorità taf b'ċirkustanzi li jindikaw li waħda mir-raġunijiet għad-dereġistrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 19(1), il-punt (a), jew fis-sens tal-Artikolu 19(2), tista' tapplika għal partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, l-awtorità għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati dwar dan. |
|
|
Meta jiġu infurmati partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-Awtorità għandha tistieden lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni kkonċernata. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. 1 Il-Parlament Ewropew, b'inizjattiva proprja tiegħu jew wara talba motivata minn grupp ta' ċittadini , ippreżentata f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu , jew il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw talba lill-Awtorità għall-verifika tal-konformità minn partit politiku Ewropew speċifiku jew fondazzjoni politika Ewropea speċifika mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) . F'tali każijiet, u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(3), il-punt (a), l-Awtorità għandha titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti msemmi fl-Artikolu 14 għal opinjoni dwar is-suġġett. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn . |
3. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 3(1), punt (c), (f) jew (g), l-Artikolu 3(2), punt (e) , (f) jew (g) , jew id-dispożizzjonijiet ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tagħti lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati l-opportunità li jintroduċu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-limitu ta' żmien previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu . L-iskadenza tista' tiġi estiża mill-Awtorità fuq talba motivata tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jekk u sa fejn tali estensjoni tkun meħtieġa u xierqa fir-rigward tal-miżuri korrettivi previsti mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea . |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-Awtorità ssir taf b'fatti li jistgħu jqajmu dubji dwar konformità minn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), u l-Artikolu 3(2), il-punt (c), għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-ħsieb li tippermetti lil kwalunkwe istituzzjoni minnhom tippreżenta talba għall-verifika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jindikaw l-intenzjoni tagħhom fi żmien xahrejn minn meta jirċievu din l-informazzjoni. |
imħassar |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-proċeduri stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jinbdew fil-perjodu ta' xahrejn qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika fir-rigward tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 12. |
imħassar |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi jekk għandhiex taqta' mir-reġistru l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun motivata kif jistħoqq. |
imħassar |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Deċiżjoni tal-Awtorità ta' qtugħ mir-reġistru għal raġunijiet ta' nuqqas ta' rispett tal-kundizzjonijiet stipulati f l-Artikolu 3(1), il-punt (d), jew l-Artikolu 3(2), il-punt (c),tista' tiġi adottata biss f'każ ta' ksur manifest u serju ta' dawk il-kundizzjonijiet. Għandha tkun suġġetta għall-proċedura spjegata fil-paragrafu 4. |
imħassar |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Deċiżjoni tal-Awtorità li taqta' mir-reġistru partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għar-raġuni ta' ksur manifest u serju fir-rigward tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), jew fl-Artikolu 3(2), il-punt (c), għandha tiġi kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien tliet xhur minn meta d-deċiżjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu , il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Awtorità li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Fil-każ li ssir oġġezzjoni mill- mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea għandhom jibqgħu reġistrati. |
4. Malli jiskadu l-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jew malli tirċievi kwalunkwe osservazzjoni jew informazzjoni dwar miżuri korrettivi mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati sa dak il-perijodu, l-Awtorità għandha , mingħajr dewmien żejjed u fid-dawl ta' kwalunkwe osservazzjoni bħal din sottomessa mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea, tivvaluta jekk xi waħda mir-raġunijiet għad-dereġistrazzjoni skont l-Artikolu 19(1), il-punt (a), jew skont l-Artikolu 19(2), tapplikax għall-partit politiku Ewropew jew għall-fondazzjoni politika Ewropea. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għad-deċiżjoni biss għal raġunijiet relatati mal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), u l-Artikolu 3(2), il-punt (c). |
imħassar |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati għandhom jiġu infurmati li jkunu tqajmu oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni tal-Awtorità li taqtagħhom mir-reġistru. |
imħassar |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw pożizzjoni f'konformità mar-regoli rispettivi tagħhom għat-teħid tad-deċiżjonijiet kif stabbilit f'konformità mat-Trattati. Kull oġġezzjoni għandha tkun motivata kif mistħoqq u għandha ssir pubblika. |
imħassar |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi mir-reġistru partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, li għaliha ma tkun issemmiet ebda oġġezzjoni skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 4, flimkien ma' raġunijiet dettaljati għad-dereġistrazzjoni, għandha tiġi notifikata lill-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati u tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha tieħu effett man-notifika f'konformità mal-Artikolu 297 TFUE . |
imħassar |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Fondazzjoni politika Ewropea għandha awtomatikament titlef id-dritt għall-istatus tagħha bħala tali jekk il-partit politiku Ewropew li miegħu tkun affiljata jitneħħa mir-Reġistru. |
imħassar |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Verifika tal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni relatati mal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni |
|
|
1. Il-Parlament Ewropew, b'inizjattiva proprja tiegħu jew wara talba motivata minn grupp ta' ċittadini, ippreżentata f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jew il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw talba lill-Awtorità biex tivverifika jekk partit politiku Ewropew speċifiku jew fondazzjoni politika Ewropea speċifika jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punti (d) u (e), u fl-Artikolu 3(2), il-punti (c) u (d). F'każijiet bħal dawn, u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11b(2), l-Awtorità għandha tinforma lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati mingħajr dewmien żejjed, tistedinhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom u tagħtihom l-opportunità li jintroduċu miżuri biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fi żmien xahar. |
|
|
Il-perijodu jista’ jiġi estiż mill-Awtorità fuq talba motivata tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jekk estensjoni tkun meħtieġa u xierqa fir-rigward tal-miżuri korrettivi previsti mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea. |
|
|
Malli jiskadi l-perijodu msemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi jew malli tirċievi kwalunkwe osservazzjoni u informazzjoni dwar miżuri korrettivi mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati sa dak il-perijodu, l-Awtorità għandha tissottometti l-osservazzjonijiet magħmula mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati u, fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-miżuri korrettivi meħuda minn dak il-partit jew dik il-fondazzjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti msemmija fl-Artikolu 14, u għandha titlob lil dan il-kumitat għal opinjoni dwar is-suġġett. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn. |
|
|
Meta l-Awtorità ssir taf b'fatti li jistgħu jqajmu dubji dwar il-konformità minn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea speċifiċi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punti (d) u (e), u l-Artikolu 3(2), il-punti (c) u (d), din għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex kwalunkwe istituzzjoni minnhom tkun tista' tippreżenta talba għall-verifika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jressqu talba għal verifika fi żmien xahrejn minn meta jirċievu dik l-informazzjoni. |
|
|
2. Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinbdew fix-xahrejn li jippreċedu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tiddeċiedi jekk tneħħix ir-reġistrazzjoni tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti msemmija fl-Artikolu 14. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata. |
|
|
4. Deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi mir-reġistrazzjoni minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (d) jew (e), jew l-Artikolu 3(2), il-punt (c) jew (d), għandha tiġi adottata biss fil-każ ta' ksur manifest u serju ta' dawk il-kundizzjonijiet. Id-deċiżjoni għandha tkun suġġetta għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5. |
|
|
5. Deċiżjoni tal-Awtorità li taqta' mir-reġistru partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għar-raġuni ta' ksur manifest u serju tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (d) jew (e), jew fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jew (d), għandha tiġi kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien tliet xhur minn meta d-deċiżjoni tkun ġiet ikkomunikata lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Awtorità li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Fil-każ li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea għandhom jibqgħu reġistrati. |
|
|
6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw biss għad-deċiżjoni tal-Awtorità għad-dereġistrazzjoni ta' partit politiku Ewropew jew ifondazzjoni politika Ewropea minħabba raġunijiet relatati mal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (d) jew (e), u l-Artikolu 3(2), il-punt (c) jew (d). |
|
|
7. Meta titqajjem oġġezzjoni għal deċiżjoni tal-Awtorità għad-dereġistrazzjoni ta' partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Awtorità dwar tali oġġezzjoni. |
|
|
8. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw pożizzjoni skont ir-regoli rispettivi tagħhom dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet stabbiliti f'konformità mat-Trattati. Kwalunkwe oġġezzjoni mqajma għal deċiżjoni tal-Awtorità għad-dereġistrazzjoni ta' partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għandha tkun debitament motivata, u għandha ssir pubblika. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 11b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11b |
|
|
Verifika tal-obbligi fil-liġi nazzjonali |
|
|
1. Jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jonqsu milli jwettqu l-obbligi relevanti skont il-liġi nazzjonali applikabbli skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17(2) u jekk, fid-dawl tad-dritt fundamentali tal-libertà ta' assoċjazzjoni minqux fl-Artikolu 12 tal-Karta u l-ħtieġa li jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-partiti politiċi fl-Ewropa, dak in-nuqqas ikun serju biżżejjed biex jiġġustifika d-dereġistrazzjoni tagħhom, l-Istat Membru tas-sede tal-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jista' jindirizza lill-Awtorità talba għad-dereġistrazzjoni. Dik it-talba għandha tkun debitament motivata. B'mod partikolari, hija għandha tidentifika b'mod preċiż u eżawrjenti l-azzjonijiet illegali u r-rekwiżiti nazzjonali speċifiċi li ma ġewx osservati. |
|
|
Jekk is-suġġett tat-talba tal-Istati Membri jirrigwarda esklużivament jew b'mod predominanti elementi li jaffettwaw ir-rispett tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif minxuqa fl-Artikolu 2 tat-TUE, l-Awtorità għandha tibda proċedura ta' verifika f'konformità mal-Artikolu 11a. |
|
|
Għal kwalunkwe kwistjoni oħra, li fiha, fit-talba tiegħu skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jikkonferma li jeżisti rimedju effettiv kontra tali talba fil-livell nazzjonali u r-rimedji kollha li jikkonċernaw tali talba jkunu ġew eżawriti, l-Awtorità għandha, wara li tisma' lir-rappreżentant tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, tivvaluta jekk ir-raġuni għad-dereġistrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 19(1), il-punt (d), tapplikax għall-partit politiku Ewropew jew għall-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati. |
|
|
2. Jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu naqsu b'mod gravi milli jwettqu l-obbligi relevanti tagħhom skont il-liġi nazzjonali applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), u jekk il-kwistjoni tikkonċerna b'mod esklużiv jew b'mod predominanti elementi li jaffettwaw ir-rispett għall-valuri li fuqhom hi msejsa l-Unjoni, kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, l-Istat Membru kkonċernat jista' jindirizza talba lill-Awtorità f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tipproċedi bi qbil mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. |
|
|
3. Fi kwlaunkwe każ, l-Awtorità għandha taġixxi mingħajr dewmien żejjed. L-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati dwar is-segwitu mogħti lit-talba motivata għad-dereġistrazzjoni. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Jekk l-Awtorità hija infurmata dwar deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 4 , il-punt (21),tar-Regolament (UE) 2016/679 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn altrimenti jkun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti imsemmi fl- Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. L-awtorità tista', jekk ikun meħtieġ, tikkoordina mal-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata. |
2. L-Awtorità għandha tiġi infurmata b'kull deċiżjoni fil-livell nazzjonali ta' awtorità superviżorja kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (21),tar-Regolament (UE) 2016/679 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn altrimenti jkun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. L-awtorità tista', jekk ikun meħtieġ, tikkoordina mal-awtorità superviżorja kkonċernata. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, skont l-Artikolu 30( 2 ), il-punt (a)(vii), jekk għandhiex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata, partikolarment fir-rigward tal-opinjoni tal-kumitat, u għandha tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun. |
4. Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, skont l-Artikolu 30( 1 ), il-punt (a)(vii), jekk għandhiex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata, partikolarment fir-rigward tal-opinjoni tal-kumitat, u għandha tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 11. |
5. Il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 11, 11a u 11b. Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 11a(2) ma għandux japplika għall-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull sena l-Awtorità għandha tħejji u tippubblika rapport dwar l-attività ta' reklamar politiku tal-partiti politiċi Ewropej. Dan ir-rapport għandu jinkludi sommarju fattwali tar-rapporti għas-sena ta' rappurtar rilevanti ppubblikati mill-partiti politiċi Ewropej skont l-Artikolu 5(4) , kif ukoll kull deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 5(6) jew tal-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 5(7) li jirriżultalhom li partit politiku Ewropew kiser l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament . |
Kull sena l-Awtorità għandha tħejji u tippubblika rapport dwar l-attività ta' reklamar politiku tal-partiti politiċi Ewropej. Dan ir-rapport għandu jinkludi rapporti għas-sena ta' rappurtar rilevanti ppubblikati mill-partiti politiċi Ewropej b'mod konformi mal-Artikolu 5(4). |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
1. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għandhom jitilfu l-personalità ġuridika Ewropea tagħhom man-notifika ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 11(5). |
1. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għandhom jitilfu l-personalità ġuridika Ewropea tagħhom meta jinqatgħu mir-Reġistru b'deċiżjoni tal-Awtorità: |
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
2. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea għandhom jitneħħew mir-Reġistru b'deċiżjoni tal-Awtorità: |
2. Jekk l-Awtorità tiddeċiedi li tneħħi partit politiku Ewropew mir-Reġistru, hija għandha tneħħi wkoll fondazzjoni politika Ewropea affiljata miegħu mir-Reġistru. |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
3. Meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jonqsu b'mod gravi milli jwettqu l-obbligi relevanti skont il-liġi nazzjonali applikabbli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(2) , l-Istat Membru tas-sede jista' jindirizza lill-Awtorità talba għal qtugħ mir-reġistru li tkun debitament motivata , liema talba għandha tidentifika b'mod preċiż u eżawstiv l-azzjonijiet illegali u r-rekwiżiti nazzjonali speċifiċi li ma ġewx rispettati . F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità għandha: |
3. Id-deċiżjoni tal-awtorità li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru għandha tiġi indirizzata , u nnotifikata , lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . |
||
|
|
||
|
|
||
|
Meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu diġà naqsu b'mod gravi milli jwettqu l-obbligi relevanti tagħhom skont il-liġi nazzjonali applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), u jekk il-kwistjoni jkollha rabta b'mod esklużiv jew b'mod predominanti ma' elementi li jaffettwaw ir-rispett tal-valuri li fuqhom hi msejsa l-Unjoni Ewropea, kif espress fl-Artikolu 2 TUE, l-Istat Membru kkonċernat jista' jindirizza talba lill-Awtorità f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-Awtorità għandha tipproċedi f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta' dan il-paragrafu. |
|
||
|
Fi kwlaunkwe każ, l-Awtorità għandha taġixxi mingħajr dewmien żejjed. L-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati dwar is-segwitu mogħti lit-talba motivata għal qtugħ mir-reġistru. |
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Awtorità għandha tiffissa d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li fih il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea ikollhom is-sede tagħhom. |
imħassar |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Partit politiku Ewropew li jkun irreġistrat skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jkun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'minn tal-inqas wieħed mill-membri tiegħu, u li ma jkunx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar- Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jista' japplika għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f'sejħa għal kontribuzzjonijiet. |
1. Partit politiku Ewropew li jkun irreġistrat skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jkun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'minn tal-inqas wieħed mill-membri tiegħu, u li ma jkunx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar- Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jista' japplika għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f'sejħa għal kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea . |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Sħubija diretta tal-Parlament Ewropew għandha tiġi aċċettata f'każijiet fejn Membru tal-Parlament Ewropew ma jkunx membru ta' partit nazzjonali jew reġjonali affiljat ma' partit politiku Ewropew. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Fil-limiti stipulati fl-Artikoli 24 u 25, in-nefqa rimborsabbli permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinkludi n-nefqa amministrattiva u n-nefqa marbuta mal-assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntieri, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet, kif ukoll in-nefqa relatata mal-kampanji. |
5. Fil-limiti stipulati fl-Artikoli 24 u 25, in-nefqa rimborsabbli permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandha tinkludi n-nefqa amministrattiva u n-nefqa marbuta mal-assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntieri, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet, kif ukoll in-nefqa relatata mal-kampanji. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sabiex jirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, li jkunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jew (2), għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Parlament Ewropew wara sejħa għal kontribuzzjonijiet jew proposti. |
1. Sabiex jirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, li jkunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jew (2), għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Parlament Ewropew wara sejħa għal kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew sejħa għal proposti. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom, fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mal-obbligi mniżżla fl-Artikolu 26 Mid-data tal-applikazzjoni tagħhom sa tmiem is-sena finanzjarja jew tal-azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni jew l-għotja, għandhom jibqgħu reġistrati fir-Reġistru u ma jistgħu jkunu s-suġġett ta' ebda waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(1) u fl-Artikolu 30(2), il-punti (a) (v) sa ( ix ). |
2. Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom, fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mal-obbligi mniżżla fl-Artikolu 26 Mid-data tal-applikazzjoni tagħhom sa tmiem is-sena finanzjarja jew tal-azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni jew l-għotja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea , għandhom jibqgħu reġistrati fir-Reġistru u ma jistgħu jkunu s-suġġett ta' ebda waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(1) u fl-Artikolu 30(2), il-punti (a), (v) u ( vi ). |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Partit politiku Ewropew għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu evidenza li turi li l-partiti membri tal-UE tiegħu, bħala regola, ikunu ppubblikaw fis-siti web tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (i), , matul it-12-il xahar li jippreċedu d-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew. |
imħassar |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Partit politiku Ewropew għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu evidenza li turi l-konformità tiegħu mal-Artikolu 4(1), il-punt (j), u li l-partiti membri tiegħu kontinwament ippubblikaw fis-siti web tagħhom, matul it-12-il xahar preċedenti għad-data li fiha ssir l-applikazzjoni, informazzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dwar l-evoluzzjoni tar-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-Membri tagħhom tal-Parlament Ewropew. |
imħassar |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Partit politiku Ewropew għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu evidenza li turi li huwa konformi mal-Artikolu 5, li jżomm politika aġġornata rigward l-użu tar-reklamar politiku u li din il-politika implimentaha matul it-12-il xahar preċedenti għad-data finali biex jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet. |
imħassar |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal kontribuzzjonijiet jew tas-sejħa għal proposti, u għandu jawtorizza u jamministra l-approprjazzjonijiet korrispondenti, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
7. L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew tas-sejħa għal proposti, u għandu jawtorizza u jamministra l-approprjazzjonijiet korrispondenti, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet u riżorsi proprji |
Donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet , tariffi ta' assoċjazzjoni u riżorsi proprji anċillari |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom, fil-mument tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 26, jibagħtu wkoll lista tad-donaturi kollha bid-donazzjonijiet rispettivi tagħhom, u jindikaw kemm in-natura kif ukoll il-valur tad-donazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal kontribuzzjonijiet magħmula minn partiti membri tal-partiti politiċi Ewropej u mill-organizzazzjonijiet membri tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. |
2. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom, fil-mument tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 26, jibagħtu wkoll lista tad-donaturi kollha bid-donazzjonijiet rispettivi tagħhom, u jindikaw kemm in-natura kif ukoll il-valur tad-donazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal kontribuzzjonijiet u t-tariffi ta' assoċjazzjoni magħmula minn partiti membri tal-partiti politiċi Ewropej u mill-organizzazzjonijiet membri tal-fondazzjonjiet politiċi Ewropej u għal kontribuzzjonijiet li jaqbżu l-EUR 1 500 magħmula minn membri individwali ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal donazzjonijiet minn persuni fiżiċi li l-valur tagħhom jaqbeż l-EUR 1 500 u jkun anqas jew ekwivalenti għal EUR 3 000 , il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati għandhom jindikaw jekk id-donaturi korrispondenti jkunux taw kunsens bil-miktub minn qabel għall-pubblikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (e). |
Għal donazzjonijiet u kontribuzzjonijiet minn persuni fiżiċi li l-valur tagħhom jaqbeż E UR1 500 u jkun anqas jew ekwivalenti għal EUR 3 000 , il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati għandhom jindikaw jekk il-persuni fiżiċi korrispondenti jkunux taw kunsens bil-miktub minn qabel għall-pubblikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (e). |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-donazzjonijiet riċevuti minn partiti politiċi Ewropej u minn fondazzjonijiet politiċi Ewropej u nfiq iffinanzjat minn dawn id-donazzjonijiet fi żmien sitt xhur qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandhom, kull ġimgħa, ikunu rrappurtati bil-miktub lill-Awtorità, u f'konformità mal-paragrafu 2. |
3. Id-donazzjonijiet riċevuti minn partiti politiċi Ewropej u minn fondazzjonijiet politiċi Ewropej fi żmien sitt xhur qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandhom, kull ġimgħa, ikunu rrappurtati bil-miktub lill-Awtorità, u f'konformità mal-paragrafu 2. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Għad-donazzjonijiet kollha li l-valur tagħhom jaqbeż it-EUR 3 000 , il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jitolbu lid-donaturi biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tagħhom . Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li jirċievu lill-Awtorità meta din titlobha. |
5. Fir-rigward tad-donazzjonijiet kollha minn donatur wieħed b'valur annwali kumulattiv ta' aktar minn EUR 3 000 , il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jitolbu li tali donaturi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati kif xieraq . Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li jirċievu lill-Awtorità meta din titlobha. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtorità għandha tistabbilixxi formola biex tintuża għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu. |
L-Awtorità għandha tistabbilixxi formola biex tintuża għall-finijiet tal-identifikazzjoni tad-donaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. L-Awtorità għandha tagħmel verifiki meta jkollha raġunijiet biex temmen li donazzjoni tkun ingħatat bi ksur ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea u d-donaturi tagħhom. |
8. L-Awtorità għandha twettaq kontrolli meta jkollha raġunijiet biex temmen li donazzjoni tkun ġiet aċċettata bi ksur ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea u d-donaturi tagħhom. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Għandhom ikunu permessi kontribuzzjonijiet minn membri ta' partit politiku Ewropew li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru jew li huma ċittadini tiegħu, jew minn partiti membri li għandhom is-sede tagħhom f'pajjiż li jappartjeni għall-Kunsill tal-Ewropa . Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għanduxjaqbeż l-40 % tal-baġit annwali ta' partit politiku Ewropew. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f'pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawn il-membri. |
9. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet lil partit politiku Ewropew ma għandux jaqbeż l-40 % tal-baġit annwali tiegħu . |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 9a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
9a. Il-valur totali tat-tariffi tal-assoċjazzjoni lil partit politiku Ewropew ma għandux jaqbeż l-20 % tal-valur totali tal-kontribuzzjonijiet lil dak il-partit. Kwalunkwe ħlas ta' tariffi ta' assoċjazzjoni jista' jsir biss fil-qafas ta' regoli u rati ġeneralment applikabbli stabbiliti mill-partit politiku Ewropew. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 10 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10. Għandhom ikunu permessi kontribuzzjonijiet mill-membri, ta'fondazzjoni politika Ewropea li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru jew li huma ċittadini tiegħu, jew minn organizzazzjonijiet membri li għandhom is-sede tagħhom f'pajjiż li jappartjeni għall-Kunsill tal-Ewropa , u mill-partit politiku Ewropew li miegħu hi affiljata. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għanduxjaqbeż l-40 % tal-baġit annwali ta' fondazzjoni politika Ewropea u ma għandux jiġi minn fondi rċevuti minn partit politiku Ewropew mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea f'konformità ma' dan ir-Regolament . Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f'pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawk il-membri . |
10. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-membri u tal-finanzjament mill-partit politiku Ewropew li miegħu huma affiljati ma għandux jeċċedi l-40 % tal-baġit annwali ta' fondazzjoni politika Ewropea u ma għandux jiġi minn fondi rċevuti minn partit politiku Ewropew fl-ambitu ta' dan ir-Regolament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea . |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 10a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
10a. Il-valur totali tat-tariffi tal-assoċjazzjoni lil partit politiku Ewropew ma għandux jaqbeż l-20 % tal-valur totali tal-kontribuzzjonijiet lil dak il-partit. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
12. Kull kontribuzzjoni li mhijiex permessa skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lura f'konformità mal-paragrafu 7. |
12. Kull kontribuzzjoni jew tariffa ta' assoċjazzjoni li mhijiex permessa skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lura f'konformità mal-paragrafu 7. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
13. Il-valur tar-riżorsi proprji ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea ġġenerati minn attivitajiet ekonomiċi proprji ma għandux jaqbeż il- 5 % tal-baġit annwali ta' dak il-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea. |
13. Il-valur tar-riżorsi proprji anċillari ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea ġġenerati minn attivitajiet ekonomiċi proprji ma għandux jaqbeż il- 10 % tal-ammont iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet lil dak il-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea u t-tarriffi ta' assoċjazzjoni tagħhom . |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-finanzjament ta' partiti politiċi Ewropej u ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn xi sors ieħor jista' jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji meta dawn il-kampanji jkunu jikkonċernaw l-implimentazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni . |
2. Il-finanzjament ta' partiti politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn xi sors ieħor jista' jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji meta dawn il-kampanji jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet direttament relatati mal-Unjoni Ewropea . |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Minkejja l-Artikolu 24(1) il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn xi sors ieħor ma għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' partiti politiċi oħra, u b'mod partikolari l-partiti nazzjonali jew il-kandidati. Dawn il-partiti politiċi nazzjonali u l-kandidati għandhom jibqgħu jiġu regolati minn regoli nazzjonali. |
1. Minkejja l-Artikolu 23(10) u l-Artikolu 24(1) il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn xi sors ieħor ma għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' entitajiet politiċi oħra, u b'mod partikolari l-partiti nazzjonali jew il-kandidati. Dawn il-partiti politiċi nazzjonali u l-kandidati għandhom jibqgħu jiġu regolati minn regoli nazzjonali. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-finanzjament ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief dak tal-finanzjament tal-kompiti tagħhom kif elenkati fl-Artikolu 2, il-punt (4), u biex jitħallas l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fl-istatuti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 6. B'mod partikolari ma għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' elezzjonijiet, ta' partiti politiċi, jew kandidati jew fondazzjonijiet oħra. |
2. Il-finanzjament ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief dak tal-finanzjament tal-kompiti tagħhom kif elenkati fl-Artikolu 2, il-punt (4), u biex jitħallas l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fl-istatuti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 6. B'mod partikolari, ma għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' elezzjonijiet, partiti politiċi, jew kandidati fis-sitt xhur qabel l-elezzjonijiet nazzjonali jew Ewropej, jew ta' fondazzjonijiet oħra. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is-sena finanzjarja, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jippreżentaw lill-Awtorità, b'kopja lill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u lill-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali Kompetenti tal-Istat Membru tas-sede tagħhom : |
1. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is-sena finanzjarja, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jippreżentaw lill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew , f'format miftuħ u li jinqara minn apparat, dan li ġej : |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jibagħtu wkoll kopja ta' kwalunkwe preżentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Awtorità u lill-punt ta' kuntatt nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru tas-sede tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa f'format miftuħ u li jinqara mill-magni. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b), (d), (e) u ( f ), l-Artikolu 6(1), il-punti minn (a) sa (e) u (g), l-Artikolu 10(5) u (6), u l-Artikoli 23 , 24 u 25 . |
2. L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-puntiv(a), (b), (d), (e ), (f ) u ( h ), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), il-punti minn (a) sa (e) u (g), l-Artikolu 10(5) u (6), u l-Artikolu 23. F'każijiet fejn ma jkun involut l-ebda finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea , hija għandha tikkontrolla wkoll il-konformità tal-partiti politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom fl-Artikolu 25 (1) . |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni b'dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 . Fit-twettiq ta' dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni b'dan ir-Regolament u bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Fit-twettiq ta' dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
1. F'konformità mal-Artikolu 19, l-Awtorità għandha tiddeċiedi li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru bħala sanzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: |
imħassar |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt ii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt iia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt iib (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt iic (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt vii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a – punt ix
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Għall-fini tal-paragrafi 2 u 3 , għandhom jiġu imposti s-sanzjonijiet finanzjarji li ġejjin fuq partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea: |
4. Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2 , għandhom jiġu imposti s-sanzjonijiet finanzjarji li ġejjin fuq partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea: |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4 – punt b – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4 – punt b – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-applikazzjoni tal-perċentwali indikati fl-ewwel subparagrafu, kull donazzjoni jew kontribuzzjoni għandha titqies b'mod separat. |
Għall-applikazzjoni tal-perċentwali indikati fl-ewwel subparagrafu, kull donazzjoni , kontribuzzjoni, tariffa ta' assoċjazzjoni jew somma użata għal attivitajiet ta' finanzjament li huma projbiti fis-sens tal-Artikolu 25 għandhom jitqiesu b'mod separat. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. L-awtorità għandha tirkupra l-ammonti korrispondenti mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea li fil-konfront tagħhom ikunu ġew imposti sanzjonijiet finanzjarji. |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bil-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 38, qabel id-deċiżjoni finali tal-Awtorità relatata ma' xi waħda mis-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30, l-Awtorità jew l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jagħtu lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati l-opportunità li jdaħħlu dawk il-miżuri meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni fi żmien raġonevoli, li normalment ma għandux jaqbeż xahar. B'mod partikolari, l-Awtorità jew l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jippermettu l-possibbiltà li jiġu korretti żbalji klerikali u aritmetiċi, li jingħataw dokumenti jew informazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ jew li jiġu korreguti l-iżbalji minuri li jista' jkun hemm. |
1. Bil-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 38, qabel id-deċiżjoni finali tal-Awtorità relatata ma' xi waħda mis-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 (1), punti (a)(i) sa (iv) , l-Awtorità jew l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jagħtu lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati l-opportunità li jdaħħlu dawk il-miżuri meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni fi żmien raġonevoli, li normalment ma għandux jaqbeż xahar. B'mod partikolari, l-Awtorità jew l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jippermettu l-possibbiltà li jiġu korretti żbalji klerikali u aritmetiċi, li jingħataw dokumenti jew informazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ jew li jiġu korreguti l-iżbalji minuri li jista' jkun hemm. |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jonqsu milli jieħdu miżuri korrettivi fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tittieħed deċiżjoni rigward l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet xierqa msemmija fl-Artikolu 30. |
2. Meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jonqsu milli jieħdu biżżejjed miżuri korrettivi fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tittieħed deċiżjoni rigward l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet xierqa msemmija fl-Artikolu 30. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1), il-punti minn (b) sa (f) u fl-Artikolu 3(2), il-punt (c). |
imħassar |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Irkupru |
It-terminazzjoni ta' deċiżjoni ta' finanzjament b'effett futur |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
1. Fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru, l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jirtira jew iwaqqaf kwalunkwe deċiżjoni jew ftehim li jkunu għadhom fis-seħħ dwar il-finanzjament mill-Unjoni, ħlief fil-każ stipulat fl-Artikolu 19(2), il-punt (c), u fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (f). Għandu jirkupra wkoll kwalunkwe finanzjament mill-Unjoni, inklużi kwalunkwe fondi mhux minfuqa mis-snin preċedenti. |
1. L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jittermina deċiżjoni ta' finanzjament li tkun għaddejja indirizzata lil partit politiku Ewropew jew lil fondazzjoni politika Ewropea b'effett futur abbażi tar-raġunijiet li ġejjin: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
Raġunijiet oħra għat-terminazzjoni ta' deċiżjoni ta' finanzjament b'effett futur jistgħu jiġu previsti fil-ftehim ta' kontribuzzjoni jew ta' għotja. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. 1 Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea li fuqhom tkun ġiet imposta xi sanzjoni għal kwalunkwe ksur elenkat fl-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 30(2), il-punti (a) (v) u (vi), għandhom għal dik ir-raġuni ma jibqgħux konformi mal-Artikolu 21(2). Bħala riżultat, l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jittermina l-ftehim jew deċiżjoni ta' kontribuzzjoni jew ta' għotja dwar finanzjament mill-Unjoni riċevut skont dan ir-Regolament, u għandu jirkupra ammonti li jkunu tħallsu indebitament skont il-ftehim jew deċiżjoni ta' kontribuzzjoni jew ta' għotja, inkluż kwalunkwe fond mhux minfuq tal-Unjoni minn snin preċedenti. L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu wkoll jirkupra ammonti mħallsa indebitament skont il-ftehim jew deċiżjoni ta' kontribuzzjoni jew ta' għotja minn persuna fiżika li fir-rigward tagħha tkun ittieħdet deċiżjoni skont l-Artikolu 31, filwaqt li jqis, fejn applikabbli, ċirkostanzi eċċezzjonali relatati ma' dik il-persuna fiżika. |
2. Deċiżjoni li tiġi terminata d-deċiżjoni ta' finanzjament b'effett futur għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni ta' terminazzjoni jew, jekk l-ebda jum ma jkun speċifikat fiha, fil-jum li fih id-deċiżjoni ta' terminazzjoni tiġi nnotifikata lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea. |
|
Fl-eventwalità ta' tali terminazzjoni, il-pagamenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu limitati għan-nefqa rimborżabbli mġarrba mill-partit politiku Ewropew jew il-kostijiet eliġibbli mġarrba mill-fondazzjoni politika Ewropea sad-data meta d-deċiżjoni ta' terminazzjoni tidħol fis-seħħ. |
|
|
Dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli wkoll għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2), il-punt (c),u fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (f). |
|
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
2a. It-terminazzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament b'effett futur għandu jkollu l-konsegwenzi li ġejjin: |
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 34a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||||
|
|
Artikolu 34a L-irtirar tad-deċiżjoni ta' finanzjament b’effett retroattiv 1. Abbażi ta' deċiżjoni, meħuda mill-Awtorità li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru, ibbażata fuq ir-raġuni għad-dereġistrazzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1), il-punt (a)(iv), l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jirtira d-deċiżjonijiet ta' finanzjament indirizzati lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati b'effett retroattiv mid-data tal-adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet. 2. L-irtirar tad-deċiżjoni b’effett retroattiv ta' finanzjament għandu jkollu l-konsegwenzi li ġejjin:
|
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Parlament Ewropew , taħt l-awtorità tal-Uffiċjal Awtorizzanti jew taħt dik tal-Awtorità, għandu jippubblika dan li ġej fuq sit web maħluq apposta għal dan il-għan, f'format miftuħ u li jinqara minn apparat : |
1. Il-Parlament Ewropew, jew l-Awtorità , f'konformità mad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet tagħhom, għandhom jippubblikaw f'format miftuħ li jista' jinqara minn magna fuq sit web maħluq għal dak il-għan, dan li ġej : |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-lista tal-persuni ġuridiċi li jkunu membri ta' partit politiku Ewropew, kif annessa mal-istatuti tal-partit f'konformità mal-Artikolu 4(2), u aġġornata f'konformità mal-Artikolu 10(6), kif ukoll in-numru globali ta' membri individwali. |
2. L-Awtorità għandha tippubblika l-lista tal-persuni ġuridiċi li jkunu membri ta' partit politiku Ewropew, kif annessa mal-istatuti tal-partit f'konformità mal-Artikolu 4(2), u aġġornata f'konformità mal-Artikolu 10(6), kif ukoll in-numru globali ta' membri individwali. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, l-Istati Membri u l-entitajiet jew l-esperti indipendenti awtorizzati biex jawditjaw il-kontijiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe dannu li jikkawżaw fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament , tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din, u b'mod partikolari għall-użu frodulenti tad-data personali . |
8. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, l-Istati Membri u l-entitajiet jew l-esperti indipendenti awtorizzati biex jawditjaw il-kontijiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe dannu li jikkawżaw fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri , mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, għandhom jiżguraw li jiġu applikati sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Kwalunkwe pass u deċiżjoni proċedurali meħuda qabel mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew jew l-Awtorità f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jew abbażi tiegħu, għandhom jibqgħu applikabbli u jiġu interpretati fid-dawl ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness II – parti 2 – inċiż 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0223/2022).